Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22004D0632

    Deċiżjoni nru 1/2004 tal-Kunsill tal-Ministri ACP-KE tas- 6 ta' Mejju 2004 dwar l-użu tar-riżerva tad-dotazzjoni għall-iżvilupp fit-tul kif ukoll tar-riżorsi mill-Faċilità ta' Investiment tad-disa' Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp għall-istabbiliment ta' Faċilità għall-Ilma ACP-UE

    ĠU L 289, 10.9.2004, p. 68–69 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 215–216 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/632/oj

    30.5.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    215


    DEĊIŻJONI NRU 1/2004 TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI ACP-KE

    tas-6 ta' Mejju 2004

    dwar l-użu tar-riżerva tad-dotazzjoni għall-iżvilupp fit-tul kif ukoll tar-riżorsi mill-Faċilità ta' Investiment tad-disa' Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp għall-istabbiliment ta' Faċilità għall-Ilma ACP-UE

    (2004/632/KE)

    IL-KUNSILL TAL-MINISTRI ACP-KE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE ffirmat f'Kotonu fit-23 ta' Ġunju 2000 (“il-Ftehim”) (1), u b'mod partikolari l-paragrafu 8 ta' l-Anness I tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fl-2571 Sessjoni tiegħu fit-22 ta' Marzu 2004 il-Kunsill tal-Ministri ta' l-UE qabel dwar l-istabbiliment ta' Faċilità għall-Ilma għall-pajjiżi ACP u qabel li jikkunsidra ammont ta' EUR 500 miljun mill-EUR 1 biljun kondizzjonali tad-9 Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp (EDF) għal din il-Faċilità għall-Ilma. Il-Kunsill tal-Minstri qabel ukoll li jirrilaxxa minnufih allokazzjoni (l-ewwel waħda) ta' EUR 250 miljun mill-EUR 1 biljun kondizzjonali u li jiddeċiedi sa Marzu 2005 dwar il-mobilizzazzjoni ta' allokazzjoni (it-tieni waħda) ta' EUR 250 miljun u dwar l-użu ta' l-EUR 500 miljun li jkun baqa' mill-EUR 1 biljun kondizzjonali. L-ewwel allokazzjoni li tammonta għal EUR 250 miljun hija mqassma kif ġej fuq id-dotazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 tal-Protokoll Finanzjarju tad-9 EDF: EUR 185 miljun lid-dotazzjoni għal sostenn għall-iżvilupp fit-tul, EUR 24 miljun lid-dotazzjoni għall-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali u EUR 41 miljun lill-Faċilità ta' Investiment.

    (2)

    Il-Kummissjoni notifikat lill-Kunsill tal-Ministri ACP iż-żieda fl-allokazzjoni intra-ACP tad-9 EDF ta' EUR 24 miljun u proponiet li dawn ir-riżorsi jintużaw biex issir kontribuzzjoni għal Faċilità għall-Ilma ACP-UE.

    (3)

    Biex jiġi żgurat sostenn għall-implimentazzjoni ta' l-Inizjattiva ta' l-Ilma ta' l-UE fil-pajjiżi ACP, huwa xieraq li jiġu allokati riżorsi lill-kooperazzjoni intra-ACP għal ammont totali ta' EUR 500 miljun, li minnhom allokazzjoni (l-ewwel waħda) ta' EUR 250 miljun tista' titpoġġa disponibbli mir-riżorsi rilaxxati mill-Kunsill tal-Ministri ta' l-UE. Madankollu, id-dotazzjoni għall-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali kif definita fil-paragrafu 3(b) ta' l-Anness I (Protokoll Finanzjarju) għall-Ftehim hija wżata kollha. Ir-riżorsi meħtieġa għandhom għalhekk jiġu trasferiti minn riżorsi li mhumiex allokati mid-dotazzjoni għall-iżvilupp fit-tul tad-9 EDF u mill-Faċilità ta' Investiment, imsemmija fil-paragrafu 3(b) u (ċ) tal-Protokoll Finanzjarju.

    (4)

    L-Artikolu 15 tal-Ftehim jistabbilixxi Kunsill tal-Ministri ACP-KE b'setgħat li jieħu deċiżjonijiet skond il-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Stabbiliment ta' Faċilità għall-Ilma ACP-UE

    Ammont ta' EUR 226 miljun, li jikkonsisti f'EUR 185 miljun mir-riżerva tad-dotazzjoni għall-iżvilupp fit-tul tad-9 EDF u EUR 41 miljun mill-Faċilità ta' Investiment tad-9 EDF, għandhom jiġu trasferiti għall-allokazzjoni intra-ACP taħt id-dotazzjoni għall-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali, u wżati għall-istabbiliment ta' Faċilità għall-Ilma ACP-UE. Flimkien ma' ammont ta' EUR 24 miljun li huma diġa disponibbli għall-kooperazzjoni intra-ACP, ammont totali ta' EUR 250 miljun għandhom għalhekk jitqiegħdu disponibbli għall-ewwel pagament tal-Faċilità għall-Ilma ACP-UE.

    Artikolu 2

    It-tieni pagament

    Is-somma ta' EUR 250 miljun, mill-EUR 1 biljun kondizzjonali tad-9 EDF, hi wżata għat-tieni pagament tal-Faċilità għall-Ilma ACP-UE, suġġetta għar-rilaxx mill-Kunsill tal-Ministri ta' l-UE ta' tieni allokazzjoni.

    Artikolu 3

    Skond l-Artikolu 13(2) ta' l-Anness IV tal-Ftehim, il-Kunsill tal-Ministri ACP jitlob lill-Kummissjoni biex tiffinanzja s-sostenna għall-Faċilità għall-Ilma ACP-UE mill-kooperazzjoni intra-ACP għall-ammonti msemmija fl-Artikoli 1 u 2.

    Magħmula f'Gaborone, fis-6 ta' Mejju 2004.

    Għall-Kunsill tal-Ministri ACP-KE

    Il-President

    Pierre MOUSSA


    (1)  ĠU L 317, tal-15.12.2000, p. 376.


    Top