Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02020L1828-20230502

Consolidated text: Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2020/1828/2023-05-02

02020L1828 — MT — 02.05.2023 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DIRETTIVA (UE) 2020/1828 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Novembru 2020

dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 409 4.12.2020, p. 1)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) 2022/1925 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta’ Settembru 2022

  L 265

1

12.10.2022




▼B

DIRETTIVA (UE) 2020/1828 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Novembru 2020

dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU 1

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett u skop

1.  
Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli biex jiġi żgurat li mekkaniżmu għal azzjoni rappreżentattiva għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi jkun disponibbli fl-Istati Membri kollha, filwaqt li tipprovdi salvagwardji adatti li jevitaw il-litigazzjoni abużiva. L-għan ta’ din id-Direttiva huwa, permezz tal-kisba ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern bl-approssimazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tal-azzjonijiet rappreżentattivi. Għal dan il-għan, din id-Direttiva għandha wkoll il-mira li ttejjeb l-aċċess tal-konsumaturi għall-ġustizzja.
2.  
Din id-Direttiva ma timpedixxix lill-Istati Membri milli jadottaw jew iżommu fis-seħħ mezzi proċedurali għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi fil-livell nazzjonali. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill-anqas mekkaniżmu proċedurali wieħed, li jippermetti lil entitajiet kwalifikati jressqu azzjonijiet rappreżentattivi għall-finijiet kemm ta’ miżuri ta’ inġunzjoni kif ukoll ta’ miżuri ta’ rimedju, ikun jikkonforma ma’ din id-Direttiva. L-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva m’għandhiex tikkostitwixxi raġunijiet għat-tnaqqis tal-protezzjoni tal-konsumaturi fl-oqsma koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-atti legali elenkat fl-Anness I.
3.  
L-entitajiet kwalifikati għandhom ikunu liberi li jagħżlu kwalunkwe mezz proċedurali disponibbli għalihom taħt il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.  
Din id-Direttiva tapplika għal azzjonijiet rappreżentattivi mressqa kontra ksur imwettaq minn kummerċjanti tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni msemmija fl-Anness I, inklużi tali dispożizzjonijiet kif trasposti fil-liġi nazzjonali, li jagħmel ħsara jew li jista’ jagħmel ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni msemmija fl-Anness I. Hija tapplika għal ksur domestiku u ksur transfruntier, inkluż fejn dak il-ksur ikun waqaf qabel ma tkun tressqet l-azzjoni rappreżentattiva jew fejn dak il-ksur ikun waqaf qabel ma l-azzjoni rappreżentattiva tkun ġiet konkluża.
2.  
Din id-Direttiva ma taffettwax regoli taħt il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali li jistabbilixxu rimedji kuntrattwali u mhux kuntrattwali disponibbli għall-konsumaturi għall-ksur imsemmi fil-paragrafu 1.
3.  
Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni dwar id-dritt internazzjonali privat, b’mod partikolari r-regoli li jirrigwardaw il-ġurisdizzjoni tal-qrati u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali u r-regoli dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali u mhux kuntrattwali.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li taġixxi għal finijiet li ma jkunux fl-ambitu tal-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni ta’ dik il-persuna;

(2) 

“kummerċjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika, jew kwalunkwe persuna ġuridika irrispettivament minn jekk tkunx proprjetà pubblika jew privata, li taġixxi, anki permezz ta’ xi persuna oħra li tkun qiegħda taġixxi f’isem dik il-persuna jew għall-interessi ta’ dik il-persuna, għal finijiet relatati mal-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni ta’ dik il-persuna;

(3) 

“interessi kollettivi tal-konsumaturi” tfisser l-interess ġenerali tal-konsumaturi u, b’mod partikolari għall-finijiet ta’ miżuri ta’ rimedju, l-interessi ta’ grupp ta’ konsumaturi;

(4) 

“entità kwalifikata” tfisser kwalunkwe organizzazzjoni jew korp pubbliku, li jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumaturi, li jkunu ġew iddeżinjati minn Stat Membru bħala kwalifikati biex iressqu azzjonijiet rappreżentattivi f’konformità ma’ din id-Direttiva;

(5) 

“azzjoni rappreżentattiva” tfisser azzjoni għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi li titressaq minn entità kwalifikata bħala parti rikorrenti f’isem il-konsumaturi biex tinkiseb miżura ta’ inġunzjoni jew miżura ta’ rimedju, jew it-tnejn;

(6) 

“azzjoni rappreżentattiva domestika” tfisser azzjoni rappreżentattiva mressqa minn entità kwalifikata fl-Istat Membru fejn l-entità kwalifikati tkun iddeżinjata;

(7) 

“azzjoni rappreżentattiva transfruntiera” tfisser azzjoni rappreżentattiva mressqa minn entità kwalifikata fi Stat Membru għajr dak li fih kienet ġiet iddeżinjata l-entità kwalifikata;

(8) 

“prattika” tfisser kwalunkwe att jew ommissjoni minn kummerċjant;

(9) 

“deċiżjoni finali” tfisser deċiżjoni minn qorti jew minn awtorità amministrattiva ta’ Stat Membru li ma tkunx tista’ jew ma tkunx għadha tista’ tiġi rieżaminata b’mezzi ordinarji ta’ appell;

(10) 

“miżura ta’ rimedju” tfisser miżura li tobbliga kummerċjant jipprovdi lill-konsumaturi kkonċernati b’rimedji bħall-kumpens, it-tiswija, il-bdil, it-tnaqqis fil-prezz, it-terminazzjoni ta’ kuntratt jew ir-rimborż tal-prezz imħallas, kif xieraq u kif disponibbli taħt il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali.



KAPITOLU 2

AZZJONIJIET RAPPREŻENTATTIVI

Artikolu 4

Entitajiet kwalifikati

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jistgħu jitressqu azzjonijiet rappreżentattivi, kif previsti f’din id-Direttiva, minn entitajiet kwalifikati deżinjati mill-Istati Membri għal dan il-għan.
2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, inklużi organizzazzjonijiet tal-konsumaturi li jirrappreżentaw membri minn aktar minn Stat Membru wieħed, jkunu eliġibbli biex jiġu ddeżinjati bħala entitajiet kwalifikati bil-għan li jitressqu azzjonijiet rappreżentattivi domestiċi jew azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera, jew it-tnejn.
3.  

L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw entità, kif imsemmija fil-paragrafu 2, li tkun għamlet talba għal deżinjazzjoni bħala bħala entità kwalifikata bil-għan li tressaq azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera jekk dik l-entità tikkonforma mal-kriterji kollha li ġejjin:

(a) 

tkun persuna ġuridika kostitwita f’konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn hija ġiet iddeżinjata u tkun tista’ turi 12-il xahar ta’ attività pubblika effettiva fil-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi qabel it-talba tagħha għad-deżinjazzjoni;

(b) 

l-iskop statutorju tagħha juri li għandha interess leġittimu li tipproteġi l-interessi tal-konsumaturi kif previst fid-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni msemmija fl-Anness I;

(c) 

tkun mingħajr skop ta’ qligħ;

(d) 

ma tkunx soġġetta għal proċedimenti ta’ insolvenza u ma tkunx iddikjarata bħala insolventi;

(e) 

tkun indipendenti u ma tkunx influwenzata minn persuni li mhumiex konsumaturi, b’mod partikolari minn kummerċjanti, li jkollhom interess ekonomiku fit-tressiq ta’ kwalunkwe azzjoni rappreżentattiva, inkluż fil-każ ta’ finanzjament minn partijiet terzi, u, għal dak il-għan, ikollha proċeduri stabbiliti li jipprevjenu tali influwenza kif ukoll kunflitti ta’ interess bejnha, il-fornituri tal-finanzjament tagħha u l-interessi tal-konsumaturi;

(f) 

tagħmel disponibbli pubblikament, b’lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem, bi kwalunkwe mezz xieraq, b’mod partikolari fis-sit web tagħha, informazzjoni li turi li l-entità tikkonforma mal-kriterji elenkati fil-puinti (a) sa (e) u informazzjoni dwar is-sorsi tal-finanzjament tagħha b’mod ġenerali, l-istruttura organizzattiva, ta’ ġestjoni u ta’ sħubija tagħha, l-objettiv statutorju tagħha u l-attivitajiet tagħha.

4.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji li jużaw biex jiddeżinjaw entità bħala entità kwalifikata bil-għan li tressaq azzjonijiet rappreżentattivi domestiċi jkunu konsistenti mal-objettivi ta’ din id-Direttiva biex tagħmel tali azzjonijiet rappreżentattivi jiffunzjonaw b’mod effettiv u effiċjenti.
5.  
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-kriterji elenkati fil-paragrafu 3 japplikaw ukoll għad-deżinjazzjoni ta’ entitajiet kwalifikati bil-għan li jressqu azzjonijiet rappreżentattivi domestiċi.
6.  
L-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw entità kwalifikata, fuq bażi ad hoc bil-għan li titressaq azzjoni rappreżentattiva domestika partikolari, fuq it-talba ta’ dik l-entità jekk hija tikkonforma mal-kriterji għad-deżinjazzjoni bħala entità kwalifikata kif previst fil-liġi nazzjonali.
7.  
Minkejja l-paragrafi 3 u 4, l-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw korpi pubbliċi bħala entitajiet kwalifikati bil-għan li jitressqu azzjonijiet rappreżentattivi. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-korpi pubbliċi li diġà ġew iddeżinjati bħala entitajiet kwalifikati fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/22/KE għandhom jibqgħu deżinjati bħala entitajiet kwalifikati għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 5

Informazzjoni u monitoraġġ ta’ entitajiet kwalifikati

1.  
Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni lista tal-entitajiet kwalifikati li huwa ddeżinja minn qabel bil-għan li jressqu azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera, inklużi l-isem u l-iskop statutorju ta’ dawk l-entitajiet kwalifikati, sas-26 ta’ Diċembru 2023. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni kull meta jsiru bidliet f’dik il-lista. L-Istati Membri għandhom jagħmlu dik il-lista disponibbli pubblikament.

Il-Kummissjoni għandha tiġbor dawk l-entitajiet kwalifikati f’lista u tagħmilha disponibbli pubblikament. Il-Kummissjoni għandha taġġorna dik il-lista kull meta l-bidliet fil-listi miżmuma mill-Istati Membri tal-entitajiet kwalifikati jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni.

2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar l-entitajiet kwalifikati deżinjati minn qabel bil-għan li jressqu azzjonijiet rappreżentattivi domestiċi tkun disponibbli għall-pubbliku.
3.  
L-Istati Membri għandhom jivvalutaw minn tal-anqas kull ħames snin jekk l-entitajiet kwalifikati għadhomx jikkonformaw mal-kriterji elenkati fl-Artikolu 4(3). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entità kwalifikata titlef l-istatus tagħha jekk ma tibqax tikkonforma ma’ xi wieħed jew aktar minn dawk il-kriterji.
4.  
Jekk Stat Membru jew il-Kummissjoni jesprimu tħassib rigward il-konformità minn entità kwalifikata mal-kriterji elenkati fl-Artikolu 4(3), l-Istat Membru li jkun iddeżinja lil dik l-entità kwalifikata għandu jinvestiga t-tħassib. Jekk ikun xieraq, l-Istat Membru għandu jirrevoka d-deżinjazzjoni ta’ dik l-entità kwalifikata jekk hija ma tibqax tikkonforma ma’ xi wieħed jew aktar minn dawk il-kriterji. Il-kummerċjant konvenut f’azzjoni rappreżentattiva għandu d-dritt li jeċċepixxi tħassib ġustifikat lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva dwar jekk entità kwalifikata tikkonformax jew le mal-kriterji elenkati fl-Artikolu 4(3).
5.  
L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-finijiet tal-paragrafu 4 u għandhom jikkomunikaw l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ dawk il-punti ta’ kuntatt lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel lista ta’ dawk il-punti ta’ kuntatt u tagħmel dik il-lista disponibbli lill-Istati Membri.

Artikolu 6

Tressiq ta’ azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kwalifikati ddeżinjati minn qabel fi Stat Membru ieħor bil-għan li jressqu azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera jkunu jistgħu jressqu tali azzjonijiet rappreżentattivi quddiem il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi tagħhom.
2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn il-ksur allegat tal-liġi tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) jaffettwa jew x’aktarx jaffettwa konsumaturi fi Stati Membri differenti, l-azzjoni rappreżentattiva tista’ titressaq quddiem il-qorti jew l-awtorità amministrattiva ta’ Stat Membru minn diversi entitajiet kwalifikati minn Stati Membri differenti sabiex jipproteġu l-interessi kollettivi ta’ konsumaturi fi Stati Membri differenti.
3.  
Il-qrati u l-awtoritajiet amministrattivi għandhom jaċċettaw il-lista msemmija fl-Artikolu 5(1) bħala prova tal-interess ġuridiku tal-entità kwalifikata biex tressaq azzjoni rappreżentattiva transfruntiera, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-qorti jew awtorità amministrattiva li jkollha l-każ quddiemha li teżamina jekk l-iskop statutorju tal-entità kwalifikata jiġġustifikax li hija tieħu azzjoni f’każ speċifiku.

Artikolu 7

Azzjonijiet rappreżentattivi

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet rappreżentattivi previsti minn din id-DirettivaArtikolu jistgħu jitressqu quddiem il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi tagħhom minn entitajiet kwalifikati ddeżinjati f’konformità mal-Artikolu 4.
2.  
Meta tressaq azzjoni rappreżentattiva, l-entità kwalifikata għandha tipprovdi lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva biżżejjed informazzjoni dwar il-konsumaturi kkonċernati mill-azzjoni rappreżentattiva.
3.  
Il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi għandhom jivvalutaw l-ammissibbiltà ta’ azzjoni rappreżentattiva speċifika f’konformità ma’ din id-Direttiva u mal-liġi nazzjonali.
4.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kwalifikati jkunu intitolati jitolbu mill-anqas il-miżuri li ġejjin:

(a) 

miżuri ta’ inġunzjoni;

(b) 

miżuri ta’ rimedju.

5.  
L-Istati Membri jistgħu jippermettu li entitajiet kwalifikati jitolbu l-miżuri imsemmija fil-paragrafu 4 f’azzjoni rappreżentattiva waħda, fejn dan ikun adatt. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li dawk il-miżuri għandhom ikunu kontenuti f’deċiżjoni waħda.
6.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f’azzjonijiet rappreżentattivi, l-interessi tal-konsumaturi jkunu rappreżentati minn entitajiet kwalifikati u li dawk l-entitajiet kwalifikati jkollhom id-drittijiet u l-obbligi ta’ parti attriċi fil-proċedimenti. Il-konsumaturi kkonċernati mill-azzjoni rappreżentattiva għandhom ikunu intitolati li jibbenefikaw mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 4.
7.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi jistgħu jiċħdu kawżi li jkunu manifestament infondati fl-istadju l-aktar bikri possibbli tal-proċedimenti f’konformità mal-liġi nazzjonali.

Artikolu 8

Miżuri ta’ inġunzjoni

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ inġunzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(4) jkunu disponibbli fil-forma ta’:

(a) 

miżura proviżorja ta’ waqfien ta’ prattika jew, fejn ikun adatt, ta’ projbizzjoni ta’ prattika, fejn dik il-prattika ġiet meqjusa bħala li tikkostitwixxi ksur kif imsemmi fl-Artikolu 2(1);

(b) 

miżura definittiva ta’ waqfien ta’ prattika jew, fejn ikun adatt, ta’ projbizzjoni ta’ prattika fejn ġie deċiż li dik il-prattika tikkostitwixxi ksur kif imsemmi fl-Artikolu 2(1).

2.  

Miżura msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 tista’ tinkludi, jekk hekk ikun previst fil-liġi nazzjonali:

(a) 

miżura biex tistabbilixxi li l-prattika tikkostitwixxi ksur kif imsemmi fl-Artikolu 2(1);

(b) 

obbligu li d-deċiżjoni dwar il-miżura tiġi ppubblikata sħiħa jew parzjalment, f’tali forma li l-qorti jew l-awtorità amministrattiva tkun tqis bħala adatta, jew obbligu li tiġi ppubblikata stqarrija korrettiva.

3.  

Sabiex entità kwalifikata titlob miżura ta’ inġunzjoni, il-konsumaturi individwali m’għandhomx ikunu meħtieġa jesprimu x-xewqa tagħhom li jkunu rappreżentati minn dik l-entità kwalifikata. L-entità kwalifikata m’għandhiex tkun meħtieġa tagħti prova:

(a) 

tat-telf jew dannu reali min-naħa tal-konsumaturi individwali affettwati mill-ksur kif imsemmi fl-Artikolu 2(1); jew

(b) 

tal-intenzjoni jew tan-negliġenza min-naħa tal-kummerċjant.

4.  
L-Istati Membri jistgħu jintroduċu dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali tagħhom jew iżommu dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li taħthom entità kwalifikata tkun tista’ biss titlob il-miżura ta’ inġunzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 wara li tkun daħlet f’konsultazzjonijiet mal-kummerċjant ikkonċernat bl-għan li l-kummerċjant jieqaf iwettaq il-ksur imsemmi fl-Artikolu 2(1). Jekk il-kummerċjant ma jwaqqafx il-ksur fi żmien ġimagħtejn wara li jirċievi talba għall-konsultazzjoni, l-entità kwalifikata tista’ minnufih tressaq azzjoni rappreżentattiva għal miżura ta’ inġunzjoni.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tali dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dik l-informazzjoni tkun disponibbli pubblikament.

Artikolu 9

Miżuri ta’ rimedju

1.  
Miżura ta’ rimedju għandha tobbliga lill-kummerċjant jipprovdi lill-konsumaturi kkonċernati b’rimedji bħall-kumpens, it-tiswija, il-bdil, it-tnaqqis fil-prezz, it-terminazzjoni ta’ kuntratt jew ir-rimborż tal-prezz imħallas, skont kif ikun adatt u kif ikun disponibbli taħt il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali.
2.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar kif u f’liema stadju tal-azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ rimedju l-konsumaturi individwali kkonċernati minn dik l-azzjoni rappreżentattiva jesprimu, b’mod espliċitu jew taċitu, ix-xewqa tagħhom f’limitu adegwat ta’ żmien wara li tkun tressqet dik l-azzjoni rappreżentattiva, jekk iridux jew le li jkunu rappreżentati mill-entità kwalifikata f’dik l-azzjoni rappreżentattiva u jekk iridux jew le li jkunu marbuta bl-eżitu tal-azzjoni rappreżentattiva.
3.  
Minkejja l-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi individwali li ma jkunux abitwalment residenti fl-Istat Membru tal-qorti jew tal-awtorità amministrattiva li quddiemha tkun tressqet l-azzjoni rappreżentattiva ikollhom b’mod espliċitu jesprimu x-xewqa tagħhom li jkunu rappreżentati f’dik l-azzjoni rappreżentattiva sabiex dawk il-konsumaturi jkunu marbuta bl-eżitu ta’ dik l-azzjoni rappreżentattiva.
4.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli biex jiżguraw li l-konsumaturi li b’mod espliċitu jew taċitu esprimew ix-xewqa tagħhom li jkunu rappreżentati f’azzjoni rappreżentattiva ma jistgħux ikunu rappreżentati f’azzjonijiet rappreżentattivi oħra bl-istess causa petendi u kontra l-istess kummerċjant, u lanqas ma jistgħu jressqu azzjoni b’mod individwali bl-istess causa petendi u kontra l-istess kummerċjant. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu wkoll regoli biex jiżguraw li l-konsumaturi ma jirċevux kumpens aktar minn darba għall-istess causa petendi kontra l-istess kummerċjant.
5.  
Fejn miżura ta’ rimedju ma tispeċifikax il-konsumaturi individwali intitolati li jibbenefikaw mir-rimedji mogħtija mill-miżura ta’ rimedju, din għandha tal-anqas tiddeskrivi lill-grupp ta’ konsumaturi intitolati li jibbenefikaw minn dawk ir-rimedji.
6.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li miżura ta’ rimedju tintitola lill-konsumaturi jibbenefikaw mir-rimedji pprovduti minn dik il-miżura ta’ rimedju mingħajr il-bżonn li jressqu azzjoni separata.
7.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew iżommu regoli dwar il-limiti taż-żmien li fihom il-konsumaturi individwali jibbenefikaw mill-miżuri ta’ rimedju. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli dwar id-destinazzjoni ta’ kwalunkwe fondi ta’ rimedju pendenti li ma jkunux irkuprati fil-limiti taż-żmien stabbiliti.
8.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kwalifikati jistgħu jressqu azzjonijiet rappreżentattivi għal miżura ta’ rimedju mingħajr ma jkun meħtieġ li qorti jew awtorità amministrattiva tkun diġà stabbilixxiet li sar ksur kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), fi proċedimenti separati.
9.  
Ir-rimedji provduti mill-miżuri ta’ rimedju f’azzjoni rappreżentattiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju addizzjonali disponibbli lill-konsumaturi taħt il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali li ma kienx mitlub f’dik l-azzjoni rappreżentattiva.

Artikolu 10

Finanzjament ta’ azzjonijiet rappreżentattivi għal miżuri ta’ rimedju

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ rimedju tkun iffinanzjata minn parti terza, sa fejn dan ikun permess f’konformità mal-liġi nazzjonali, jiġu evitati kunflitti ta’ interess u li l-finanzjament minn partijiet terzi li jkollhom interess ekonomiku fit-tressiq jew fl-eżitu tal-azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ rimedju ma jiddevjax l-azzjoni rappreżentattiva mill-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi.
2.  

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jiżguraw li:

(a) 

id-deċiżjonijiet ta’ entitajiet kwalifikati fil-kuntest ta’ azzjoni rappreżentattiva, inklużi deċiżjonijiet dwar riżoluzzjoni, ma jkunux indebitament influwenzati minn parti terza b’mod li jkun ta’ ħsara għall-interessi kollettivi tal-konsumaturi kkonċernati mill-azzjoni rappreżentattiva;

(b) 

l-azzjoni rappreżentattiva ma titressaqx kontra konvenut li jkun kompetitur ta’ min jipprovdi l-fondi, jew kontra konvenut li fuqu jiddependi min jipprovdi l-fondi.

3.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi f’azzjonijiet rappreżentattivi għal miżuri ta’ rimedju jkollhom is-setgħa li jivvalutaw il-konformità mal-paragrafi 1 u 2 f’każijiet fejn ikun hemm xi dubji ġustifikati fir-rigward ta’ tali konformità. Għal dak l-għan, l-entitajiet kwalifikati għandhom jiżvelaw lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva resokont finanzjarju ġenerali li jelenka s-sorsi tal-fondi użati biex jappoġġaw l-azzjoni rappreżentattiva.
4.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi ikollhom is-setgħa li jieħdu miżuri adatti, bħal li jirrikjedu lill-entità kwalifikata tirrifjuta jew tagħmel bidliet fir-rigward tal-finanzjament rilevanti u, jekk meħtieġ, li jirriġettaw l-interess ġuridiku tal-entità kwalifikata f’azzjoni rappreżentattiva speċifika. Jekk l-interess ġuridiku tal-entità kwalifikata jiġi riġettat f’azzjoni rappreżentattiva speċifika, dik ir-riġettazzjoni m’għandhiex taffettwa d-drittijiet tal-konsumaturi konċernati minn dik l-azzjoni rappreżentattiva.

Artikolu 11

Riżoluzzjonijiet ta’ rimedju

1.  

Għall-finijiet tal-approvazzjoni ta’ riżoluzzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li f’azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ rimedju:

(a) 

l-entità kwalifikata u l-kummerċjant jistgħu b’mod konġunt jipproponu lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva riżoluzzjoni fir-rigward ta’ rimedju għall-konsumaturi kkonċernati; jew

(b) 

il-qorti jew l-awtorità amministrattiva, wara li tkun ikkonsultat lill-entità kwalifikata u lill-kummerċjant, tista’ tistieden lill-entità kwalifikata u lill-kummerċjant, sabiex jaslu għal riżoluzzjoni fir-rigward ta’ rimedju f’limitu ta’ żmien raġonevoli.

2.  
Ir-riżoluzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu suġġetti għall-iskrutinju tal-qorti jew tal-awtorità amministrattiva. Il-qorti jew l-awtorità amministrattiva għandha tivvaluta jekk għandhiex tiċħad l-approvazzjoni ta’ riżoluzzjoni li tmur kontra dispożizzjonijiet obbligatorji tal-liġi nazzjonali, jew li tinkludi kondizzjonijiet li ma jistgħux jiġu infurzati, filwaqt li jitqiesu d-drittijiet u l-interessi tal-partijiet kollha, u b’mod partikolari dawk tal-konsumaturi kkonċernati. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li jippermettu lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva tiċħad l-approvazzjoni ta’ riżoluzzjoni għar-raġuni li r-riżoluzzjoni ma tkunx ġusta.
3.  
Jekk il-qorti jew l-awtorità amministrattiva ma tapprovax ir-riżoluzzjoni, hija għandha tkompli tismal-azzjoni rappreżentattiva kkonċernata.
4.  
Ir-riżoluzzjonijiet approvati għandhom ikunu vinkolanti fuq l-entità kwalifikata, il-kummerċjant u l-konsumaturi individwali kkonċernati.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li jagħtu lill-konsumaturi individwali kkonċernati minn azzjoni rappreżentattiva u mir-riżoluzzjoni sussegwenti l-possibbiltà li jaċċettaw jew li jirrifjutaw li jkunu marbuta bir-riżoluzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

5.  
Ir-rimedju miksub permezz ta’ riżoluzzjoni approvata f’konformità mal-paragrafu 2 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju addizzjonali disponibbli lill-konsumaturi taħt il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali li ma kienx l-oġġett ta’ dik ir-riżoluzzjoni.

Artikolu 12

Allokazzjoni tal-ispejjeż ta’ azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ rimedju

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parti telliefa f’azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ rimedju tkun meħtieġa tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti mġarrba mill-parti rebbieħa, f’konformità mal-kondizzjonijiet u l-eċċezzjonijiet previsti fil-liġi nazzjonali applikabbli għall-proċedimenti ġudizzjarji in ġenerali.
2.  
Il-konsumaturi individwali kkonċernati minn azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ rimedju m’għandhomx iħallsu l-ispejjeż tal-proċedimenti.
3.  
B’deroga mill-paragrafu 2, f’ċirkostanzi eċċezzjonali konsumatur individwali kkonċernat minn azzjoni rappreżentattiva għal miżuri ta’ rimedju jista’ jiġi ordnat iħallas l-ispejjeż ta’ proċedimenti li jkunu ġew ikkawżati mill-imġiba intenzjonali jew negliġenti tal-konsumatur individwali.

Artikolu 13

Informazzjoni dwar azzjonijiet rappreżentattivi

1.  

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jiżguraw li l-entitajiet kwalifikati jipprovdu informazzjoni, b’mod partikolari fis-sit web tagħhom, dwar:

(a) 

l-azzjonijiet rappreżentattivi li jkunu ddeċidew li jressqu quddiem qorti jew awtorità amministrattiva;

(b) 

l-istat tal-azzjonijiet rappreżentattivi li jkunu ressqu quddiem qorti jew awtorità amministrattiva; u

(c) 

l-eżiti tal-azzjonijiet rappreżentattivi msemmija fil-punti (a) u (b).

2.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli biex jiżguraw li l-konsumaturi kkonċernati minn azzjoni rappreżentattiva li tkun għaddejja għal miżuri ta’ rimedju jingħataw informazzjoni dwar l-azzjoni rappreżentattiva fil-ħin u b’mezzi adatti, sabiex dawk il-konsumaturi jkunu jistgħu jesprimu b’mod espliċitu jew taċitu x-xewqa tagħhom li jkunu rappreżentati f’dik l-azzjoni rappreżentattiva skont l-Artikolu 9(2).
3.  
Mingħajr preġudizzju għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva għandha teżiġi li l-kummerċjant jinforma lill-konsumaturi kkonċernati mill-azzjoni rappreżentattiva, għall-ispejjeż tal-kummerċjant, dwar kwalunkwe deċiżjoni finali li tipprovdi għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 7 u kwalunkwe riżoluzzjoni approvata kif imsemmija fl-Artikolu 11, b’mezzi adatti għaċ-ċirkustanzi tal-każ u f’limiti ta’ żmien speċifiċi, li jinkludu, fejn ikun adatt, n-notifika lill-konsumaturi kkonċernati kollha b’mod individwali. Il-kummerċjant għandu jipprovdi l-informazzjoni. Dan l-obbligu ma japplikax jekk il-konsumaturi kkonċernati jiġu infurmati dwar id-deċiżjoni finali jew ir-riżoluzzjoni approvata b’mod ieħor.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li taħthom il-kummerċjant ikun meħtieġ jipprovdi tali informazzjoni lill-konsumaturi biss jekk jintalab jagħmel dan mill-entità kwalifikata.

4.  
Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-entitajiet kwalifikati fir-rigward ta’ deċiżjonijiet finali dwar ir-riġettazzjoni jew iċ-ċaħda ta’ azzjonijiet rappreżentattivi għal miżuri ta’ rimedju.
5.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parti rebbieħa tkun tista’ tirkupra l-ispejjeż relatati mal-għoti ta’ informazzjoni lill-konsumaturi fil-kuntest tal-azzjoni rappreżentattiva, f’konformità mal-Artikolu 12(1).

Artikolu 14

Bażijiet ta’ data elettroniċi

1.  
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu bażijiet ta’ data elettroniċi nazzjonali li jkunu disponibbli pubblikament permezz ta’ siti web u li jipprovdu informazzjoni dwar l-entitajiet kwalifikati ddeżinjati minn qabel bil-għan li jitressqu azzjonijiet rappreżentattivi domestiċi u transfruntiera u informazzjoni ġenerali dwar azzjonijiet rappreżentattivi li jkunu għaddejjin u li jkunu ġew konklużi.
2.  
Fejn Stat Membru jistabbilixxi bażi ta’ data elettronika kif imsemmi fil-paragrafu 1, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-indirizz tal-Internet fejn tkun aċċessibbli l-bażi ta’ data elettronika.
3.  

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm bażi ta’ data elettronika għall-finijiet li ġejjin:

(a) 

il-komunikazzjonijiet kollha bejn Stati Membri u l-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 5(1), 5(4) u 5(5) u l-Artikolu 23(2); u

(b) 

il-kooperazzjoni bejn l-entitajiet kwalifikati msemmija fl-Artikolu 20(4).

4.  

Il-bażi ta’ data elettronika msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun aċċessibbli direttament sa fejn dan ikun rilevanti, rispettivament:

(a) 

għall-punti ta’ kuntatt nazzjonali msemmija fl-Artikolu 5(5);

(b) 

għall-qrati u awtoritajiet amministrattivi, jekk hekk ikun meħtieġ taħt il-liġi nazzjonali;

(c) 

għall-entitajiet kwalifikati ddeżinjati mill-Istati Membri għall-fini li jitressqu azzjonijiet rappreżentattivi domestiċi u azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera; u

(d) 

għall-Kummissjoni.

L-informazzjoni kondiviża mill-Istati Membri fil-bażi ta’ data elettronika msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tal-entitajiet kwalifikati ddeżinjati għall-fini li jitressqu azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera msemmija fl-Artikolu 5(1) għandha tkun disponibbli pubblikament.

Artikolu 15

Effetti ta’ deċiżjonijiet finali

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjoni finali ta’ qorti jew ta’ awtorità amministrattiva ta’ kwalunkwe Stat Membru dwar l-eżistenza ta’ ksur li jagħmel ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi tista’ tintuża mill-partijiet kollha bħala evidenza fil-kuntest ta’ kwalunkwe azzjoni oħra quddiem il-qrati nazzjonali jew l-awtoritajiet amministrattivi tagħhom li titlob miżuri ta’ rimedju kontra l-istess kummerċjant għall-istess prattika, f’konformità mal-liġi nazzjonali dwar l-evalwazzjoni tal-evidenza.

Artikolu 16

Perijodi ta’ limitazzjoni

1.  
F’konformità mal-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li azzjoni rappreżentattiva pendenti għal miżura ta’ inġunzjoni msemmija fl-Artikolu 8 jkollha l-effett li tissospendi jew tinterrompi l-perijodi ta’ limitazzjoni applikabbli fir-rigward tal-konsumaturi kkonċernati minn dik l-azzjoni rappreżentattiva, sabiex dawk il-konsumaturi ma jkunux impeduti milli sussegwentement iressqu azzjoni għal miżuri ta’ rimedju dwar il-ksur allegat kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) minħabba l-iskadenza tal-perijodi ta’ limitazzjoni applikabbli matul l-azzjoni rappreżentattiva għal dawk il-miżuri ta’ inġunzjoni.
2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li azzjoni rappreżentattiva pendenti għal miżura ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 9(1) ikollha l-effett li tissospendi jew tinterrompi l-perijodi ta’ limitazzjoni applikabbli fir-rigward tal-konsumaturi kkonċernati minn dik l-azzjoni rappreżentattiva.

Artikolu 17

Ħeffa proċedurali

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet rappreżentattivi għal miżuri ta’ inġunzjoni msemmija fl-Artikolu 8 jiġu trattati bil-ħeffa dovuta.
2.  
L-azzjonijiet rappreżentattivi għal miżuri ta’ inġunzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 8(1) għandhom, jekk hekk ikun adatt, jiġu trattati permezz ta’ proċedura mħaffa.

Artikolu 18

Żvelar ta’ evidenza

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn entità kwalifikata tkun ipprovdiet biżżejjed evidenza raġonevolment disponibbli biex issostni azzjoni rappreżentattiva, u tkun indikat evidenza addizzjonali tkun tinsab fil-kontroll tal-konvenut jew ta’ parti terza, jekk tiġi mitluba minn dik l-entità kwalifikata, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva tkun tista’ tordna li tali evidenza tiġi żvelata mill-konvenut jew mill-parti terza f’konformità mal-liġi proċedurali nazzjonali, soġġett għar-regoli applikabbli tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità u l-proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk tiġi mitluba mill-konvenut, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva tkun tista’ wkoll tordna ugwalment lill-entità kwalifikata jew lil parti terza biex jiżvelaw evidenza rilevanti, f’konformità mal-liġi proċedurali nazzjonali.

Artikolu 19

Pieni

1.  

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar pieni applikabbli għan-nuqqas jew għar-rifjut tal-konformità ma’;

(a) 

miżura ta’ inġunzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1) jew fil-punt (b) tal-Artikolu 8(2); jew

(b) 

l-obbligi msemmija fl-Artikolu 13(3) jew l-Artikolu 18.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pieni jistgħu, inter alia, ikunu fil-forma ta’ multi.

Artikolu 20

Assistenza għall-entitajiet kwalifikati

1.  
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri mmirati biex jiżguraw li l-ispejjeż tal-proċedimenti relatati mal-azzjonijiet rappreżentattivi ma jimpedixxux lill-entitajiet kwalifikati milli jeżerċitaw b’mod effettiv id-dritt tagħhom li jitolbu l-miżuri msemmija fl-Artikolu 7.
2.  
Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu, pereżempju, ikunu fil-forma ta’ finanzjament pubbliku, inklużi appoġġ strutturali għal entitajiet kwalifikati, il-limitazzjoni ta’ tariffi ġudizzjarji jew amministrattivi applikabbli, jew aċċess għal għajnuna legali.
3.  
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli biex jippermettu lill-entitajiet kwalifikati jesiġu li l-konsumaturi li jkunu esprimew ix-xewqa tagħhom li jkunu rappreżentati minn entità kwalifikata f’azzjoni rappreżentattiva speċifika għal miżuri ta’ rimedju jħallsu tariffa modesti għad-dħul jew imposta simili sabiex jipparteċipaw f’dik l-azzjoni rappreżentattiva.
4.  
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jappoġġaw u jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-entitajiet kwalifikati u l-iskambju u d-disseminazzjoni tal-aħjar prattiki tagħhom u tal-esperjenza fir-rigward tat-trattament ta’ ksur domestiku u ta’ ksur transfruntier kif imsemmija fl-Artikolu 2(1).



KAPITOLU 3

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 21

Tħassir

Id-Direttiva 2009/22/KE hija mħassra b’effett mill-25 ta’ Ġunju 2023 mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22(2) ta’ din id-Direttiva.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 22

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.  
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jittrasponu din id-Direttiva għal azzjonijiet rappreżentattivi mressqa fil-25 ta’ Ġunju 2023 jew wara.
2.  
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jittrasponu d-Direttiva 2009/22/KE għal azzjonijiet rappreżentattivi mressqa qabel il-25 ta’ Ġunju 2023.
3.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali dwar is-sospensjoni jew l-interruzzjoni ta’ perijodi ta’ limitazzjoni li jittrasponu l-Artikolu 16 japplikaw biss għal talbiet għal rimedju bbażati fuq ksur imsemmi fl-Artikolu 2(1) li jkun seħħ fil-25 ta’ Ġunju 2023 jew wara. Dan ma għandux jipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali dwar is-sospensjoni jew l-interruzzjoni ta’ perijodi ta’ limitazzjoni li kienu japplikaw qabel il-25 ta’ Ġunju 2023 għal talbiet għal rimedju bbażati fuq ksur imsemmi fl-Artikolu 2(1) li jkun seħħ qabel dik id-data.

Artikolu 23

Monitoraġġ u evalwazzjoni

1.  
Il-Kummissjoni għandha, mhux qabel is-26 ta’ Ġunju 2028, twettaq evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva u tippreżenta rapport dwar il-konklużjonijiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. L-evalwazzjoni għandha ssir f’konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni dwar ir-regolamentazzjoni aħjar. F’dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha b’mod partikolari tivvaluta l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, stabbilit fl-Artikolu 2 u fl-Anness I, u l-funzjonament u l-effettività ta’ din id-Direttiva f’sitwazzjonijiet transfruntiera, inkluż f’termini ta’ ċertezza legali.
2.  

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, għall-ewwel darba sas-26 ta’ Ġunju 2027 u sussegwentement kull sena, l-informazzjoni neċessarja li ġejja biex tħejji r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1:

(a) 

l-għadd u t-tip ta’ azzjonijiet rappreżentattivi li jkunu ġew konklużi quddiem kwalunkwe qorti jew awtorità amministrattiva tagħhom;

(b) 

it-tipi ta’ ksur kif imsemmija fl-Artikolu 2(1) u l-partijiet għal dawk l-azzjonijiet rappreżentattivi;

(c) 

l-eżitu ta’ dawk l-azzjonijiet rappreżentattivi.

3.  
Sas-26 ta’ Ġunju 2028, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni dwar jekk l-azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera jistgħux jiġu indirizzati l-aħjar fil-livell tal-Unjoni bl-istabbiliment ta’ ombudsman Ewropew għal azzjonijiet rappreżentattivi għal miżuri ta’ inġunzjoni u miżuri ta’ rimedju, u għandha tippreżenta rapport dwar il-konklużjonijiet ewlenin tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, akkumpanjat, jekk xieraq, bi proposta leġiżlattiva.

Artikolu 24

Traspożizzjoni

1.  
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-25 ta’ Diċembru 2022, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-25 ta’ Ġunju 2023.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 25

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 26

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

LISTA TA’ DISPOŻIZZJONIJIET TAL-LIĠI TAL-UNJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1)

(1) 

Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta’ Lulju 1985dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi (ĠU L 210, 7.8.1985, p. 29).

(2) 

Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29).

(3) 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97 tad-9 ta’ Ottubru 1997 dwar ir-responsabbilità ta’ trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta’ inċidenti (ĠU L 285, 17.10.1997, p. 1).

(4) 

Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti offruti lill-konsumaturi (ĠU L 80, 18.3.1998, p. 27).

(5) 

Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (ĠU L 171, 7.7.1999, p. 12).

(6) 

Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (‘Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku’) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1): l-Artikoli 5-7, 10 u 11.

(7) 

Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67): l-Artikoli 86 sa90 u l-Artikoli 98 u 100.

(8) 

Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4): l-Artikoli 3 u 5.

(9) 

Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51): l-Artikolu 10 u l-Kapitolu IV.

(10) 

Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37): l-Artikoli 4-8 u 13.

(11) 

Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE (ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16).

(12) 

Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(13) 

Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1).

(14) 

Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (‘Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali’) (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).

(15) 

Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21).

(16) 

Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36): l-Artikoli 20 u 22.

(17) 

Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobilità mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1).

(18) 

Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14).

(19) 

Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66).

(20) 

Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju (ĠU L 33, 3.2.2009, p. 10).

(21) 

Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3): l-Artikolu 23.

(22) 

Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1): l-Artikoli 1-35.

(23) 

Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(24) 

Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55): l-Artikolu 3 u l-Anness I.

(25) 

Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94): l-Artikolu 3 u l-Anness I.

(26) 

Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).

(27) 

Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10): l-Artikolu 14 u l-Anness I.

(28) 

Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1): l-Artikoli 183-186.

(29) 

Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi ta’ passiġġieri bil-baħar fil-każ ta’ aċċidenti (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 24).

(30) 

Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 (ĠU L 266, 9.10.2009, p. 11).

(31) 

Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 46): l-Artikoli 4-6.

(32) 

Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59): l-Artikoli 3-8 u 19-21.

(33) 

Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1): l-Artikoli 9-11, 19-26 u 28b.

(34) 

Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1): l-Artikoli 9-10.

(35) 

Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1).

(36) 

Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(37) 

Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).

(38) 

Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1).

(39) 

Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).

(40) 

Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1): l-Artikoli 9-11a.

(41) 

Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22).

(42) 

Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2012 dwar roaming fuq networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 172, 30.6.2012, p. 10).

(43) 

Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63): l-Artikolu 13.

(44) 

Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1): l-Artikolu 14.

(45) 

Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34).

(46) 

Direttiva 2014/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta’ strumenti tal-użin mhux awtomatiċi (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 107).

(47) 

Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ, (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).

(48) 

Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349): l-Artikoli 23-29.

(49) 

Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 214).

(50) 

Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1).

(51) 

Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 98).

(52) 

Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u tariffi bl-imnut għal komunikazzjonijiet intra-UE regolati u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 (ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1).

(53) 

Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (ĠU L 326, 11.12.2015, p. 1).

(54) 

Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).

(55) 

Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19): l-Artikoli 17-24 u 28-30.

(56) 

Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(57) 

Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1): Kapitolu II.

(58) 

Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176): Kapitolu II.

(59) 

Regolament (UE) 2017/1128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar l-iżgurar tal-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut online fis-suq intern (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 1).

(60) 

Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12).

(61) 

Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-fondi tas-suq monetarju (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 8).

(62) 

Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1): l-Artikoli 3-6.

(63) 

Regolament (UE) 2018/302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2018 dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat u forom oħrajn ta’ diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-klijenti fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2006/2004 u (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 60I, 2.3.2018, p. 1): l-Artikoli 3-5.

(64) 

Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36): l-Artikoli 88 u 98-116 u l-Annessi VI u VIII.

(65) 

Direttiva (UE) 2019/770 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali u ta’ servizzi diġitali (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 1).

(66) 

Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE, u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 28).

▼M1

(67) 

Ir-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali) (ĠU L 265, 21.9.2022, p. 1).

▼B




ANNESS II

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI



Direttiva 2009/22/KE

Din id-Direttiva

l-Artikolu 1(1)

l-Artikolu 1(1)

l-Artikolu 1(2)

l-Artikolu 2(1)

-

l-Artikolu 2(2)

-

l-Artikolu 3

l-Artikolu 2(1)

l-Artikolu 7(1)

l-Artikolu 7(4), il-punt (a)

-

l-Artikolu 7(2) u (3)

l-Artikolu 7(4), il-punt (b)

l-Artikolu 7(5), (6) u (7)

l-Artikolu 2(1), il-punt (a)

l-Artikolu 7(4), il-punt (a)

l-Artikolu 8(1)

l-Artikolu 17

l-Artikolu 2(1), il-punt (b)

l-Artikolu 7(4), il-punt (a)

l-Artikolu 8(2), il-punt (b)

l-Artikolu 13(1), il-punt (c)

l-Artikolu 13(3)

-

l-Artikolu 8(2), il-punt (a)

-

l-Artikolu 8(3)

l-Artikolu 2(1), il-punt (c)

l-Artikolu 19

l-Artikolu 2(2)

l-Artikolu 2(3)

l-Artikolu 3

l-Artikolu 3(4)

l-Artikolu 4(1) u 4(2)

l-Artikolu 4(3), il-punti (a) u (b)

l-Artikolu 4(6) u 4(7)

-

l-Artikolu 4(3), il-punti (c), (d), (e) u (f)

l-Artikolu 4(4) u 4(5)

-

l-Artikolu 5(2), (3), (4) u (5)

l-Artikolu 4(1)

l-Artikolu 6

l-Artikolu 4(2) u 4(3)

l-Artikolu 5(1)

l-Artikolu 5

l-Artikolu 8(4)

-

l-Artikolu 9

-

l-Artikolu 10

-

l-Artikolu 11

-

l-Artikolu 12

-

l-Artikolu 13(1), il-punti (a) u (b)

l-Artikolu 13(2), (4) u (5)

-

l-Artikolu 14

-

l-Artikolu 15

-

l-Artikolu 16

-

l-Artikolu 18

l-Artikolu 6

l-Artikolu 23

l-Artikolu 7

l-Artikolu 1(2) u (3)

l-Artikolu 8

l-Artikolu 24

-

l-Artikolu 20

l-Artikolu 9

l-Artikolu 21

-

l-Artikolu 22

l-Artikolu 10

l-Artikolu 25

l-Artikolu 11

l-Artikolu 26

Top