Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02016R2281-20170109

    Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2281 tat- 30 ta' Novembru 2016 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija, f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti tat-tisħin tal-arja, għall-prodotti tat-tkessiħ, għaċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja u għall-fannijiet konvetturi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/2281/2017-01-09

    02016R2281 — MT — 09.01.2017 — 000.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2281

    tat-30 ta' Novembru 2016

    li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija, f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti tat-tisħin tal-arja, għall-prodotti tat-tkessiħ, għaċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja u għall-fannijiet konvetturi

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 346 20.12.2016, p. 1)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2282 tat-30 ta' Novembru 2016

      L 346

    51

    20.12.2016




    ▼B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2281

    tat-30 ta' Novembru 2016

    li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija, f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti tat-tisħin tal-arja, għall-prodotti tat-tkessiħ, għaċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja u għall-fannijiet konvetturi

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

    1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq u/jew għad-dħul fis-servizz ta':

    (a) prodotti tat-tisħin tal-arja b'kapaċità nominali tat-tisħin ta' mhux iktar minn 1 MW;

    (b) prodotti tat-tkessiħ u ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja b'kapaċità nominali tat-tkessiħ ta' mhux iktar minn 2 MW;

    (c) fannijiet konvetturi.

    2.  Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-prodotti li jissodisfaw minn tal-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

    (a) jekk ikunu prodotti koperti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1188 f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali ( 1 );

    (b) jekk ikunu prodotti koperti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kundizzjonaturi tal-arja u l-fannijiet għall-użu personali ( 2 );

    (c) jekk ikunu prodotti koperti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 813/2013 f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post u għall-ħiters ikkombinati ( 3 );

    (d) jekk ikunu prodotti koperti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti għall-ħżin refriġerat professjonali, kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta' kondensazzjoni u ċillers tal-proċess ( 4 );

    (e) jekk ikunu ċillers għall-kumdità li jkollhom temperatura tal-ilma mkessaħ fil-ħruġ ta' inqas minn + 2 °C u ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja li jkollhom temperatura tal-ilma mkessaħ fil-ħruġ ta' inqas minn + 2 °C jew ta' iktar minn + 12-il °C;

    (f) jekk ikunu prodotti ddisinjati biex jużaw l-iktar il-fjuwils tal-bijomassa;

    (g) jekk ikunu prodotti li jużaw il-fjuwils solidi;

    (h) jekk ikunu prodotti li jipproduċu s-sħana jew il-kesħa u l-elettriku fl-istess ħin (“il-koġenerazzjoni”) permezz ta' proċess ta' kombustjoni jew ta' konverżjoni tal-fjuwils;

    (i) jekk ikunu prodotti inklużi f'installazzjonijiet koperti bid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali ( 5 );

    (j) jekk ikunu ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja li jużaw esklużivament il-kondensazzjoni evaporattiva biex jaħdmu;

    (k) jekk ikunu prodotti li jkunu magħmulin apposta darba biss fuq ordni speċifika u li jkunu mmuntati fuq il-post;

    (l) jekk ikunu ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja li jkessħu bi proċess ta' assorbiment li juża s-sħana bħala s-sors tal-enerġija; kif ukoll

    (m) jekk ikunu prodotti tat-tisħin tal-arja u/jew prodotti tat-tkessiħ li l-funzjoni ewlenija tagħhom tkun li jipproduċu jew jaħżnu materjali li jeħżienu f'temperaturi speċifikati mill-istabbilimenti kummerċjali, industrijali u istituzzjonali u li l-funzjoni tat-tisħin u/jew tat-tkessiħ tal-post tagħhom tkun waħda sekondarja u li l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-post u/jew tat-tkessiħ tal-post tagħhom tkun tiddependi mill-effiċjenza enerġetika tal-funzjoni ewlenija tagħhom.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin flimkien mad-definizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2009/125/KE:

    1. “prodott tat-tisħin tal-arja” tfisser apparat li:

    (a) jinkorpora s-sħana f'sistema ta' tisħin bl-arja jew li jipprovdi s-sħana għaliha;

    (b) ikun mgħammar b'ġeneratur wieħed jew iktar tas-sħana; kif ukoll

    (c) jaf jinkludi sistema ta' tisħin bl-arja li twassal l-arja msaħħna direttament fil-post imsaħħan permezz ta' apparat li jisposta l-arja.

    Ġeneratur tas-sħana li jkun iddisinjat għal prodott tat-tisħin tal-arja u qafas għal prodott tat-tisħin tal-arja maħsub biex ikun mgħammar bit-tali ġeneratur tas-sħana flimkien għandhom jitqiesu bħala prodott tat-tisħin tal-arja;

    2. “sistema ta' tisħin bl-arja” tfisser il-komponenti u/jew it-tagħmir meħtieġ għat-twassil tal-arja msaħħna permezz ta' apparat li jisposta l-arja, jew permezz ta' sistema ta' pajpijiet jew direttament fil-post imsaħħan, bil-għan li tintlaħaq u tinżamm it-temperatura mixtieqa ta' ġewwa fi spazju magħluq bħal bini jew partijiet minnu biex fih ikun hemm temperatura li n-nies iħossuhom komdi fiha;

    3. “ġeneratur tas-sħana” tfisser il-parti ta' prodott tat-tisħin tal-arja li tiġġenera s-sħana utli billi tuża proċess wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin:

    (a) il-kombustjoni tal-fjuwils likwidi jew gassużi;

    (b) l-effett Joule li jseħħ fl-elementi tat-tisħin ta' sistema tat-tisħin b'reżistenza elettrika;

    (c) bit-teħid tas-sħana mis-sors/i tas-sħana bħall-arja ambjentali, l-arja tal-egżost tal-ventilazzjoni, l-ilma jew l-art u t-trasferiment ta' din is-sħana għal ġos-sistema ta' tisħin bl-arja bl-użu ta' ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar jew ta' ċiklu ta' sorbiment;

    4. “prodott tat-tkessiħ” tfisser apparat li:

    (a) jinkorpora l-arja mkessħa jew l-ilma mkessaħ f'sistema ta' tkessiħ bl-arja jew f'sistema ta' tkessiħ bl-ilma jew li jipprovdilha l-arja mkessħa jew l-ilma mkessaħ, skont il-każ; u

    (b) li jkun mgħammar b'ġeneratur wieħed jew iktar tal-kesħa.

    Ġeneratur tal-kesħa li jkun iddisinjat biex jintuża fi prodott tat-tkessiħ u qafas għal prodott tat-tkessiħ maħsub biex ikun mgħammar bit-tali ġeneratur tal-kesħa flimkien għandhom jitqiesu bħala prodott tat-tkessiħ;

    5. “sistema ta' tkessiħ bl-arja” tfisser it-tagħmir jew il-komponenti meħtieġa għat-twassil tal-arja mkessħa permezz ta' apparat li jisposta l-arja, jew permezz ta' sistema ta' pajpijiet jew direttament fil-post imkessaħ, sabiex tintlaħaq u tinżamm it-temperatura mixtieqa ta' ġewwa fi spazju magħluq bħal bini jew partijiet minnu biex fih ikun hemm temperatura li n-nies iħossuhom komdi fiha;

    6. “sistema ta' tkessiħ bl-ilma” tfisser it-tagħmir jew il-komponenti meħtieġa għad-distribuzzjoni tal-ilma mkessaħ u għat-trasferiment tas-sħana mill-postijiet fuq ġewwa għall-ilma mkessaħ, bil-għan li tintlaħaq u tinżamm it-temperatura mixtieqa ta' ġewwa fi spazju magħluq bħal bini jew partijiet minnu biex fih ikun hemm temperatura li n-nies iħossuhom komdi fiha;

    7. “ġeneratur tal-kesħa” tfisser il-parti ta' prodott tat-tkessiħ li tipproduċi varjazzjoni fit-temperatura li tippermetti li s-sħana tiġi estratta mis-sors tas-sħana, li tonqos it-temperatura tal-post fuq ġewwa, u li din is-sħana tiġi ttrasferita għal ġo dissipatur tas-sħana bħall-arja ambjentali, l-ilma jew l-art bl-użu ta' ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar jew ta' ċiklu ta' sorbiment;

    8. “ċiller għall-kumdità” tfisser prodott tat-tkessiħ:

    (a) li l-iskambjatur tas-sħana laterali li jkun jinsab fuq ġewwa (l-evaporatur) tiegħu jneħħi s-sħana minn sistema ta' tkessiħ bl-ilma (is-sors tas-sħana), iddisinjata biex taħdem f'temperaturi tal-ilma mkessaħ fil-ħruġ ta' + 2 °C jew iktar;

    (b) li jkun mgħammar b'ġeneratur tal-kesħa; kif ukoll

    (c) li l-iskambjatur tas-sħana laterali li jkun jinsab fuq barra (il-kondensatur) tiegħu jitfa' din is-sħana għal ġo dissipatur/i tas-sħana bħall-arja ambjentali, l-ilma jew l-art;

    9. “fann konvettur” tfisser apparat li jġiegħel l-arja tiċċirkola sabiex l-arja ta' ġewwa tissaħħan, titkessaħ, titneħħielha l-umdità minnha u/jew tiġi ffiltrata biex ikun hemm temperatura li n-nies iħossuhom komdi fiha, iżda li la jkun jinkludi s-sors tat-tisħin jew tat-tkessiħ u lanqas ma jkun jinkludi skambjatur tas-sħana laterali li jkun jinsab fuq barra. L-apparat jista' jkun mgħammar bi ftit pajpijiet sabiex l-arja li tkun dieħla fih u li tkun ħierġa minnu, inkluża dik ikkundizzjonata, tingħata direzzjoni. Il-prodott jista' jkun iddisinjat biex jiddaħħal fl-għamara jew ikollu qafas li jippermettilu jitqiegħed fil-post li jrid jiġi kkundizzjonat. Dan jista' jinkludi ġeneratur tas-sħana li juża l-effett Joule li jkun iddisinjat biex jintuża bħala ħiter ta' emerġenza biss;

    10. “ċiller ta' proċessi ta' temperatura għolja” tfisser prodott:

    (a) li jintegra minn tal-inqas kompressur wieħed li jaħdem b'mutur elettriku jew li huwa maħsub biex jaħdem b'dan il-mod, u b'minn tal-inqas evaporatur wieħed;

    (b) li jkun kapaċi jberred likwidu u jżomm it-temperatura tiegħu kostanti sabiex ikessaħ apparat refriġerat jew sistema refriġerata, li l-għan tagħha ma jkunx li tkessaħ xi post biex fih ikun hemm temperatura li n-nies iħossuhom komdi fiha;

    (c) li jkun kapaċi jilħaq il-kapaċità nominali tar-refriġerazzjoni tiegħu f'temperatura tal-ħruġ ta' skambjatur tas-sħana laterali li jkun jinsab fuq ġewwa ta' 7 °C, bil-kundizzjonijiet nominali standard;

    (d) li jista' jintegra l-kondensatur, is-sistema ta' ċirkolazzjoni tal-fluwidu berried jew tagħmir anċillari ieħor;

    11. “kapaċità nominali tar-refriġerazzjoni” (P) tfisser il-kapaċità tar-refriġerazzjoni li ċ-ċiller ta' proċessi ta' temperatura għolja huwa kapaċi jilħaq meta jkun qed jaħdem b'tagħbija sħiħa, imkejla f'temperatura tad-dħul tal-arja ta' 35 °C għaċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja mkessħa bl-arja u f'temperatura tad-dħul tal-ilma ta' 30 °C għaċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja mkessħa bl-ilma, mogħtija f'kW;

    12. “ċiller ta' proċessi ta' temperatura għolja mkessaħ bl-arja” tfisser ċiller ta' proċessi ta' temperatura għolja li l-mezz għat-trasferiment tas-sħana tiegħu fil-kondensatur huwa l-arja;

    13. “ċiller ta' proċessi ta' temperatura għolja mkessaħ bl-ilma” tfisser ċiller ta' proċessi ta' temperatura għolja li l-mezz għat-trasferiment tas-sħana tiegħu fil-kondensatur huwa l-ilma jew is-salmura;

    14. “fjuwil tal-bijomassa” tfisser fjuwil prodott mill-bijomassa;

    15. “bijomassa” tfisser il-parti bijodegradabbli tal-prodotti, tal-iskart u tar-residwi ta' oriġini bijoloġika mill-agrikultura (inklużi s-sustanzi veġetali u tal-annimali), mill-forestrija u minn industriji oħrajn relatati, inkluż mis-sajd u l-akkwakultura, u l-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart industrijali u dak muniċipali;

    16. “fjuwil solidu” tfisser fjuwil li huwa solidu f'temperaturi ambjentali ta' ġewwa normali;

    17. “kapaċità nominali tat-tisħin” (Prated,h) tfisser il-kapaċità tat-tisħin ta' pompa tas-sħana, ta' ħiter tal-arja sħuna jew ta' fannijiet konvetturi meta dawn ikunu qed isaħħnu post bil-“kundizzjonijiet nominali standard”, mogħtija f'kW;

    18. “kapaċità nominali tat-tkessiħ” (Prated,c) tfisser il-kapaċità tat-tkessiħ ta' ċiller għall-kumdità u/jew ta' kundizzjonatur tal-arja jew ta' fannijiet konvetturi meta dawn ikunu qed ikessħu post bil-“kundizzjonijiet nominali standard”, mogħtija f'kW;

    19. “kundizzjonijiet nominali standard” tfisser il-kundizzjonijiet operattivi taċ-ċillers għall-kumdità, tal-kundizzjonaturi tal-arja u tal-pompi tas-sħana li fihom jiġu ttestjati dawn il-prodotti sabiex jiġu stabbiliti l-kapaċità nominali tat-tisħin, il-kapaċità nominali tat-tkessiħ, il-livell ta' qawwa tal-ħoss u/jew l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu tagħhom. Għall-prodotti li jużaw il-magni b'kombustjoni interna, dawn huma n-numru ekwivalenti għall-veloċità tal-magna (Erpmequivalent);

    20. “temperatura tal-ilma mkessaħ fil-ħruġ” tfisser it-temperatura tal-ilma li jkun ħiereġ miċ-ċiller għall-kumdità, mogħtija fi gradi Celsius.

    Fl-Anness I qegħdin jingħataw iktar definizzjonijiet għall-għanijiet tal-Annessi II sa V.

    Artikolu 3

    Rekwiżiti tal-ekodisinn u skeda taż-żmien

    1.  L-Anness II jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti tat-tisħin tal-arja, għall-prodotti tat-tkessiħ, għall-fannijiet konvetturi u għaċ-ċillers ta' temperatura għolja.

    2.  Kull rekwiżit tal-ekodisinn għandu jibda japplika skont l-iskeda taż-żmien li ġejja:

    (a) Mill-1 ta' Jannar 2018:

    (i) il-prodotti tat-tisħin tal-arja għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti mogħtija fil-punt 1(a) u fil-punt 5 tal-Anness II;

    (ii) il-prodotti tat-tkessiħ għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti mogħtija fil-punt 2(a) u fil-punt 5 tal-Anness II;

    (iii) iċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti mogħtija fil-punt 3(a) u fil-punt 5 tal-Anness II;

    (iv) il-fannijiet konvetturi għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti mogħtija fil-punt 5 tal-Anness II.

    (b) Mis-26 ta' Settembru 2018:

    (i) il-prodotti tat-tisħin tal-arja u l-prodotti tat-tkessiħ għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti mogħtija fil-punt 4(a) tal-Anness II.

    (c) Mill-1 ta' Jannar 2021:

    (i) il-prodotti tat-tisħin tal-arja għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti mogħtija fil-punt 1(b) tal-Anness II;

    (ii) il-prodotti tat-tkessiħ għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti mogħtija fil-punt 2(b) tal-Anness II;

    (iii) iċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti mogħtija fil-punt 3(b) tal-Anness II;

    (iv) il-prodotti tat-tisħin tal-arja għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti mogħtija fil-punt 4(b) tal-Anness II.

    3.  Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha titkejjel u tiġi kkalkulata skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III.

    Artikolu 4

    Valutazzjoni tal-konformità

    Il-manifatturi għandhom ikunu jistgħu jagħżlu jekk, għall-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/125/KE għandhomx jużaw is-sistema ta' kontroll intern tad-disinn stabbilita fl-Anness IV ta' dik id-Direttiva jew is-sistema ta' ġestjoni stabbilita fl-Anness V ta' dik id-Direttiva.

    Il-manifatturi għandhom jipprovdu d-dokumenti tekniċi li jkun fihom it-tagħrif stabbilit fil-punt 5(c) tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 5

    Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

    L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta' verifika stabbilita fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament meta jkunu qed iwettqu l-verifiki ta' sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 6

    Parametri referenzjarji

    L-Anness V ta' dan ir-Regolament jistabbilixxi l-valuri indikattivi ta' referenza li għandhom jintużaw biex jiġu kklassifikati l-prodotti tat-tisħin tal-arja, l-prodotti tat-tkessiħ u ċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja li jkunu disponibbli fis-suq meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament li jkollhom l-aqwa prestazzjoni.

    Artikolu 7

    Rieżami

    Il-Kummissjoni se twettaq rieżami ta' dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku li jkun sar b'rabta mal-prodotti tat-tisħin tal-arja, mal-prodotti tat-tkessiħ u maċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja. Il-Kummissjoni se tippreżenta r-riżultati ta' dan ir-rieżami lill-Forum Konsultattiv dwar l-Ekodisinn sa mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2022. Ir-rieżami għandu jinkludi valutazzjoni tal-affarijiet li ġejjin:

    (a) kemm huwa xieraq li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn li jkopru l-emissjonijiet diretti tal-gassijiet b'effett ta' serra li jkunu kkawżati mir-refriġeranti;

    (b) kemm huwa xieraq li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja li jużaw il-kondensazzjoni evaporattiva u għaċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja li jużaw teknoloġija ta' assorbiment;

    (c) kemm huwa xieraq li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti iktar stretti tal-ekodisinn għall-effiċjenza enerġetika u għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu tal-prodotti tat-tisħin tal-arja, tal-prodotti tat-tkessiħ u taċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja;

    (d) kemm huwa xieraq li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-emissjonijiet tal-istorbju tal-prodotti tat-tisħin tal-arja, tal-prodotti tat-tkessiħ, taċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja u tal-fannijiet konvetturi;

    (e) kemm huwa xieraq li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti marbutin mal-emissjonijiet abbażi tal-kapaċità utli tat-tisħin jew tat-tkessiħ, minflok abbażi tal-input tal-enerġija;

    (f) kemm huwa xieraq li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters ikkombinati tal-arja sħuna;

    (g) kemm huwa xieraq li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti dwar it-tikkettar enerġetiku għall-prodotti domestiċi tat-tisħin tal-arja;

    (h) kemm huwa xieraq li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti iktar stretti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-arja sħuna tat-tip C2 u tat-tip C4;

    (i) kemm huwa xieraq li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti iktar stretti tal-ekodisinn għall-kundizzjonaturi tal-arja u għall-pompi tas-sħana ta' fuq il-bejt u għal dawk li jwasslu l-arja permezz ta' kanali (ducts);

    (j) kemm hija xierqa ċ-ċertifikazzjoni ta' partijiet terzi; kif ukoll

    (k) il-valur tat-tolleranzi għall-verifika għall-prodotti kollha, kif imsemmi fil-proċeduri tal-verifika stabbiliti fl-Anness IV.

    Artikolu 8

    Deroga

    1.  Sal-1 ta' Jannar 2018, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid fis-suq u/jew id-dħul fis-servizz ta' prodotti tat-tisħin tal-arja, ta' prodotti tat-tkessiħ u ta' ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom dwar l-effiċjenza enerġetika staġonali jew dwar il-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġonali li jkunu fis-seħħ meta dan ir-Regolament jiġi adottat.

    2.  Sas-26 ta' Settembru 2018, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid fis-suq u/jew id-dħul fis-servizz ta' prodotti tat-tisħin tal-arja u ta' prodotti tat-tkessiħ li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom dwar l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu li jkunu fis-seħħ meta dan ir-Regolament jiġi adottat.

    Artikolu 9

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    Definizzjonijiet li japplikaw għall-Annessi II sa V

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, minbarra d-definizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2009/125/KE, japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

    Definizzjonijiet komuni

    (1) “koeffiċjent ta' konverżjoni” (CC) tfisser koeffiċjent li jirrifletti l-medja tal-effiċjenza tal-ġenerazzjoni tal-UE, stmata bħala 40 %, stabbilita fl-Anness IV tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija ( 6 ); il-valur tal-koeffiċjent ta' konverżjoni għandu jkun ta' CC = 2,5;

    (2) “valur kalorifiku gross” (GCV) tfisser l-ammont totali ta' sħana rrilaxxat minn unità ta' fjuwil meta din tinħaraq kompletament bl-ossiġnu u meta l-prodotti tal-kombustjoni jerġgħu jinġiebu fit-temperatura ambjentali; din il-kwantità tinkludi s-sħana tal-kondensazzjoni ta' kwalunkwe fwar tal-ilma li jkun hemm fil-fjuwil u tal-fwar tal-ilma ffurmat mill-kombustjoni ta' kwalunkwe idroġenu li jkun hemm fil-fjuwil;

    (3) “potenzjal ta' tisħin globali” (GWP) tfisser il-potenzjal ta' tisħin klimatiku ta' gass b'effett ta' serra meta mqabbel ma' dak tad-diossidu tal-karbonju (CO2), ikkalkulat f'termini tal-potenzjal ta' tisħin fuq mitt sena (100) ta' kilogramma ta' gass b'effett ta' serra meta mqabbel ma' kilogramma ta' CO2. Il-valuri tal-GWP huma dawk stabbiliti fl-Annessi I, II u IV tar-Regolament (UE) Nru 517/2014. Il-valuri tal-GWP għat-taħlitiet tar-refriġeranti se jissejsu fuq il-metodu ppreżentat fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 517/2014;

    (4) “rata tal-fluss tal-arja” tfisser ir-rata tal-fluss tal-arja f'metri kubi fis-siegħa (m3/h), imkejla fl-iżbokk tal-arja tal-apparat ta' barra u/jew ta' ġewwa (jekk dan ikun applikabbli) taċ-ċillers għall-kumdità, tal-kundizzjonaturi tal-arja jew tal-pompi tas-sħana u tal-fannijiet konvetturi bil-kundizzjonijiet nominali standard għat-tkessiħ jew għat-tisħin, jekk il-prodott ma jkollu l-ebda funzjoni ta' tkessiħ;

    (5) “livell ta' qawwa tal-ħoss” (LWA) tfisser il-livell ta' qawwa tal-ħoss ipponderat għall-frekwenza A, imkejjel fuq ġewwa u/jew fuq barra bil-kundizzjonijiet nominali standard u mogħti f'dB;

    (6) “ħiter supplimentari” tfisser ġeneratur tas-sħana tal-prodott tat-tisħin tal-arja li jipproduċi s-sħana supplimentari f'każijiet li fihom it-tagħbija tat-tisħin tkun ikbar mill-kapaċità tat-tisħin tal-ġeneratur tas-sħana ppreferut;

    (7) “ġeneratur tas-sħana ppreferut” tfisser il-ġeneratur tas-sħana tal-prodott tat-tisħin tal-arja li jikkontribwixxi l-iktar għas-sħana totali pprovduta matul l-istaġun tat-tisħin;

    (8) “effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post” (ηs,h) tfisser il-proporzjon bejn id-domanda annwali ta' referenza għat-tisħin għall-istaġun tat-tisħin speċifikat, koperta bi prodott tat-tisħin tal-arja, u l-konsum annwali tal-enerġija għat-tisħin, ikkoreġut b'fatturi li jqisu l-apparat għall-kontroll tat-temperatura u l-konsum tal-elettriku ta' pompa/i tal-ilma ta' taħt l-art, meta jkun applikabbli, mogħtija bħala perċentwali;

    (9) “effiċjenza enerġetika staġonali tat-tkessiħ tal-post” (ηs,c) tfisser il-proporzjon tad-domanda annwali ta' referenza għat-tkessiħ għall-istaġun tat-tkessiħ speċifikat, koperta bi prodott tat-tkessiħ, meta mqabbla mal-konsum annwali tal-enerġija għat-tkessiħ, ikkoreġuta b'fatturi li jqisu l-apparat għall-kontroll tat-temperatura u l-konsum tal-elettriku ta' pompa/i tal-ilma ta' taħt l-art, fejn applikabbli, mogħtija bħala perċentwali;

    (10) “tagħmir għall-kontroll tat-temperatura” tfisser tagħmir li jservi ta' interfaċċja mal-utent aħħari b'rabta maċ-ċifri u mal-iskeda taż-żmien tat-temperatura mixtieqa ta' ġewwa u li jikkomunika d-dejta rilevanti, bħat-temperatura/i reali ta' barra u/jew ta' ġewwa, lil interfaċċja tal-prodott tat-tisħin tal-arja jew tal-prodott tat-tkessiħ bħall-proċessur ċentrali, u b'hekk jikkontribwixxi għar-regolazzjoni tat-temperatura/i ta' ġewwa;

    (11) “intervall ta' temperaturi” (binj) tfisser kombinazzjoni ta' “temperatura ta' barra (Tj)” u ta' “sigħat tal-intervall ta' temperaturi (hj)”, kif stabbilit fit-Tabelli 26, 27 u 28 tal-Anness III;

    (12) “sigħat tal-intervall ta' temperaturi” (hj) tfisser is-sigħat f'kull staġun, mogħtija f'sigħat fis-sena, li matulhom ikun hemm temperatura ta' barra partikulari għal kull intervall ta' temperaturi, kif stabbilit fit-Tabella 26, 27 u 28 tal-Anness III;

    (13) “temperatura ta' ġewwa” (Tin) tfisser it-temperatura tal-arja ta' ġewwa b'termometru niexef, mogħtija fi gradi Celsius; l-umdità relattiva tista' tintwera billi tingħata temperatura korrispondenti b'termometru umdu;

    (14) “temperatura ta' barra” (Tj) tfisser it-temperatura tal-arja ta' barra b'termometru niexef, mogħtija fi gradi Celsius; l-umdità relattiva tista' tintwera billi tingħata temperatura korrispondenti b'termometru umdu;

    (15) “kontroll tal-kapaċità” tfisser il-ħila ta' pompa tas-sħana, ta' kundizzjonatur tal-arja, ta' ċiller għall-kumdità jew ta' ċiller ta' proċessi ta' temperatura għolja li jibdel il-kapaċità tiegħu tat-tisħin jew tat-tkessiħ billi jbiddel ir-rata tal-fluss volumetriku tar-refriġerant/i. Dan irid jiġi mmarkat bħala “fiss” jekk ir-rata tal-fluss volumetriku ma tistax tinbidel, bħala “maqsum fi stadji” jekk ir-rata tal-fluss volumetriku tinbidel jew tvarja f'sensiela ta' mhux iktar minn żewġ stadji, jew bħala “varjabbli” jekk ir-rata tal-fluss volumetriku tinbidel jew tvarja f'sensiela ta' tliet stadji jew iktar;

    (16) “koeffiċjent ta' degradazzjoni” ((Cdh) fil-modalità tat-tisħin u (Cdc) fil-modalitajiet tat-tkessiħ jew tar-refriġerazzjoni) tfisser il-kejl tat-telf ta' effiċjenza minħabba ċ-ċikli tal-prodott; jekk ma jiġix stabbilit bil-kejl, b'mod awtomatiku l-koeffiċjent tad-degradazzjoni jitqies li huwa ta' 0,25 għal kundizzjonatur tal-arja jew għal pompa tas-sħana, jew ta' 0,9 għal ċiller għall-kumdità jew għal ċiller ta' proċessi ta' temperatura għolja;

    (17) “emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu” tfisser is-somma tal-emissjonijiet tal-monossidu tan-nitroġenu u tad-diossidu tan-nitroġenu li jkunu ġejjin mill-prodotti tat-tisħin tal-arja u mill-prodotti tat-tkessiħ li jaħdmu bil-fjuwils likwidi jew gassużi, u mogħtija bħala ammont ta' diossidu tan-nitroġenu, stabbilita fil-kapaċità nominali tat-tisħin, mogħtija f'mg/kWh f'termini tal-GCV.

    Definizzjonijiet marbutin mal-ħiters tal-arja sħuna

    (18) “ħiter tal-arja sħuna” tfisser prodott tat-tisħin tal-arja li jittrasferixxi, direttament fl-arja, is-sħana minn ġeneratur tas-sħana u li jinkorpora jew li jiddistribwixxi din is-sħana f'sistema ta' tisħin bl-arja;

    (19) “ħiter tal-arja sħuna li jaħdem bil-fjuwils likwidi jew gassużi” tfisser ħiter tal-arja sħuna li juża ġeneratur tas-sħana li jaħdem bil-kombustjoni tal-fjuwils likwidi jew gassużi;

    (20) “ħiter tal-arja sħuna li jaħdem bl-elettriku” tfisser ħiter tal-arja sħuna li juża ġeneratur tas-sħana li juża l-effett Joule fit-tisħin permezz tar-reżistenza;

    (21) “ħiter tal-arja sħuna B1” tfisser ħiter tal-arja sħuna li juża fjuwils likwidi jew gassużi, speċifikament maħsub biex jitqabbad mat-tromba ta' ċumnija b'kurrent tal-arja naturali li minnha joħorġu r-residwi tal-kombustjoni għan-naħa ta' barra tal-kamra li fiha jkun jinsab il-ħiter tal-arja sħuna B1 u li jkun jiġbed l-arja tal-kombustjoni direttament mill-kamra; ħiter tal-arja sħuna B1 huwa kkummerċjalizzat bħala ħiter tal-arja sħuna B1 biss;

    (22) “ħiter tal-arja sħuna C2” tfisser ħiter tal-arja sħuna li juża fjuwils likwidi jew gassużi, speċifikament maħsub biex jiġbed l-arja tal-kombustjoni minn sistema komuni ta' kanali li magħha jkun imqabbad aktar minn apparat elettrodomestiku wieħed u li jkun jiġbed il-gass mit-tromba ta' ċumnija għas-sistema ta' kanali; ħiter tal-arja sħuna C2 huwa kkummerċjalizzat bħala ħiter tal-arja sħuna C2 biss;

    (23) “ħiter tal-arja sħuna C4” tfisser ħiter tal-arja sħuna li juża fjuwils likwidi jew gassużi, speċifikament maħsub biex jiġbed l-arja tal-kombustjoni minn sistema komuni ta' kanali li magħha jkun imqabbad aktar minn apparat elettrodomestiku wieħed u li jkun jiġbed il-gass mit-tromba ta' ċumnija għal pajp ieħor fis-sistema tat-tromba ta' ċumnija; ħiter tal-arja sħuna C4 huwa kkummerċjalizzat bħala ħiter tal-arja sħuna C4 biss;

    (24) “kapaċità minima” tfisser il-kapaċità minima tat-tisħin tal-ħiter tal-arja sħuna (Pmin), mogħtija f'kW;

    (25) “effiċjenza utli fil-kapaċità nominali tat-tisħin” (η_nom) tfisser il-proporzjon tal-kapaċità nominali tat-tisħin u l-input totali tal-enerġija meħtieġa biex tintlaħaq din il-kapaċità tat-tisħin, mogħtija bħala perċentwali (%), filwaqt li l-input totali tal-enerġija jissejjes fuq il-GCV tal-fjuwil f'każ li jkunu qed jintużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi;

    (26) “effiċjenza utli fil-kapaċità minima” (ηpl) tfisser il-proporzjon tal-kapaċità minima u l-input totali tal-enerġija meħtieġa biex tintlaħaq din il-kapaċità tat-tisħin, mogħtija bħala perċentwali (%), filwaqt li l-input totali tal-enerġija jissejjes fuq il-GCV tal-fjuwil;

    (27) “effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità Attiv” (ηs,on) tfisser l-effiċjenza enerġetika termali staġonali mmultiplikata bl-effiċjenza tal-emissjonijiet, mogħtija bħala perċentwali (%);

    (28) “effiċjenza enerġetika termali staġonali” (ηs,th) tfisser il-medja pponderata tal-effiċjenza utli fil-kapaċità nominali tat-tisħin, u l-effiċjenza utli fil-kapaċità minima, inkluża l-kunsiderazzjoni tat-telf mill-involkru;

    (29) “effiċjenza tal-emissjonijiet” (ηs,flow) tfisser korrezzjoni applikata fil-kalkolu tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità Attiv li tqis il-fluss tal-arja ekwivalenti tal-kapaċità tal-arja msaħħna u tal-kapaċità tat-tisħin;

    (30) “fattur ta' telf mill-involkru” (Fenv) tfisser it-telf tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post minħabba t-telf tas-sħana tal-ġeneratur tas-sħana għal żoni li jinsabu 'l barra mill-post li jrid jissaħħan, mogħti bħala perċentwali (%);

    (31) “konsum tal-elettriku awżiljarju” tfisser it-telf tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post minħabba l-konsum tal-enerġija elettrika fil-kapaċità nominali tat-tisħin (elmax), fil-kapaċità minima (elmin) u fil-modalità Stennija (elsb), mogħti bħala perċentwali (%);

    (32) “telf tal-fjamma pilota” tfisser it-telf tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post minħabba l-konsum tal-enerġija tal-berner tat-tqabbid, mogħti bħala perċentwali (%);

    (33) “konsum tal-enerġija tal-fjamma pilota permanenti” (Pign) tfisser il-konsum tal-enerġija ta' berner li jkun maħsub biex iqabbad il-berner prinċipali u li jista' jintefa biss b'intervent tal-utent, mogħti f'W abbażi tal-GCV tal-fjuwil;

    (34) “telf mit-tromba ta' ċumnija miftuħa” tfisser it-telf tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post matul il-perjodi meta l-ġeneratur ippreferut ma jkunx attiv, mogħti bħala perċentwali (%).

    Definizzjonijiet tal-pompi tas-sħana, tal-kundizzjonaturi tal-arja u taċ-ċillers għall-kumdità

    (35) “pompa tas-sħana” tfisser prodott tat-tisħin tal-arja:

    (a) li l-iskambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq barra (l-evaporatur) tiegħu jneħħi s-sħana mill-arja ambjentali, mill-arja tal-egżost tal-ventilazzjoni, mill-ilma jew mis-sorsi tas-sħana fl-art;

    (b) li jkollu ġeneratur tas-sħana li juża ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar jew ċiklu ta' sorbiment;

    (c) li l-iskambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq ġewwa (il-kondensatur) tiegħu jitfa' din is-sħana f'sistema ta' tisħin bl-arja;

    (d) li jista' jkun mgħammar b'ħiter supplimentari; u

    (e) li jista' jitħaddem bil-kontra, f'liema każ jiffunzjona bħala kundizzjonatur tal-arja;

    (36) “pompa tas-sħana arja-arja” tfisser pompa tas-sħana li jkollha ġeneratur tas-sħana li juża ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar li jaħdem b'mutur tal-elettriku jew b'magna b'kombustjoni interna u li jkollha skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq barra (l-evaporatur) li jħalli t-trasferiment tas-sħana mill-arja ambjentali;

    (37) “pompa tas-sħana ilma-/salmura-arja” tfisser pompa tas-sħana li jkollha ġeneratur tas-sħana li juża ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar li jaħdem b'mutur tal-elettriku jew b'magna b'kombustjoni interna u li jkollha skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq barra (l-evaporatur) li jħalli t-trasferiment tas-sħana mill-ilma jew mis-salmura;

    (38) “pompa tas-sħana ta' fuq il-bejt” tfisser pompa tas-sħana arja-arja li taħdem b'kompressur tal-elettriku, li jkollha l-evaporatur, il-kompressur u l-kondensatur tagħha li jkunu integrati f'qafas wieħed;

    (39) “pompa tas-sħana b'ċiklu ta' sorbiment” tfisser pompa tas-sħana li jkollha ġeneratur tas-sħana li juża ċiklu ta' sorbiment li jkun jiddependi fuq il-kombustjoni esterna tal-fjuwils u/jew fuq provvista ta' sħana;

    (40) “pompa tas-sħana multisplit” tfisser pompa tas-sħana li tinkorpora aktar minn apparat wieħed fuq ġewwa, b'ċirkwit wieħed jew aktar tar-refriġerazzjoni, b'kumpressur wieħed jew aktar u b'apparat wieħed jew aktar fuq barra, u li jistgħu jkunu kkontrollati b'mod individwali jew le;

    (41) “kundizzjonatur tal-arja” tfisser prodott tat-tkessiħ li jkessaħ post u:

    (a) li l-iskambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq ġewwa (l-evaporatur) tiegħu jneħħi s-sħana minn sistema tat-tkessiħ bl-arja (is-sors tas-sħana);

    (b) li jkollu ġeneratur tal-kesħa li juża ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar jew ċiklu ta' sorbiment;

    (c) li l-iskambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq barra (il-kondensatur) tiegħu jitfa' din is-sħana għal ġo dissipatur/i tas-sħana fl-arja ambjentali, fl-ilma jew fl-art u li jista' jkun jinkludi t-trasferiment tas-sħana abbażi tal-evaporazzjoni tal-ilma miżjud esternament jew le;

    (d) li jista' jitħaddem bil-kontra, f'liema każ jista' jiffunzjona bħala pompa tas-sħana;

    (42) “kundizzjonatur tal-arja arja-arja” tfisser kundizzjonatur tal-arja li jkollu ġeneratur tal-kesħa li juża ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar li jaħdem b'mutur tal-elettriku jew b'magna b'kombustjoni interna u li jkollu skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq barra (il-kondensatur) li jħalli t-trasferiment tas-sħana għal ġol-arja;

    (43) “kundizzjonatur tal-arja ilma-/salmura-arja” tfisser kundizzjonatur tal-arja li jkollu ġeneratur tal-kesħa li juża ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar li jaħdem b'mutur tal-elettriku jew b'magna b'kombustjoni interna u li jkollu skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq barra (il-kondensatur) li jħalli t-trasferiment tas-sħana għal ġol-ilma jew għal ġos-salmura;

    (44) “kundizzjonatur tal-arja ta' fuq il-bejt” tfisser kundizzjonatur tal-arja arja-arja li jaħdem b'kompressur tal-elettriku, li jkollu l-evaporatur, il-kompressur u l-kondensatur tiegħu li jkunu integrati f'qafas wieħed;

    (45) “kundizzjonatur tal-arja multisplit” tfisser kundizzjonatur tal-arja li jinkorpora aktar minn apparat wieħed fuq ġewwa, ċirkwit wieħed jew aktar tar-refriġerazzjoni, kumpressur wieħed jew aktar jew apparat wieħed jew aktar fuq barra, u li l-apparat ta' ġewwa jistgħu jkunu kkontrollati b'mod individwali jew le;

    (46) “kundizzjonatur tal-arja b'ċiklu ta' sorbiment” tfisser kundizzjonatur tal-arja li jkollu ġeneratur tal-kesħa li juża ċiklu ta' sorbiment li jkun jiddependi fuq il-kombustjoni esterna tal-fjuwils u/jew fuq provvista ta' sħana;

    (47) “ċiller għall-kumdità arja-ilma” tfisser ċiller għall-kumdità li jkollu ġeneratur tal-kesħa li juża ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar li jaħdem b'mutur tal-elettriku jew b'magna b'kombustjoni interna u li jkollu skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq barra (il-kondensatur) li jħalli t-trasferiment tas-sħana għal ġol-arja, inkluż it-trasferiment tas-sħana abbażi tal-evaporazzjoni tal-ilma miżjud esternament għal ġo din l-arja, diment li l-apparat ikun jista' jiffunzjona wkoll mingħajr l-użu ta' ilma addizzjonali, imma bl-użu tal-arja biss;

    (48) “ċiller għall-kumdità ilma-/salmura-ilma” tfisser ċiller għall-kumdità li jkollu ġeneratur tal-kesħa li juża ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar li jaħdem b'mutur tal-elettriku jew b'magna b'kombustjoni interna u li jkollu skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq barra (il-kondensatur) li jħalli t-trasferiment tas-sħana għal ġol-ilma jew għal ġos-salmura, minbarra t-trasferiment tas-sħana abbażi tal-evaporazzjoni tal-ilma miżjud esternament;

    (49) “ċiller għall-kumdità b'ċiklu ta' sorbiment” tfisser ċiller għall-kumdità li jkollu ġeneratur tal-kesħa li juża ċiklu ta' sorbiment li jkun jiddependi fuq il-kombustjoni esterna tal-fjuwils u/jew fuq provvista ta' sħana;

    Definizzjonijiet marbutin mal-metodu ta' kalkolu għaċ-ċillers għall-kumdità, għall-kundizzjonaturi tal-arja u għall-pompi tas-sħana

    (50) “kundizzjonijiet ta' referenza tad-disinn” tfisser il-kombinazzjoni tat-“temperatura ta' referenza tad-disinn”, tat-“temperatura bivalenti” massima u tat-“temperatura tal-limitu tat-tħaddim” massima, kif stabbilit fit-Tabella 24 tal-Anness III;

    (51) “temperatura ta' referenza tad-disinn” tfisser it-“temperatura ta' barra” għat-tkessiħ (Tdesign,c) jew għat-tisħin (Tdesign,h), mogħtija fi gradi Celsius, kif deskritt fit-Tabella 24 tal-Anness III, li fiha l-“proporzjon tat-tagħbija parzjali” jkun ta' 1, u li tvarja skont l-istaġun tat-tisħin jew tat-tkessiħ;

    (52) “temperatura bivalenti” (Tbiv) tfisser it-temperatura ta' barra (Tj) iddikjarata mill-manifattur, mogħtija fi gradi Celsius, li fiha l-kapaċità ddikjarata tat-tisħin tkun daqs it-tagħbija parzjali u li f'temperaturi inqas minnha l-kapaċità ddikjarata tat-tisħin tkun trid tiġi ssupplimentata mill-kapaċità ta' ħiter tal-elettriku ta' emerġenza sabiex tintlaħaq it-tagħbija parzjali għat-tisħin;

    (53) “temperatura tal-limitu tat-tħaddim” (Tol) tfisser it-temperatura ta' barra ddikjarata mill-manifattur għat-tisħin, mogħtija fi gradi Celsius, li f'temperaturi inqas minnha pompa tas-sħana ma tkun tista' twassal l-ebda kapaċità tat-tisħin u l-kapaċità ddikjarata tat-tisħin tkun ta' żero;

    (54) “proporzjon tat-tagħbija parzjali” (pl(Tj)) tfisser it-“temperatura ta' barra” nieqes 16-il °C, diviża bit-“temperatura ta' referenza tad-disinn” nieqes 16-il °C, għat-tkessiħ ta' post jew għat-tisħin tiegħu;

    (55) “staġun” tfisser sett ta' kundizzjonijiet ambjentali, speċifikati bħala staġun tat-tisħin jew staġun tat-tkessiħ, li jiddeskrivu l-kombinazzjoni ta' temperaturi ta' barra u s-sigħat tal-intervall ta' temperaturi li jkun hemm waqt dak l-istaġun, għal kull intervall ta' temperaturi;

    (56) “tagħbija parzjali għat-tisħin” (Ph(Tj)) tfisser it-tagħbija tat-tisħin f'temperatura speċifika ta' barra, ikkalkulata bħala t-tagħbija tad-disinn għat-tisħin immultiplikata bil-proporzjon tat-tagħbija parzjali u mogħtija f'kW;

    (57) “tagħbija parzjali għat-tkessiħ” (Pc(Tj)) tfisser it-tagħbija tat-tkessiħ f'temperatura speċifika ta' barra, ikkalkulata bħala t-tagħbija tad-disinn għat-tkessiħ immultiplikata bil-proporzjon tat-tagħbija parzjali u mogħtija f'kW;

    (58) “proporzjon staġonali tal-effiċjenza enerġetika” (SEER) huwa l-proporzjon kumplessiv tal-effiċjenza enerġetika tal-kundizzjonatur tal-arja jew taċ-ċiller għall-kumdità, li jkun rappreżentattiv għall-istaġun tat-tkessiħ u li jkun ikkalkulat bħala d-“domanda annwali ta' referenza għat-tkessiħ” diviża bil-“konsum annwali tal-enerġija għat-tkessiħ”;

    (59) “koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni” (SCOP) huwa l-koeffiċjent kumplessiv tal-prestazzjoni ta' pompa tas-sħana li taħdem bl-elettriku, li jkun rappreżentattiv għall-istaġun tat-tisħin u li jkun ikkalkulat bħala d-domanda annwali ta' referenza għat-tisħin diviża “bil-konsum annwali tal-enerġija għat-tisħin”;

    (60) “domanda annwali ta' referenza għat-tkessiħ” (QC) tfisser id-domanda ta' referenza għat-tkessiħ li trid tintuża bħala l-bażi għall-kalkolu tas-SEER u li tiġi kkalkulata billi t-tagħbija tad-disinn għat-tkessiħ (Pdesign,c) tiġi mmultiplikata bis-sigħat ekwivalenti għat-tkessiħ fil-modalità Attiv (HCE), mogħtija f'kWh;

    (61) “domanda annwali ta' referenza għat-tisħin” (QH) tfisser id-domanda ta' referenza għat-tisħin għal staġun tat-tisħin speċifikat, li trid tintuża bħala l-bażi għall-kalkolu tas-SCOP u li tiġi kkalkulata billi t-tagħbija tad-disinn għat-tisħin (Pdesign,h) tiġi mmultiplikata bis-sigħat ekwivalenti għat-tisħin fil-modalità Attiv (HHE), mogħtija f'kWh;

    (62) “konsum annwali tal-enerġija għat-tkessiħ” (QCE) tfisser il-konsum tal-enerġija meħtieġ biex tintlaħaq id-“domanda annwali ta' referenza għat-tkessiħ” li jiġi kkalkulat billi d-“domanda annwali ta' referenza għat-tkessiħ” tiġi diviża bil-“proporzjon staġonali tal-effiċjenza enerġetika fil-modalità Attiv” (SEERon) u bil-konsum tal-elettriku tal-apparat fil-modalità Termostat Mitfi, fil-modalità Stennija, fil-modalità Mitfi u fil-modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank waqt l-istaġun tat-tkessiħ, mogħti f'kWh;

    (63) “konsum annwali tal-enerġija għat-tisħin” (QHE) tfisser il-konsum tal-enerġija meħtieġ biex tintlaħaq id-domanda annwali ta' referenza għat-tisħin għal staġun tat-tisħin speċifikat, li jiġi kkalkulat billi d-“domanda annwali ta' referenza għat-tisħin” tiġi diviża bil-“proporzjon staġonali tal-koeffiċjent tal-prestazzjoni fil-modalità Attiv” (SCOPon) u bil-konsum tal-elettriku tal-apparat fil-modalità Termostat Mitfi, fil-modalità Stennija, fil-modalità Mitfi u fil-modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank waqt l-istaġun tat-tisħin, mogħti f'kWh;

    (64) “sigħat ekwivalenti għat-tkessiħ fil-modalità Attiv” (HCE) tfisser l-għadd annwali presuppost ta' sigħat li matulhom l-apparat irid jipprovdi t-“tagħbija tad-disinn għat-tkessiħ” (Pdesign,c) biex jissodisfa d-“domanda annwali ta' referenza għat-tkessiħ”, mogħti f'sigħat;

    (65) “sigħat ekwivalenti għat-tisħin fil-modalità Attiv” (HHE) tfisser l-għadd annwali presuppost ta' sigħat li matulhom ħiter tal-arja b'pompa tas-sħana jrid jipprovdi t-tagħbija tad-disinn għat-tisħin biex jissodisfa d-domanda annwali ta' referenza għat-tisħin, mogħti f'sigħat;

    (66) “proporzjon staġonali tal-effiċjenza enerġetika fil-modalità Attiv” (SEERon) tfisser il-proporzjon medju tal-effiċjenza enerġetika tal-apparat għall-funzjoni tat-tkessiħ fil-modalità Attiv, magħmul mit-tagħbija parzjali u mill-proporzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika speċifikati għall-intervall ta' temperaturi (EERbin(Tj)) u pponderat bis-sigħat tal-intervall ta' temperaturi li matulhom iseħħu l-kundizzjonijiet ta' dak l-intervall ta' temperaturi;

    (67) “koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni fil-modalità Attiv” (SCOPon) tfisser il-koeffiċjent medju tal-prestazzjoni tal-pompa tas-sħana fil-modalità Attiv għall-istaġun tat-tisħin, magħmul mit-tagħbija parzjali, mill-kapaċità tat-tisħin elettriku ta' emerġenza (meta dan ikun meħtieġ) u mill-koeffiċjenti tal-prestazzjoni speċifikati għall-intervall ta' temperaturi (COPbin(Tj)) u pponderat bis-sigħat tal-intervall ta' temperaturi li matulhom iseħħu l-kundizzjonijiet ta' dak l-intervall ta' temperaturi;

    (68) “koeffiċjent tal-prestazzjoni speċifikat għall-intervall ta' temperaturi” (COPbin(Tj)) tfisser il-koeffiċjent tal-prestazzjoni ta' pompa tas-sħana għal kull intervall ta' temperaturi (binj) meta jkun hemm it-temperatura ta' barra (Tj) fi staġun, li jiġi mit-tagħbija parzjali, mill-kapaċità ddikjarata u mill-koeffiċjent iddikjarat tal-prestazzjoni (COPd(Tj)) u li jiġi kkalkulat permezz tal-interpolazzjoni jew tal-estrapolazzjoni għal intervalli ta' temperaturi oħrajn, u kkoreġut, f'każ li jkun hemm bżonn, permezz tal-koeffiċjent ta' degradazzjoni li jkun japplika;

    (69) “proporzjon tal-effiċjenza enerġetika speċifikat għall-intervall ta' temperaturi” (EERbin(Tj)) tfisser il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika speċifiku għal kull intervall ta' temperaturi (binj) meta jkun hemm it-temperatura ta' barra (Tj) fi staġun, li jiġi mit-tagħbija parzjali, mill-kapaċità ddikjarata u mill-proporzjon iddikjarat tal-effiċjenza enerġetika (EERd(Tj)) u li jiġi kkalkulat permezz tal-interpolazzjoni jew tal-estrapolazzjoni għal intervalli ta' temperaturi oħrajn, u kkoreġut, f'każ li jkun hemm bżonn, permezz tal-koeffiċjent ta' degradazzjoni li jkun japplika;

    (70) “kapaċità ddikjarata tat-tisħin” (Pdh(Tj)) tfisser il-kapaċità tat-tisħin, mogħtija f'kW, taċ-ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar ta' pompa tas-sħana, fir-rigward tat-temperatura ta' barra (Tj) u tat-temperatura ta' ġewwa (Tin), kif iddikjarata mill-manifattur;

    (71) “kapaċità ddikjarata tat-tkessiħ” (Pdc(Tj)) tfisser il-kapaċità tat-tkessiħ, mogħtija f'kW, taċ-ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar tal-kundizzjonatur tal-arja jew taċ-ċiller għall-kumdità, fir-rigward tat-temperatura ta' barra (Tj) u tat-temperatura ta' ġewwa (Tin), kif iddikjarata mill-manifattur;

    (72) “tagħbija tad-disinn għat-tisħin” (Pdesign,h) tfisser it-tagħbija tat-tisħin, mogħtija f'kW, applikata għal pompa tas-sħana fit-temperatura ta' referenza tad-disinn, meta t-tagħbija tad-disinn għat-tisħin (Pdesign,h) tkun daqs it-tagħbija parzjali għat-tisħin u bit-temperatura ta' barra (Tj) li tkun daqs it-temperatura ta' referenza tad-disinn għat-tisħin (Tdesign,h);

    (73) “tagħbija tad-disinn għat-tkessiħ” (Pdesign,c) tfisser it-tagħbija tat-tkessiħ, mogħtija f'kW, applikata għal kundizzjonatur tal-arja jew għal ċiller għall-kumdità fil-kundizzjonijiet ta' referenza tad-disinn, meta t-tagħbija tad-disinn għat-tkessiħ (Pdesign,c) tkun daqs il-kapaċità ddikjarata tat-tkessiħ meta t-temperatura ta' barra (Tj) tkun daqs it-temperatura ta' referenza tad-disinn għat-tkessiħ (Tdesign,c);

    (74) “koeffiċjent iddikjarat tal-prestazzjoni” (COPd(Tj)) tfisser il-koeffiċjent tal-prestazzjoni f'għadd limitat ta' intervalli ta' temperaturi (j) speċifikati bit-temperatura ta' barra (Tj);

    (75) “proporzjon iddikjarat tal-effiċjenza enerġetika” (EERd(Tj) tfisser il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika f'għadd limitat ta' intervalli ta' temperaturi (j) speċifikati bit-temperatura ta' barra (Tj);

    (76) “kapaċità tat-tisħin elettriku ta' emerġenza” (elbu(Tj)) tirreferi għall-kapaċità tat-tisħin, mogħtija f'kW, ta' ħiter supplimentari reali jew presuppost li jkollu COP ta' 1 u li jissupplimenta l-kapaċità ddikjarata tat-tisħin (Pdh(Tj)) sabiex tintlaħaq it-tagħbija parzjali għat-tisħin (Ph(Tj)) f'każ li l-Pdh(Tj) tkun inqas mill-Ph(Tj), għat-temperatura ta' barra (Tj);

    (77) “proporzjon tal-kapaċità” tfisser it-tagħbija parzjali għat-tisħin (Ph(Tj)) diviża bil-kapaċità ddikjarata tat-tisħin (Pdh(Tj)) jew it-tagħbija parzjali għat-tkessiħ (Pc(Tj)) diviża bil-kapaċità ddikjarata tat-tkessiħ (Pdc(Tj));

    Modalitajiet ta' tħaddim biex tiġi kkalkulata l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post jew tat-tkessiħ tal-post tal-prodotti tat-tisħin tal-arja u tal-prodotti tat-tkessiħ

    (78) “modalità Attiv” tfisser il-modalità li tikkorrispondi għas-sigħat b'tagħbija tat-tisħin jew tat-tkessiħ tal-bini u li matulha tkun attivata l-funzjoni tat-tisħin jew tat-tkessiħ tal-apparat. Din il-qagħda tista' tinvolvi ċikli li matulhom l-apparat jinxtegħel u jintefa kemm-il darba sabiex tintlaħaq jew tinżamm it-temperatura tal-arja mitluba fuq ġewwa;

    (79) “modalità Stennija” tfisser qagħda li fiha l-ħiter tal-arja sħuna, iċ-ċiller għall-kumdità, il-kundizzjonatur tal-arja jew il-pompa tas-sħana jkunu mqabbdin mal-mejnijiet tal-elettriku, ikunu jiddependu fuq l-enerġija li tkun ġejja mill-mejnijiet tal-elettriku biex jaħdmu kif suppost u jkunu jipprovdu biss il-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jdumu għaddejjin għal tul taż-żmien mhux definit: funzjoni ta' riattivazzjoni, jew funzjoni ta' riattivazzjoni u indikazzjoni biss li din il-funzjoni reġgħet ġiet attivata u/jew turija tat-tagħrif jew tal-istatus;

    (80) “funzjoni ta' riattivazzjoni” tfisser funzjoni li tiffaċilita l-attivazzjoni ta' modalitajiet oħrajn, fosthom il-modalità Attiv, permezz ta' swiċċ mill-bogħod, li jkun jinkludi kontroll mill-bogħod permezz ta' netwerk, sensur intern jew kronometru, għal qagħda li tipprovdi funzjonijiet addizzjonali, fosthom il-funzjoni ewlenija;

    (81) “turija tat-tagħrif jew tal-istatus” tfisser funzjoni kontinwa li tipprovdi tagħrif dwar it-tagħmir jew inkella li tindika l-istatus tiegħu fuq skrin, inkluż il-ħin;

    (82) “modalità Mitfi” tfisser qagħda li fiha ċ-ċiller għall-kumdità, il-kundizzjonatur tal-arja jew il-pompa tas-sħana jkunu mqabbdin mal-mejnijiet tal-elettriku u ma jkunu qed jipprovdu l-ebda funzjoni. Il-qagħdiet li jipprovdu biss indikazzjoni ta' qagħda ta' “modalità Mitfi”, kif ukoll il-qagħdiet li jipprovdu biss funzjonijiet maħsuba biex jiżguraw il-kompatibbiltà elettromanjetika skont id-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) jitqiesu wkoll bħala “modalità Mitfi”;

    (83) “modalità Termostat Mitfi” tfisser il-qagħda li tikkorrispondi għas-sigħat mingħajr tagħbija tat-tisħin jew tat-tkessiħ, li matulha l-funzjoni tat-tisħin jew tat-tkessiħ tkun mixgħula imma l-apparat ma jkunx qed jaħdem; iċ-ċikli fil-modalità Attiv mhumiex meqjusin bħala modalità Termostat Mitfi;

    (84) “modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank” tfisser il-qagħda li fiha l-apparat ikun attiva apparat għat-tisħin sabiex jiġi evitat li r-refriġerant jgħaddi għal ġol-kompressur, biex tiġi limitata l-konċentrazzjoni tar-refriġerant fiż-żejt malli jitqabbad il-kompressur;

    (85) “konsum tal-enerġija fil-modalità Mitfi” (POFF) tfisser il-konsum tal-enerġija ta' apparat li jkun fil-modalità Mitfi, mogħti f'kW;

    (86) “konsum tal-enerġija fil-modalità Termostat Mitfi” (PTO) tfisser il-konsum tal-enerġija ta' apparat waqt li jkun fil-modalità Termostat Mitfi, mogħti f'kW;

    (87) “konsum tal-enerġija fil-modalità Stennija” (PSB) tfisser il-konsum tal-enerġija ta' apparat waqt li jkun fil-modalità Stennija, mogħti f'kW;

    (88) “konsum tal-enerġija fil-modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank” (PCK) tfisser il-konsum tal-enerġija ta' apparat waqt li jkun fil-modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank, mogħti f'kW;

    (89) “sigħat ta' tħaddim fil-modalità Mitfi” (HOFF) tfisser l-għadd annwali ta' sigħat (f'sigħat fis-sena) li matulhom l-apparat jitqies li jkun qiegħed fil-modalità Mitfi, li l-valur tagħhom jiddependi mill-istaġun u mill-funzjoni speċifikati;

    (90) “sigħat ta' tħaddim fil-modalità Termostat Mitfi” (HTO) tfisser l-għadd annwali ta' sigħat (f'sigħat fis-sena) li matulhom l-apparat jitqies li jkun qiegħed fil-modalità Termostat Mitfi, li l-valur tagħhom jiddependi mill-istaġun u mill-funzjoni speċifikati;

    (91) “sigħat ta' tħaddim fil-modalità Stennija” (HSB) tfisser l-għadd annwali ta' sigħat (f'sigħat fis-sena) li matulhom l-apparat jitqies li jkun qiegħed fil-modalità Stennija, li l-valur tagħhom jiddependi mill-istaġun u mill-funzjoni speċifikati;

    (92) “sigħat ta' tħaddim fil-modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank” (HCK) tfisser l-għadd annwali ta' sigħat (f'sigħat fis-sena) li matulhom l-apparat jitqies li jkun qiegħed fil-modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank, li l-valur tagħhom jiddependi mill-istaġun u mill-funzjoni speċifikati.

    Definizzjonijiet marbutin mal-metodu ta' kalkolu għall-kundizzjonaturi tal-arja, għaċ-ċillers għall-kumdità, u għall-pompi tas-sħana li jużaw il-fjuwils

    (93) “proporzjon staġonali tal-enerġija primarja fil-modalità tat-tkessiħ” (SPERc) tfisser il-proporzjon kumplessiv tal-effiċjenza enerġetika tal-kundizzjonatur tal-arja jew taċ-ċiller għall-kumdità li jużaw il-fjuwils, li jkun rappreżentattiv għall-istaġun tat-tkessiħ;

    (94) “effiċjenza staġonali fl-użu tal-gass fil-modalità tat-tkessiħ” (SGUEc) tfisser l-effiċjenza fl-użu tal-gass tul l-istaġun kollu tat-tkessiħ;

    (95) “effiċjenza fl-użu tal-gass b'tagħbija parzjali” tfisser l-effiċjenza fl-użu tal-gass meta l-apparat ikun qed ikessaħ (GUEc,bin) jew isaħħan (GUEh,bin) meta jkun hemm it-temperatura ta' barra (Tj);

    (96) “effiċjenza fl-użu tal-gass fil-kapaċità ddikjarata” tfisser l-effiċjenza fl-użu tal-gass meta l-apparat ikun qed ikessaħ (GUEcDC) jew isaħħan (GUEhDC) bil-kundizzjonijiet ta' kapaċità ddikjarata kif iddefiniti fit-Tabella 21 tal-Anness III, u kkoreġuta għall-użu possibbli taċ-ċikli mill-apparat f'każ li l-kapaċità reali tat-tkessiħ (QEc) taqbeż it-tagħbija tat-tkessiħ (Pc(Tj)) jew f'każ li l-kapaċità reali tat-tisħin (QEh) taqbeż it-tagħbija tat-tisħin (Ph(Tj));

    (97) “kapaċità reali tat-tkessiħ” (QEc) tfisser il-kapaċità mkejla tat-tkessiħ, ikkoreġuta għas-sħana li tkun ġejja mill-apparat (il-pompa/i jew il-fann/ijiet) li jkun responsabbli għaċ-ċirkolazzjoni tal-mezz għat-trasferiment tas-sħana permezz tal-iskambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq ġewwa, mogħtija f'kW;

    (98) “kapaċità reali tal-irkupru tas-sħana” tfisser il-kapaċità mkejla tal-irkupru tas-sħana, ikkoreġuta għas-sħana li tkun ġejja mill-apparat (il-pompa/i) taċ-ċirkwit tal-irkupru tas-sħana għat-tkessiħ (QEhr,c) jew għat-tisħin (QEhr,h), mogħtija f'kW;

    (99) “input termiku mkejjel għat-tkessiħ” (Qgmc) tfisser l-input imkejjel tal-fjuwil bil-kundizzjonijiet ta' tagħbija parzjali kif iddefiniti fit-Tabella 21 tal-Anness III, mogħti f'kW;

    (100) “fattur staġonali tal-enerġija awżiljarja fil-modalità tat-tkessiħ” (SAEFc) tfisser l-effiċjenza enerġetika awżiljarja għall-istaġun tat-tkessiħ, inkluż il-kontribut tal-modalitajiet tal-enerġija fil-modalità Termostat Mitfi, fil-modalità Stennija, fil-modalità Mitfi u fil-modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank;

    (101) “domanda annwali ta' referenza għat-tkessiħ” (QC) tfisser id-domanda annwali għat-tkessiħ, ikkalkulata bħala t-tagħbija tad-disinn għat-tkessiħ (Pdesign,c) immultiplikata bis-sigħat ekwivalenti għat-tkessiħ fil-modalità Attiv (HCE);

    (102) “fattur staġonali tal-enerġija awżiljarja fil-modalità tat-tkessiħ fil-modalità Attiv” (SAEFc,on) tfisser l-effiċjenza enerġetika awżiljarja għall-istaġun tat-tkessiħ speċifikat, minbarrra l-kontribut tal-modalitajiet tal-enerġija fil-modalità Termostat Mitfi, fil-modalità Stennija, fil-modalità Mitfi u fil-modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank;

    (103) “fattur tal-enerġija awżiljarja fil-modalità tat-tkessiħ b'tagħbija parzjali” (AEFc,bin) tfisser l-effiċjenza enerġetika awżiljarja meta l-apparat ikun qed ikessaħ, meta jkun hemm it-temperatura ta' barra (Tj);

    (104) “input tal-enerġija elettrika fil-modalità tat-tkessiħ” (PEc) tfisser l-input effettiv tal-enerġija elettrika għat-tkessiħ, mogħti f'kW;

    (105) “proporzjon staġonali tal-enerġija primarja għat-tisħin” (SPERh) tfisser il-proporzjon kumplessiv tal-effiċjenza enerġetika tal-pompa tas-sħana li tuża l-fjuwils, li jkun rappreżentattiv għall-istaġun tat-tisħin;

    (106) “effiċjenza staġonali fl-użu tal-gass fil-modalità tat-tisħin” (SGUEh) tfisser l-effiċjenza fl-użu tal-gass tul l-istaġun tat-tisħin;

    (107) “kapaċità effettiva tat-tisħin” (QEh) tfisser il-kapaċità mkejla tat-tisħin ikkoreġuta għas-sħana li tkun ġejja mill-apparat (il-pompa/i jew il-fann/ijiet) li jkun responsabbli għaċ-ċirkolazzjoni tal-mezz għat-trasferiment tas-sħana permezz tal-iskambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq ġewwa, mogħtija f'kW;

    (108) “input termiku mkejjel għat-tisħin” (Qgmh) tfisser l-input imkejjel tal-fjuwil bil-kundizzjonijiet ta' tagħbija parzjali kif iddefiniti fit-Tabella 21 tal-Anness III, mogħti f'kW;

    (109) “fattur staġonali tal-enerġija awżiljarja fil-modalità tat-tkessiħ” (SAEFh) tfisser l-effiċjenza enerġetika awżiljarja għall-istaġun tat-tkessiħ, inkluż il-kontribut tal-modalitajiet tal-enerġija fil-modalità Termostat Mitfi, fil-modalità Stennija, fil-modalità Mitfi u fil-modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank;

    (110) “domanda annwali ta' referenza għat-tisħin” (QH) tfisser id-domanda annwali għat-tisħin, ikkalkulata bħala t-tagħbija tad-disinn għat-tisħin immultiplikata bis-sigħat annwali ekwivalenti għat-tisħin fil-modalità Attiv (HHE);

    (111) “fattur staġonali tal-enerġija awżiljarja fil-modalità tat-tisħin fil-modalità Attiv” (SAEFh,on) tfisser l-effiċjenza enerġetika awżiljarja għall-istaġun tat-tisħin, minbarrra l-kontribut tal-modalitajiet tal-enerġija fil-modalità Termostat Mitfi, fil-modalità Stennija, fil-modalità Mitfi u fil-modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank;

    (112) “fattur tal-enerġija awżiljarja fil-modalità tat-tisħin b'tagħbija parzjali” (AEFh,bin) tfisser l-effiċjenza enerġetika awżiljarja meta l-apparat ikun qed isaħħan, meta jkun hemm it-temperatura ta' barra (Tj);

    (113) “fattur tal-enerġija awżiljarja fil-kapaċità ddikjarata” tfisser il-fattur tal-enerġija awżiljarja meta l-apparat ikun qed ikessaħ (AEFc,dc) jew isaħħan (AEFh,dc) bil-kundizzjonijiet ta' tagħbija parzjali kif iddefiniti fit-Tabella 21 tal-Anness III, ikkoreġut għall-użu possibbli taċ-ċikli mill-apparat f'każ li l-kapaċità effettiva tat-tkessiħ (QEc) taqbeż it-tagħbija tat-tkessiħ (Pc(Tj)) jew f'każ li l-kapaċità effettiva tat-tisħin (QEh) taqbeż it-tagħbija tat-tisħin (Ph(Tj));

    (114) “input tal-enerġija elettrika fil-modalità tat-tisħin” (PEh) tfisser l-input effettiv tal-enerġija elettrika għat-tisħin, mogħti f'kW;

    (115) “emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) minn pompi tas-sħana, minn ċillers għall-kumdità u minn kundizzjonaturi tal-arja mgħammra b'magna b'kombustjoni interna” tfisser l-emissjonijiet tas-somma tal-monossidu tan-nitroġenu u tad-diossidu tan-nitroġenu li jkunu ġejjin minn pompi tas-sħana, minn ċillers għall-kumdità u minn kundizzjonaturi tal-arja li jkollhom magna b'kombustjoni interna, mkejlin fil-kundizzjonijiet nominali standard, bl-użu ta' numru ekwivalenti għall-veloċità tal-magna (rpm), mogħtija f'mg ta' diossidu tan-nitroġenu għal kull kWh ta' input tal-fjuwil f'termini tal-GCV;

    (116) “numru ekwivalenti għall-veloċità tal-magna” (Erpmequivalent) tfisser ir-rotazzjonijiet kull minuta tal-magna b'kombustjoni interna, ikkalkulati abbażi tal-veloċità ta' magna bil-proporzjonijiet tat-tagħbija parzjali li ġejjin għat-tisħin (jew għat-tkessiħ jekk mhi offerta l-ebda funzjoni ta' tisħin): 70, 60, 40 u 20 %, u bil-fatturi ta' ponderazzjoni li ġejjin: 0,15, 0,25, 0,30 u 0,30 rispettivament.

    Definizzjonijiet marbutin maċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja

    (117) “input nominali tal-enerġija” (DA) tfisser l-input tal-enerġija elettrika, mogħti f'kW bħala ċifra mqarrba għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali, li jeħtieġu ċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja (inklużi l-kompressur, il-fann/ijiet jew il-pompa/i tal-kondensatur, il-pompa/i tal-evaporatur u l-apparat awżiljarju possibbli) biex tintlaħaq il-kapaċità nominali tar-refriġerazzjoni;

    (118) “proporzjon nominali tal-effiċjenza enerġetika” (EERA) tfisser il-kapaċità nominali tar-refriġerazzjoni, mogħtija f'kW, diviża bl-input nominali tal-enerġija, mogħti f'kW bħala ċifra mqarrba għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

    (119) “proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġonali” (SEPR) tirreferi għall-proporzjon tal-effiċjenza ta' ċiller ta' proċessi ta' temperatura għolja b'kundizzjonijiet nominali standard, li jkun rappreżentattiv tal-varjazzjonijiet fit-tagħbija u fit-temperatura ambjentali matul is-sena, u li jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon tad-domanda annwali għar-refriġerazzjoni meta mqabbla mal-konsum annwali tal-elettriku;

    (120) “domanda annwali għar-refriġerazzjoni” tfisser is-somma ta' kull tagħbija tar-refriġerazzjoni speċifika għall-intervall ta' temperaturi mmultiplikata bl-għadd korrispondenti ta' sigħat tal-intervall ta' temperaturi;

    (121) “tagħbija tar-refriġerazzjoni” tfisser il-kapaċità nominali tar-refriġerazzjoni mmultiplikata bil-proporzjon tat-tagħbija parzjali taċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja, mogħtija f'kW bħala ċifra mqarrba għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

    (122) “tagħbija parzjali” (PC(Tj)) tfisser it-tagħbija tar-refriġerazzjoni f'temperatura ambjentali speċifika (Tj), ikkalkulata bħala t-tagħbija sħiħa mmultiplikata bil-proporzjon tat-tagħbija parzjali taċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja li jikkorrispondi mal-istess temperatura ambjentali (Tj) u mogħtija f'kW bħala ċifra mqarrba għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

    (123) “proporzjon tat-tagħbija parzjali taċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja” (PR(Tj)) tfisser:

    (a) it-temperatura ambjentali Tj nieqes 5 °C diviża bit-temperatura ambjentali ta' referenza nieqes 5 °C, mmultiplikata b'0,2 u miżjuda b'0,8, għaċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja li jużaw kondensaturi mkessħin bl-arja. Il-proporzjon tat-tagħbija parzjali taċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja għandu jkun ta' 1, għal temperaturi ambjentali li jkunu ogħla mit-temperatura ambjentali ta' referenza. Il-proporzjon tat-tagħbija parzjali taċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja għandu jkun ta' 0,8, għal temperaturi ambjentali li jkunu inqas minn 5 C;

    (b) it-temperatura tal-bokka għad-dħul tal-ilma (tal-bokka għad-dħul tal-ilma fil-kondensatur) nieqes 9 °C diviża bit-temperatura ambjentali ta' referenza tal-bokka għad-dħul tal-ilma fil-kondensatur(30 °C) nieqes 9 °C, mmultiplikata b'0,2 u miżjuda b'0,8, għaċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja li jużaw kondensaturi mkessħin bl-ilma. Il-proporzjon tat-tagħbija parzjali taċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja għandu jkun ta' 1, għal temperaturi ambjentali (tal-bokka għad-dħul tal-ilma fil-kondensatur) li jkunu ogħla mit-temperatura ambjentali ta' referenza. Il-proporzjon tat-tagħbija parzjali taċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja għandu jkun ta' 0,8, għal temperaturi ambjentali (tal-bokka għad-dħul tal-ilma fil-kondensatur) li jkunu inqas minn 9 C;

    (c) li jkun mogħti bħala perċentwali ta' ċifra wara l-punt deċimali;

    (124) “konsum annwali tal-elettriku” jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-proporzjonijiet bejn kull domanda għat-tkessiħ speċifika għall-intervall ta' temperaturi u l-proporzjon korrispondenti tal-effiċjenza enerġetika speċifiku għall-intervall ta' temperaturi, u mmultiplikat bl-għadd korrispondenti ta' sigħat tal-intervall ta' temperaturi;

    (125) “temperatura ambjentali” tfisser:

    (a) it-temperatura tal-arja b'termometru niexef, mogħtija fi gradi Celsius, għaċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja li jużaw kondensaturi mkessħin bl-arja;

    (b) it-temperatura tal-bokka tad-dħul tal-ilma fil-kondensatur, mogħtija fi gradi Celsius, għaċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja li jużaw kondensaturi mkessħin bl-ilma;

    (126) “temperatura ambjentali ta' referenza” tfisser it-temperatura ambjentali, mogħtija fi gradi Celsius, li fiha l-proporzjon tat-tagħbija parzjali taċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja jkun ta' 1. Għandha tiġi stabbilita għal 35 °C. It-temperatura tal-bokka għad-dħul tal-arja fil-kondensatur tiġi stabbilita għal 35 °C għaċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja mkessħin bl-arja, filwaqt li t-temperatura għad-dħul tal-ilma fil-kondensatur tiġi stabbilita għal 30 °C b'temperatura tal-arja ta' barra ta' 35 C fil-kondensatur għaċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja mkessħin bl-ilma;

    (127) “proporzjon tal-effiċjenza enerġetika b'tagħbija parzjali” (EERPL(Tj)) tfisser il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika għal kull intervall ta' temperaturi matul is-sena, li jiġi stabbilit abbażi tal-proporzjon iddikjarat tal-effiċjenza enerġetika (EERDC) għal intervalli ta' temperaturi speċifikati u li jiġi kkalkulat permezz tal-interpolazzjoni lineari għal intervalli ta' temperaturi oħrajn;

    (128) “domanda ddikjarata tar-refriġerazzjoni” tfisser it-tagħbija tar-refriġerazzjoni meta jkun hemm kundizzjonijiet speċifikati tal-intervall ta' temperaturi, ikkalkulata bħala l-kapaċità nominali tar-refriġerazzjoni mmultiplikata bil-proporzjon korrispondenti tat-tagħbija parzjali taċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja;

    (129) “proporzjon iddikjarat tal-effiċjenza enerġetika” (EERDC) tfisser il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika taċ-ċiller ta' proċessi ta' temperatura għolja f'punt speċifiku ta' klassifikazzjoni, ikkoreġut, meta jkun hemm bżonn, bil-koeffiċjent tad-degradazzjoni jekk il-kapaċità minima ddikjarata tar-refriġerazzjoni taqbeż it-tagħbija tar-refriġerazzjoni, jew interpolat jekk l-eqreb kapaċitajiet iddikjarati tar-refriġerazzjoni jkunu iktar jew inqas mit-tagħbija tar-refriġerazzjoni;

    (130) “input iddikjarat tal-enerġija” tfisser l-input tal-enerġija elettrika li ċ-ċiller ta' proċessi ta' temperatura għolja jeħtieġ biex jilħaq il-kapaċità ddikjarata tat-tkessiħ f'punt speċifiku ta' klassifikazzjoni;

    (131) “kapaċità ddikjarata tar-refriġerazzjoni” tfisser il-kapaċità tar-refriġerazzjoni li ċ-ċiller ta' proċessi ta' temperatura għolja jipprovdi biex jilħaq id-domanda ddikjarata tar-refriġerazzjoni f'punt speċifiku ta' klassifikazzjoni.

    Definizzjonijiet marbutin mal-fannijiet konvetturi

    (132) “input totali tal-enerġija elettrika” (Pelec) tfisser l-enerġija elettrika totali assorbita mill-apparat, inkluż/i l-fann/ijiet u l-apparati awżiljarji.




    ANNESS II

    Rekwiżiti tal-ekodisinn

    1. L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' prodotti tat-tisħin tal-arja:

    (a) Mill-1 ta' Jannar 2018, l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' prodotti tat-tisħin tal-arja ma għandhiex tkun inqas mill-valuri mogħtija fit-Tabella 1:



    Tabella 1

    Il-valuri minimi tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' prodotti tat-tisħin tal-arja tal-ewwel saff, mogħtija bħala perċentwali (%)

     

    ηs,h  (*1)

    Ħiters tal-arja sħuna li jużaw il-fjuwils għajr ħiters tal-arja sħuna B1 b'potenza termika nominali taħt l-10 kW u għajr ħiters tal-arja sħuna C2 u C4 b'potenza termika nominali taħt il-15 kW

    72

    Ħiters tal-arja sħuna B1 b'potenza termika nominali taħt l-10 kW u ħiters tal-arja sħuna C2 u C4 b'potenza termika nominali taħt il-15 kW

    68

    Ħiters tal-arja sħuna li jużaw l-elettriku

    30

    Pompi tas-sħana arja-arja li jaħdmu b'mutur tal-elettriku, għajr pompi tas-sħana ta' fuq il-bejt

    133

    Pompi tas-sħana ta' fuq il-bejt

    115

    Pompi tas-sħana arja-arja li jaħdmu b'magna b'kombustjoni interna

    120

    (*1)   Iridu jiġu ddikjarati fit-tabelli rilevanti f'dan l-Anness u fid-dokumentazzjoni teknika mqarrbin għal pożizzjoni deċimali waħda.

    Għall-pompi tas-sħana multisplit, il-manifattur għandu jistabbilixxi konformità ma' dan ir-Regolament abbażi tal-kejl u tal-kalkoli skont l-Anness III. Fid-dokumentazzjoni teknika għal kull mudell ta' apparat li jkun jinsab fuq barra, għandha tiġi inkluża lista ta' kombinazzjonijiet rakkomandati mal-apparati kompatibbli li jkun jinsab fuq ġewwa. Imbagħad, id-dikjarazzjoni ta' konformità għandha tapplika għall-kombinazzjonijiet kollha msemmija f'din il-lista. Il-lista ta' kombinazzjonijiet rakkomandati għandha tkun disponibbli qabel ix-xiri/it-twellija/il-kiri ta' apparat li jkun jinsab fuq barra.

    (b) Mill-1 ta' Jannar 2021, l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-prodotti tat-tisħin tal-arja ma għandhomx ikunu inqas mill-valuri mogħtija fit-Tabella 2:



    Tabella 2

    Il-valuri minimi tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-prodotti tat-tisħin tal-arja tat-tieni saff, mogħtija bħala perċentwali (%)

     

    ηs,h  (*1)

    Ħiters tal-arja sħuna li jużaw il-fjuwils għajr ħiters tal-arja sħuna B1 b'potenza termika nominali taħt l-10 kW u għajr ħiters tal-arja sħuna C2 u C4 b'potenza termika nominali taħt il-15 kW

    78

    Ħiters tal-arja sħuna li jużaw l-elettriku

    31

    Pompi tas-sħana arja-arja li jaħdmu b'mutur tal-elettriku, għajr pompi tas-sħana ta' fuq il-bejt

    137

    Pompi tas-sħana ta' fuq il-bejt

    125

    Pompi tas-sħana arja-arja li jaħdmu b'magna b'kombustjoni interna

    130

    (*1)   Iridu jiġu ddikjarati fit-tabelli rilevanti f'dan l-Anness u fid-dokumentazzjoni teknika mqarrbin għal pożizzjoni deċimali waħda.

    Għall-pompi tas-sħana multisplit, il-manifattur għandu jistabbilixxi konformità ma' dan ir-Regolament abbażi tal-kejl u tal-kalkoli skont l-Anness III. Fid-dokumentazzjoni teknika għal kull mudell ta' apparat li jkun jinsab fuq barra, għandha tiġi inkluża lista ta' kombinazzjonijiet rakkomandati mal-apparati kompatibbli li jkun jinsab fuq ġewwa. Imbagħad, id-dikjarazzjoni ta' konformità għandha tapplika għall-kombinazzjonijiet kollha msemmija f'din il-lista. Il-lista ta' kombinazzjonijiet rakkomandati għandha tkun disponibbli qabel ix-xiri/it-twellija/il-kiri ta' apparat li jkun jinsab fuq barra.

    2. L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tkessiħ tal-post tal-prodotti tat-tkessiħ:

    (a) Mill-1 ta' Jannar 2018, l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tkessiħ tal-post tal-prodotti tat-tkessiħ ma għandhomx ikunu inqas mill-valuri mogħtija fit-Tabella 3:



    Tabella 3

    Il-valuri minimi tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tkessiħ tal-prodotti tat-tkessiħ tal-ewwel saff, mogħtija bħala perċentwali (%)

     

    ηs,c  (*1)

    Ċillers arja-ilma li jkollhom kapaċità nominali tat-tkessiħ ta' inqas minn 400 kW meta jkunu qed jaħdmu b'mutur tal-elettriku

    149

    Ċillers arja-ilma li jkollhom kapaċità nominali tat-tkessiħ ta' 400 kW jew iktar meta jkunu qed jaħdmu b'mutur tal-elettriku

    161

    Ċillers ilma-/salmura-ilma li jkollhom kapaċità nominali tat-tkessiħ ta' inqas minn 400 kW meta jkunu qed jaħdmu b'mutur tal-elettriku

    196

    Ċillers ilma-/salmura-ilma li jkollhom kapaċità nominali tat-tkessiħ ta' 400 kW jew iktar u inqas minn 1 500  kW meta jkunu qed jaħdmu b'mutur tal-elettriku

    227

    Ċillers ilma-/salmura-ilma li jkollhom kapaċità nominali tat-tkessiħ ta' 1 500  kW jew iktar meta jkunu qed jaħdmu b'mutur tal-elettriku

    245

    Ċillers għall-kumdità arja-ilma meta jkunu qed jaħdmu b'magna b'kombustjoni interna

    144

    Kundizzjonaturi tal-arja arja-arja li jaħdmu b'mutur tal-elettriku, għajr kundizzjonaturi tal-arja ta' fuq il-bejt.

    181

    Kundizzjonaturi tal-arja ta' fuq il-bejt

    117

    Kundizzjonaturi tal-arja arja-arja li jaħdmu b'magna b'kombustjoni interna

    157

    (*1)   Iridu jiġu ddikjarati fit-tabelli rilevanti f'dan l-Anness u fid-dokumentazzjoni teknika mqarrbin għal pożizzjoni deċimali waħda.

    Għall-kundizzjonaturi tal-arja multisplit, il-manifattur għandu jistabbilixxi konformità ma' dan ir-Regolament abbażi tal-kejl u tal-kalkoli skont l-Anness III. Fid-dokumentazzjoni teknika għal kull mudell ta' apparat jkun jinsab fuq barra, għandha tiġi inkluża lista ta' kombinazzjonijiet rakkomandati mal-apparati kompatibbli li jkun jinsab fuq ġewwa. Imbagħad, id-dikjarazzjoni ta' konformità għandha tapplika għall-kombinazzjonijiet kollha msemmija f'din il-lista. Il-lista ta' kombinazzjonijiet rakkomandati għandha tkun disponibbli qabel ix-xiri/it-twellija/il-kiri ta' apparat li jkun jinsab fuq barra.

    (b) Mill-1 ta' Jannar 2021, l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tkessiħ tal-post tal-prodotti tat-tkessiħ ma għandhomx ikunu inqas mill-valuri mogħtija fit-Tabella 4:



    Tabella 4

    Il-valuri minimi tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tkessiħ tal-post tal-prodotti tat-tkessiħ tat-tieni saff, mogħtija bħala perċentwali (%)

     

    ηs,c  (*1)

    Ċillers arja-ilma li jkollhom kapaċità nominali tat-tkessiħ ta' inqas minn 400 kW meta jkunu qed jaħdmu b'mutur tal-elettriku

    161

    Ċillers arja-ilma li jkollhom kapaċità nominali tat-tkessiħ ta' 400 kW jew iktar meta jkunu qed jaħdmu b'mutur tal-elettriku

    179

    Ċillers ilma-/salmura-ilma li jkollhom kapaċità nominali tat-tkessiħ ta' inqas minn 400 kW meta jkunu qed jaħdmu b'mutur tal-elettriku

    200

    Ċillers ilma-/salmura-ilma li jkollhom kapaċità nominali tat-tkessiħ ta' 400 kW jew iktar u inqas minn 1 500  kW meta jkunu qed jaħdmu b'mutur tal-elettriku

    252

    Ċillers ilma-/salmura-ilma li jkollhom kapaċità nominali tat-tkessiħ ta' 1 500  kW jew iktar meta jkunu qed jaħdmu b'mutur tal-elettriku

    272

    Ċillers arja-ilma li jkollhom kapaċità ta' tkessiħ ta' 400 kW jew iktar meta jkunu qed jaħdmu b'magna b'kombustjoni interna

    154

    Kundizzjonaturi tal-arja arja-arja li jaħdmu b'mutur tal-elettriku, għajr kundizzjonaturi tal-arja ta' fuq il-bejt.

    189

    Kundizzjonaturi tal-arja ta' fuq il-bejt

    138

    Kundizzjonaturi tal-arja arja-arja li jaħdmu b'magna b'kombustjoni interna

    167

    (*1)   Iridu jiġu ddikjarati fit-tabelli rilevanti f'dan l-Anness u fid-dokumentazzjoni teknika mqarrbin għal pożizzjoni deċimali waħda.

    Għall-kundizzjonaturi tal-arja multisplit, il-manifattur għandu jistabbilixxi konformità ma' dan ir-Regolament abbażi tal-kejl u tal-kalkoli skont l-Anness III. Fid-dokumentazzjoni teknika għal kull mudell ta' apparat jkun jinsab fuq barra, għandha tiġi inkluża lista ta' kombinazzjonijiet rakkomandati mal-apparati kompatibbli li jkun jinsab fuq ġewwa. Imbagħad, id-dikjarazzjoni ta' konformità għandha tapplika għall-kombinazzjonijiet kollha msemmija f'din il-lista. Il-lista ta' kombinazzjonijiet rakkomandati għandha tkun disponibbli qabel ix-xiri/it-twellija/il-kiri ta' apparat li jkun jinsab fuq barra.

    3. Il-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġonali taċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja:

    (a) Mill-1 ta' Jannar 2018, il-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġonali taċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja ma għandux ikun inqas mill-valuri mogħtija fit-Tabella 5:



    Tabella 5

    Il-valuri tal-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġonali taċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja tal-ewwel saff

    Mezz għat-trasferiment tas-sħana fil-kondensatur

    Kapaċità nominali tar-refriġerazzjoni

    Valur minimu tas-SEPR (*1)

    Arja

    PA < 400 kW

    4,5

    PA ≥ 400 kW

    5,0

    Ilma

    PA < 400 kW

    6,5

    400 kW ≤ PA < 1 500  kW

    7,5

    PA ≥ 1 500  kW

    8,0

    (*1)   Iridu jiġu ddikjarati fit-tabelli rilevanti f'dan l-Anness u fid-dokumentazzjoni teknika mqarrbin għal żewġ pożizzjonijiet deċimali.

    (b) Mill-1 ta' Jannar 2021, il-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġonali taċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja ma għandux ikun inqas mill-valuri mogħtija fit-Tabella 6:



    Tabella 6

    Il-valuri tal-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġonali taċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja tat-tieni saff

    Mezz għat-trasferiment tas-sħana fil-kondensatur

    Kapaċità nominali tar-refriġerazzjoni

    Valur minimu tas-SEPR (*1)

    Arja

    PA < 400 kW

    5,0

    PA ≥ 400 kW

    5,5

    Ilma

    PA < 400 kW

    7,0

    400 kW ≤ PA < 1 500  kW

    8,0

    PA ≥ 1 500  kW

    8,5

    (*1)   Iridu jiġu ddikjarati fit-tabelli rilevanti f'dan l-Anness u fid-dokumentazzjoni teknika mqarrbin għal żewġ pożizzjonijiet deċimali.

    4. L-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu:

    (a) Mis-26 ta' Settembru 2018, l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu, mogħtija bħala diossidu tan-nitroġenu, tal-ħiters tal-arja sħuna, tal-pompi tas-sħana, taċ-ċillers għall-kumdità u tal-kundizzjonaturi tal-arja, ma għandhomx ikunu ogħla mill-valuri mogħtija fit-Tabella 7:



    Tabella 7

    Il-valuri massimi tal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu tal-ewwel saff, mogħtija f'mg għal kull kWh ta' input tal-fjuwil f'termini tal-GCV

    Ħiters tal-arja sħuna li jużaw il-fjuwils gassużi

    100

    Ħiters tal-arja sħuna li jużaw il-fjuwils likwidi

    180

    Pompi tas-sħana, ċillers għall-kumdità u kundizzjonaturi tal-arja mgħammra b'magni b'kombustjoni esterna li jużaw il-fjuwils gassużi

    70

    Pompi tas-sħana, ċillers għall-kumdità u kundizzjonaturi tal-arja mgħammra b'magni b'kombustjoni esterna li jużaw il-fjuwils likwidi

    120

    Pompi tas-sħana, ċillers għall-kumdità u kundizzjonaturi tal-arja mgħammra b'magni b'kombustjoni interna li jużaw il-fjuwils gassużi

    240

    Pompi tas-sħana, ċillers għall-kumdità u kundizzjonaturi tal-arja mgħammra b'magni b'kombustjoni interna li jużaw il-fjuwils likwidi

    420

    (b) Mill-1 ta' Jannar 2021, l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu tal-ħiters tal-arja sħuna, mogħtija bħala diossidu tan-nitroġenu, ma għandhomx ikunu ogħla mill-valuri mogħtija fit-Tabella 8:



    Tabella 8

    Il-valuri massimi tal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu tat-tieni saff, mogħtija f'mg għal kull kWh ta' input tal-fjuwil f'termini tal-GCV

    Ħiters tal-arja sħuna li jużaw il-fjuwils gassużi

    70

    Ħiters tal-arja sħuna li jużaw il-fjuwils likwidi

    150

    5. Tagħrif dwar il-prodotti:

    (a) Mill-1 ta' Jannar 2018, il-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti aħħarin u s-siti web tal-manifatturi, tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u tal-importaturi, li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas, għandu jkun fihom it-tagħrif li ġej dwar il-prodotti:

    (1) Għall-ħiters tal-arja sħuna, it-tagħrif mogħti fit-Tabella 9 ta' dan l-Anness, imkejjel u kkalkulat skont l-Anness III;

    (2) Għaċ-ċillers għall-kumdità, it-tagħrif mogħti fit-Tabella 10 ta' dan l-Anness, imkejjel u kkalkulat skont l-Anness III;

    (3) Għall-kundizzjonaturi tal-arja arja-arja, it-tagħrif mogħti fit-Tabella 11 ta' dan l-Anness, imkejjel u kkalkulat skont l-Anness III;

    (4) Għall-kundizzjonaturi tal-arja ilma-/salmura-arja, it-tagħrif mogħti fit-Tabella 12 ta' dan l-Anness, imkejjel u kkalkulat skont l-Anness III;

    (5) Għall-fannijiet konvetturi, it-tagħrif mogħti fit-Tabella 13 ta' dan l-Anness, imkejjel u kkalkulat skont l-Anness III;

    (6) Għall-pompi tas-sħana, it-tagħrif mogħti fit-Tabella 14 ta' dan l-Anness, imkejjel u kkalkulat skont l-Anness III;

    (7) Għaċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja, it-tagħrif mogħti fit-Tabella 15 ta' dan l-Anness, imkejjel u kkalkulat skont l-Anness III;

    (8) Kull prekawzjoni speċifika li trid tittieħed meta jiġi mmuntat jew jiġi installat il-prodott jew meta ssirlu xi manutenzjoni;

    (9) Għall-ġeneraturi tas-sħana jew tal-kesħa maħsuba għall-prodotti tat-tisħin tal-arja jew għall-prodotti tat-tkessiħ, u għall-oqfsa għall-prodotti tat-tisħin tal-arja u għall-prodotti tat-tkessiħ li jridu jkunu mgħammra bit-tali ġeneraturi tas-sħana jew tal-kesħa, il-karatteristiċi tagħhom, ir-rekwiżiti għall-immuntar tagħhom, sabiex tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti tat-tisħin tal-arja u għall-prodotti tat-tkessiħ, u meta jkun xieraq, il-lista ta' kombinazzjonijiet irrakkomandati mill-manifattur;

    (10) Lista ta' apparati adattati fuq barra, għall-pompi tas-sħana multisplit u l-kundizzjonaturi tal-arja multisplit;

    (11) Għall-ħiters tal-arja sħuna B1, C2 u C4 jintuża t-test standard li ġej: “Dan il-ħiter tal-arja sħuna huwa maħsub biex jitqabbad biss mat-tromba ta' ċumnija kondiviża bejn diversi abitazzjonijiet f'binjiet eżistenti. Minħabba effiċjenza inferjuri, għandu jiġi evitat kull tip ta' użu ieħor għal dan il-ħiter tal-arja sħuna inkella dan jirriżulta f'konsum ogħla ta' enerġija u spejjeż operatorji ogħla”.

    (b) Mill-1 ta' Jannar 2018, il-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti aħħarin, u parti għall-professjonisti tas-siti web tal-manifatturi, tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u tal-importaturi, li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas, għandhom jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-prodotti:

    (1) Tagħrif li huwa rilevanti għaż-żarmar, għar-riċiklaġġ u/jew għar-rimi tal-prodotti fi tmiem iċ-ċiklu ta' ħajja tagħhom.

    (c) Id-dokumentazzjoni teknika għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 4 għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:

    (1) l-elementi speċifikati fil-punt (a);

    (2) meta t-tagħrif dwar mudell speċifiku jkun inkiseb permezz ta' kalkolu abbażi tad-disinn u/jew permezz ta' estrapolazzjoni minn kombinazzjonijiet oħrajn, id-dettalji ta' dawn il-kalkoli u/jew l-estrapolazzjonijiet, u tat-testijiet li jkunu twettqu biex tiġi vverifikata l-eżattezza tal-kalkoli li jkunu saru, inklużi d-dettalji tal-mudell matematiku li ntuża għall-kalkolu tal-prestazzjoni ta' dawn il-kombinazzjonijiet u d-dettalji tal-kejl meħud sabiex jiġi vverifikat dan il-mudell, kif ukoll lista ta' kull mudell ieħor li għalih it-tagħrif mogħti fid-dokumentazzjoni teknika jkun inkiseb bl-istess mod.

    (d) Il-manifattur, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u l-importaturi taċ-ċillers għall-kumdità, tal-kundizzjonaturi tal-arja arja-arja u ilma/salmura-arja, tal-pompi tas-sħana u taċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja, fuq talba għandhom jagħtu lil-laboratorji li jkunu qed iwettqu kontrolli dwar is-sorveljanza tas-suq, l-informazzjoni meħtieġa fuq l-issettjar tal-apparat, kif applikat għall-istabbiliment ta' kapaċitajiet iddikjarati, u l-valuri SEER/EER, SCOP/COP u SEPR/COP, meta dan ikun applikabbli, u għandhom jagħtu l-informazzjoni ta' kuntatt biex tinkiseb informazzjoni bħal din.



    Tabella 9

    Ir-rekwiżiti tat-tagħrif għall-ħiters tal-arja sħuna

    Mudell/i: Tagħrif li bih jiġi identifikat il-mudell/jiġu identifikati l-mudelli, li miegħu/magħhom huwa relatat dan it-tagħrif:

    Ħiter tal-arja sħuna B1: [iva/le]

    Ħiter tal-arja sħuna C2: [iva/le]

    Ħiter tal-arja sħuna C4: [iva/le]

    Tip ta' fjuwil: [gass/likwidu/elettriku]

    Fattur

    Simbolu

    Valur

    Unità

     

    Fattur

    Simbolu

    Valur

    Unità

    Kapaċità

     

    Effiċjenza utli

    Kapaċità nominali tat-tisħin

    Pated,h

    x,x

    kW

     

    Effiċjenza utli fil-kapaċità nominali tat-tisħin (*1)

    ηnom

    x,x

    %

    Kapaċità minima

    Pmin

    x,x

    kW

     

    Effiċjenza utli fil-kapaċità minima (*1)

    ηpl

    x,x

    %

    Konsum tal-enerġija elettrika (*1)

     

    Fatturi oħrajn

    Fil-kapaċità nominali tat-tisħin

    elmax

    x,xxx

    kW

     

    Fattur ta' telf mill-involkru

    Fenv

    x,x

    %

    Fil-kapaċità minima

    elmin

    x,xxx

    kW

     

    Konsum tal-enerġija tal-berner tat-tqabbid (*1)

    Pign

    x,x

    kW

    Fil-modalità Stennija

    elsb

    x,xxx

    kW

     

    Emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (*1) (*2)

    NOx

    x

    mg/kWh ta' input tal-enerġija (abbażi tal-GCV)

     

     

     

     

     

    Effiċjenza tal-emissjonijiet

    ηs,flow

    x,x

    %

     

     

     

     

     

    Effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post

    ηs,h

    x,x

    %

    Dettalji ta' kuntatt

    L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

    (*1)   Dan it-tagħrif mhux meħtieġ għall-ħiters tal-arja sħuna li jaħdmu bl-elettriku

    (*2)   Mis-26 ta' Settembru 2018



    Tabella 10

    Ir-rekwiżiti tat-tagħrif għaċ-ċillers għall-kumdità

    Mudell/i: Tagħrif li bih jiġi identifikat il-mudell/jiġu identifikati l-mudelli, li miegħu/magħhom huwa relatat dan it-tagħrif:

    Skambjatur tas-sħana ta' barra taċ-ċiller: [agħżel liema: arja jew ilma/salmura]

    Skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq ġewwa taċ-ċiller: [awtomatikament dan jitqies li huwa: ilma]

    Tip: bi proċess ta' kompressjoni tal-fwar jew ta' sorbiment li jaħdem b'kompressur

    jekk ikun applikabbli: kif jaħdem il-kompressur: [bil-mutur tal-elettriku jew li jaħdem bil-fjuwil, bil-fjuwil likwidu jew gassuż, b'magna b'kombustjoni interna jew esterna]

    Fattur

    Simbolu

    Valur

    Unità

     

    Fattur

    Simbolu

    Valur

    Unità

    Kapaċità nominali tat-tkessiħ

    Prated,c

    x,x

    kW

     

    Effiċjenza enerġetika staġonali tat-tkessiħ tal-post

    ηs,c

    x,x

    %

    Kapaċità ddikjarata tat-tkessiħ għal tagħbija parzjali f'temperaturi partikulari ta' barra (Tj)

     

    Proporzjon iddikjarat tal-effiċjenza enerġetika jew effiċjenza fl-użu tal-gass/fattur tal-enerġija awżiljarja għal tagħbija parzjali f'temperaturi partikulari ta' barra (Tj)

    Tj = + 35 °C

    Pdc

    x,x

    kW

     

    Tj = + 35 °C

    EERd jew GUEc,bin/AEFc,bin

    x,x

    %

    Tj = + 30 °C

    Pdc

    x,x

    kW

     

    Tj = + 30 °C

    EERd jew GUEc,bin/AEFc,bin

    x,x

    %

    Tj = + 25 °C

    Pdc

    x,x

    kW

     

    Tj = + 25 °C

    EERd jew GUEc,bin/AEFc,bin

    x,x

    %

    Tj = + 20 °C

    Pdc

    x,x

    kW

     

    Tj = + 20 °C

    EERd jew GUEc,bin/AEFc,bin

    x,x

    %

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Koeffiċjent tad-degradazzjoni għaċ-ċillers (*1)

    Cdc

    x,x

     

     

     

     

     

    Konsum tal-enerġija fil-modalitajiet minbarra l-“modalità Attiv”

    Modalità Mitfi

    POFF

    x,xxx

    kW

     

    Modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank

    PCK

    x,xxx

    kW

    Modalità Termostat Mitfi

    PTO

    x,xxx

    kW

     

    Modalità Stennija

    PSB

    x,xxx

    kW

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Fatturi oħrajn

    Kontroll tal-kapaċità

    fiss/maqsum fi stadji/varjabbli

     

    Għaċ-ċillers għall-kumdità arja-ilma: rata tal-fluss tal-arja mkejla fuq barra

    x

    m3/h

    Livell ta' qawwa tal-ħoss, fuq barra

    LWA

    x,x/x,x

    dB

     

    Għaċ-ċillers ilma-/salmura-ilma: Rata nominali ta' fluss tal-ilma jew tas-salmura, skambjatur tas-sħana, li jkun jinsab fuq barra

    x

    m3/h

    Emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (jekk applikabbli)

    NOx (*2)

    x

    mg/kWh ta' input abbażi tal-GCV

     

    GWP tar-refriġerant

     

     

    kg CO2 eq (100 sena)

     

     

     

     

     

    Kundizzjonijiet nominali standard li ntużaw: [applikazzjoni b'temperatura baxxa/applikazzjoni b'temperatura medja]

    Dettalji ta' kuntatt

    L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

    (*1)   Jekk il-koeffiċjent tad-degradazzjoni għaċ-ċillers, Cdc, ma jiġix stabbilit bil-kejl, b'mod awtomatiku jitqies li huwa ta' 0,9.

    (*2)   Mis-26 ta' Settembru 2018



    Tabella 11

    Ir-rekwiżiti tat-tagħrif għall-kundizzjonaturi tal-arja arja-arja

    Mudell/i: Tagħrif li bih jiġi identifikat il-mudell/jiġu identifikati l-mudelli, li miegħu/magħhom huwa relatat dan it-tagħrif:

    Skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq barra tal-kundizzjonatur tal-arja: [awtomatikament dan jitqies li huwa: arja]

    Skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq ġewwa tal-kundizzjonatur tal-arja: [awtomatikament dan jitqies li huwa: arja]

    Tip: bi proċess ta' kompressjoni tal-fwar jew ta' sorbiment li jaħdem b'kompressur

    jekk ikun applikabbli: kif jaħdem il-kompressur: [bil-mutur tal-elettriku jew li jaħdem bil-fjuwil, bil-fjuwil likwidu jew gassuż, b'magna bil-kombustjoni interna jew esterna]

    Fattur

    Simbolu

    Valur

    Unità

     

    Fattur

    Simbolu

    Valur

    Unità

    Kapaċità nominali tat-tkessiħ

    Prated,c

    x,x

    kW

     

    Effiċjenza enerġetika staġonali tat-tkessiħ tal-post

    ηs,c

    x,x

    %

    Kapaċità ddikjarata tat-tkessiħ għal tagħbija parzjali f'temperaturi partikulari ta' barra (Tj) u f'temperaturi ta' ġewwa ta' 27 °C u ta' 19-il °C (b'termometru niexef/b'termometru umdu)

     

    Proporzjon iddikjarat tal-effiċjenza enerġetika jew effiċjenza fl-użu tal-gass/fattur tal-enerġija awżiljarja għal tagħbija parzjali f'temperaturi partikulari ta' barra (Tj)

    Tj = + 35 °C

    Pdc

    x,x

    kW

     

    Tj = + 35 °C

    EERd jew GUEc,bin/AEFc,bin

    x,x

    %

    Tj = + 30 °C

    Pdc

    x,x

    kW

     

    Tj = + 30 °C

    EERd jew GUEc,bin/AEFc,bin

    x,x

    %

    Tj = + 25 °C

    Pdc

    x,x

    kW

     

    Tj = + 25 °C

    EERd jew GUEc,bin/AEFc,bin

    x,x

    %

    Tj = + 20 °C

    Pdc

    x,x

    kW

     

    Tj = + 20 °C

    EERd jew GUEc,bin/AEFc,bin

    x,x

    %

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Koeffiċjent tad-degradazzjoni għall-kundizzjonaturi tal-arja (*1)

    Cdc

    x,x

     

     

     

     

     

    Konsum tal-enerġija fil-modalitajiet minbarra l-“modalità Attiv”

    Modalità Mitfi

    POFF

    x,xxx

    kW

     

    Modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank

    PCK

    x,xxx

    kW

    Modalità Termostat Mitfi

    PTO

    x,xxx

    kW

     

    Modalità Stennija

    PSB

    x,xxx

    kW

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Fatturi oħrajn

    Kontroll tal-kapaċità

    fiss/maqsum fi stadji/varjabbli

     

    Għall-kundizzjonaturi tal-arja arja-arja: rata tal-fluss tal-arja mkejla fuq barra

    x

    m3/h

    Livell ta' qawwa tal-ħoss, fuq barra

    LWA

    x,x/x,x

    dB

     

     

     

     

     

    jekk l-apparat jaħdem b'magna: Emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu

    NOx (*2)

    x

    mg/kWh ta' input tal-fjuwil abbażi tal-GCV

     

    GWP tar-refriġerant

     

     

    kg CO2 eq (100 sena)

     

     

     

     

     

    Dettalji ta' kuntatt

    L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

    (*1)   Jekk il-koeffiċjent tad-degradazzjoni għall-kundizzjonaturi tal-arja, Cdc, ma jiġix stabbilit bil-kejl, b'mod awtomatiku jitqies li huwa ta' 0,25.

    (*2)   Mis-26 ta' Settembru 2018.

    Meta l-informazzjoni jkollha x'taqsam mal-kundizzjonaturi tal-arja multisplit, ir-riżultat tat-test u d-dejta dwar il-prestazzjoni jistgħu jinkisbu abbażi tal-prestazzjoni tal-apparat fuq barra flimkien ma' kombinazzjoni ta' apparat/i fuq ġewwa rakkomandat/i mill-manifattur jew mill-importatur.



    Tabella 12

    Ir-rekwiżiti tat-tagħrif għall-kundizzjonaturi tal-arja ilma-/salmura-arja

    Mudell/i: Tagħrif li bih jiġi identifikat il-mudell/jiġu identifikati l-mudelli, li miegħu/magħhom huwa relatat dan it-tagħrif:

    Skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq barra tal-kundizzjonatur tal-arja: [awtomatikament dan jitqies li huwa: ilma/salmura]

    Skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq ġewwa tal-kundizzjonatur tal-arja: [awtomatikament dan jitqies li huwa: arja]

    Tip: bi proċess ta' kompressjoni tal-fwar jew ta' sorbiment li jaħdem b'kompressur

    jekk ikun applikabbli: kif jaħdem il-kompressur: [bil-mutur tal-elettriku jew li jaħdem bil-fjuwil, bil-fjuwil likwidu jew gassuż, b'magna b'kombustjoni interna jew esterna]

    Fattur

    Simbolu

    Valur

    Unità

     

    Fattur

    Simbolu

    Valur

    Unità

    Kapaċità nominali tat-tkessiħ

    Prated,c

    x,x

    kW

     

    Effiċjenza enerġetika staġonali tat-tkessiħ tal-post

    ηs,c

    x,x

    %

    Kapaċità ddikjarata tat-tkessiħ għal tagħbija parzjali f'temperaturi partikulari ta' barra (Tj) u f'temperaturi ta' ġewwa ta' 27 °C u ta' 19-il °C (b'termometru niexef/b'termometru umdu)

     

    Proporzjon iddikjarat tal-effiċjenza enerġetika jew effiċjenza fl-użu tal-gass/fattur tal-enerġija awżiljarja għal tagħbija parzjali f'temperaturi partikulari ta' barra (Tj)

    Temperatura ta' barra (Tj)

    torri tat-tkessiħ (mad-dħul/mal-ħruġ)

    b'konduzzjoni mal-art

     

     

     

     

     

     

     

     

    Tj = + 35 °C

    30/35

    10/15

    Pdc

    x,x

    kW

     

    Tj = + 35 °C

    EERd jew GUEc,bin/AEFc,bin

    x,x

    %

    Tj = + 30 °C

    26/*

    10/*

    Pdc

    x,x

    kW

     

    Tj = + 30 °C

    EERd jew GUEc,bin/AEFc,bin

    x,x

    %

    Tj = + 25 °C

    22/*

    10/*

    Pdc

    x,x

    kW

     

    Tj = + 25 °C

    EERd jew GUEc,bin/AEFc,bin

    x,x

    %

    Tj = + 20 °C

    18/*

    10/*

    Pdc

    x,x

    kW

     

    Tj = + 20 °C

    EERd jew GUEc,bin/AEFc,bin

    x,x

    %

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Koeffiċjent tad-degradazzjoni għall-kundizzjonaturi tal-arja (*1)

    Cdc

    x,x

     

     

     

     

     

    Konsum tal-enerġija fil-modalitajiet minbarra l-“modalità Attiv”

    Modalità Mitfi

    POFF

    x,xxx

    kW

     

    Modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank

    PCK

    x,xxx

    kW

    Modalità Termostat Mitfi

    PTO

    x,xxx

    kW

     

    Modalità Stennija

    PSB

    x,xxx

    kW

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Fatturi oħrajn

    Kontroll tal-kapaċità

    fiss/maqsum fi stadji/varjabbli

     

     

     

     

     

    Livell ta' qawwa tal-ħoss, fuq barra

    LWA

    x,x/x,x

    dB

     

    Għall-kundizzjonaturi tal-arja ilma-/salmura-arja: Rata nominali ta' fluss tal-ilma jew tas-salmura, skambjatur tas-sħana laterali, li jkun jinsab fuq barra

    x

    m3/h

    jekk l-apparat jaħdem b'magna:

    Emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (jekk applikabbli)

    NOx (*2)

    x

    mg/kWh ta' input tal-fjuwil abbażi tal-GCV

     

    GWP tar-refriġerant

     

     

    kg CO2 eq (100 sena)

     

     

     

     

     

    Dettalji ta' kuntatt

    L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

    (*1)   Jekk il-koeffiċjent tad-degradazzjoni għall-kundizzjonaturi tal-arja, Cdc, ma jiġix stabbilit bil-kejl, b'mod awtomatiku jitqies li huwa ta' 0,25.

    (*2)   Mis-26 ta' Settembru 2018. Meta l-informazzjoni jkollha x'taqsam mal-kundizzjonaturi tal-arja multisplit, ir-riżultat tat-test u d-dejta dwar il-prestazzjoni jistgħu jinkisbu abbażi tal-prestazzjoni tal-apparat fuq barra flimkien ma' kombinazzjoni ta' apparat/i fuq ġewwa rakkomandat/i mill-manifattur jew mill-importatur.



    Tabella 13

    Ir-rekwiżiti tat-tagħrif għall-fannijiet konvetturi

    Tagħrif li bih jiġi identifikat il-mudell/jiġu identifikati l-mudelli, li miegħu/magħhom huwa relatat dan it-tagħrif:

    Fattur

    Simbolu

    Valur

    Unità

     

    Fattur

    Simbolu

    Valur

    Unità

    Kapaċità (sensittiva) tat-tkessiħ

    Prated,c

    x,x

    kW

     

    Total tal-input tal-enerġija elettrika

    Pelec

    x,xxx

    kW

    Kapaċità (latenti) tat-tkessiħ

    Prated,c

    x,x

    kW

     

    Livell ta' qawwa tal-ħoss (għal kull veloċità, jekk ikun applikabbli)

    LWA

    x,x/eċċ.

    dB

    Kapaċità tat-tisħin

    Prated,h

    x,x

    kW

     

     

     

     

     

    Dettalji ta' kuntatt

    L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.



    Tabella 14

    Ir-rekwiżiti tat-tagħrif għall-pompi tas-sħana

    Tagħrif li bih jiġi identifikat il-mudell/jiġu identifikati l-mudelli, li miegħu/magħhom huwa relatat dan it-tagħrif:

    Skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq barra tal-pompa tas-sħana: [agħżel liema: arja/ilma/salmura]

    Skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq ġewwa tal-pompa tas-sħana: [agħżel liema: arja/ilma/salmura]

    Indika jekk il-ħiter huwiex mgħammar b'ħiter supplimentari: iva/le

    jekk ikun applikabbli: kif jaħdem il-kompressur: [bil-mutur tal-elettriku jew li jaħdem bil-fjuwil, bil-fjuwil likwidu jew gassuż, b'magna b'kombustjoni interna jew esterna]

    Għandhom jiġu ddikjarati parametri għall-istaġun medju tat-tisħin, filwaqt li l-parametri għall-istaġuni isħan u iksaħ tat-tisħin huma fakultattivi.

    Fattur

    Simbolu

    Valur

    Unità

     

    Fattur

    Simbolu

    Valur

    Unità

    Kapaċità nominali tat-tisħin

    Prated,h

    x,x

    kW

     

    Effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post

    ηs,h

    x,x

    %

    Kapaċità ddikjarata tat-tisħin għal tagħbija parzjali b'temperatura ta' ġewwa ta' 20 °C u temperatura ta' barra (Tj)

     

    Koeffiċjent iddikjarat tal-prestazzjoni jew effiċjenza fl-użu tal-gass/fattur tal-enerġija awżiljarja għal tagħbija parzjali f'temperaturi partikulari ta' barra (Tj)

    Tj = – 7 °C

    Pdh

    x,x

    kW

     

    Tj = – 7 °C

    COPd jew GUEh,bin/AEFh,bin

    x,x

    %

    Tj = + 2 °C

    Pdh

    x,x

    kW

     

    Tj = + 2 °C

    COPd jew GUEh,bin/AEFh,bin

    x,x

    %

    Tj = + 7 °C

    Pdh

    x,x

    kW

     

    Tj = + 7 °C

    COPd jew GUEh,bin/AEFh,bin

    x,x

    %

    Tj = + 12 °C

    Pdh

    x,x

    kW

     

    Tj = + 12 °C

    COPd jew GUEh,bin/AEFh,bin

    x,x

    %

    Tbiv = temperatura bivalenti

    Pdh

    x,x

    kW

     

    Tbiv = temperatura bivalenti

    COPd jew GUEh,bin/AEFh,bin

    x,x

    %

    TOL = temperatura tal-limitu tat-tħaddim

    Pdh

    x,x

    kW

     

    TOL = temperatura tal-limitu tat-tħaddim

    COPd jew GUEh,bin/AEFh,bin

    x,x

    %

    Għall-pompi tas-sħana arja-ilma: Tj = – 15 °C (jekk TOL < – 20 °C)

    Pdh

    x,x

    kW

     

    Għall-pompi tas-sħana ilma-arja: Tj = – 15 °C (jekk TOL < – 20 °C)

    COPd jew GUEh,bin/AEFh,bin

    x,x

    %

    Temperatura bivalenti

    Tbiv

    x

    °C

     

    Għall-pompi tas-sħana ilma-arja: Temperatura tal-limitu tat-tħaddim

    Tol

    x

    °C

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Koeffiċjent tad-degradazzjoni tal-pompi tas-sħana (*1)

    Cdh

    x,x

     

     

     

     

     

    Konsum tal-enerġija fil-modalitajiet minbarra l-“modalità Attiv”

     

    Ħiter supplimentari

    Modalità Mitfi

    POFF

    x,xxx

    kW

     

    Kapaċità tat-tisħin ta' emerġenza (*)

    elbu

    x,x

    kW

    Modalità Termostat Mitfi

    PTO

    x,xxx

    kW

     

    Tip ta' input tal-enerġija

     

    Modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank

    PCK

    x,xxx

    kW

     

    Modalità Stennija

    PSB

    x,xxx

    kW

    Fatturi oħrajn

    Kontroll tal-kapaċità

    fiss/maqsum fi stadji/varjabbli

     

    Għall-pompi tas-sħana arja-arja: rata tal-fluss tal-arja mkejla fuq barra

    x

    m3/h

    Livell ta' qawwa tal-ħoss imkejjel fuq barra/fuq ġewwa

    LWA

    x,x/x,x

    dB

     

    Għall-pompi tas-sħana ilma-/salmura-arja: Rata nominali ta' fluss tal-ilma jew tas-salmura, skambjatur tas-sħana, li jkun jinsab fuq barra

    x

    m3/h

    Emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (jekk applikabbli)

    NOx (*2)

    x

    mg/kWh ta' input tal-fjuwil abbażi tal-GCV

     

    GWP tar-refriġerant

     

     

    kg CO2 eq (100 sena)

     

     

     

     

     

    Dettalji ta' kuntatt

    L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

    (*1)   Jekk il-koeffiċjent tad-degradazzjoni tal-pompi tas-sħana, Cdh, ma jiġix stabbilit bil-kejl, b'mod awtomatiku jitqies li huwa ta' 0,25.

    (*2)   Mis-26 ta' Settembru 2018.

    (*)

    Meta l-informazzjoni jkollha x'taqsam mal-pompi tal-arja sħuna multisplit, ir-riżultat tat-test u d-dejta dwar il-prestazzjoni jistgħu jinkisbu abbażi tal-prestazzjoni tal-apparat fuq barra flimkien ma' kombinazzjoni ta' apparat/i fuq ġewwa rakkomandata/i mill-manifattur jew mill-importatur.



    Tabella 15

    Ir-rekwiżiti tat-tagħrif għaċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja

    Tagħrif li bih jiġi identifikat il-mudell/jiġu identifikati l-mudelli, li miegħu/magħhom huwa relatat dan it-tagħrif:

    Tip ta' kondensar: [imkessaħ bl-arja/imkessaħ bl-ilma]

    Fluwidu/i refriġeranti: [tagħrif li bih jiġi/u identifikat/i l-fluwidu/i refriġeranti previst/i li jintuża/w maċ-ċiller ta' proċessi]

    Fattur

    Simbolu

    Valur

    Unità

    Temperatura tat-tħaddim

    t

    7

    °C

    Proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġonali

    SEPR

    x,xx

    [-]

    Konsum annwali tal-elettriku

    Q

    x

    kWh/a

     

     

     

     

     

    Parametri meta jkun hemm tagħbija sħiħa u temperatura ambjentali ta' referenza fil-punt nominali A (*2)

    Kapaċità nominali tar-refriġerazzjoni

    PA

    x,xx

    kW

    Input nominali tal-enerġija

    DA

    x,xx

    kW

    Proporzjon nominali tal-effiċjenza enerġetika

    EERDC,A

    x,xx

    [-]

     

     

     

     

    Parametri fil-punt tal-klassifikazzjoni B

    Kapaċità ddikjarata tar-refriġerazzjoni

    PB

    x,xx

    kW

    Input iddikjarat tal-enerġija

    DB

    x,xx

    kW

    Proporzjon iddikjarat tal-effiċjenza enerġetika

    EERDC,B

    x,xx

    [-]

     

     

     

     

    Parametri fil-punt tal-klassifikazzjoni C

    Kapaċità ddikjarata tar-refriġerazzjoni

    PC

    x,xx

    kW

    Input iddikjarat tal-enerġija

    DC

    x,xx

    kW

    Proporzjon iddikjarat tal-effiċjenza enerġetika

    EERDC,C

    x,xx

    [-]

     

     

     

     

    Parametri fil-punt tal-klassifikazzjoni D

    Kapaċità ddikjarata tar-refriġerazzjoni

    PD

    x,xx

    kW

    Input iddikjarat tal-enerġija

    DD

    x,xx

    kW

    Proporzjon iddikjarat tal-effiċjenza enerġetika

    EERDC,D

    x,xx

    [-]

     

     

     

     

    Fatturi oħrajn

    Kontroll tal-kapaċità

    fiss/maqsum fi stadji (*2)/varjabbli

    Koeffiċjent tad-degradazzjoni taċ-ċillers (*1)

    Cdc

    x,xx

    [-]

    GWP tar-refriġerant

     

     

    kg CO2 eq (100 sena)

    Dettalji ta' kuntatt

    L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

    (*1)   Jekk il-koeffiċjent tad-degradazzjoni għaċ-ċillers, Cdc, ma jiġix stabbilit bil-kejl, b'mod awtomatiku jitqies li huwa ta' 0,9.

    (*2)   Għall-apparat li jkollu kapaċità maqsuma fi stadji, jiġu ddikjarati żewġ valuri separati b'linja djagonali (“/”) f'kull kaxxa tat-taqsima li tirreferi għall-“kapaċità tar-refriġerazzjoni” u għall-“EER”.




    ANNESS III

    Kejl u Kalkolu

    1. Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli jsiru billi jintużaw standards armonizzati li n-numri ta' referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew billi jintuża metodu ieħor li jkun affidabbli, preċiż u riproduċibbli, filwaqt li jqis il-metodi l-aktar avvanzati rrikonoxxuti b'mod ġenerali. Dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet u l-parametri tekniċi stipulati fil-punti 2 sa 8.

    2. Kundizzjonijiet ġenerali għall-kejl u għall-kalkoli:

    (a) Għall-għanijiet tal-kalkoli stipulati fil-punti 3 sa 8, il-konsum tal-elettriku jiġi mmultiplikat b'koeffiċjent ta' konverżjoni, CC, ta' 2,5;

    (b) L-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu jitkejlu billi jingħaddu flimkien il-monossidu tan-nitroġenu u d-diossidu tan-nitroġenu, u jingħataw bħala ekwivalenti ta' diossidu tan-nitroġenu;

    (c) Għall-pompi tas-sħana li jkunu mgħammra b'ħiters supplimentari, il-kejl u l-kalkolu tal-kapaċità nominali tat-tisħin, tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, tal-livell ta' qawwa tal-ħoss u tal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu jqisu l-ħiter supplimentari;

    (d) Ġeneratur tas-sħana li jkun maħsub għal prodott tat-tisħin tal-arja, jew qafas li jrid ikun mgħammar bit-tali ġeneratur, jiġu ttestjati b'qafas jew b'ġeneratur adattati, rispettivament;

    (e) Ġeneratur tal-kesħa li jkun maħsub għal prodott tat-tkessiħ, jew qafas li jrid ikun mgħammar bit-tali ġeneratur, jiġu ttestjati b'qafas jew b'ġeneratur adattati, rispettivament.

    3. L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-arja sħuna:

    (a) L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, ηs,h tiġi kkalkulata bħala l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità Attiv, ηs,on, li tinkludi l-kunsiderazzjoni tal-effiċjenza enerġetika staġonali termali ηs,th, tal-fattur ta' telf mill-involkru Fenv u tal-effiċjenza tal-emissjonijiet ηs,flow, ikkoreġuta b'fatturi li jqisu l-apparat għall-kontroll tal-potenza termika, il-konsum tal-elettriku awżiljarju, it-telf mit-tromba ta' ċumnija miftuħa u l-konsum tal-enerġija tal-berner tat-tqabbid Pign (jekk dan ikun applikabbli).

    4. L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tkessiħ tal-post ta' ċillers għall-kumdità u ta' kundizzjonaturi tal-arja li jaħdmu b'muturi tal-elettriku:

    (a) Għall-għanijiet tal-kejl tal-kundizzjonaturi tal-arja, it-temperatura ambjentali ta' ġewwa tkun ta' 27 °C;

    (b) Filwaqt li jiġi stabbilit il-livell ta' qawwa tal-ħoss, il-kundizzjonijiet operattivi jkunu l-kundizzjonijiet nominali standard stipulati fit-Tabella 16 (għall-pompi tas-sħana u għall-kundizzjonaturi tal-arja arja-arja), fit-Tabella 17 (għaċ-ċillers għall-kumdità ilma-/salmura-ilma), fit-Tabella 18 (għaċ-ċillers għall-kumdità arja-ilma) u fit-Tabella 19 (għall-pompi tas-sħana u għall-kundizzjonaturi tal-arja ilma-/salmura-arja);

    (c) Il-proporzjon staġonali tal-effiċjenza enerġetika fil-modalità Attiv, SEERon, jiġi kkalkulat abbażi tat-tagħbija parzjali għat-tkessiħ, Pc(Tj), u tal-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika speċifikat għall-intervall ta' temperaturi, EERbin(Tj), u jiġi pponderat bis-sigħat tal-intervall ta' temperaturi li matulhom ikun hemm il-kundizzjonijiet tal-intervall ta' temperaturi, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (1) il-kundizzjonijiet ta' referenza tad-disinn mogħtija fit-Tabella 24;

    (2) l-istaġun medju Ewropew tat-tkessiħ stipulat fit-Tabella 27;

    (3) jekk ikun applikabbli, l-effetti tad-degradazzjoni tal-effiċjenza enerġetika kkawżata miċ-ċikli, skont it-tip ta' kontroll tal-kapaċità tat-tkessiħ;

    (4) Id-domanda annwali ta' referenza għat-tkessiħ, QC, għandha tkun it-tagħbija tad-disinn għat-tkessiħ, Pdesign,c, immultiplikata bis-sigħat ekwivalenti fil-modalità Attiv għat-tkessiħ għal HCE, kif stipulat fit-Tabella 29;

    (5) Il-konsum annwali tal-enerġija għat-tkessiħ, QCE, għandu jiġi kkalkulat billi jingħaddu flimkien:

    (i) il-proporzjon tad-domanda annwali ta' referenza għat-tkessiħ, QC u l-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika fil-modalità Attiv, SEERon, u

    (ii) il-konsum tal-enerġija fil-modalità Termostat Mitfi, fil-modalità Stennija, fil-modalità Mitfi u fil-modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank matul l-istaġun;

    (6) Il-proporzjon staġonali tal-effiċjenza enerġetika, SEER, jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon tad-domanda annwali ta' referenza għat-tkessiħ, QC u l-konsum annwali ta' referenza tal-enerġija għat-tkessiħ, QCE;

    (7) L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tkessiħ tal-post, ηs,c, tiġi kkalkulata bħala l-proporzjon staġonali tal-effiċjenza enerġetika, SEER, diviż bil-koeffiċjent ta' konverżjoni, CC, u kkoreġut b'fatturi li jqisu l-apparat għall-kontroll tat-temperatura u, għaċ-ċillers għall-kumdità ilma/salmura-ilma jew għall-kundizzjonaturi tal-arja ilma/salmura-arja biss, il-konsum tal-elettriku ta' pompa/i tal-ilma ta' taħt l-art;

    (d) Għall-kundizzjonaturi tal-arja arja-arja multisplit, il-kejl u l-kalkoli għandhom jissejsu fuq il-prestazzjoni tal-apparat fuq barra flimkien ma' kombinazzjoni ta' apparat/i fuq ġewwa rakkomandat/i mill-manifattur jew mill-importatur.

    5. L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tkessiħ tal-post taċ-ċillers għall-kumdità u tal-kundizzjonaturi tal-arja li jużaw magna b'kombustjoni interna:

    (a) L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tkessiħ tal-post, ηs,c, tiġi kkalkulata abbażi tal-proporzjon staġonali tal-enerġija primarja fil-modalità tat-tkessiħ, SPERC, ikkoreġut b'fatturi li jqisu l-apparat għall-kontroll tat-temperatura u, għaċ-ċillers għall-kumdità ilma/salmura-ilma jew kundizzjonaturi tal-arja ilma/salmura-ilma biss, il-konsum tal-elettriku ta' pompa/i tal-ilma ta' taħt l-art;

    (b) Il-proporzjon staġonali tal-enerġija primarja fil-modalità tat-tkessiħ, SPERC, jiġi kkalkulat abbażi tal-effiċjenza staġonali fl-użu tal-gass fil-modalità tat-tkessiħ, SGUEC, u tal-fattur staġonali tal-enerġija awżiljarja fil-modalità tat-tkessiħ, SAEFC, filwaqt li jitqies il-koeffiċjent tal-konverżjoni għall-elettriku, CC;

    (c) L-effiċjenza staġonali fl-użu tal-gass fil-modalità tat-tkessiħ, SGUEC, tissejjes fuq it-tagħbija parzjali għat-tkessiħ, Pc(Tj), diviża bl-effiċjenza fl-użu tal-gass speċifikat għall-intervall ta' temperaturi għat-tkessiħ b'tagħbija parzjali, GUEc,bin, ipponderat bis-sigħat tal-intervall ta' temperaturi li matulhom ikun hemm il-kundizzjonijiet tal-intervall ta' temperaturi, billi jintużaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 5(h);

    (d) Is-SAEFC jissejjes fuq id-domanda annwali ta' referenza għat-tkessiħ, QC, u fuq il-konsum annwali tal-enerġija għat-tkessiħ, QCE;

    (e) Id-domanda annwali ta' referenza għat-tkessiħ, QC, tissejjes fuq it-tagħbija tad-disinn għat-tkessiħ, Pdesign,c, immultiplikata bis-sigħat annwali ekwivalenti għat-tkessiħ fil-modalità Attiv, HCE, kif stipulat fit-Tabella 29;

    (f) Il-konsum annwali tal-enerġija għat-tkessiħ, QCE, għandu jiġi kkalkulat billi jingħaddu flimkien:

    (1) il-proporzjon tad-domanda annwali ta' referenza għat-tkessiħ, QC, u l-fattur staġonali tal-enerġija awżiljarja fil-modalità tat-tkessiħ, fil-modalità Attiv, SAEFc,on, u

    (2) il-konsum tal-enerġija fil-modalità Stennija, fil-modalità Termostat Mitfi, fil-modalità Mitfi u fil-modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank matul l-istaġun;

    (g) Is-SAEFc,on għandu jissejjes, sa fejn ikun rilevanti, fuq it-tagħbija parzjali għat-tkessiħ, Pc(Tj), u fuq il-fattur tal-enerġija awżiljarja fil-modalità tat-tkessiħ b'tagħbija parzjali, AEFc,bin, ipponderat bis-sigħat tal-intervall ta' temperaturi li matulhom ikun hemm il-kundizzjonijiet tal-intervall ta' temperaturi, billi jintużaw il-kundizzjonijiet mogħtija hawn taħt;

    (h) Il-kundizzjonijiet biex jiġu kkalkulati l-valuri tas-SGUEC u tas-SAEFc,on għandhom iqisu dan li ġej:

    (1) il-kundizzjonijiet ta' referenza tad-disinn stipulati fit-Tabella 24;

    (2) l-istaġun medju Ewropew tat-tkessiħ stipulat fit-Tabella 27;

    (3) jekk ikun applikabbli, l-effetti tad-degradazzjoni tal-effiċjenza enerġetika kkawżata miċ-ċikli, skont it-tip ta' kontroll tal-kapaċità tat-tkessiħ.

    6. L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-pompi tas-sħana tal-elettriku:

    (a) Għall-għanijiet tal-kejl tal-pompi tas-sħana, it-temperatura ambjentali ta' ġewwa għandha tkun ta' 20 °C.

    (b) Meta jiġi stabbilit il-livell ta' qawwa tal-ħoss, il-kundizzjonijiet operattivi għandhom ikunu l-kundizzjonijiet nominali standard stipulati fit-Tabella 16 (għall-pompi tas-sħana arja-arja) u fit-Tabella 19 (għall-pompi tas-sħana ilma-/salmura-arja).

    (c) Il-koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni fil-modalità Attiv, SCOPon, jiġi kkalkulat abbażi tat-tagħbija parzjali għat-tisħin, Ph(Tj), abbażi tal-kapaċità tat-tisħin elettriku ta' emerġenza, elbu(Tj) (jekk din tkun applikabbli), u abbażi tal-koeffiċjent tal-prestazzjoni speċifikat għall-intervall ta' temperaturi, COPbin(Tj), u jiġi pponderat bis-sigħat tal-intervall ta' temperaturi li matulhom ikun hemm il-kundizzjonijiet tal-intervall ta' temperaturi, u għandhom jitqiesu:

    (1) il-kundizzjonijiet ta' referenza tad-disinn stipulati fit-Tabella 24;

    (2) l-istaġun “medju” Ewropew tat-tisħin stipulat fit-Tabella 26;

    (3) jekk ikun applikabbli, l-effetti tad-degradazzjoni tal-effiċjenza enerġetika kkawżata miċ-ċikli, skont it-tip ta' kontroll tal-kapaċità tat-tisħin;

    (d) Id-domanda annwali ta' referenza għat-tisħin, QH, għandha tkun it-tagħbija tad-disinn għat-tisħin, Pdesign,h, immultiplikata bis-sigħat annwali ekwivalenti għat-tisħin, fil-modalità Attiv, HHE, stipulata fit-Tabella 29;

    (e) Il-konsum annwali tal-enerġija għat-tisħin, QHE, għandu jiġi kkalkulat billi jingħaddu flimkien:

    (1) il-proporzjon tad-domanda annwali ta' referenza għat-tisħin, QH u l-koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni fil-modalità Attiv, SCOPon, u

    (2) il-konsum tal-enerġija għall-modalità Termostat Mitfi, għall-modalità Stennija, għall-modalità Mitfi u għall-modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank matul l-istaġun;

    (f) Il-koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni, SCOP, għandu jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon tad-domanda annwali ta' referenza għat-tisħin, QH, meta mqabbla mal-konsum annwali tal-enerġija għat-tisħin, QHE;

    (g) L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, ηs,h, tiġi kkalkulata bħala l-koeffiċjent tal-prestazzjoni, SCOP, diviż bil-koeffiċjent ta' konverżjoni, CC, u kkoreġut b'fatturi li jqisu l-apparat għall-kontroll tat-temperatura u għall-pompi tas-sħana ilma/salmura-arja biss, il-konsum tal-elettriku ta' pompa/i tal-ilma ta' taħt l-art.

    (h) Għall-pompi tas-sħana multisplit, il-kejl u l-kalkoli għandhom jissejsu fuq il-prestazzjoni tal-apparat fuq barra flimkien ma' kombinazzjoni ta' apparat/i fuq ġewwa rakkomandat/i mill-manifattur jew mill-importatur.

    7. L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-pompi tas-sħana li jużaw magna bil-kombustjoni interna:

    (a) L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, ηs,h, għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-proporzjon staġonali tal-enerġija primarja fil-modalità tat-tisħin, SPERh, ikkoreġut b'fatturi li jqisu l-apparat għall-kontroll tat-temperatura u, għall-pompi tas-sħana ilma/salmura-ilma biss, il-konsum tal-elettriku ta' pompa/i tal-ilma ta' taħt l-art.

    (b) Il-proporzjon staġonali tal-effiċjenza tal-enerġija primarja fil-modalità tat-tisħin, SPERh, jiġi kkalkulat abbażi tal-proporzjon tal-effiċjenza staġonali fl-użu tal-gass fil-modalità tat-tisħin, SGUEh, u tal-fattur staġonali tal-enerġija awżiljarja fil-modalità tat-tisħin, SAEFh filwaqt li jitqiesu l-fattur tal-enerġija primarja għall-elettriku, CC.

    (c) L-effiċjenza staġonali fl-użu tal-gass fil-modalità tat-tisħin, SGUEh, għandha tissejjes fuq it-tagħbija parzjali għat-tisħin, Ph(Tj), diviża bl-effiċjenza fl-użu tal-gass speċifikat għall-intervall ta' temperaturi għat-tisħin b'tagħbija parzjali, GUEh,bin, ipponderat bis-sigħat tal-intervall ta' temperaturi li matulhom ikun hemm il-kundizzjonijiet tal-intervall ta' temperaturi, billi jintużaw il-kundizzjonijiet mogħtija hawn taħt;

    (d) Is-SAEFh jissejjes fuq id-domanda ta' referenza annwali għat-tisħin, QH, u fuq il-konsum annwali ta' referenza tal-enerġija għat-tisħin, QHE.

    (e) Id-domanda annwali ta' referenza għat-tisħin, QH, tissejjes fuq it-tagħbija tad-disinn għat-tisħin, Pdesign,h, immultiplikata bis-sigħat annwali ekwivalenti fil-modalità Attiv, HHE, kif stipulat fit-Tabella 29.

    (f) Il-konsum annwali tal-enerġija għat-tisħin, QHE, għandu jiġi kkalkulat billi jingħaddu flimkien:

    (1) il-proporzjon tad-domanda annwali ta' referenza għat-tisħin, QH, u l-fattur staġonali tal-enerġija awżiljarja għat-tisħin fil-modalità Attiv, SAEFh,on, u

    (2) il-konsum tal-enerġija fil-modalità Termostat Mitfi, fil-modalità Stennija, fil-modalità Mitfi u fil-modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank matul l-istaġun speċifikat.

    (g) Is-SAEFHon għandu jissejjes, sa fejn ikun rilevanti, fuq it-tagħbija parzjali għat-tisħin, PH(Tj), u fuq il-fattur tal-enerġija awżiljarja għat-tisħin b'tagħbija parzjali, AEFh,bin, ipponderat bis-sigħat tal-intervall ta' temperaturi li matulhom ikun hemm il-kundizzjonijiet tal-intervall ta' temperaturi, billi jintużaw il-kundizzjonijiet mogħtija hawn taħt;

    (h) Il-kundizzjonijiet biex jiġu kkalkulati s-SGUEh u s-SAEFh,on għandhom iqisu dan li ġej:

    (1) il-kundizzjonijiet ta' referenza tad-disinn stipulati fit-Tabella 24;

    (2) l-istaġun medju Ewropew tat-tisħin stipulat fit-Tabella 26;

    (3) jekk ikun applikabbli, l-effetti tad-degradazzjoni tal-effiċjenza enerġetika kkawżata miċ-ċikli, skont it-tip ta' kontroll tal-kapaċità tat-tisħin.

    8. Kundizzjonijiet ġenerali għall-kejl u għall-kalkoli taċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja

    Sabiex jiġu stabbiliti l-valuri tal-kapaċità ddikjarata tat-tkessiħ u tal-kapaċità nominali tat-tkessiħ, tal-input tal-enerġija, tal-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika u tal-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġonali, il-kejl għandu jsir bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a) it-temperatura ambjentali ta' referenza tal-iskambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq barra għandha tkun ta' 35 °C għaċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja mkessħin bl-arja u ta' 30 °C fil-bokka għad-dħul tal-ilma fil-kondensatur (fil-punt ta' klassifikazzjoni meta jkun hemm temperatura tal-arja ta' barra ta' 35 °C) għaċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja mkessħin bl-ilma

    (b) it-temperatura tal-ħruġ tal-likwidu fl-iskambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq ġewwa għandha tkun ta' 7 °C b'termometru niexef;

    (c) il-varjazzjonijiet fit-temperatura ambjentali matul is-sena, li jkunu jirrappreżentaw il-kundizzjonijiet klimatiċi medji fl-Unjoni Ewropea, u l-għadd korrispondenti ta' sigħat li matulhom ikun hemm dawn it-temperaturi, għandhom ikunu kif stipulati fit-Tabella 28;

    (d) l-effett tad-degradazzjoni tal-effiċjenza enerġetika kkawżata miċ-ċikli, skont it-tip ta' kontroll tal-kapaċità taċ-ċiller ta' proċessi ta' temperatura għolja, għandu jitkejjel jew inkella għandu jintuża valur prestabbilit.



    Tabella 16

    Il-kundizzjonijiet nominali standard għall-pompi tas-sħana u għall-kundizzjonaturi tal-arja arja-arja

     

    Skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq barra

    Skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq ġewwa

    temperatura tad-dħul b'termometru niexef fi gradi Celsius

    temperatura tad-dħul b'termometru umdu fi gradi Celsius

    temperatura tad-dħul b'termometru niexef fi gradi Celsius

    temperatura tad-dħul b'termometru umdu fi gradi Celsius

    Modalità tat-tisħin (għall-pompi tas-sħana)

    Arja ta' barra/arja rriċiklata

    7

    6

    20

    Massimu ta' 15

    Arja tal-egżost/arja ta' barra

    20

    12

    7

    6

    Modalità tat-tkessiħ (għall-kundizzjonaturi tal-arja)

    Arja ta' barra/arja rriċiklata

    35

    24 (*1)

    27

    19

    Arja tal-egżost/arja rriċiklata

    27

    19

    27

    19

    Arja tal-egżost/arja ta' barra

    27

    19

    35

    24

    (*1)   il-qagħda tat-temperatura b'termometru umdu mhix meħtieġa meta jkunu qegħdin



    Tabella 17

    Il-kundizzjonijiet nominali standard għaċ-ċillers għall-kumdità ilma-/salmura-ilma

     

    Skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq barra

    Skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq ġewwa

    temperatura tad-dħul fi gradi Celsius

    temperatura tal-ħruġ fi gradi Celsius

    temperatura tad-dħul fi gradi Celsius

    temperatura tal-ħruġ fi gradi Celsius

    Modalità tat-tkessiħ

    ilma-ilma (għal applikazzjonijiet tat-tisħin b'temperatura baxxa) mit-torri tat-tkessiħ

    30

    35

    12

    7

    ilma-ilma (għal applikazzjonijiet tat-tisħin b'temperatura medja) mit-torri tat-tkessiħ

    30

    35

    23

    18



    Tabella 18

    Il-kundizzjonijiet nominali standard għaċ-ċillers għall-kumdità arja-ilma

     

    Skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq barra

    Skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq ġewwa

    temperatura tad-dħul fi gradi Celsius

    temperatura tal-ħruġ fi gradi Celsius

    temperatura tad-dħul fi gradi Celsius

    temperatura tal-ħruġ fi gradi Celsius

    Modalità tat-tkessiħ

    arja-ilma (għall-applikazzjonijiet b'temperatura baxxa)

    35

    12

    7

    arja-ilma (għall-applikazzjonijiet b'temperatura medja)

    35

    23

    18



    Tabella 19

    Il-kundizzjonijiet nominali standard għall-pompi tas-sħana u għall-kundizzjonaturi tal-arja ilma-/salmura-arja

     

    Skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq barra

    Skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq ġewwa

    temperatura tad-dħul fi gradi Celsius

    temperatura tal-ħruġ fi gradi Celsius

    temperatura tad-dħul b'termometru niexef fi gradi Celsius

    temperatura tad-dħul b'termometru umdu fi gradi Celsius

    Modalità tat-tisħin (għall-pompi tas-sħana)

    ilma

    10

    7

    20

    Massimu ta' 15

    salmura

    0

    – 3 (*1)

    20

    Massimu ta' 15

    ċirkwit tal-ilma

    20

    17 (*1)

    20

    Massimu ta' 15

    Modalità tat-tkessiħ (għall-kundizzjonaturi tal-arja)

    torri tat-tkessiħ

    30

    35

    27

    19

    b'konduzzjoni mal-art (ilma jew salmura)

    10

    15

    27

    19

    (*1)   Għall-apparati li jkunu maħsuba biex jintużaw fil-modalitajiet tat-tisħin u tat-tkessiħ, tintuża r-rata tal-fluss miksuba waqt it-test bil-kundizzjonijiet nominali standard fil-modalità tat-tkessiħ.



    Tabella 20

    It-temperaturi ambjentali ta' referenza għaċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja

    Punt tat-test

    Il-proporzjon tat-tagħbija parzjali taċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja

    Il-proporzjon tat-tagħbija parzjali (f'perċentwali)

    Skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq barra (°C)

    Skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq ġewwa

    Evaporatur temperaturi tad-dħul/tal-ħruġ tal-ilma (fi gradi Celsius)

    Ħruġ fiss

    A

    80 % + 20 % × (TA – TD)/(TA – TD)

    100

    Temperatura tad-dħul tal-arja

    35

    12/7

    Temperaturi tad-dħul/tal-ħruġ tal-ilma

    30/35



    Tabella 21

    Il-kundizzjonijiet tat-tagħbija parzjali għall-kundizzjonaturi tal-arja, għaċ-ċillers għall-kumdità u għall-pompi tas-sħana

    Punt tal-klassifikazzjoni

    Temperatura ta' barra

    Il-proporzjon tat-tagħbija parzjali

    Skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq barra

    Skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq ġewwa

    Kundizzjonaturi tal-arja arja-arja

     

    Tj (fi gradi Celsius)

     

    Temperaturi tal-arja ta' barra b'termometru niexef (fi gradi Celsius)

    Temperaturi tal-arja ta' ġewwa b'termometru niexef (jew b'termometru umdu) (fi gradi Celsius)

    A

    35

    100 %

    35

    27 (19)

    B

    30

    74 %

    30

    27 (19)

    C

    25

    47 %

    25

    27 (19)

    D

    20

    21 %

    20

    27 (19)

    Kundizzjonaturi tal-arja ilma-arja

    Punt tal-klassifikazzjoni

    Tj (fi gradi Celsius)

    Il-proporzjon tat-tagħbija parzjali

    Temperaturi tad-dħul/tal-ħruġ tat-torri tat-tkessiħ jew taċ-ċirkwit tal-ilma (fi gradi Celsius)

    Temperaturi tad-dħul/tal-ħruġ (tal-ilma jew tas-salmura) b'konduzzjoni mal-art (fi gradi Celsius)

    Temperaturi tal-arja ta' ġewwa b'termometru niexef (jew b'termometru umdu) (fi gradi Celsius)

    A

    35

    100 %

    30/35

    10/15

    27 (19)

    B

    30

    74 %

    26/ (*1)

    10/ (*1)

    27 (19)

    C

    25

    47 %

    22/ (*1)

    10/ (*1)

    27 (19)

    D

    20

    21 %

    18/ (*1)

    10/ (*1)

    27 (19)

    Ċillers għall-kumdità arja-ilma

    Punt tal-klassifikazzjoni

    Tj (fi gradi Celsius)

    Il-proporzjon tat-tagħbija parzjali

    Temperaturi tal-arja ta' barra b'termometru niexef (fi gradi Celsius)

    Temperaturi tad-dħul/tal-ħruġ tal-ilma tal-fannijiet konvetturi (fi gradi Celsius)

    Temperaturi tad-dħul/tal-ħruġ tal-ilma fil-każ tat-tkessiħ mill-art (fi gradi Celsius)

    Ħruġ fiss

    Ħruġ varjabbli (*1) (*1)

    A

    35

    100 %

    35

    12/7

    12/7

    23/18

    B

    30

    74 %

    30

     (*1)/7

     (*1)/8,5

     (*1)/18

    C

    25

    47 %

    25

     (*1)/7

     (*1)/10

     (*1)/18

    D

    20

    21 %

    20

     (*1)/7

     (*1)/11,5

     (*1)/18

    Ċillers għall-kumdità ilma-ilma

    Punt tal-klassifikazzjoni

    Tj (fi gradi Celsius)

    Il-proporzjon tat-tagħbija parzjali

    Temperaturi tad-dħul/tal-ħruġ tat-torri tat-tkessiħ jew taċ-ċirkwit tal-ilma (fi gradi Celsius)

    Temperaturi tad-dħul/tal-ħruġ (tal-ilma jew tas-salmura) b'konduzzjoni mal-art (fi gradi Celsius)

    Temperaturi tad-dħul/tal-ħruġ tal-ilma tal-fannijiet konvetturi (fi gradi Celsius)

    Temperaturi tad-dħul/tal-ħruġ tal-ilma fil-każ tat-tkessiħ mill-art (fi gradi Celsius)

    Ħruġ fiss

    Ħruġ varjabbli (*1) (*1)

    A

    35

    100 %

    30/35

    10/15

    12/7

    12/7

    23/18

    B

    30

    74 %

    26/ (*1)

    10/ (*1)

     (*1)/7

     (*1)/8,5

     (*1)/18

    C

    25

    47 %

    22/ (*1)

    10/ (*1)

     (*1)/7

     (*1)/10

     (*1)/18

    D

    20

    21 %

    18/ (*1)

    10/ (*1)

     (*1)/7

     (*1)/11,5

     (*1)/18

    Pompi tas-sħana arja-arja

    Punt tal-klassifikazzjoni

    Tj (fi gradi Celsius)

    Il-proporzjon tat-tagħbija parzjali

    Temperaturi tal-arja ta' barra b'termometru niexef (jew b'termometru umdu) (fi gradi Celsius)

    Temperatura tal-arja ta' ġewwa b'termometru niexef (fi gradi Celsius)

    A

    -7

    88 %

    – 7 (– 8)

    20

    B

    + 2

    54 %

    + 2 (+ 1)

    20

    C

    + 7

    35 %

    + + 7 (+ + 6)

    20

    D

    + 12

    15 %

    + + 12 (+ + 11)

    20

    E

    Tol

    jiddependi fuq Tol

    Tj = Tol

    20

    F

    Tbiv

    jiddependi fuq Tbiv

    Tj = Tbiv

    20

    Pompi tas-sħana ilma-/salmura-arja

    Punt tal-klassifikazzjoni

    Tj (fi gradi Celsius)

    Il-proporzjon tat-tagħbija parzjali

    Ilma ta' taħt l-art

    Salmura

    Temperatura tal-arja ta' ġewwa b'termometru niexef (fi gradi Celsius)

    Temperaturi tad-dħul/tal-ħruġ (fi gradi Celsius)

    Temperaturi tad-dħul/tal-ħruġ (fi gradi Celsius)

    A

    -7

    88 %

    10/ (*1)

    0/ (*1)

    20

    B

    + 2

    54 %

    10/ (*1)

    0/ (*1)

    20

    C

    + 7

    35 %

    10/ (*1)

    0/ (*1)

    20

    D

    + 12

    15 %

    10/ (*1)

    0/ (*1)

    20

    E

    Tol

    jiddependi fuq Tol

    10/ (*1)

    0/ (*1)

    20

    F

    Tbiv

    jiddependi fuq Tbiv

    10/ (*1)

    0/ (*1)

    20

    (*1)   it-temperaturi tal-ħruġ jiddependu fuq ir-rata tal-fluss tal-ilma kif stabbilita bil-kundizzjonijiet nominali standard (100 % tal-proporzjon tat-tagħbija parzjali waqt it-tkessiħ u 88 % waqt it-tisħin).



    Tabella 22

    Il-kundizzjonijiet tat-tagħbija parzjali għall-kalkolu tas-SEPR għaċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja mkessħin bl-arja

    Punt tal-klassifikazzjoni

    Il-proporzjon tat-tagħbija parzjali taċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja

    Il-proporzjon tat-tagħbija parzjali (f'perċentwali)

    Skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq barra

    Skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq ġewwa

    temperatura tad-dħul tal-arja (fi gradi Celsius)

    Evaporatur temperaturi tad-dħul/tal-ħruġ tal-ilma (fi gradi Celsius)

    Ħruġ fiss

    A

    80 % + 20 % × (TA – TD)/(TA – TD)

    100

    35

    12/7

    B

    80 % + 20 % × (TB – TD)/(TA – TD)

    93

    25

     (*1)/7

    C

    80 % + 20 % × (TC – TD)/(TA – TD)

    87

    15

     (*1)/7

    D

    80 % + 20 % × (TD – TD)/(TA – TD)

    80

    5

     (*1)/7

    (*1)   bir-rata tal-fluss tal-ilma li ġiet stabbilita matul it-test “A” għall-apparati b'rata fissa tal-fluss tal-ilma jew b'rata varjabbli tal-fluss tal-ilma.



    Tabella 23

    Il-kundizzjonijiet tat-tagħbija parzjali għall-kalkolu tas-SEPR għaċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja mkessħin bl-ilma

    Punt tal-klassifikazzjoni

    Il-proporzjon tat-tagħbija parzjali taċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja

    Il-proporzjon tat-tagħbija parzjali (f'perċentwali)

    Kondensatur imkessaħ bl-ilma

    Skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq ġewwa

    Temperaturi tad-dħul/tal-ħruġ tal-ilma (fi gradi Celsius)

    Temperatura tal-arja ta' barra (fi gradi Celsius)

    Evaporatur temperaturi tad-dħul/tal-ħruġ tal-ilma (fi gradi Celsius)

    Ħruġ fiss

    A

    80 % + 20 % × (TA – TD)/(TA – TD)

    100

    30/35

    35

    12/7

    B

    80 % + 20 % × (TB – TD)/(TA – TD)

    93

    23/ (*1)

    25

     (*1)/7

    C

    80 % + 20 % × (TC – TD)/(TA – TD)

    87

    16/ (*1)

    15

     (*1)/7

    D

    80 % + 20 % × (TD – TD)/(TA – TD)

    80

    9/ (*1)

    5

     (*1)/7

    (*1)   bir-rata tal-fluss tal-ilma li ġiet stabbilita matul it-test “A” għall-apparati b'rata fissa tal-fluss tal-ilma jew b'rata varjabbli tal-fluss tal-ilma.



    Tabella 24

    Il-kundizzjonijiet ta' referenza tad-disinn għaċ-ċillers għall-kumdità, għall-kundizzjonaturi tal-arja u għall-pompi tas-sħana

    Funzjoni

    Staġun

    Temperatura ta' referenza tad-disinn b'termometru niexef (jew b'termometru umdu)

    Tdesign,c

    Tkessiħ

    Medju

    35 (24)°C

    Temperatura ta' referenza tad-disinn

    Temperatura massima bivalenti

    Temperatura massima tal-limitu tat-tħaddim

    Tdesign,h

    Tbiv

    Tol

    Tisħin

    Medju

    – 10 (– 11-il) °C

    + 2 °C

    – 7 °C

    Isħan

    2 (– 1) °C

    7 °C

    2 °C

    Iksaħ

    – 22 (– 23) °C

    – 7 °C

    – 15-il °C



    Tabella 25

    Il-kundizzjonijiet nominali standard għall-fannijiet konvetturi

    Test tat-tkessiħ

    Test tat-tisħin

    Test tal-qawwa tal-ħoss

    Temperatura tal-arja

    27 °C (b'termometru niexef

    19-il °C (b'termometru umdu)

    Temperatura tal-arja

    20 °C (b'termometru niexef)

    F'kundizzjonijiet ambjentali mingħajr fluss tal-ilma

    Temperatura tad-dħul tal-ilma

    7 °C

    Temperatura tad-dħul tal-ilma

    45 °C għall-apparat b'żewġ (2) pajpijiet

    65 °C għall-apparat b'erba' (4) pajpijiet

    Żieda fit-temperatura tal-ilma

    5 °C

    Tnaqqis fit-temperatura tal-ilma

    5 °C għall-apparat b'żewġ (2) pajpijiet

    10 °C għall-apparat b'erba' (4) pajpijiet



    Tabella 26

    L-istaġuni Ewropej tat-tisħin għall-pompi tas-sħana

    binj

    Tj [fi gradi Celsius]

    Hj [f'sigħat fis-sena]

    Isħan

    Medju

    Iksaħ

    1 sa 8

    – 30 sa – 23

    0

    0

    0

    9

    – 22

    0

    0

    1

    10

    – 21

    0

    0

    6

    11

    – 20

    0

    0

    13

    12

    – 19

    0

    0

    17

    13

    – 18

    0

    0

    19

    14

    – 17

    0

    0

    26

    15

    – 16

    0

    0

    39

    16

    – 15

    0

    0

    41

    17

    – 14

    0

    0

    35

    18

    – 13

    0

    0

    52

    19

    – 12

    0

    0

    37

    20

    – 11

    0

    0

    41

    21

    – 10

    0

    1

    43

    22

    – 9

    0

    25

    54

    23

    – 8

    0

    23

    90

    24

    – 7

    0

    24

    125

    25

    – 6

    0

    27

    169

    26

    – 5

    0

    68

    195

    27

    – 4

    0

    91

    278

    28

    – 3

    0

    89

    306

    29

    – 2

    0

    165

    454

    30

    – 1

    0

    173

    385

    31

    0

    0

    240

    490

    32

    1

    0

    280

    533

    33

    2

    3

    320

    380

    34

    3

    22

    357

    228

    35

    4

    63

    356

    261

    36

    5

    63

    303

    279

    37

    6

    175

    330

    229

    38

    7

    162

    326

    269

    39

    8

    259

    348

    233

    40

    9

    360

    335

    230

    41

    10

    428

    315

    243

    42

    11

    430

    215

    191

    43

    12

    503

    169

    146

    44

    13

    444

    151

    150

    45

    14

    384

    105

    97

    46

    15

    294

    74

    61

    Total ta' sigħat:

    3 590

    4 910

    6 446



    Tabella 27

    L-istaġun Ewropew tat-tkessiħ għaċ-ċillers għall-kumdità u għall-kundizzjonaturi tal-arja

    Intervalli ta' temperaturi

    Temperatura ta' barra (b'termometru niexef)

    “Staġun medju tat-tkessiħ”

    Kalkolu tal-EER

    Sigħat tal-intervall ta' temperaturi

    j

    Tj

    hj

    fl-għadd ta' intervalli

    fi gradi Celsius

    f'sigħat fis-sena

    1

    17

    205

    EER(D)

    2

    18

    227

    EER(D)

    3

    19

    225

    EER(D)

    4

    20

    225

    D — Valur imkejjel

    5

    21

    216

    Interpolazzjoni lineari

    6

    22

    215

    Interpolazzjoni lineari

    7

    23

    218

    Interpolazzjoni lineari

    8

    24

    197

    Interpolazzjoni lineari

    9

    25

    178

    C — Valur imkejjel

    10

    26

    158

    Interpolazzjoni lineari

    11

    27

    137

    Interpolazzjoni lineari

    12

    28

    109

    Interpolazzjoni lineari

    13

    29

    88

    Interpolazzjoni lineari

    14

    30

    63

    B — Valur imkejjel

    15

    31

    39

    Interpolazzjoni lineari

    16

    32

    31

    Interpolazzjoni lineari

    17

    33

    24

    Interpolazzjoni lineari

    18

    34

    17

    Interpolazzjoni lineari

    19

    35

    13

    A — Valur imkejjel

    20

    36

    9

    EER(A)

    21

    37

    4

    EER(A)

    22

    38

    3

    EER(A)

    23

    39

    1

    EER(A)

    24

    40

    0

    EER(A)



    Tabella 28

    L-istaġun Ewropew ta' referenza tat-tkessiħ għaċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja

    binj

    Tj [fi gradi Celsius]

    Hj [f'sigħat fis-sena]

    1

    – 19

    0,08

    2

    – 18

    0,41

    3

    – 17

    0,65

    4

    – 16

    1,05

    5

    – 15

    1,74

    6

    – 14

    2,98

    7

    – 13

    3,79

    8

    – 12

    5,69

    9

    – 11

    8,94

    10

    – 10

    11,81

    11

    – 9

    17,29

    12

    – 8

    20,02

    13

    – 7

    28,73

    14

    – 6

    39,71

    15

    – 5

    56,61

    16

    – 4

    76,36

    17

    – 3

    106,07

    18

    – 2

    153,22

    19

    – 1

    203,41

    20

    0

    247,98

    21

    1

    282,01

    22

    2

    275,91

    23

    3

    300,61

    24

    4

    310,77

    25

    5

    336,48

    26

    6

    350,48

    27

    7

    363,49

    28

    8

    368,91

    29

    9

    371,63

    30

    10

    377,32

    31

    11

    376,53

    32

    12

    386,42

    33

    13

    389,84

    34

    14

    384,45

    35

    15

    370,45

    36

    16

    344,96

    37

    17

    328,02

    38

    18

    305,36

    39

    19

    261,87

    40

    20

    223,90

    41

    21

    196,31

    42

    22

    163,04

    43

    23

    141,78

    44

    24

    121,93

    45

    25

    104,46

    46

    26

    85,77

    47

    27

    71,54

    48

    28

    56,57

    49

    29

    43,35

    50

    30

    31,02

    51

    31

    20,21

    52

    32

    11,85

    53

    33

    8,17

    54

    34

    3,83

    55

    35

    2,09

    56

    36

    1,21

    57

    37

    0,52

    58

    38

    0,40



    Tabella 29

    Is-sigħat tat-tħaddim għal kull mod ta' tħaddim għaċ-ċillers għall-kumdità, għall-kundizzjonaturi tal-arja u għall-pompi tas-sħana

    Staġun

    Sigħat tat-tħaddim

    Modalità Attiv

    Modalità Termostat Mitfi

    Modalità Stennija

    Modalità Mitfi

    Modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank

    HCE (għat-tkessiħ); HHE (għat-tisħin)

    HTO

    HSB

    HOFF

    HCK

    Tkessiħ (biex jiġi kkalkulat il-valur tas-SEER)

    Medju

    600

    659

    1 377

    0

    2 036

    Iksaħ

    300

    436

    828

    0

    1 264

    Isħan

    900

    767

    1 647

    0

    2 414

    Tisħin biss (biex jiġi kkalkulat il-valur tas-SCOP)

    Medju

    1 400

    179

    0

    3 672

    3 851

    Iksaħ

    2 100

    131

    0

    2 189

    2 320

    Isħan

    1 400

    755

    0

    4 345

    5 100

    Tisħin, jekk l-apparat jista' jitħaddem bil-kontra (biex jiġi kkalkulat il-valur tas-SCOP)

    Medju

    1 400

    179

    0

    0

    179

    Iksaħ

    2 100

    131

    0

    0

    131

    Isħan

    1 400

    755

    0

    0

    755

    ▼M1




    ANNESS IV

    Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

    It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

    Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

    (1) L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

    (2) Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

    (a) il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

    (b) il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

    (c) meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 30.

    (3) Jekk ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) u (b) ma jinkisbux, il-mudell u kull tip ta' mudell ieħor li għalih it-tagħrif inkluż fid-dokumentazzjoni teknika jkun inkiseb bl-istess mod jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament

    (4) Għall-prodott tat-tisħin tal-arja, għall-prodott tat-tkessiħ, għall-mudelli taċ-chillers tal-proċess b'temperatura għolja jew tal-fannijiet konvetturi, b'kapaċità tat-tkessiħ jew ta' refriġerazzjoni ≥ 70 kW jew li jiġu manifatturati fi kwantitajiet inqas minn ħamsa (5) fis-sena, jekk ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c) ma jinkisibx, il-mudell jew kull mudell ieħor li għalih l-informazzjoni fid-dokumentazzjoni teknika tkun inkisbet bl-istess mod, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

    (5) Għall-prodott tat-tisħin tal-arja, għall-prodott tat-tkessiħ, għall-mudelli taċ-chillers tal-proċess b'temperatura għolja jew tal-fannijiet konvetturi, b'kapaċità nominali tat-tisħin, tat-tkessiħ jew tar-refriġerazzjoni < 70 kW jew li jiġu manifatturati fi kwantitajiet ta' ħamsa (5) jew aktar fis-sena, jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati.

    (6) Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 30.

    (7) Jekk ir-riżultat imsemmi fil-punt 6 ma jinkisibx, il-mudell u kull tip ta' mudell ieħor li għalih it-tagħrif inkluż fid-dokumentazzjoni teknika jkun inkiseb bl-istess mod jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament

    (8) Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3, 4 u 7, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness III.

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 30 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 8 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.



    Tabella 30

    It-tolleranzi tal-verifika

    Parametri

    Tolleranzi tal-verifika

    L-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post (ηs,h ) għall-prodotti għat-tisħin tal-arja fil-kapaċità tat-tisħin nominali tal-unità

    Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 8 %.

    L-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tkessiħ tal-post (ηs,c ) għall-prodotti għat-tkessiħ fil-kapaċità tat-tkessiħ nominali tal-unità

    Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 8 %.

    Il-livell tal-qawwa tal-ħoss (LWA ) għall-prodotti tat-tisħin tal-arja u għall-prodotti tat-tkessiħ

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 1,5 dB.

    L-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu għall-prodotti tat-tisħin tal-arja li jaħdmu bil-fjuwil u għall-prodotti tat-tkessiħ espressi f'diossidu tan-nitroġenu

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 20 %.

    Il-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġunali (SEPR) taċ-chillers tal-proċess b'kapaċità ta' refriġerazzjoni nominali tal-unità

    Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 10 %.

    Il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika nominali (EERA ) taċ-chillers tal-proċess b'temperatura għolja b'kapaċità ta' refriġerazzjoni nominali tal-unità

    Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 5 %.

    ▼B




    ANNESS V

    Valuri ta' referenza

    Meta daħal fis-seħħ dan ir-Regolament, l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq għall-prodotti tat-tisħin tal-arja u għall-prodotti tat-tkessiħ fir-rigward tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tkessiħ tal-post jew tal-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġonali, u tal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu ġiet identifikata kif ġej:

    1. Il-valuri ta' referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post u għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tkessiħ tal-post tal-prodotti tat-tisħin tal-arja u tal-prodotti tat-tkessiħ kif ukoll il-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġonali taċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja huma deskritti fit-Tabella 30.



    Tabella 30

    Il-valuri ta' referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post u għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tkessiħ tal-post tal-prodotti tat-tisħin tal-arja u tal-prodotti tat-tkessiħ kif ukoll il-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġonali taċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja

    Ħiters tal-arja sħuna

    Li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi

    84 %

    Li jużaw l-elettriku

    33 %

    Ċillers għall-kumdità

    Arja-ilma, b'valur ta' Prated,c ta' inqas minn 200 kW

    209 %

    Arja-ilma, b'valur ta' Prated,c ta' 200 kW jew iktar

    225 %

    Ilma/salmura-ilma, b'valur ta' Prated,c ta' inqas minn 200 kW

    272 %

    Ilma/salmura-ilma, b'valur ta' Prated,c ta' 200 kW jew iktar

    352 %

    Kundizzjonaturi tal-arja

    Kundizzjunatur tal-arja arja-arja li jaħdem bl-elettriku

    257 %

    Pompi tas-sħana

    Pompa tas-sħana arja-arja li taħdem bl-elettriku

    177 %

    Ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja

    Imkessħin bl-arja, b'valur ta' PA ta' inqas minn 200 kW

    SEPR ta' 6,5

    Imkessħin bl-arja, 200 kW ≤ PA < 400 kW

    SEPR ta' 8,0

    Imkessħin bl-arja, PA ≥ 400 kW

    SEPR ta' 8,0

    Imkessħin bl-ilma, PA < 200 kW

    SEPR ta' 8,5

    Imkessħin bl-ilma, 200 kW ≤ PA < 400 kW

    SEPR ta' 12,0

    Imkessħin bl-ilma, 400 kW ≤ PA < 1 000  kW

    SEPR ta' 12,5

    Imkessħin bl-ilma, PA ≥ 1 000  kW

    SEPR ta' 13,0

    2. Il-valuri ta' referenza għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu, mogħtija bħala diossidu tan-nitroġenu:

    (a) Għall-ħiters tal-arja sħuna li jużaw il-fjuwil gassuż, l-aqwa prodotti disponibbli fis-suq għandhom emissjonijiet ta' inqas minn 50 mg/kWh ta' enerġija tal-fjuwil f'termini ta' GCV;

    (b) Għall-ħiters tal-arja sħuna li jużaw il-fjuwil likwidu, l-aqwa prodotti disponibbli fis-suq għandhom emissjonijiet ta' inqas minn 120 mg/kWh ta' enerġija tal-fjuwil f'termini ta' GCV;

    (c) Għall-pompi tas-sħana, għaċ-ċillers għall-kumdità u għall-kundizzjonaturi tal-arja mgħammra b'magni b'kombustjoni esterna li jużaw il-fjuwils gassużi, l-aqwa prodotti disponibbli fis-suq għandhom emissjonijiet ta' inqas minn 50 mg/kWh ta' enerġija tal-fjuwil f'termini ta' GCV.

    3. Il-valuri ta' referenza speċifikati fil-punti 1 u 2 mhux bilfors jimplikaw li kombinazzjoni ta' dawn il-valuri tista' tinkiseb għal prodott individwali.



    ( 1 ) Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1188 tat-28 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali (ĠU L 193, 21.7.2015, p. 76).

    ( 2 ) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2012 tas-6 ta' Marzu 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kundizzjonaturi tal-arja u l-fannijiet għall-użu personali (ĠU L 72, 10.3.2012, p. 7).

    ( 3 ) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 813/2013 tat-2 ta' Awwissu 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post u għall-ħiters ikkombinati (ĠU L 239, 6.9.2013, p. 136).

    ( 4 ) Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095 tal-5 ta' Mejju 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar- rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta' kondensazzjoni u chillers tal-proċess (ĠU L 177, 8.7.2015, p. 19).

    ( 5 ) Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

    ( 6 ) Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

    ( 7 ) Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-kompatibilità elettromanjetika u li tħassar id-Direttiva 89/336/KEE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 24).

    Top