This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02016R0794-20220628
Regulation (EU) 2016/794 of the European Parliament and of the Council of 11 May 2016 on the European Union Agency for Law Enforcement Cooperation (Europol) and replacing and repealing Council Decisions 2009/371/JHA, 2009/934/JHA, 2009/935/JHA, 2009/936/JHA and 2009/968/JHA
Consolidated text: Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI
Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI
02016R0794 — MT — 28.06.2022 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) 2016/794 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Mejju 2016 (ĠU L 135 24.5.2016, p. 53) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) 2022/991 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-8 ta’ Ġunju 2022 |
L 169 |
1 |
27.6.2022 |
REGOLAMENT (UE) 2016/794 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta' Mejju 2016
dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI, OBJETTIVI U KOMPITI TAL-EUROPOL
Artikolu 1
Stabbiliment tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:
“l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri” tfisser l-awtoritajiet kollha tal-pulizija u servizzi oħra tal-infurzar tal-liġi li jeżistu fl-Istati Membri li huma responsabbli skont il-liġi nazzjonali għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-reati kriminali. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinkludu wkoll awtoritajiet pubbliċi oħra li jeżistu fl-Istati Membri li huma responsabbli skont il-liġi nazzjonali għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-reati kriminali li fir-rigward tagħhom il-Europol huwa kompetenti;
“analiżi strateġika” tfisser il-metodi u t-tekniki kollha li permezz tagħhom tinġabar, tiġi maħżuna, ipproċessata u vvalutata l-informazzjoni bil-għan li tiġi appoġġata u żviluppata politika kriminali li tikkontribwixxi għall-prevenzjoni effiċjenti u effettiva kontra il-kriminaltà u l-ġlieda kontriha;
“analiżi operattiva” tfisser il-metodi u t-tekniki kollha li permezz tagħhom tinġabar, tiġi maħżuna, ipproċessata u vvalutata l-informazzjoni bil-għan li jiġu appoġġati l-investigazzjonijiet kriminali;
“korpi tal-Unjoni” tfisser istituzzjonijiet, korpi, missjonijiet, uffiċċji u aġenziji stabbiliti mit-TUE u t-TFUE, jew abbażi tagħhom;
“organizzazzjoni internazzjonali” tfisser organizzazzjoni u l-korpi subordinati tagħha regolata bil-liġi internazzjonali pubblika jew kwalunkwe korp ieħor li huwa stabbilit minn, jew abbażi ta' ftehim bejn żewġ pajjiżi jew aktar;
“partijiet privati” tfisser entitajiet u korpi stabbiliti skont il-liġi ta' Stat Membru jew pajjiż terz, b'mod partikolari kumpanniji u ditti, assoċjazzjonijiet kummerċjali, organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ u persuni ġuridiċi oħra li mhumiex koperti mill-punt (e);
“persuni privati” tfisser kwalunkwe persuna fiżika;
▼M1 —————
“riċevitur” tfisser persuna naturali jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kull korp ieħor li lilu/lilha jinkixef id-data, sew jekk parti terza sew jekk le;
▼M1 —————
“data personali amministrattiva” tfisser id-data personali pproċessata mill-Europol għajr data personali operazzjonali;
“data investigattiva” tfisser data li Stat Membru, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“UPPE”) stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 ( 1 ), Eurojust jew pajjiż terz huwa awtorizzat li jipproċessa f’investigazzjoni kriminali li għaddejja relatata ma’ Stat Membru wieħed jew aktar, f’konformità mar-rekwiżiti u s-salvagwardji proċedurali applikabbli skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, li Stat Membru, l-UPPE, Eurojust jew pajjiż terz ikun issottometta lill-Europol b’appoġġ għal tali investigazzjoni kriminali li għaddejja u li jkun fiha data personali li mhijiex relatata mal-kategoriji ta’ suġġetti ta’ data elenkati fl-Anness II;
“kontenut terroristiku” tfisser kontenut kif definit fl-Artikolu 2, punt (7), tar-Regolament (UE) 2021/784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
“materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online” tfisser materjal online li jikkostitwixxi pedopornografija kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (c) tad-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) jew prestazzjoni pornografika kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (e) ta’ dik id-Direttiva;
“sitwazzjoni ta’ kriżi online” tfisser id-disseminazzjoni ta’ kontenut online li jirriżulta minn avveniment attwali jew reċenti fid-dinja reali li juri ħsara għall-ħajja jew għall-integrità fiżika, jew li jitlob ħsara imminenti għall-ħajja jew għall-integrità fiżika, u jkollu l-għan jew l-effett li jintimida serjament popolazzjoni, dment li jkun hemm rabta, jew suspett raġonevoli ta’ rabta, mat-terroriżmu jew l-estremiżmu vjolenti u jkun antiċipat il-multiplikazzjoni u viralità esponenzjali potenzjali ta’ dak il-kontenut f’diversi servizzi online;
“kategorija ta’ trasferimenti ta’ data personali” tfisser grupp ta’ trasferimenti ta’ data personali fejn id-data tirrelata mal-istess sitwazzjoni speċifika, u fejn it-trasferimenti jikkonsistu fl-istess kategoriji ta’ data personali u l-istess kategoriji ta’ suġġetti tad-data;
“proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni” tfisser proġetti dwar kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament għall-iżvilupp, it-taħriġ, l-ittestjar u l-validazzjoni ta’ algoritmi għall-iżvilupp ta’ għodod speċifiċi, u proġetti speċifiċi oħra ta’ riċerka u innovazzjoni rilevanti għall-kisba tal-objettivi tal-Europol.
Artikolu 3
Objettivi
Minbarra l-paragrafu 1, l-objettivi tal-Europol għandhom ikopru wkoll reati kriminali relatati. Ir-reati li ġejjin għandhom jitqiesu bħala reati kriminali relatati:
reati kriminali mwettqa biex jinkisbu l-mezzi sabiex jitwettqu atti li fir-rigward tagħhom huwa kompetenti l-Europol;
reati kriminali mwettqa biex jiġi ffaċilitat jew jitwettqu atti li fir-rigward tagħhom huwa kompetenti l-Europol;
reati kriminali mwettqa biex tiġi żgurata l-impunità ta' dawk l-atti li fir-rigward tagħhom huwa kompetenti l-Europol.
Artikolu 4
Kompiti
Il-Europol għandha twettaq il-kompiti li ġejjin biex tilħaq l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3:
tiġbor, taħżen, tipproċessa, tanalizza u tiskambja informazzjoni, inkluża intelligence kriminali;
tinnotifika mingħajr dewmien lill-Istati Membri, permezz tal-unitajiet nazzjonali stabbiliti jew maħtura f'konformità mal-Artikolu 7(2) b'kull informazzjoni u konnessjoni bejn reati kriminali li jolqtu lilhom;
tikkoordina, torganizza u timplimenta azzjonijiet investigattivi u operazzjonali biex tappoġġa u ssaħħaħ azzjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-Istati Membri, li jitwettqu:
b'mod konġunt mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri; jew
fil-kuntest ta' skwadri ta' investigazzjoni konġunta, skont l-Artikolu 5 u fejn xieraq, f'kollegament mal-Eurojust;
tipparteċipa fi skwadri ta' investigazzjoni konġunta, kif ukoll tipproponi li jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 5;
tipprovdi informazzjoni u appoġġ analitiku lill-Istati Membri f'konnessjoni ma' avvenimenti internazzjonali ewlenin;
tħejji valutazzjonijiet tat-theddid, analiżi strateġiċi u operazzjonali u rapporti tas-sitwazzjoni ġenerali;
tiżviluppa, tikkondividi u tippromwovi għarfien speċjalizzat ta' metodi ta' prevenzjoni tal-kriminalità, proċeduri investigattivi u metodi tekniċi u forensiċi, u tipprovdi pariri lill-Istati Membri;
tappoġġa l-attivitajiet transkonfinali tal-iskambju ta' informazzjoni tal-Istati Membri, l-operazzjonijiet u l-investigazzjonijiet, kif ukoll l-iskwadri ta' investigazzjoni konġunta, inkluż billi tipprovdi appoġġ operazzjonali, tekniku u finanzjarju;
tipprovdi appoġġ finanzjarju u amministrattiv lill-unitajiet ta’ intervent speċjali tal-Istati Membri kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/617/ĠAI ( 4 );
tipprovdi taħriġ speċjalizzat u tassisti lill-Istati Membri fl-organizzazzjoni tat-taħriġ, inkluż bl-għoti ta' appoġġ finanzjarju, fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-objettivi tagħha u skont ir-riżorsi tal-persunal u tal-baġit disponibbli għalih f'koordinazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea fl-Infurzar tal-Liġi u t-Taħriġ (CEPOL);
tikkoopera mal-korpi tal-Unjoni stabbiliti abbażi tat-Titolu V tat-TFUE, mal-OLAF u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) stabbilita permezz tar-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), b’mod partikolari permezz ta’ skambju ta’ informazzjoni u l-forniment ta’ appoġġ analitiku f’ oqsma li jaqgħu fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom;
tipprovdi informazzjoni u appoġġ lill-istrutturi tal-UE tal-ġestjoni ta' kriżijiet u lill-missjonijiet stabbiliti abbażi tat-TUE fil-kamp ta' applikazzjoni tal-objettivi tal-Europol kif stabbiliti fl-Artikolu 3;
tiżviluppa ċentri tal-Unjoni ta' għarfien espert speċjalizzat għall-ġlieda kontra ċerti tipi ta' reati li jaqgħu fl-ambitu tal-objettivi tal-Europol, b'mod partikolari ċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità;
tappoġġa l-azzjonijiet tal-Istati Membri fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-forom ta’ reati kriminali elenkati fl-Anness I li huma ffaċilitati, promossi jew imwettqa bl-użu tal-Internet, inkluż billi:
tassisti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fuq talba tagħhom, fir-rispons għal attakki ċibernetiċi ta’ oriġini kriminali suspettata;
tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fir-rigward tal-ordnijiet ta’ tneħħija, f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/784; u
tagħmel riferimenti ta’ kontenut online lill-fornituri tas-servizzi online kkonċernati għall-konsiderazzjoni volontarja tagħhom tal-kompatibbiltà ta’ dak il-kontenut mat-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom stess;
tappoġġa lill-Istati Membri fl-identifikazzjoni ta’ persuni li l-attivitajiet kriminali tagħhom jaqgħu taħt il-forom ta’ reat kriminali kif elenkati fl-Anness I u li jikkostitwixxu riskju għoli għas-sigurtà;
tiffaċilita investigazzjonijiet konġunti, koordinati u prijoritizzati rigward persuni msemmija fil-punt (r);
tappoġġa lill-Istati Membri fl-ipproċessar ta’ data fornita minn pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali lill-Europol dwar persuni involuti fit-terroriżmu jew fil-kriminalità serja u tipproponi d-dħul possibbli mill-Istati Membri, fid-diskrezzjoni tagħhom u soġġett għall-verifika u l-analiżi ta’ dik id-data, ta’ allerti ta’ informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-interess tal-Unjoni (“allerti ta’ informazzjoni”) fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS), f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );
tappoġġa l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u ta’ monitoraġġ sabiex tivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen skont ir-Regolament (UE) Nru 1053/2013, fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-objettivi tal-Europol, permezz tal-għoti ta’ għarfien espert u analiżijiet, fejn rilevanti;
timmonitorja b’mod proattiv l-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni li huma rilevanti għall-kisba tal-objettivi tal-Europol u tikkontribwixxi għal tali attivitajiet billi tappoġġa attivitajiet relatati tal-Istati Membri u billi timplimenta l-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni tagħha stess, inkluż proġetti għall-iżvilupp, it-taħriġ, l-ittestjar u l-validazzjoni ta’ algoritmi għall-iżvilupp ta’ għodod speċifiċi għall-użu mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, u xxerred ir-riżultati tal-attivitajiet lill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 67;
tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ sinerġiji bejn l-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni tal-korpi tal-Unjoni, li huma rilevanti għall-kisba tal-objettivi tal-Europol, inkluż permezz taċ-Ċentru tal-Innovazzjoni tal-UE għas-Sigurtà Interna, u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri;
tappoġġa, fuq talba tagħhom, l-azzjonijiet tal-Istati Membri fl-indirizzar ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi online, b’mod partikolari billi jipprovdu lill-partijiet privati bl-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-kontenut online rilevanti;
tappoġġa l-azzjonijiet tal-Istati Membri fl-indirizzar tad-disseminazzjoni online ta’ materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online;
tikkoopera, f’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva (UE) 2019/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ), mal-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja (UIF) stabbiliti skont id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ), permezz tal-unità nazzjonali rilevanti tal-Europol jew, jekk permess mill-Istat Membru rilevanti, permezz ta’ kuntatt dirett mal-UIFs, b’mod partikolari permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni u l-għoti ta’ analiżi lill-Istati Membri biex jappoġġaw investigazzjonijiet transkonfinali fl-attivitajiet tal-ħasil tal-flus ta’ organizzazzjonijiet kriminali tranżnazzjonali u l-finanzjament tat-terroriżmu;
Sabiex Stat Membru jinforma, fi żmien 12-il xahar wara li l-Europol tkun ipproponiet id-dħul possibbli ta’ allert ta’ informazzjoni imsemmi fl-ewwel subparagrafu, punt (t), lil Stati Membri oħra u lill-Europol dwar l-eżitu tal-verifika u l-analiżi tad-data u dwar jekk allert ikunx iddaħħal fis-SIS, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ rappurtar perjodiku.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Europol bi kwalunkwe allert ta’ informazzjoni mdaħħal fis-SIS u bi kwalunkwe hit dwar tali allerti ta’ informazzjoni, u jistgħu jinformaw, permezz tal-Europol, lill-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali li tkun ipprovdiet id-data li wasslet għad-dħul tal-allert ta’ informazzjoni dwar hits dwar tali allert ta’ informazzjoni, f’konformità mal-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) 2018/1862.
Il-Europol għandha tassisti lill-Kummissjoni fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-programmi qafas tal-Unjoni għall-attivitajiet ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni li huma rilevanti sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Europol.
Fejn ikun rilevanti, il-Europol tista’ xxerred ir-riżultati tal-attivitajiet tagħha ta’ riċerka u innovazzjoni bħala parti mill-kontribut tagħha għall-ħolqien ta’ sinerġiji bejn l-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni tal-korpi rilevanti tal-Unjoni f’konformità mal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, punt (w).
Il-Europol għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tevita kunflitti ta’ interess. Il-Europol ma għandhiex tirċievi finanzjament minn programm qafas partikolari tal-Unjoni fejn tassisti lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni ta’ temi ewlenin ta’ riċerka u fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ dak il-programm.
Meta tfassal u tikkunċettwalizza l-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament, il-Europol tista’, fejn xieraq, tikkonsulta liċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni.
Il-persunal tal-Europol jista’ jipprovdi appoġġ operazzjonali lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri matul l-eżekuzzjoni tal-miżuri investigattivi, fuq talba tagħhom u f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, b’mod partikolari billi jiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta’ informazzjoni, billi jipprovdi appoġġ forensiku u tekniku u billi jkun preżenti matul l-eżekuzzjoni ta’ dawk il-miżuri. Il-persunal tal-Europol, huwa nnifsu, ma għandux ikollu s-setgħa li jwettaq miżuri investigattivi.
KAPITOLU II
KOOPERAZZJONI BEJN L-ISTATI MEMBRI U L-EUROPOL
Artikolu 5
Parteċipazzjoni fi skwadri ta' investigazzjoni konġunta
Artikolu 6
Talbiet mill-Europol biex tinbeda investigazzjoni kriminali
Jekk l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jiddeċiedu li ma jilqgħux it-talba li ssir mill-Europol skont il-paragrafu 1, huma għandhom jinfurmaw lill-Europol bir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħhom, mingħajr dewmien bla bżonn, preferibbilment fi żmien xahar minn meta tasal it-talba. Madankollu, ir-raġunijiet jistgħu ma jingħatawx jekk l-għoti tagħhom ikun:
imur kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istat Membru konċernat; jew
jipperikola s-suċċess ta' investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin jew is-sikurezza ta' individwi.
Artikolu 7
Unitajiet nazzjonali tal-Europol
Kull Stat Membru għandu, permezz tal-unità nazzjonali tiegħu jew, soġġett għall-paragrafu 5, permezz ta' awtorità kompetenti, b'mod partikolari:
jipprovdu lill-Europol bl-informazzjoni meħtieġa sabiex tilħaq l-objettivi tagħha, inkluż informazzjoni marbuta ma' tipi ta' reati li l-prevenzjoni u l-ġlieda kontrihom huma meqjusa bħala prijorità mill-Unjoni;
jiżguraw komunikazzjoni u kooperazzjoni effettivi tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha tal-Europol;
joħolqu sensibilizzazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Europol;
f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 38(5), jiżguraw konformità mal-liġi nazzjonali meta jagħtu informazzjoni lill-Europol.
Mingħajr preġudizzju għall-kwittanza mill-Istati Membri tar-responsabbiltajiet fir-rigward taż-żamma tal-ordni skont il-liġi u s-salvagwardja tas-sigurtà interna, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati fl-ebda każ partikolari li jipprovdu informazzjoni skont il-punt (a) tal-paragrafu 6 li:
tmur kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istat Membru kkonċernat;
tipperikola s-suċċess ta' investigazzjoni li tkun għaddejja jew is-sigurtà ta' individwu; jew
tagħti informazzjoni marbuta ma' organizzazzjonijiet jew attivitajiet speċifiċi ta' intelligence fil-qasam tas-sikurezza nazzjonali.
Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jissupplixxu l-informazzjoni hekk kif ma tibqax taqa' fil-kamp tal-applikazzjoni tal-punti (a), (b) jew (c) tal-ewwel subparagrafu.
Artikolu 8
Uffiċjali ta' kollegament
KAPITOLU III
ORGANIZZAZZJONI TAL-EUROPOL
Artikolu 9
Struttura amministrattiva u tal-ġestjoni tal-Europol
L-istruttura amministrattiva u tal-ġestjoni tal-Europol għandha tinkludi:
Bord ta' Amministrazzjoni;
Direttur Eżekuttiv;
jekk xieraq, kwalunkwe korp konsultattiv ieħor stabbilit mill-Bord ta' Amministrazzjoni skont il-punt (s) tal-Artikolu 11(1);
TAQSIMA 1
Bord ta' Amministrazzjoni
Artikolu 10
Kompożizzjoni tal-Bord ta' Amministrazzjoni
Il-prinċipju ta' rappreżentazzjoni bilanċjata bejn il-ġeneri fuq il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jittieħed kont debitu tiegħu wkoll.
Artikolu 11
Funzjonijiet tal-Bord ta' Amministrazzjoni
Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu:
jadotta kull sena, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu u f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament, dokument uniku ta’ programmazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 32 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 ( 11 );
jadotta, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu, il-baġit annwali tal-Europol u jeżerċita funzjonijiet oħra fir-rigward tal-baġit tal-Europol skont il-Kapitolu X;
jadotta rapport konsolidat tal-attività annwali dwar l-attivitajiet tal-Europol u jibagħtu, sal-1 ta' Lulju tas-sena ta' wara, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali. Ir-rapport konsolidat tal-attività annwali għandu jsir pubbliku;
jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Europol skont l-Artikolu 61;
jadotta strateġija interna kontra l-frodi, proporzjonata għar-riskji ta' frodi, filwaqt li jqis l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati;
jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tiegħu, inkluż b'rabta mad-dikjarazzjoni tal-interessi tagħhom;
f'konformità mal-paragrafu 2, jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Europol, is-setgħat mogħtija lill-awtorità tal-ħatra mir-Regolamenti tal-Persunal u mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra lill-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi kuntratti ta' impjieg għall-aġenti l-oħra (“setgħat tal-awtorità li taħtar”);
jadotta regoli ta' implimentazzjoni xierqa biex jimplimenta r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal;
jadotta regoli interni rigward il-proċedura ta' għażla tad-Direttur Eżekuttiv, inklużi regoli dwar il-kompożizzjoni tal-kumitat ta' għażla li jiżguraw l-indipendenza u l-imparzjalità tiegħu;
jipproponi lill-Kunsill lista mqassra ta' kandidati għall-pożizzjonijiet ta' Direttur Eżekuttiv u Viċi Diretturi Eżekuttivi u, fejn rilevanti, jipproponi lill-Kunsill li l-mandati tagħhom jiġu estiżi jew li jitneħħew mill-kariga skont l-Artikoli 54 u 55;
jistabbilixxi indikaturi tal-prestazzjoni u jissorvelja l-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, inkluża l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord ta' Amministrazzjoni;
jaħtar Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data, li għandu jkun funzjonalment indipendenti fit-twettiq ta' dmirijiet tiegħu jew tagħha;
jaħtar uffiċjal tal-kontabilità, soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, u funzjonalment indipendenti fit-twettiq ta' dmirijiet tiegħu jew tagħha;
jistabbilixxi, fejn xieraq, kapaċità tal-awditjar intern;
jiżgura segwitu adegwat tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u mill-KEPD;
jiddefinixxi l-kriterji ta' evalwazzjoni għar-rapport annwali f'konformità mal-Artikolu 7(11);
jadotta linji gwida li jispeċifikaw aktar il-proċeduri għall-ipproċessar ta' informazzjoni mill-Europol f'konformità mal-Artikolu 18, wara li jikkonsulta lill-KEPD;
jiddeċiedi dwar il-konklużjoni tal-arranġamenti amministrattivi u tal-ħidma f'konformità mal-Artikolu 23(4) u l-Artikolu 25(1), rispettivament;
jiddeċiedi, b'kont meħud tar-rekwiżiti kummerċjali kif ukoll dawk finanzjarji, dwar l-istabbiliment tal-istrutturi interni tal-Europol, inklużi ċ-ċentri ta' għarfien espert tal-Unjoni kif msemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1), fuq proposta tad-Direttur Eżekuttiv;
jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu, inklużi dispożizzjonijiet dwar il-kompiti u l-funzjonament tas-segretarjat tiegħu;
jadotta, fejn xieraq, regoli interni oħrajn;
jaħtar Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali kif msemmi fl-Artikolu 41c;
jispeċifika l-kriterji li abbażi tagħhom il-Europol tista’ toħroġ proposti għal dħul possibbli ta’ allerti ta’ informazzjoni fis-SIS.
Fejn ikun meħtieġ minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Bord ta' Amministrazzjoni jista', permezz ta' deċiżjoni, temporanjament jissospendi d-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u kwalunkwe sottodelega ta' tali setgħat u jeżerċitahom huwa stess jew jiddelega dawk is-setgħat lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li mhuwiex id-Direttur Eżekuttiv.
Artikolu 12
Programmazzjoni pluriennali u programmi ta' ħidma annwali
Fejn il-Bord ta’ Amministrazzjoni jiddeċiedi li ma jqisx l-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, b’mod sħiħ jew parzjali, il-Europol għandha tipprovdi ġustifikazzjoni dettaljata.
Fejn il-Bord ta’ Amministrazzjoni jiddeċiedi li ma jqisx kwalunkwe waħda mill-kwistjonijiet imqajma mill-JPSG skont l-Artikolu 51(2), punt (c), il-Europol għandha tipprovdi ġustifikazzjoni dettaljata.
Ladarba d-dokument uniku ta’ programmazzjoni jiġi adottat, il-Bord ta’ Amministrazzjoni għandu jibgħatu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-JPSG.
Il-programmazzjoni pluriennali għandha tiġi implimentata permezz ta' programmi ta' ħidma annwali u għandha, fejn xieraq, tiġi aġġornata skont ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet esterni u interni. Il-konklużjoni ta' dawk l-evalwazzjonijiet għandhom ukoll jiġu riflessi, fejn xieraq, fil-programm ta' ħidma annwali tas-sena ta' wara.
Artikolu 13
President u Viċi President tal-Bord ta' Amministrazzjoni
Artikolu 14
Laqgħat tal-Bord ta' Amministrazzjoni
Żewġ rappreżentanti tal-JPSG għandhom jiġu mistiedna sabiex jattendu żewġ laqgħat ordinarji tal-Bord ta’ Amministrazzjoni kull sena bħala osservaturi mingħajr dritt tal-vot biex jiddiskutu l-kwistjonijiet li ġejjin ta’ interess politiku:
ir-rapport konsolidat tal-attività annwali msemmi fl-Artikolu 11(1), il-punt (c) għas-sena preċedenti;
id-dokument uniku ta’ programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 12 għas-sena ta’ wara u l-baġit annwali;
mistoqsijiet u tweġibiet bil-miktub tal-JPSG;
relazzjonijiet esterni u kwistjonijiet ta’ sħubija.
Il-Bord ta’ Amministrazzjoni, flimkien mar-rappreżentanti tal-JPSG, jista’ jiddetermina kwistjonijiet oħra ta’ interess politiku li għandhom jiġu diskussi fil-laqgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu.
Artikolu 15
Regoli tal-votazzjoni tal-Bord ta' Amministrazzjoni
TAQSIMA 2
Direttur Eżekuttiv
Artikolu 16
Responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lill-Europol permezz ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari:
għall-amministrazzjoni ta' kuljum tal-Europol;
biex jagħmel proposti lill-Bord ta' Amministrazzjoni rigward l-istabbiliment tal-istrutturi interni tal-Europol;
għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet adottati mill-Bord ta' Amministrazzjoni;
għat-tħejjija tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 12 u għall-preżentazzjoni tiegħu lill-Bord ta’ Amministrazzjoni, wara li jkun ikkonsulta lill-Kummissjoni u lill-JPSG;
għall-implimentazzjoni ta' programmazzjoni pluriennali u programmi ta' ħidma annwali u biex jirrapporta lill-Bord ta' Amministrazzjoni dwar l-implimentazzjoni tagħhom;
għat-tħejjija ta' abbozz ta' regoli ta' implimentazzjoni xierqa biex jidħlu b'effett ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal;
għat-tħejjija tal-abbozz ta' rapport annwali konsolidat dwar l-attivitajiet tal-Europol u jippreżentah lill-Bord ta' Amministrazzjoni għall-adozzjoni;
għat-tħejjija ta' pjan ta' azzjoni ta' segwitu għall-konklużjonijiet tar-rapporti tal-awditjar u l-evalwazzjonijiet interni jew esterni, kif ukoll ir-rapporti ta' investigazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet wara investigazzjonijiet mill-OLAF u l-KEPD u għar-rappurtar lill-Kummissjoni darbtejn fis-sena dwar il-progress, u lill-Bord ta' Amministrazzjoni regolarment;
għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi japplika miżuri li jipprevjenu l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra u, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza investigattiva tal-OLAF, permezz ta' kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa skorrettament u, fejn ikun xieraq, permezz ta' penali amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi;
għat-tħejjija ta' abbozz ta' strateġija interna kontra l-frodi għall-Europol u l-preżentazzjoni tagħha lill-Bord ta' Amministrazzjoni għall-adozzjoni;
għat-tħejjija ta' abbozz ta' regoli interni għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tal-Bord ta' Amministrazzjoni u l-preżentazzjoni ta' dawk l-abbozzi ta' regoli lill-Bord ta' Amministrazzjoni għall-adozzjoni;
għat-tħejjija ta' abbozz ta' regoli finanzjarji applikabbli għall-Europol;
għat-tħejjija tal-abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Europol u l-implimentazzjoni tal-baġit tagħha;
għall-appoġġ għall-President tal-Bord ta' Amministrazzjoni fit-tħejjija tal-laqgħat tal-Bord ta' Amministrazzjoni;
biex jinforma lill-Bord ta' Amministrazzjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet strateġiċi u operazzjonali tal-Unjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità;
biex jinforma lill-Bord ta’ Amministrazzjoni dwar il-memoranda ta’ qbil iffirmati ma’ partijiet privati;
għat-twettiq ta' kompiti oħra f'konformità ma' dan ir-Regolament.
KAPITOLU IV
PROĊESSAR TA' INFORMAZZJONI
Artikolu 17
Sorsi ta' informazzjoni
Il-Europol għandha tipproċessa biss informazzjoni li ngħatat lilha:
mill-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali tagħhom u l-Artikolu 7;
minn korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali skont il-Kapitolu V;
minn partijiet privati u persuni privati skont il-Kapitolu V.
Artikolu 18
Għanijiet tal-attivitajiet tal-ipproċessar tal-informazzjoni
Id-data personali tista' tiġi pproċessata għal dawn il-finijiet biss:
kontroverifika li għandha l-għan li tidentifika konnessjonijiet jew assoċjazzjonijiet oħra rilevanti bejn l-informazzjoni b'rabta ma':
persuni li huma suspettati li wettqu jew li ħadu sehem f'reat kriminali li fir-rigward tiegħu hija kompetenti l-Europol, jew li jkunu nstabu ħatja ta' tali reat;
persuni li fir-rigward tagħhom ikun hemm indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet suffiċjenti biex wieħed jemmen li ser iwettqu reati kriminali li fir-rigward tiegħu hija kompetenti l-Europol;
analiżi ta' natura strateġika jew tematika;
analiżi operattivi;
il-faċilitazzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Europol, korpi oħra tal-Unjoni, pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u partijiet privati;
proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni;
l-għoti ta’ appoġġ lill-Istati Membri, fuq talba tagħhom, sabiex jinformaw lill-pubbliku dwar persuni suspettati jew misjuba ħatja li jkunu mfittxija abbażi ta’ deċiżjoni ġudizzjarja nazzjonali relatata ma’ reat kriminali li jaqa’ taħt l-objettivi tal-Europol, u l-faċilitazzjoni tal-għoti mill-pubbliku ta’ informazzjoni dwar dawk l-individwi lill-Istati Membri u lill-Europol.
L-ipproċessar għall-fini ta' analiżi operattivi kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2 għandu jitwettaq permezz ta' proġetti ta' analiżi operattiva, li fir-rigward tagħhom għandhom japplikaw il-garanziji speċifiċi li ġejjin:
għal kull proġett ta' analiżi operazzjonali, id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddefinixxi l-iskop speċifiku, il-kategoriji ta' data personali u l-kategoriji tas-suġġetti tad-data, il-parteċipanti, it-tul ta' żmien tal-ħażna u l-kondizzjonijiet għal aċċess, trasferiment u użu tad-data kkonċernata, u għandu jinforma lill-Bord ta' Amministrazzjoni u lill-KEPD;
id-data personali tista' tinġabar u tiġi pproċessata biss għall-finijiet tal-proġett ta' analiżi operazzjonali speċifikat. Fejn jibda jidher li d-data personali tista' tkun rilevanti għal proġett ta' analiżi operazzjonali ieħor, aktar proċessar ta' dik id-data personali għandu jkun permess biss sakemm tali proċessar ulterjuri jkun meħtieġ u proporzjonat u d-data personali tkun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) li japplikaw għall-proġett ta' analiżi ieħor;
il-persunal awtorizzat biss jista' jaċċessa u jipproċessa d-data fir-rigward tal-proġett rilevanti.
Il-Europol għandha tipproċessa data personali skont l-ewwel subparagrafu għal perijodu ta’ mhux aktar minn 18-il xahar mill-mument li fih il-Europol taċċerta ruħha li dik id-data taqa’ fi ħdan l-għanijiet tagħha jew, f’każijiet ġustifikati, għal perijodu itwal meta dan ikun meħtieġ għall-fini ta’ dan l-Artikolu. Il-Europol għandha tinforma lill-KEPD bi kwalunkwe estensjoni tal-perijodu ta’ pproċessar. Il-perjodu massimu tal-ipproċessar tad-data skont l-ewwel subparagrafu għandu jkun tliet snin. Tali data personali għandha tinżamm b’mod funzjonalment separata minn data oħra.
Meta l-Europol tikkonkludi li data personali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma tikkonformax mal-paragrafu 5, il-Europol għandha tħassar dik id-data u tinforma, fejn rilevanti, lill-fornitur ta’ dik id-data mħassra dwar dan.
Artikolu 18a
Ipproċessar ta’ data personali b’appoġġ għal investigazzjoni kriminali
Meta dan ikun meħtieġ għall-appoġġ ta’ investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali li tkun għaddejja skont il-kamp ta’ applikazzjoni tal-objettivi tal-Europol, il-Europol tista’ tipproċessa data personali li ma tirrigwardax il-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II meta:
Stat Membru, l-UPPE jew il-Eurojust jipprovdu data investigattiva lill-Europol skont l-Artikolu 17(1), il-punt (a) jew (b), u jitolbu lill-Europol biex tappoġġa dik l-investigazzjoni:
permezz ta’ analiżi operazzjonali skont l-Artikolu 18(2), il-punt (c); jew
f’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, permezz ta’ kontroverifika skont l-Artikolu 18(2), il-punt (a);
il-Europol tivvaluta li ma jkunx possibbli li titwettaq l-analiżi operazzjonali skont l-Artikolu 18(2), il-punt(c), jew il-kontroverifika skont l-Artikolu 18(2), il-punt (a), b’appoġġ għal dik l-investigazzjoni mingħajr l-ipproċessar ta’ data personali li ma tikkonformax mal-Artikolu 18(5).
Ir-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), għandhom jiġu rreġistrati u jintbagħtu lill-KEPD għal informazzjoni meta l-Europol ma tibqax tappoġġa l-investigazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.
Fejn l-UPPE jew il-Eurojust jipprovdu data investigattiva lill-Europol u huma ma għadhomx awtorizzati li jipproċessaw id-data fl-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali li tkun għaddejja msemmija fil-paragrafu 1 f’konformità mar-rekwiżiti u s-salvagwardji proċedurali applikabbli skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, huma għandhom jinformaw lill-Europol.
Il-fornituri tad-data investigattiva msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, punt (a), jew, bi qbil magħhom, Stat Membru li fih jkunu għaddejjin proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward ta’ investigazzjoni relatata ta’ reat kriminali, jistgħu jitolbu lill-Europol biex taħżen id-data investigattiva u l-eżitu tal-analiżi operazzjonali ta’ dik id-data lil hinn mill-perijodu ta’ pproċessar stipulat fil-paragrafu 3 għall-fini li tiġi żgurata l-veraċità, l-affidabbiltà u t-traċċabbiltà tal-proċess ta’ intelligence kriminali, u biss sakemm jkunu għaddejjin il-proċedimenti ġudizzjarji li jikkonċernaw investigazzjoni relatata ta’ reat kriminali f’dak l-Istat Membru ieħor.
Il-Bord ta’ Amministrazzjoni, li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv u wara li jikkonsulta lill-KEPD, għandu jispeċifika il-kundizzjonijiet relatati mal-għoti u l-ipproċessar ta’ data personali f’konformità mal-paragrafi 3 u 4.
Fejn pajjiż terz jipprovdi data investigattiva lill-Europol, f’konformità mal-ewwel subparagrafu, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jista’, fejn rilevanti, jinnotifika lill-KEPD b’dan.
Il-Europol għandha tivverifika li l-ammont ta’ data personali msemmija fl-ewwel subparagrafu ma jkunx manifestament sproporzjonat fir-rigward tal-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali fl-Istat Membru kkonċernat. Meta l-Europol tikkonkludi li jkun hemm indikazzjoni li tali data tkun manifestament sproporzjonata jew miġbura bi ksur ovvju tad-drittijiet fundamentali, il-Europol ma għandhiex tipproċessa id-data u għandha tħassarha.
Id-data personali pproċessata skont dan il-paragrafu għandha tiġi aċċessata mill-Europol biss meta dan ikun meħtieġ għall-appoġġ tal-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali li għaliha ġiet ipprovduta. Dik id-data personali għandha tiġi kondiviża biss fi ħdan l-Unjoni.
Artikolu 19
Determinazzjoni tal-għan tal-ipproċessar tal-informazzjoni mill-Europol u restrizzjonijiet fuq dan
Fejn fornitur ta’ informazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ma jkunx ikkonforma ma’ dak is-subparagrafu, il-Europol, bi qbil mal-fornitur ta’ informazzjoni kkonċernata, għandha tipproċessa l-informazzjoni sabiex tiddetermina r-rilevanza ta’ tali informazzjoni kif ukoll il-fini jew il-finijiet għall-ipproċessar ulterjuri tagħha.
Il-Europol għandha tipproċessa informazzjoni għal fini differenti minn dak li għalih ingħatat l-informazzjoni jekk tkun awtorizzata li tagħmel dan mill-fornitur tal-informazzjoni biss.
L-informazzjoni pprovduta għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 18(2), il-punt (a) sa (d), tista’ tiġi pproċessata wkoll mill-Europol għall-fini tal-Artikolu 18(2), il-punt (e), f’konformità mal-Artikolu 33a.
Artikolu 20
Aċċess mill-persunal tal-Istati Membri u tal-Europol għall-informazzjoni maħżuna mill-Europol
F'każ ta' “hit”, il-Europol għandha tibda l-proċedura li biha l-informazzjoni li ġġenerat il-“hit” tkun tista' tiġi kondiviża, skont id-deċiżjoni tal-fornitur tal-informazzjoni lill-Europol.
F’konformità mal-liġi nazzjonali, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 2a għandha tiġi aċċessata u tkompli tiġi pproċessata minn Stati Membri biss għall-fini ta’ prevenzjoni, sejbien, investigazzjoni u prosekuzzjoni:
forom ta' kriminalità li fir-rigward tagħhom il-Europol hija kompetenti, u
forom oħra ta' kriminalità serja, kif stipulat fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI ( 13 ).
Artikolu 20a
Relazzjonijiet mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
F’każ ta’ ‘hit’, il-Europol għandha tibda l-proċedura li biha l-informazzjoni li ġġenerat il-‘hit’ tkun tista’ tiġi kondiviża, f’konformità mad-deċiżjoni tal-fornitur tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(1), u biss sa fejn id-data li ġġenerat il-‘hit’ hija rilevanti għat-talba ppreżentata skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Fejn il-Europol tirrapporta lill-UPPE taħt l-ewwel subparagrafu, hija għandha tinnotifika lill-Istati Membri kkonċernati mingħajr dewmien.
Fejn l-informazzjoni dwar imġiba kriminali li fir-rigward tagħha l-UPPE jista’ jeżerċita l-kompetenza tiegħu tkun ġiet ipprovduta lill-Europol minn Stat Membru li indika restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ dik l-informazzjoni skont l-Artikolu 19(2) ta’ dan ir-Regolament, il-Europol għandha tinnotifika lill-UPPE bl-eżistenza ta’ dawk ir-restrizzjonijiet u tirreferi l-kwistjoni lill-Istat Membru kkonċernat. Dak l-Istat Membru kkonċernat għandu jaħdem direttament mal-UPPE sabiex jikkonforma mal-Artikolu 24(1) u (4) tar-Regolament (UE) 2017/1939.
Artikolu 21
Aċċess mill-Eurojust u l-OLAF għal informazzjoni maħżuna mill-Europol
F'każ ta' “hit”, il-Europol għandha tibda l-proċedura li biha l-informazzjoni li ġġenerat il-“hit” tkun tista' tiġi kondiviża, skont id-deċiżjoni tal-fornitur tal-informazzjoni lill-Europol u biss sa fejn id-data li tiġġenera l-'hit' tkun neċessarja għat-twettiq tal-kompiti rispettivi tal-Eurojust jew l-OLAF.
Fejn il-Europol tipprovdi lill-OLAF bl-informazzjoni taħt l-ewwel subparagrafu, hija għandha tinnotifika lill-Istati Membri kkonċernati mingħajr dewmien.
Artikolu 22
Dmir li jiġu nnotifikati l-Istati Membri
F'tali każ, l-informazzjoni ma għandhiex tiġi kondiviża ingħajr awtorizzazzjoni espliċita mill-fornitur.
F'tali każ, il-Europol għandha fl-istess ħin tinnotifika lill-fornitur tal-informazzjoni dwar il-kondiviżjoni tali informazzjoni u tiġġustifika l-analiżi tagħha tas-sitwazzjoni.
KAPITOLU V
RELAZZJONIJIET MAS-SĦAB
TAQSIMA 1
Dispożizzjonijiet komuni
Artikolu 23
Dispożizzjonijiet komuni
TAQSIMA 2
Artikolu 24
Trażmissjoni ta’ data personali lill-korpi tal-Unjoni
Il-korp rikjedenti tal-Unjoni għandu jiżgura li n-neċessità tat-trażmissjoni tad-data personali tkun tista’ tiġi vverifikata.
Artikolu 25
Trasferiment ta' data personali lil pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali
Soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni indikata skont l-Artikolu 19(2) jew (3) u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 67 il-Europol tista’ tittrasferixxi data personali lil-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali, dment li tali trasferiment hu meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol, abbażi ta’ waħda milli ġejjin:
deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata f’konformità mal-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2016/680, li ssib li l-pajjiż terz, territorju jew settur speċifikat wieħed jew iktar f’dak il-pajjiż terz, jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni tiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni (“deċiżjoni ta’ adegwatezza”);
ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-TFUE li jagħti prova ta' garanziji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi;
ftehim ta' kooperazzjoni li jippermetti l-iskambju ta' data personali konkluż qabel l-1 ta' Mejju 2017, bejn il-Europol u dak il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI.
Il-Europol tista' tikkonkludi arranġamenti amministrattivi biex timplimenta tali ftehimiet jew deċiżjonijiet ta' adegwatezza.
▼M1 —————
Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza, il-Bord ta’ Amministrazzjoni jista’ jawtorizza lill-Europol biex tittrasferixxi data personali lil awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali meta:
salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni ta’ data personali jkunu previsti fi strument legalment vinkolanti; jew
l-Europol ivvalutat iċ-ċirkostanzi kollha marbuta mat-trasferiment ta’ data personali u kkonkludiet li jeżistu salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni ta’ data personali.
►M1 Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, id-Direttur Eżekuttiv jista’, f’każijiet debitament ġustifikati, jawtorizza t-trasferiment jew kategorija ta’ trasferimenti ta’ data personali lil awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali skont il-każ jekk it-trasferiment jew il-kategorija ta’ trasferimenti jkun: ◄
neċessarju għall-protezzjoni tal-interessi vitali tas-suġġett tad-data jew ta' persuna oħra;
meħtieġa biex jitħarsu l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data;
essenzjali għall-prevenzjoni ta' theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz;
neċessarju f'każijiet individwali għall-finijiet tal-prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali; jew
neċessarju f'każijiet individwali għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' talbiet legali relatati mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reat kriminali speċifiku jew l-eżekuzzjoni ta' piena kriminali speċifika.
Id-data personali ma għandhiex tiġi ttrasferita jekk id-Direttur Eżekuttiv jiddetermina li d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data kkonċernat jieħdu preċedenza fuq l-interess pubbliku fit-trasferiment kif imsemmi fil-punti (d) u (e).
Id-derogi ma jistgħux ikunu applikabbli għal trasferimenti sistematiċi, massivi jew strutturali.
Artikolu 26
Skambji ta' data personali ma' partijiet privati
Sa fejn hu neċessarju għall-Europol biex twettaq il-kompiti tagħha, il-Europol tista' tipproċessa data personali miksuba minn partijiet privati b' kondizzjoni li dawn jaslu permezz ta':
unità nazzjonali ta' Stat Membru skont il-liġi nazzjonali;
il-punt ta' kuntatt ta' pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali li miegħu l-Europol tkun ikkonkludiet, qabel 1 ta' Mejju 2017, ftehim ta' kooperazzjoni li jippermetti l-iskambju ta' data personali f'konformità mal-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI; jew
awtorità ta’ pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 25(1), il-punt (a), (b) jew (c), jew fl-Artikolu 25(4a).
Il-kriterji dwar jekk l-unità nazzjonali tal-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-parti privata rilevanti tikkostitwixxix unità nazzjonali kkonċernata għandhom jiġu stipulati fil-linji gwida msemmija fl-Artikolu 18(7).
Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Europol tista’ tittrasferixxi r-riżultati msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lill-pajjiż terz ikkonċernat skont l-Artikolu 25(5) jew (6).
Il-Europol ma għandhiex tittrażmetti jew tittrasferixxi data personali lil partijiet privati, għajr fil-każijiet li ġejjin u dment li tali trażmissjoni jew trasferiment ikun strettament meħtieġ u proporzjonat, li għandu jkun stabbilit każ b’każ:
it-trażmissjoni jew it-trasferiment ikunu bla dubju fl-interess tas-suġġett tad-data;
it-trażmissjoni jew it-trasferiment ikunu strettament meħtieġa fl-interess tal-prevenzjoni tat-twettiq imminenti ta’ reat kriminali, li jinkludi terroriżmu, li jaqa’ taħt l-objettivi tal-Europol;
it-trażmissjoni jew it-trasferiment ta’ data personali li tkun disponibbli pubblikament huma strettament meħtieġa għat-twettiq tal-kompitu msemmi fl-Artikolu 4(1), il-punt (m) u jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
it-trażmissjoni jew it-trasferiment jikkonċernaw każ individwali u speċifiku;
id-drittijiet u il-libertajiet fundamentali tas-suġġetti tad-data kkonċernati ma jkunux prevalenti fuq l-interess pubbliku li jkun jeħtieġ li dik id-data personali tiġi trażmessa jew ittrasferita fil-każ ikkonċernat; jew
it-trażmissjoni jew it-trasferiment ikun strettament meħtieġ għall-Europol biex tinnotifika lil dik il-parti privata li l-informazzjoni riċevuta ma tkunx biżżejjed sabiex il-Europol tkun tista’ tidentifika l-unitajiet nazzjonali kkonċernati, u jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
it-trażmissjoni jew it-trasferiment isegwi riċevuta ta’ data personali direttament mingħand parti privata f’konformità mal-paragrafu 2;
l-informazzjoni nieqsa, li l-Europol tista’ tirreferi għaliha fin-notifika tagħha, ikollha rabta ċara mal-informazzjoni li qabel kienet ġiet kondiviża minn dik il-parti privata;
l-informazzjoni nieqsa, li l-Europol tista’ tirreferi għaliha fin-notifika tagħha, tkun strettament limitata għal dik li tkun meħtieġa sabiex il-Europol tidentifika l-unitajiet nazzjonali kkonċernati.
It-trażmissjoni jew it-trasferiment imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu huwa soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni indikata skont l-Artikolu 19(2) jew (3) u huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 67.
Fir-rigward tal-paragrafu 5, il-punti (a), (b) u (d), ta’ dan l-Artikolu, jekk parti privata kkonċernata ma tkunx stabbilita fi ħdan l-Unjoni jew f’pajjiż terz kif imsemmi fl-Artikolu 25(1), il-punt (a), (b) jew (c), jew fl-Artikolu 25(4a), it-trasferiment għandu jkun biss awtorizzat mid-Direttur Eżekuttiv jekk it-trasferiment ikun:
meħtieġ sabiex ikunu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-data kkonċernat jew ta’ persuna oħra;
meħtieġ sabiex jitħarsu l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data kkonċernat;
essenzjali għall-prevenzjoni ta’ theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz;
meħtieġ f’każijiet individwali għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-investigazzjoni, tas-sejbien jew tal-prosekuzzjoni ta’ reat kriminali speċifiku li jaqa’ fl-objettivi tal-Europol; jew
meħtieġ f’każijiet individwali għall-istabbiliment, għall-eżerċizzju jew għad-difiża ta’ talbiet legali relatati mal-prevenzjoni, mal-investigazzjoni, mas-sejbien jew mal-prosekuzzjoni ta’ reat kriminali speċifiku li jaqa’ fl-objettivi tal-Europol.
Id-data personali ma għandhiex tiġi ttrasferita jekk id-Direttur Eżekuttiv jiddetermina li d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data kkonċernat ikunu prevalenti fuq l-interess pubbliku li jirrikjedi t-trasferiment imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punti (d) u (e), ta’ dan il-paragrafu.
Minkejja l-ġuriżdizzjoni tal-Istati Membri fuq reat kriminali speċifiku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu jistgħu jipproċessaw it-talbiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom bl-għan li l-Europol tiġi pprovduta l-informazzjoni meħtieġa sabiex tkun tista’ tidentifika l-unitajiet nazzjonali kkonċernati.
Fejn l-Istati Membri jużaw l-infrastruttura tal-Europol għall-iskambju ta’ data personali dwar reati kriminali li jaqgħu taħt l-objettivi tal-Europol, dawn jistgħu jagħtu aċċess lill-Europol għal tali data.
Fejn l-Istati Membri jużaw l-infrastruttura tal-Europol għall- iskambji ta’ data personali dwar reati kriminali li ma jaqgħux taħt l-objettivi tal-Europol, il-Europol ma għandhiex ikollha aċċess għal dik id-data u għandha titqies bħala proċessur f’konformità mal-Artikolu 87 tar-Regolament (UE) 2018/1725.
Il-Europol għandha tevalwa r-riskji għas-sigurtà maħluqa minħabba li tippermetti l-użu tal-infrastruttura tagħha minn partijiet privati u, fejn meħtieġ, timplimenta miżuri preventivi u ta’ mitigazzjoni xierqa.
▼M1 —————
Ir-rapport annwali għandu jinkludi eżempji speċifiċi li juru għaliex it-talbiet tal-Europol f’konformita’ mal-paragrafu 6b ta’ dan l-Artikolu kienu meħtieġa biex tikseb l-objettivi tagħha u twettaq il-kompiti tagħha.
Ir-rapport annwali għandu jqis l-obbligi ta’ diskrezzjoni u kunfidenzjalità u l-eżempji għandhom jiġu anonimizzati sa fejn hija kkonċernata d-data personali.
Ir-rapport annwali għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Artikolu 26a
Skambji ta’ data personali ma’ partijiet privati f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi online
Il-Europol tista’ tittrasferixxi r-riżultat tal-analiżi u tal-verifika tagħha tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lill-pajjiż terz ikkonċernat skont l-Artikolu 25(5) jew (6).
Minkejja l-ġuriżdizzjoni tal-Istati Membri marbuta mad-disseminazzjoni tal-kontenut li fir-rigward tiegħu l-Europol titlob id-data personali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu jistgħu jipproċessaw it-talbiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom bl-għan li l-Europol tiġi pprovduta bl-informazzjoni meħtieġa sabiex tkun tista’ tikseb l-objettivi tagħha.
Artikolu 26b
Skambju ta’ data personali ma’ partijiet privati biex jiġi indirizzat id-disseminazzjoni online ta’ materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online
Il-Europol tista’ tittrasferixxi r-riżultati tal-analiżi u tal-verifika tagħha tad-data msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lill-pajjiż terz ikkonċernat skont l-Artikolu 25(5) jew (6).
Minkejja l-ġuriżdizzjoni tal-Istati Membri marbuta mad-disseminazzjoni tal-kontenut li fir-rigward tiegħu l-Europol titlob id-data personali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu jistgħu jipproċessaw tali talbiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom bl-għan li l-Europol tiġi pprovduta bl-informazzjoni meħtieġa sabiex tkun tista’ tikseb l-objettivi tagħha.
Artikolu 27
Informazzjoni minn persuni privati
Data personali li toriġina minn persuni privati għandha tiġi pproċessata mill-Europol dment li din tasal permezz ta’:
unità nazzjonali skont il-liġi nazzjonali;
il-punt ta’ kuntatt ta’ pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 25(1), il-punt (c); jew
awtorità ta’ pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 25(1), il-punt (a) jew (b), jew fl-Artikolu 25(4a).
KAPITOLU VI
PROTEZZJONI TAD-DATA
Artikolu 27a
Ipproċessar ta’ data personali mill-Europol
Ir-Regolament (UE) 2018/1725, bl-eċċezzjoni tal-Kapitolu IX, għandu japplika għall-ipproċessar ta’ data personali amministrattiva mill-Europol.
▼M1 —————
Artikolu 29
Valutazzjoni tal-affidabbiltà tas-sors u l-preċiżjoni tal-informazzjoni
L-affidabilità tas-sors ta' informazzjoni li toriġina minn Stat Membru għandha tiġi vvalutata sa fejn possibbli mill-Istat Membru fornitur bl-użu tal-kodiċijiet tal-evalwazzjoni tas-sors li ġejjin:
Il-preċiżjoni tal-informazzjoni li toriġina minn Stat Membru għandha tiġi vvalutata sa fejn possibbli mill-Istat Membru fornitur bl-użu tal-kodiċijiet tal-evalwazzjoni tal-informazzjoni li ġejjin:
Artikolu 30
Proċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali u ta' kategoriji differenti ta' suġġetti tad-data
Minkejja l-ewwel subparagrafu, fejn ikun meħtieġ li l-persunal tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew tal-aġenziji tal-Unjoni stabbiliti abbażi tat-Titolu V tat-TFUE jingħataw aċċess dirett għall-data personali għat-twettiq tal-kompiti tagħhom, fil-każijiet previsti fl-Artikolu 20(1) u (2a) ta’ dan ir-Regolament jew għall-proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni f’konformità mal-Artikolu 33a(2), punt (d), ta’ dan ir-Regolament, id-Direttur Eżekuttiv għandu jawtorizza kif xieraq għadd limitat ta’ tali persunal biex ikollu tali aċċess.
▼M1 —————
Artikolu 31
Limiti ta' żmien għall-ħżin u t-tħassir ta' data personali
Data personali ma għandhiex titħassar jekk:
dan ikun ta' dannu għall-interessi ta' suġġett tad-data li jkun jeħtieġ protezzjoni. F'dawn il-każijiet, id-data għandha tintuża biss bil-kunsens espliċitu u bil-miktub tas-suġġett tad-data;
il-preċiżjoni tagħha tiġi kkontestata mis-suġġett tad-data, għal perijodu li jippermetti lill-Istati Membri jew lill-Europol, fejn xieraq, jivverifikaw il-preċiżjoni tad-data;
tkun trid tinżamm għal finijiet ta' prova jew għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' talbiet legali; jew
is-suġġett tad-data jopponi t-tħassir tagħha u minflok jitlob ir-restrizzjoni tal-użu tagħha.
Artikolu 32
Sigurtà tal-ipproċessar
Mekkaniżmi sabiex jiżguraw li miżuri ta’ sigurtà, jiġu indirizzati fis-sistemi tal-informazzjoni kollha għandhom jiġu stabbiliti mill-Europol f’konformità mal-Artikolu 91 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2016/680.
▼M1 —————
Artikolu 33a
L-ipproċessar ta’ data personali għar-riċerka u għall-innovazzjoni
Il-Europol tista’ tipproċessa data personali għall-fini tal-proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni tagħha, dment li l-ipproċessar ta’ dik id-data personali:
jkun strettament meħtieġ u debitament ġustifikat biex jintlaħqu l-objettivi tal-proġett ikkonċernat;
fir-rigward ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali, ikun strettament meħtieġ u soġġett għal salvagwardji xierqa, li jistgħu jinkludu l-psewdonimizzazzjoni.
L-ipproċessar ta’ data personali mill-Europol fil-kuntest ta’ proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni għandu jkun iggwidat mill-prinċipji ta’ trasparenza, spjegabbiltà, ekwità u akkontabbiltà.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, għall-ipproċessar ta’ data personali mwettaq fil-kuntest tal-proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni tal-Europol, għandhom japplikaw is-salvagwardji li ġejjin:
kwalunkwe proġett ta’ riċerka u innovazzjoni jirrikjedi l-awtorizzazzjoni minn qabel mid-Direttur Eżekuttiv, f’konsultazzjoni mal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali, fuq il-bażi ta’:
deskrizzjoni tal-objettivi tal-proġett u ta’ spjega dwar kif il-proġett jassisti lill-Europol jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-kompiti tagħhom;
deskrizzjoni tal-attività ta’ pproċessar prevista, li tagħti l-objettivi, il-kamp ta’ applikazzjoni u t-tul ta’ żmien tal-ipproċessar u l-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-ipproċessar tad-data personali, bħal pereżempju għall-esplorazzjoni u l-ittestjar ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi innovattivi u l-iżgurar tal-preċiżjoni tar-riżultati tal-proġett;
deskrizzjoni tal-kategoriji ta’ data personali li għandhom jiġu pproċessati;
valutazzjoni tal-konformità mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data stipulati fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2018/1725, tal-limitu taż-żmien għal-ħażna u l-kundizzjonijiet għall-aċċess għad-data personali; u
valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data, inkluż ir-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data, ir-riskju ta’ kwalunkwe preġudizzju fid-data personali li tkun ser tintuża għat-taħriġ tal-algoritmi u fl-eżitu tal-ipproċessar, u l-miżuri previsti biex jiġu indirizzati dawk ir-riskji kif ukoll biex jiġi evitat ksur tad-drittijiet fundamentali;
il-KEPD għandu jiġi infurmat qabel it-tnedija tal-proġett;
il-Bord ta’ Amministrazzjoni għandu jiġi kkonsultat jew infurmat qabel it-tnedija tal-proġett, skont il-linji gwida msemmijin fl-Artikolu 18(7);
kwalunkwe data personali li tiġi pproċessata fil-kuntest tal-proġett:
għandha tiġi kkupjata temporanjament għal fuq ambjent ta’ pproċessar ta’ data separat, iżolat u protett fi ħdan il-Europol għall-iskop uniku li jitwettaq dak il-proġett;
għandha tiġi aċċessata biss mill-persunal tal-Europol awtorizzat speċifikament f’konformità mal-Artikolu 30(3) ta’ dan ir-Regolament u, soġġett għal miżuri ta’ sigurtà tekniċi, minn persunal awtorizzat speċifikament tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni stabbiliti fuq il-bażi tat-Titolu V tat-TFUE;
ma għandhiex tiġi trażmessa jew ittrasferita;
ma għandhiex twassal għal miżuri jew deċiżjonijiet li jaffettwaw is-suġġetti tad-data minħabba l-ipproċessar tagħhom;
għandha titħassar ladarba l-proġett jiġi konkluż jew il-limitu taż-żmien għall-ħażna tad-data personali ikun skada f’konformità mal-Artikolu 31;
ir-reġistri tal-ipproċessar ta’ data personali fil-kuntest tal-proġett għandhom jinżammu sa sentejn wara l-konklużjoni tal-proġett, għall-iskop biss u sakemm ikunu meħtieġa biss għall-verifika tal-preċiżjoni tal-eżitu tal-ipproċessar tad-data.
Il-Europol ma għandhiex tipproċessa data għal proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni mingħajr il-kunsens tal-fornitur tad-data. Tali kunsens jista’ jiġi rtirat fi kwalunkwe mument.
Artikolu 34
Notifika ta' ksur ta' data personali lill-awtoritajiet ikkonċernati
In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha, bħala minimu:
tiddeskrivi n-natura tal-ksur ta' data personali inkluż, fejn hu possibbli u xieraq, il-kategoriji u l-għadd ta' suġġetti tad-data kkonċernati u l-kategoriji u l-għadd ta' rekords tad-data kkonċernati;
tiddeskrivi l-konsegwenzi mistennija tal-ksur ta' data personali;
tiddeskrivi l-miżuri proposti jew meħuda mill-Europol sabiex tindirizza l-ksur ta' data personali; u
fejn xieraq, tirrakkomanda miżuri sabiex jiġu mitigati l-effetti negattivi possibbli tal-ksur ta' data personali;
▼M1 —————
Artikolu 35
Komunikazzjoni ta' ksur ta' data personali lis-suġġett tad-data
▼M1 —————
▼M1 —————
Artikolu 36
Dritt ta' aċċess għas-suġġett tad-data
▼M1 —————
▼M1 —————
Artikolu 37
Dritt għal rettifika, tħassir u restrizzjoni
▼M1 —————
Id-data ristretta għandha tiġi pproċessata biss għall-iskop tal-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-data, fejn dan ikun meħtieġ biex jitħarsu l-interessi vitali tas-suġġett tad-data jew ta’ persuna oħra, jew għall-finijiet stipulati fl-Artikolu 82(3) tar-Regolament (UE) 2018/1725.
▼M1 —————
Artikolu 38
Responsabbiltà fi kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-data
Ir-responsabbiltà għall-preċiżjoni tad-data personali kif imsemmija fl-Artikolu 71(1), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2018/1725 għandha tkun:;
tal-Istat Membru jew tal-korp tal-Unjoni li pprovdew d-data personali lill-Europol;
tal-Europol fir-rigward tad-data personali pprovduta minn pajjiżi terzi, jew organizzazzjonijiet internazzjonali jew ipprovduta direttament minn partijiet privati; tad-data personali miksuba mill-Europol minn sorsi disponibbli b'mod pubbliku jew li tirriżulta mill-analiżi mwettqa mill-Europol stess; u tad-data personali maħżuna mill-Europol f'konformità mal-Artikolu 31(5).
Ir-responsabbiltà għal-legalità ta' trasferiment tad-data għandha tkun ta':
l-Istat Membru li jkun ipprovda d-data personali lill-Europol; u
tal-Europol fil-każ ta' data personali pprovduta minnha lill-Istati Membri, lill-pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali.
Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, meta d-data tiġi ttrasferita mill-Europol wara talba mingħand ir-riċevitur, kemm il-Europol kif ukoll ir-riċevitur għandhom iġorru r-responsabbiltà tal-legalità ta' tali trasferiment.
Artikolu 39
Il-konsultazzjoni minn qabel
Il-parir bil-miktub tal-KEPD skont l-Artikolu 90(4) tar-Regolament (UE) 2018/1725 għandu jitqies b’mod retrospettiv, u l-mod kif jitwettaq l-ipproċessar għandu jiġi aġġustat kif xieraq.
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jkun involut fil-valutazzjoni tal-urġenza ta’ tali operazzjonijiet ta’ pproċessar qabel jiskadi l-perjodu pprovdut fl-Artikolu 90(4) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u għandu jissorvelja l-ipproċessar inkwistjoni.
Artikolu 39a
Rekords tal-kategoriji ta’ attivitajiet ta’ pproċessar
Il-Europol għandha żżomm rekords tal-kategoriji kollha ta’ attivitajiet ta’ pproċessar taħt ir-responsabbiltà tagħha. Dak ir-rekord għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
id-dettalji ta’ kuntatt tal-Europol u l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data;
il-finijiet tal-ipproċessar;
deskrizzjoni tal-kategoriji ta’ suġġetti tad-data u tal-kategoriji ta’ data personali;
il-kategoriji ta’ riċevituri li lilhom tkun ġiet żvelata jew tkun ser tiġi żvelata d-data personali inkluż riċevituri f’pajjiżi terzi jew f’organizzazzjonijiet internazzjonali;
fejn applikabbli, trasferimenti ta’ data personali lil pajjiż terz, lil organizzazzjoni internazzjonali jew lil parti privata, inkluż l-identifikazzjoni ta’ dak ir-riċevitur;
fejn ikun possibbli, il-limiti ta’ żmien previsti għat-tħassir tal-kategoriji ta’ data differenti;
fejn ikun possibbli, deskrizzjoni ġenerali tal-miżuri tekniċi u organizzazzjonali ta’ sigurtà msemmijin fl-Artikolu 91 tar-Regolament (UE) 2018/1725;
fejn applikabbli, l-użu tat-tfassil ta’ profili.
Artikolu 40
Reġistrazzjoni
Artikolu 41
Ħatra tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data
Artikolu 41a
Pożizzjoni tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data
Sabiex l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jiġi appoġġat fil-qadi tal-kompiti tiegħu, membru tal-persunal tal-Europol jista’ jinħatar bħala assistent Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data.
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jirrapporta direttament lill-Bord ta’ Amministrazzjoni.
Ħadd ma għandu jġarrab preġudizzju minħabba kwistjoni miġjuba għall-attenzjoni tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data li tallega li jkun seħħ ksur ta’ dan ir-Regolament jew tar-Regolament (UE) 2018/1725.
Artikolu 41b
Kompiti tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu, b’mod partikolari, ikollu l-kompiti li ġejjin fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali:
jiżgura b’mod indipendenti l-konformità tal-Europol mad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament (UE) 2018/1725 u mad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data fir-regoli interni tal-Europol, inkluż il-monitoraġġ tal-konformità ma’ dan ir-Regolament, mar-Regolament (UE) 2018/1725, ma’ dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni jew nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data u mal-politiki tal-Europol b’rabta mal-protezzjoni ta’ data personali, inkluż l-assenjazzjoni tar-responsabbiltajiet, is-sensibilizzazzjoni u t-taħriġ tal-persunal involut fl-attivitajiet ta’ pproċessar, u l-awditi relatati;
jinforma u jagħti pariri lill-Europol u lill-persunal li jipproċessa data personali dwar l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) 2018/1725 u dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni jew nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data;
jipprovdi pariri meta mitlub fir-rigward tal-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data skont l-Artikolu 89 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u jissorvelja l-prestazzjoni tal-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data;
iżomm reġistru ta’ ksur ta’ data personali u jipprovdi pariri meta mitlub fir-rigward tal-ħtieġa ta’ notifika jew ta’ komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali skont l-Artikoli 92 u 93 tar-Regolament (UE) 2018/1725;
jiżgura li jinżamm rekord tat-trażmissjoni, tat-trasferiment u tar-riċevuta ta’ data personali f’konformità ma’ dan ir-Regolament;
jiżgura li, fuq talba tagħhom, is-suġġetti tad-data jiġu informati bid-drittijiet tagħhom skont dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2018/1725;
jikkoopera mal-persunal tal-Europol responsabbli għall-proċeduri, għat-taħriġ u għall-pariri dwar l-ipproċessar tad-data;
iwieġeb għat-talbiet mill-KEPD, fi ħdan l-isfera tal-kompetenza tiegħu, jikkoopera u jikkonsulta mal-KEPD, fuq talba ta’ dan tal-aħħar jew fuq inizjattiva tiegħu stess;
jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b’mod partikolari mal-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali dwar kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-data fil-qasam tal-infurzar tal-liġi;
jaġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt għall-KEPD dwar kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar, inkluża l-konsultazzjoni minn qabel skont l-Artikoli 40 u 90 tar-Regolament (UE) 2018/1725, u jikkonsulta, fejn xieraq, fir-rigward ta’ kwalunkwe kwistjoni oħra fi ħdan l-isfera tal-kompetenza tiegħu;
iħejji rapport annwali u jikkomunika dak ir-rapport lill-Bord ta’ Amministrazzjoni u lill-KEPD;
jiżgura li d-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data ma jiġux affettwati ħażin mill-operazzjonijiet ta’ pproċessar.
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jista’, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-Bord ta’ Amministrazzjoni jew ta’ kwalunkwe individwu, jinvestiga kwistjonijiet u okkorrenzi relatati direttament mal-kompiti tiegħu li jsir jaf bihom,u jirrapporta lura lill-persuna li tkun talbet l-investigazzjoni jew lill- Bord ta’ Amministrazzjoni r-riżultati ta’ dik l-investigazzjoni.
Jekk id-Direttur Eżekuttiv ma jsolvix in-nuqqas ta’ konformità tal-ipproċessar f’perjodu speċifikat, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jinforma lill-Bord ta’ Amministrazzjoni. Il-Bord ta’ Amministrazzjoni għandu jwieġeb fi ħdan limitu ta’ żmien speċifikat miftiehem mal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Jekk il-Bord ta’ Amministrazzjoni ma jirriżolvix in-nuqqas ta’ konformità f’perjodu speċifikat, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jirriferi l-kwistjoni lill-KEPD.
Artikolu 41c
Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali
L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:
jagħti pariri lill-Europol fejn iqis li jkun meħtieġ jew fejn jintalab jagħmel hekk, dwar kwalunkwe attività tal-Europol, mingħajr ma jimpedixxi dawk l-attivitajiet jew jikkawża dewmien fihom;
jissorvelja l-konformità tal-Europol mad-drittijiet fundamentali;
jipprovdi opinjonijiet mhux vinkolanti dwar arranġamenti ta’ ħidma;
jinforma lid-Direttur Eżekuttiv dwar ksur possibbli tad-drittijiet fundamentali matul l-attivitajiet tal-Europol;
jippromwovi r-rispett tal-Europol għad-drittijiet fundamentali fit-twettiq tal-kompiti u l-attivitajiet tagħha;
kwalunkwe kompitu ieħor fejn previst b’dan ir-Regolament.
Artikolu 41d
Taħriġ dwar id-Drittijiet Fundamentali
Il-persunal kollu tal-Europol involut f’kompiti operazzjonali li jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali għandu jirċievi taħriġ obbligatorju dwar il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, inkluż fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali. Dak it-taħriġ għandu jiġi żviluppat f’kooperazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), stabbilita permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 ( *1 ), u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL), stabbilita permezz tar-Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *2 ).
Artikolu 42
Superviżjoni mill-awtorità superviżorja nazzjonali
Artikolu 43
Superviżjoni mill-KEPD
Il-KEPD għandu jkollu d-dmirijiet li ġejjin:
jisma' u jinvestiga lmenti, u jinforma lis-suġġett tad-data dwar ir-riżultat f'perijodu raġonevoli ta' żmien;
iwettaq inkjesti jew fuq inizjattiva tiegħu/tagħha stess jew fuq il-bażi ta' lment, u jinforma lis-suġġetti tad-data dwar ir-riżultat f'perijodu raġonevoli ta' żmien;
jimmonitorja u jiżgura l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u kwalunkwe att ieħor tal-Unjoni li jirrelataw mal-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-Europol;
jagħti parir lill-Europol, jew fuq inizjattiva tiegħu bħala rispons għal konsultazzjoni, dwar il-kwistjonijiet kollha rigward l-ipproċessar ta' data personali, b'mod partikolari qabel ma dan ifassal regoli interni relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali;
iżomm reġistru ta' tipi ġodda ta' operazzjonijiet ta' proċessar notifikati lilu bis-saħħa tal-Artikolu 39(1) u rreġistrati f'konformità mal-Artikolu 39(4);
iwettaq konsultazzjoni minn qabel dwar l-ipproċessar notifikat lilu.
Il-KEPD jista' skont dan ir-Regolament:
jagħti pariri lis-suġġetti tad-data fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom;
jirreferi l-kwistjoni lill-Europol fil-każ ta' ksur allegat tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali, u, fejn xieraq, jagħmel proposti għar-rimedji ta' dak il-ksur u għat-titjib tal-protezzjoni tas-suġġetti tad-data;
jordna li talbiet għall-eżerċizzju ta' ċerti drittijiet b'relazzjoni mad-data jiġu osservati meta dawk it-talbiet ikunu ġew irrifjutati bi ksur tal-Artikoli 36 u 37;
javża jew iċanfar lill-Europol;
jordna lill-Europol tagħmel ir-rettifika, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew id-distruzzjoni ta' data personali li tkun ġiet ipproċessata bi ksur tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali u jinotifikaw tali azzjonijiet lill-partijiet terzi li lilhom tkun ġiet żvelata tali data;
jimponi projbizzjoni temporanja jew definittiva fuq l-operazzjonijiet ta' proċessar mill-Europol li huma ksur tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw id-data personali;
jirreferi l-kwistjoni lill-Europol, u, jekk meħtieġ, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;
jirreferi l-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej skont il-kondizzjonijiet previsti fit-TFEU;
jintervjeni fl-azzjonijiet miġjuba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;
jordna lill-kontrollur jew lill-proċessur jagħmel attivitajiet ta’ pproċessar konformi ma’ dan ir-Regolament, meta jkun xieraq, b’mod speċifiku u f’perjodu ta’ żmien speċifiku;
jordna s-sospensjoni ta’ flussi ta’ data lejn riċevitur fi Stat Membru, f’pajjiż terz jew lejn organizzazzjoni internazzjonali;
jimponi multa amministrattiva fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mill-Europol ma’ waħda mill-miżuri msemmija fil-punti (c), (e), (f), (j) u (k) ta’ dan il-paragrafu, skont iċ-ċirkostanzi ta’ kull każ individwali.
Il-KEPD għandu jkollu s-setgħa li:
jikseb mingħand il-Europol aċċess għad-data personali kollha u għall-informazzjoni kollha meħtieġa għall-investigazzjonijiet tiegħu/tagħha;
jikseb aċċess għal kwalunkwe bini li fih il-Europol twettaq l-attivitajiet tagħha meta jkun hemm bażi raġonevoli biex jiġi preżunt li tkun qed titwettaq fih attività koperta b'dan ir-Regolament.
Il-KEPD għandu jistieden lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali sabiex jippreżentaw osservazzjonijiet dwar dik il-parti tar-rapport annwali qabel mar-rapport annwali jiġi adottat. Il-KEPD għandu jieħu kont sħiħ ta’ dawk l-osservazzjonijiet u għandu jirreferihom fir-rapport annwali.
Il-parti tar-rapport annwali msemmi fit-tieni subparagrafu għandu jinkludi informazzjoni statistika dwar ilmenti, inkjesti, u investigazzjonijiet, kif ukoll dwar trasferimenti ta’ data personali lil pajjiżi terzi u lil organizzazzjonijiet internazzjonali, każijiet ta’ konsultazzjoni minn qabel tal-KEPD, u l-użu tas-setgħat stipulati fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 44
Kooperazzjoni bejn il-KEPD u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali
Fit-twettiq ta’ spezzjonijiet konġunti flimkien mal-KEPD, il-membri u l-persunal tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom, b’kont meħud tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità, ikollhom setgħat ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 43(4) ta’ dan ir-Regolament u jkunu marbuta b’obbligu ekwivalenti għal dak stipulat fl-Artikolu 43(6) ta’ dan ir-Regolament.
▼M1 —————
KAPITOLU VII
RIMEDJI U RESPONSABBILTÀ
Artikolu 47
Dritt li jitressaq ilment quddiem il-KEPD
Artikolu 48
Dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra l-KEPD
Kwalunkwe azzjoni kontra deċiżjonijiet tal-KEPD għandha titressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 49
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar ir-responsabbiltà u d-dritt għal kumpens
Artikolu 50
Dritt għal kumpens
KAPITOLU VIII
SKRUTINJU PARLAMENTARI KONĠUNT
Artikolu 51
Skrutinju Parlamentari konġunt
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu:
il-President tal-Bord ta' Amministrazzjoni, id-Direttur Eżekuttiv jew il-Viċijiet tagħhom għandhom jidhru quddiem il-JPSG fuq talba tiegħu biex jiddiskutu materji marbutin mal-attivitajiet b'referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu, inklużi l-aspetti baġitarji ta' tali attivitajiet, l-organizzazzjoni strutturali tal-Europol u l-istabbiliment potenzjali ta' unitajiet u ċentri speċjalizzati ġodda, b'kont meħud tal-obbligi ta' diskrezzjoni u kunfidenzjalità. Il-JPSG jista' jiddeċiedi li jistieden għal-laqgħat tiegħu persuni rilevanti oħra, fejn xieraq;
il-KEPD għandu jidher quddiem il-JPSG fuq talba tiegħu u tal-anqas darba fis-sena biex jiddiskuti kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi, u b'mod partikolari l-protezzjoni tad-data personali, fir-rigward tal-attivitajiet tal-Europol, b'kont meħud tal-obbligi ta' diskrezzjoni u kunfidenzjalità;
il-JPSG għandu jiġi kkonsultat b'rabta mal-programmazzjoni pluriennali tal-Europol f'konformità mal-Artikolu 12(1).
Il-Europol għandha tibgħat id-dokumenti li ġejjin għall-finijiet ta' informazzjoni lill-JPSG, b'kont meħud tal-obbligi ta' diskrezzjoni u kunfidenzjalità:
il-valutazzjonijiet tat-theddid, l-analiżi strateġiċi u r-rapporti tas-sitwazzjoni ġenerali marbuta mal-objettiv tal-Europol kif ukoll ir-riżultati tal-istudji u tal-evalwazzjonijiet kummissjonati mill-Europol;
l-arranġamenti amministrattivi konklużi f'konformità mal-Artikolu 25(1);
id-dokument li fih il-programmazzjoni pluriennali u l-programm ta' ħidma annwali tal-Europol, imsemmi fl-Artikolu 12(1);
ir-rapport konsolidat tal-attività annwali dwar l-attivitajiet tal-Europol, imsemmi fl-Artikolu 11(1), il-punt (c), inkluż informazzjoni rilevanti dwar l-attivitajiet tal-Europol fl-ipproċessar ta’ settijiet kbar ta’ data u r-riżultati miksuba fihom, mingħajr ma jiġi żvelat l-ebda dettall operazzjonali u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe investigazzjoni li tkun għaddejja;
ir-rapport ta' evalwazzjoni mfassal mill-Kummissjoni, imsemmi fl-Artikolu 68(1);
informazzjoni annwali skont l-Artikolu 26(11) dwar id-data personali skambjata ma’ partijiet privati skont l-Artikoli 26, 26a u 26b, inkluż valutazzjoni tal-effettività tal-kooperazzjoni, eżempji speċifiċi ta’ każijiet li juru għaliex dawk it-talbiet kienu meħtieġa u proporzjonati għall-fini li jippermettu l-Europol tiskseb l-objettivi tagħha u taqdi l-kompiti tagħha, u, fir-rigward tal-iskambji ta’ data personali skont l-Artikolu 26b, l-għadd ta’ tfal identifikati bħala riżultat ta’ dawk l-iskambji sal-punt li din l-informazzjoni tkun disponibbli għall-Europol;
informazzjoni annwali dwar l-għadd ta’ każijiet li fihom kien meħtieġ li l-Europol tipproċessa data personali li ma tirrigwardax il-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II sabiex tappoġġa lill-Istati Membri f’investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali li tkun għaddejja f’konformità mal-Artikolu 18a, flimkien ma’ informazzjoni dwar id-durata u r-riżultati tal-ipproċessar, inkluż eżempji ta’ każijiet bħal dawn li juru għaliex dak l-ipproċessar tad-data kien meħtieġ u proporzjonat;
informazzjoni annwali dwar it-trasferimenti ta’ data personali lil pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali skont l-Artikolu 25(1) jew l-Artikolu 25(4a) imqassma skont il-bażi ġuridika, u dwar l-għadd ta’ każijiet li fihom id-Direttur Eżekuttiv awtorizza, skont l-Artikolu 25(5), it-trasferiment jew il-kategoriji ta’ trasferimenti ta’ data personali relatati ma’ investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali li tkun għaddejja lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluż informazzjoni dwar il-pajjiżi kkonċernati u t-tul ta’ żmien tal-awtorizzazzjoni;
informazzjoni annwali dwar l-għadd ta’ każijiet li fihom il-Europol ipproponiet id-dħul possibbli ta’ allerti ta’ informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 4(1)(t), inkluż eżempji speċifiċi ta’ każijiet li juru għaliex ġie propost id-dħul ta’ dawk l-allerti;
informazzjoni annwali dwar l-għadd ta’ proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni mwettqa, inkluż informazzjoni dwar il-finijiet ta’ dawk il-proġetti, il-kategoriji ta’ data personali pproċessati, is-salvagwardji addizzjonali użati, inkluż il-minimizzazzjoni tad-data, il-ħtiġijiet tal-infurzar tal-liġi li dawk il-proġetti jfittxu li jindirizzaw u l-eżitu ta’ dawk il- proġetti;
informazzjoni annwali dwar l-għadd ta’ każijiet li fihom il-Europol tkun għamlet użu minn ipproċessar temporanju f’konformità mal-Artikolu 18(6a) u, fejn ikun applikabbli, l-għadd ta’ każijiet li fihom il-perijodu ta’ pproċessar ġie estiż;
informazzjoni annwali dwar l-għadd u t-tipi ta’ każijiet fejn ġew ipproċessati kategoriji speċjali ta’ data personali, skont l-Artikolu 30(2).
L-eżempji imsemmija fil-punti (f) u (i) għandhom ikunu anonimizzati sa fejn hija kkonċernata d-data personali.
L-eżempji msemmija fil-punt (g) għandhom ikunu anonimizzati sa fejn hija kkonċernata data personali, mingħajr ma jiġi żvelat kwalunkwe dettall operazzjonali u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe investigazzjoni li tkun għaddejja.
Artikolu 52
Aċċess mill-Parlament Ewropew għal informazzjoni proċessata mill-Europol jew permezz tagħha
Artikolu 52a
Forum Konsultattiv
Il-JPSG u d-Direttur Eżekuttiv jistgħu jikkonsultaw lill-forum konsultattiv dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mad-drittijiet fundamentali.
KAPITOLU IX
PERSUNAL
Artikolu 53
Dispożizzjonijiet Ġenerali
Artikolu 54
Direttur Eżekuttiv
Il-lista qasira għandha titfassal minn kumitat tal-għażla stabbilit mill-Bord ta' Amministrazzjoni u magħmul minn membri maħtura mill-Istati Membri u rappreżentant tal-Kummissjoni.
Għall-fini li jiġi konkluż kuntratt mad-Direttur Eżekuttiv, il-Europol għandha tkun rappreżentata mill-President tal-Bord ta' Amministrazzjoni.
Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Kunsill jista' jiġi mistieden jidher quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew, li għandu sussegwentement jagħti l-opinjoni tiegħu li mhijiex vinkolanti.
Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' erba' snin. Sal-aħħar ta' dak il-perijodu, il-Kummissjoni, b'assoċjazzjoni mal-Bord ta' Amministrazzjoni, għandha twettaq valutazzjoni li tieħu kont
tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, u
il-kompiti u l-isfidi futuri tal-Europol.
Artikolu 55
Viċi Diretturi Eżekuttivi
Artikolu 56
Esperti nazzjonali sekondati
KAPITOLU X
DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI
Artikolu 57
Baġit
Artikolu 58
Stabbiliment tal-baġit
Artikolu 59
Implimentazzjoni tal-baġit
Artikolu 60
Preżentazzjoni tal-kontijiet u l-kwittanza
Artikolu 61
Regoli finanzjarji
Ir-regoli finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jispeċifikaw il-kriterji li taħthom l-appoġġ finanzjarju jista’ jkopri l-ispejjeż kollha tal-investiment imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
KAPITOLU XI
DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI
Artikolu 62
Status ġuridiku
Artikolu 63
Privileġġi u immunitajiet
Artikolu 64
Arranġamenti lingwistiċi
Artikolu 65
Trasparenza
Artikolu 66
Ġlieda kontra l-frodi
Artikolu 67
Regoli dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u ta' informazzjoni klassifikata
Artikolu 68
Evalwazzjoni u eżami
Artikolu 69
Inkjesti amministrattivi
L-attivitajiet tal-Europol huma soġġetti għall-inkjesti magħmula mill-Ombudsman Ewropew f'konformità mal-Artikolu 228 tat-TFEU.
Artikolu 70
Kwartieri Ġenerali
L-arranġamenti neċessarji dwar l-akkomodazzjoni li għandha tiġi pprovduta fir-Renju tan-Netherlands u l-faċilitajiet li għandhom ikunu disponibbli mir-Renju tan-Netherlands, flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli hemmhekk għad-Direttur Eżekuttiv, il-membri tal-Bord ta' Amministrazzjoni, il-persunal tal-Europol u l-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stipulati bi Ftehim ta' Kwartieri Ġenerali bejn il-Europol u r-Renju tan-Netherlands f'konformità mal-Protokoll Nru 6.
KAPITOLU XII
DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI
Artikolu 71
Suċċessjoni ġuridika
Artikolu 72
Arranġamenti transizzjonali fir-rigward tal-Bord ta' Amministrazzjoni
Matul il-perijodu mit-13 ta' Ġunju 2016 sal-1 ta' Mejju 2017, il-Bord ta' Amministrazzjoni kif stabbilit abbażi tal-Artikolu 37 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI għandu:
jeżerċita l-funzjonijiet tal-Bord ta' Amministrazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament;
iħejji l-adozzjoni tar-regoli biex jiġi applikat ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fir-rigward tad-dokumenti tal-Europol imsemmija fl-Artikolu 65(2) ta' dan ir-Regolament, u tar-regoli msemmija fl-Artikolu 67 ta' dan ir-Regolament;
iħejji kwalunkwe strument meħtieġ għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari kwalunkwe miżura relatata mal-Kapitolu IV; u
jagħmel rieżami tar-regoli u l-miżuri interni li jkun adottata abbażi tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI sabiex il-Bord ta' Amministrazzjoni kif stabbilit skont l-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament ikun jista' jieħu deċiżjoni skont l-Artikolu 76 ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 73
Arranġamenti transizzjonali rigward id-Direttur Eżekuttiv, il-Viċi Diretturi u l-persunal
Artikolu 74
Dispożizzjonijiet baġitarji transizzjonali
Il-proċedura tal-kwittanza fir-rigward tal-baġits approvati abbażi tal-Artikolu 42 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI għandha titwettaq f'konformità mar-regoli stabbiliti bl-Artikolu 43 tagħha.
Artikolu 74a
Arranġamenti tranżizzjonali rigward l-ipproċessar ta’ data personali b’appoġġ għal investigazzjoni ta’ reat kriminali li tkun għaddejja
Meta Stat Membru, l-UPPE jew l-Eurojust ikunu pprovdew data personali li ma tirrigwardax il-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II lill-Europol qabel it-28 ta’ Ġunju 2022, il-Europol tista’ tipproċessa dik id-data personali f’konformità mal-Artikolu 18a meta:
l-Istat Membru kkonċernat, l-UPPE jew il-Eurojust jinformaw lill-Europol sad-29 ta’ Settembru 2022, li hija awtorizzata tipproċessa dik id-data personali, f’konformità mar-rekwiżiti u s-salvagwardji proċedurali applikabbli skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, fl-investigazzjoni ta’ reat kriminali li tkun għaddejja li għaliha jkunu talbu l-appoġġ tal-Europol meta inizjalment ikunu pprovdew id-data;
dak l-Istat Membru kkonċernat, l-UPPE jew l-Eurojust jitolbu lill-Europol, sad-29 ta’ Settembru 2022, biex tappoġġa dik l-investigazzjoni ta’ reat kriminali li tkun għaddejja msemmija fil-punt (a); kif ukoll
il-Europol tivvaluta, f’konformità mal-Artikolu 18a(1)(b), li ma jkunx possibbli li tiġi appoġġata l-investigazzjoni ta’ reat kriminali li tkun għaddejja msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu mingħajr l-ipproċessar ta’ data personali li ma tikkonformax mal-Artikolu 18(5).
Il-valutazzjoni msemmija fil-punt (c) ta’ dan il-paragrafu tiġi rreġistrata u tintbagħat lill-KEPD għal informazzjoni meta l-Europol ma tibqax tappoġġa l-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali relatata.
Meta pajjiż terz imsemmi fl-Artikolu 18a(6) ikun ipprovda data personali li ma tirrigwardawx il-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II lill-Europol qabel it-28 ta’ Ġunju 2022, il-Europol tista’ tipproċessa dik id-data personali f’konformità mal-Artikolu 18a(6) meta:
il-pajjiż terz ikun ipprovda d-data personali b’appoġġ għal investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali fi Stat Membru wieħed jew aktar li l-Europol tappoġġa;
il-pajjiż terz ikun kiseb id-data fil-kuntest ta’ investigazzjoni ta’ reat kriminali f’konformità mar-rekwiżiti proċedurali u s-salvagwardji applikabbli skont il-liġi kriminali nazzjonali tiegħu;
il-pajjiż terz jinforma lill-Europol, sad-29 ta’ Settembru 2022, li huwa awtorizzat jipproċessa dik id-data personali fl-investigazzjoni ta’ reat kriminali li fil-kuntest tagħha jkun kiseb id-data;
il-Europol tivvaluta, f’konformità mal-Artikolu 18a(1), il-punt (b), li ma jkunx possibbli li tiġi appoġġata l-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu mingħajr l-ipproċessar ta’ data personali li ma tikkonformax mal-Artikolu 18(5) u dik il-valutazzjoni tiġi rreġistrata u tintbagħat lill-KEPD għal informazzjoni meta l-Europol ma tibqax tappoġġa l-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali relatata; u
il-Europol tivverifika, f’konformità mal-Artikolu 18a(6), li l-ammont ta’ data personali ma jkunx manifestament sproporzjonat fir-rigward tal-investigazzjoni speċifika ta’ reat kriminali msemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu fi Stat Membru wieħed jew aktar li l-Europol tappoġġa.
Artikolu 74b
Arranġamenti tranżizzjonali rigward l-ipproċessar ta’ data personali miżmuma mill-Europol
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 74a, għad-data personali li l-Europol tkun irċeviet qabel it-28 ta’ Ġunju 2022, il-Europol tista’ tivverifika jekk dik id-data personali tirrigwardax waħda mill-kategoriji ta’ suġġetti tad-data stipulati fl-Anness II. Għal dak il-għan, il-Europol tista’ twettaq preanaliżi ta’ dik id-data personali għal perijodu ta’ mhux aktar minn 18-il xahar mid-data li fiha d-data tkun waslet għall-ewwel darba jew, f’każijiet ġustifikati u bl-awtorizzazzjoni minn qabel tal-KEPD, għal perjodu itwal.
Il-perijodu massimu ta’ pproċessar tad-data msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkun ta’ tliet snin mill-jum meta l-Europol tirċievi d-data.
KAPITOLU XIII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 75
Sostituzzjoni u tħassir
Għaldaqstant id-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI huma mħassra.
Artikolu 76
Żamma fis-seħħ tar-regoli interni adottati mill-Bord ta' Amministrazzjoni
Ir-regoli u l-miżuri interni adottati mill-Bord ta' Amministrazzjoni abbażi tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI għandhom jibqgħu fis-seħħ wara l-1 ta' Mejju 2017, dment li l-Bord ta' Amministrazzjoni ma jkunx iddeċieda mod ieħor fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 77
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Madankollu, l-Artikoli 71, 72 u 73 għandhom japplikaw mit-13 ta' Ġunju 2016.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konfomità mat-Trattati.
ANNESS I
Lista ta' forom ta' reati kriminali msemmija fl-Artikolu 3(1)
ANNESS II
A. Kategoriji ta' data personali u kategoriji ta' suġġetti tad-data li d-data tagħhom tista' tinġabar u tiġi pproċessata għal finijiet ta' kontroverifika kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 18(2)
1. Data personali miġbura u proċessata għal finijiet ta' kontroverifika għandha tkun relatata ma':
persuni li, f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru konċernat, ikunu suspettati li wettqu jew ħadu sehem f'reat kriminali li jaqa' taħt il-kompetenza tal-Europol, jew li ġew ikkundannati għal tali reat;
persuni li fir-rigward tagħhom ikun hemm indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet suffiċjenti taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru konċernat biex wieħed jemmen li ser iwettqu reati kriminali li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Europol.
2. Data relatata mal-persuni msemmijin fil-paragrafu 1 tista' tinkludi biss il-kategoriji ta' data personali li ġejjin:
kunjom, kunjom ta' xebba, ismijiet attribwiti u kwalunkwe psewdonimu jew isem assunt;
id-data u l-post tat-twelid;
nazzjonalità;
sess;
post ta' residenza, professjoni u l-inħawi fejn tinsab il-persuna konċernata;
data dwar numri tas-sigurtà soċjali, liċenzji tas-sewqan, dokumenti ta' identifikazzjoni u data tal-passaport; u
fejn meħtieġ, karatteristiċi oħrajn li x'aktarx jgħinu fl-identifikazzjoni, inkluża kwalunkwe karatteristika fiżika, oġġettiva u speċifika, li ma tistax tinbidel bħal data dattiloskopika u l-profil tad-DNA (stabbilit mill-parti nonkodifikanti tad-DNA).
3. Minbarra d-data msemmija fil-paragrafu 2, jistgħu jinġabru u jiġu proċessati dawn il-kategoriji ta' data personali dwar il-persuni msemmija fil-paragrafu 1:
reati kriminali, reati kriminali allegati u meta, fejn u kif (allegatament) twettqu;
mezzi li ntużaw jew jistgħu jintużaw biex jitwettqu dawn ir-reati kriminali inkluż informazzjoni dwar persuni ġuridiċi;
dipartimenti li jittrattaw il-każ u r-referenzi tar-reġistri tagħhom;
sħubija suspettata f'organizzazzjoni kriminali;
kundanni, fejn huma relatati ma' reati kriminali li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Europol;
parti li ddaħħal id-data.
Din id-data tista' tingħata lill-Europol anki meta tkun għad ma fihiex referenza għal xi persuna.
4. Informazzjoni addizzjonali miżmuma mill-Europol jew l-unitajiet nazzjonali dwar il-persuni msemmijin fil-paragrafu 1 tista' tiġi kkomunikata lil kwalunkwe unità nazzjonali jew lill-Europol, jekk xi ħadd minn dawn jitlobha. L-unitajiet nazzjonali għandhom jagħmlu dan b'mod konformi mal-liġi nazzjonali tagħhom.
5. Jekk il-proċedimenti kontra l-persuna konċernata jiġu rtirati definittivament jew jekk dik il-persuna tinħeles definittivament mill-akkuża, id-data marbuta mal-każ li dwaru tkun ittieħdet waħda minn dawn id-deċiżjonijiet għandha titħassar.
B. Kategoriji ta' data personali u kategoriji ta' suġġetti tad-data li d-data tagħhom tista' tiġi miġbura u proċessata għall-fini ta' analiżi strateġika jew ta' natura tematika oħra, għall-fini ta' analiżi operazzjonali jew għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni kif imsemmi fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 18(2)
1. Id-data personali miġbura u proċessata għall-fini ta' analiżi ta' natura tematika oħra, jew għall-fini ta' analiżi operazzjonali u, għall-fini li jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Europol, korpi oħra tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għandha tkun relatata ma':
persuni li, f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru konċernat, ikunu suspettati li wettqu jew ħadu sehem f'reat kriminali li jaqa' taħt il-kompetenza tal-Europol jew li ġew ikkundannati għal tali reat;
persuni li fir-rigward tagħhom ikun hemm indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet suffiċjenti taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru konċernat biex wieħed jemmen li ser iwettqu reati kriminali li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Europol;
persuni li jistgħu jintalbu jixhdu f'investigazzjonijiet marbutin mar-reati konċernati jew fi proċedimenti kriminali sussegwenti;
persuni li kienu l-vittmi ta' wieħed mir-reati konċernati jew li ċerti fatti dwarhom jagħtu lok biex wieħed jemmen li setgħu kienu l-vittmi ta' tali reat;
kuntatti u assoċjati; u
persuni li jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar ir-reati kriminali konċernati.
2. Il-kategoriji ta' data personali, inkluża data amministrattiva assoċjata, jistgħu jiġu proċessati meta jkunu tal-kategoriji tal-persuni msemmija fil-punt (a) u (b): tal-paragrafu 1
dettalji personali:
kunjomijiet attwali u dawk ta' qabel;
ismijiet attwali u ta' qabel;
kunjom ta' xebba;
isem il-missier (fejn meħtieġ għall-fini ta' identifikazzjoni);
isem l-omm (fejn meħtieġ għall-fini ta' identifikazzjoni):
sess;
data tat-twelid;
post tat-twelid;
nazzjonalità;
stat ċivili;
psewdonimu;
laqam;
isem assunt jew falz;
residenza u/jew domiċilju attwali u ta' qabel;
deskrizzjoni fiżika:
deskrizzjoni fiżika;
karatteristiċi li jiddistingwu (marki/marki ta' feriti/tatwaġġi, eċċ.);
identifikazzjoni tfisser:
dokumenti tal-identità/liċenzja tas-sewqan;
karta tal-identità nazzjonali/numri tal-passaport;
in-numru nazzjonali ta' identifikazzjoni/in-numru tas-sigurtà soċjali, jekk applikabbli;
immaġni viżivi u informazzjoni oħra fuq l-apparenza;
informazzjoni dwar l-identifikazzjoni forensika bħal marki tas-swaba', il-profil tad-DNA (stabbilit mill-parti nonkodifikanti tad-DNA), il-profil tal-vuċi, il-grupp tad-demm, informazzjoni dentali;
xogħol u ħiliet:
impjieg u xogħol attwali;
impjieg u xogħol ta' qabel;
edukazzjoni (skola/università/professjonali);
kwalifiki;
ħiliet u oqsma oħra ta' għarfien (lingwa/oħrajn);
informazzjoni ekonomika u finanzjarja:
data finanzjarja (kontijiet u kodiċijiet bankarji, karti ta' kreditu, eċċ.);
assi fi flus;
ishma azzjonarji/assi oħra;
data dwar il-proprjetà;
rabtiet ma' kumpaniji;
kuntatti bankarji u ta' kreditu;
sitwazzjoni mat-taxxa;
informazzjoni oħra li tiżvela l-immaniġġjar tal-persuna tal-affarijiet finanzjarji tagħha.
data dwar l-imġiba:
stil ta' għajxien (bħal li wieħed jgħix lil hinn mill-mezzi tiegħu) u rutina;
movimenti;
postijiet frekwentati;
armi u strumenti perikolużi oħra;
klassifikazzjoni tal-periklu;
riskji speċifiċi bħalma huma l-probabbiltà ta' ħrib, l-użu ta' aġenti doppji, konnessjonijiet ma' persunal tal-infurzar tal-liġi;
karatteristiċi u profili b'rabta kriminali;
abbuż tad-drogi;
kuntatti u assoċjati, inklużi t-tip u n-natura tal-kuntatt jew l-assoċjazzjoni;
il-mezzi ta' komunikazzjoni użati, bħat-telefown (statiku/mobbli), faks, pager, posta elettronika, indirizzi postali, konnessjoni(jiet) mal-internet;
mezzi ta' trasport użati, bħal vetturi, dgħajjes, inġenji tal-ajru, inkluż informazzjoni li tidentifika dawk il-mezzi ta' trasport (numri ta' reġistrazzjoni);
informazzjoni relatata mal-kondotta kriminali:
kundanni preċedenti;
suspett ta' involviment f'attivitajiet kriminali;
modi operandi;
mezzi li ntużaw jew jistgħu jintużaw biex iħejju u/jew iwettqu reati;
sħubija fi gruppi/organizzazzjonijiet kriminali u pożizzjoni fil-grupp/organizzazzjoni;
rwol fl-organizzazzjoni kriminali;
il-firxa ġeografika tal-attivitajiet kriminali;
materjal miġbur fil-kors ta' investigazzjoni, bħal immaġnijiet bil-vidjow u r-ritratti;
referenzi għal sistemi oħra ta' informazzjoni li fihom tkun maħżuna informazzjoni dwar il-persuna:
Europol;
aġenziji tal-pulizija/dwana;
aġenziji tal-infurzar oħra;
organizzazzjonijiet internazzjonali;
entitajiet pubbliċi;
entitajiet privati;
informazzjoni dwar persuni ġuridiċi assoċjati mad-data msemmija fil-punti (e) u (j):
nomina tal-persuna ġuridika;
post;
data u post tat-twelid;
numru tar-reġistrazzjoni amministrattiva;
forma ġuridika;
kapital;
qasam ta' attività;
sussidjarji nazzjonali u internazzjonali;
diretturi;
rabtiet ma' banek.
3. “Kuntatti u assoċjati”, kif imsemmi fil-punt (e) tal-paragrafu 1 huma persuni li permezz tagħhom ikun hemm raġuni biżżejjed biex wieħed jemmen li l-informazzjoni, li tirrigwarda l-persuni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 u li hija rilevanti għall-analiżi tista' tinkiseb, kemm-il darba ma jkunux inklużi f'waħda mill-kategoriji ta' persuni msemmija fil-punti (a), (b), (c), (d) u (f) tal-paragrafu 1. “Kuntatti” huma dawk il-persuni li għandhom kuntatt sporadiku mal-persuni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1. “Assoċjati” huma dawk il-persuni li jkollhom kuntatt regolari mal-persuni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1.
F'dak li għandu x'jaqsam ma' kuntatti u assoċjati, id-data msemmija fil-paragrafu 2 tista' tinħażen kif meħtieġ, sakemm ikun hemm raġuni biex wieħed jassumi li tali data tkun meħtieġa għall-analiżi tar-relazzjoni ta' tali persuni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1. F'dan il-kuntest, għandu jiġi osservat dan li ġej:
tali relazzjoni għandha tiġi ċċarata mill-aktar fis possibbli;
id-data msemmija fil-paragrafu 2 għandha titħassar mingħajr dewmien jekk is-suppożizzjoni li teżisti tali relazzjoni teżisti tirriżulta li hija bla bażi;
id-data kollha msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinħażen jekk il-kuntatti jew l-assoċjati jkunu suspettati li qed jikkommettu reat li jaqa' taħt l-ambitu tal-objettivi tal-Europol, jew ġew ikkundannati għall-kummissjoni ta' tali reat, jew jekk ikun hemm indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet suffiċjenti taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru konċernat biex wieħed jemmen li ser iwettqu tali reat;
id-data msemmija fil-paragrafu 2 data dwar kuntatti u assoċjati ta' kuntatti kif ukoll dwar assoċjati u dwar assoċjati ta' assoċjati ma għandhiex tinħażen, bl-eċċezzjoni ta' data dwar it-tip u n-natura tal-kuntatt tagħhom jew assoċjazzjoni mal-persuni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1;
jekk kjarifika skont il-punti ta' qabel ma tkunx possibbli, dan għandu jitqies meta tittieħed deċiżjoni dwar il-ħtieġa għal, u l-firxa tal-ħażna tad-data għal analiżi ulterjuri.
4. Fir-rigward ta' persuna li, kif imsemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1, kienet il-vittma ta' wieħed mir-reati konċernati jew li, abbażi ta' ċerti fatti hemm raġuni biex wieħed jemmen li tista' tkun vittma ta' tali reat, id-data msemmija fil-punt (a) sal-punt (c)(iii) tal-paragrafu 2, kif ukoll dawn il-kategoriji ta' data li ġejjin, jistgħu jinħażnu:
data ta' identifikazzjoni tal-vittmi;
raġuni għal vittimizzazzjoni;
ħsara (fiżika/finanzjarja/psikoloġika/oħra);
jekk għandhiex tiġi garantita l-anonimità;
jekk il-parteċipazzjoni f'seduta tal-qorti hijiex possibbli;
informazzjoni relatata mar-reat provduta minn jew permezz tal-persuni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1, inkluż fejn meħtieġ informazzjoni dwar ir-relazzjoni tagħhom ma' persuni oħra, għall-iskop li jidentifikaw il-persuni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1.
Data oħra msemmija fil-paragrafu 2 tista' tinħażen kif meħtieġ, sakemm ikun hemm raġuni li wieħed jassumi li hija meħtieġa għall-analiżi tar-rwol ta' persuna bħala vittma jew vittma potenzjali.
Data mhux meħtieġa għal xi analiżi ulterjuri għandha titħassar.
5. Fir-rigward ta' persuni li, kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1, jistgħu jintalbu jixhdu f'investigazzjonijiet marbutin mar-reati konċernati jew fi proċedimenti kriminali sussegwenti, id-data msemmija fil-punt (a) sal-punt (c)(iii) tal-paragrafu 2 kif ukoll kategoriji ta' data li tikkonforma mal-kriterji li ġejjin jistgħu jinħażnu:
informazzjoni marbuta mar-reat provduta minn tali persuni, inkluża informazzjoni dwar ir-relazzjoni tagħhom ma' persuni oħra inklużi fil-fajl operattiv tal-analiżi;
jekk għandhiex tiġi garantita l-anonimità;
jekk għandhiex tiġi garantita l-protezzjoni u minn min;
identità ġdida;
jekk il-parteċipazzjoni f'seduta tal-qorti hijiex possibbli.
Data oħra msemmija fil-paragrafu 2 tista' tinħażen kif meħtieġ, sakemm ikun hemm raġuni li wieħed jassumi li hija meħtieġa għall-analiżi tar-rwol ta' dawn il-persuni bħala xhieda.
Data mhux meħtieġa għal xi analiżi ulterjuri għandha tiġi mħassra.
6. Fir-rigward ta' persuni li, kif imsemmi fil-punt (f) tal-paragrafu 1, jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar ir-reati kriminali konċernati, id-data msemmija fil-punt (a) sal-punt (c)(iii) tal-paragrafu 2, kif ukoll kategoriji ta' data li tikkonforma mal-kriterji li ġejjin, jistgħu jinħażnu:
dettalji personali kodifikati;
tip ta' informazzjoni fornuta;
jekk għandhiex tiġi garantita l-anonimità;
jekk għandhiex tiġi garantita l-protezzjoni u minn min;
identità ġdida;
jekk il-parteċipazzjoni f'seduta tal-qorti hijiex possibbli;
esperjenzi negattivi;
premjijiet (finanzjarji/favuri).
Data oħra msemmija fil-paragrafu 2 tista' tinħażen kif meħtieġ, sakemm ikun hemm raġuni li wieħed jassumi li hija meħtieġa għall-analiżi tar-rwol ta' tali persuni bħala informatur.
Data mhux meħtieġa għal xi analiżi ulterjuri għandha tiġi mħassra.
7. Jekk, fi kwalunkwe ħin matul il-kors ta' analiżi, joħroġ ċar abbażi ta' indikazzjonijiet serji u korroborattivi li persuna għandha tkun inkluża f'kategorija differenti ta' persuni, kif definiti f'dan l-Anness, għajr il-kategorija li tpoġġiet fiha l-persuna inizjalment, il-Europol tista' tipproċessa biss id-data dwar dik il-persuna li hija permessa taħt dik il-kategorija l-ġdida, u d-data l-oħra kollha għandha tiġi mħassra.
Jekk, fuq il-bażi ta' dawn l-indikazzjonijiet, joħroġ ċar li persuna għandha tiġi inkluża f'żewġ kategoriji differenti jew aktar kif definiti f'dan l-Anness, id-data kollha permessa taħt dawn il-kategoriji tista' tiġi pproċessata mill-Europol.
( 1 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2021/784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online (ĠU L 172, 17.5.2021, p. 79).
( 3 ) Id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1).
( 4 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/617/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni bejn l-unitajiet ta’ intervent speċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 73).
( 5 ) Ir-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15)
( 6 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56).
( 7 ) Id-Direttiva (UE) 2019/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li tistabbilixxi regoli li jiffaċilitaw l-użu ta’ informazzjoni finanzjarja u informazzjoni oħra għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ ċerti reati kriminali, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 122).
( 8 ) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
( 9 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/511/ĠAI tat-12 ta' Lulju 2005 dwar il-protezzjoni tal-euro kontra l-falsifikazzjoni, permezz tan-nomina tal-Europol bħala l-Uffiċċju Ċentrali għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni tal-euro (ĠU L 185, 16.7.2005, p. 35).
( 10 ) Ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni (ĠU L 79 I, 21.3.2019, p. 1).
( 11 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1).
( 12 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
( 13 ) Id-Deċiżjoni Kwadra tal-Kunsill 2002/584/JHA tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).
( *1 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta’ Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1).
( *2 ) Ir-Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (ĠU L 319, 4.12.2015, p. 1).
( 14 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
( 15 ) ĠU C 95, 1.4.2014, p.1.
( 16 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
( 17 ) Ir-Regolament Nru 1 li jiddetermina l-lingwi li għandhom jintużaw fil-Komunità Ekonomika Ewropea [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58).
( 18 ) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
( 19 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).