This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02015R1189-20170109
Commission Regulation (EU) 2015/1189 of 28 April 2015 implementing Directive 2009/125/EC of the European Parliament and of the Council with regard to ecodesign requirements for solid fuel boilers (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1189 tat- 28 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bojlers tal-fjuwil solidu (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1189 tat- 28 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bojlers tal-fjuwil solidu (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
02015R1189 — MT — 09.01.2017 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1189 tat-28 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bojlers tal-fjuwil solidu (ĠU L 193 21.7.2015, p. 100) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2282 tat-30 ta' Novembru 2016 |
L 346 |
51 |
20.12.2016 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1189
tat-28 ta' April 2015
li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bojlers tal-fjuwil solidu
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq u t-tqegħid fis-servizz ta' bojlers tal-fjuwil solidu li jkollhom potenza termika nominali ta' 500 kilowatt (“kW”) jew inqas, inkluż dawk li huma integrati f'pakketti ta' bojler tal-fjuwil solidu, ħiters supplimentari, tagħmir għall-kontroll tat-temperatura u apparat solari kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/XXX.
2. Dan ir-Regolament m'għandux japplika:
(a) għall-bojlers li jipproduċu s-sħana esklussivament biex jipprovdu ilma għax-xorb jew ilma sanitarju sħun;
(b) għall-bojlers użati għat-tisħin u d-distribuzzjoni ta' mezzi gassużi għat-trasferiment tas-sħana bħal pereżempju l-fwar jew l-arja;
(c) għall-bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu tal-post li jkollhom kapaċità elettrika massima ta' 50 kW jew iktar;
(d) bojlers tal-bijomassa mhux tal-injam.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Minbarra d-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/125/KE, għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) “bojler tal-fjuwil solidu” tfisser apparat mgħammar b'ġeneratur tas-sħana minn fjuwil solidu wieħed jew aktar li jipprovdi s-sħana lil sistema ta' tisħin ċentrali bl-ilma sabiex tintlaħaq u tinżamm temperatura ta' ġewwa fil-livell mixtieq fi spazju jew spazji magħluqa, b'telf ta' sħana fl-ambjent tal-madwar ta' mhux aktar minn 6 % tal-potenza termika nominali;
(2) “sistema ta' tisħin ċentrali bl-ilma” tfisser sistema li tuża l-ilma bħala mezz għat-trasferiment tas-sħana sabiex jiddistribwixxi s-sħana prodotta ċentralment għal bċejjeċ ta' apparat li jarmu s-sħana għat-tisħin ta' spazji magħluqa fi ħdan bini jew partijiet minnu, inkluż tisħin ta' blokok jew netwerks ta' tisħin distrettwali;
(3) “ġeneratur tas-sħana minn fjuwil solidu” tfisser il-parti ta' bojler tal-fjuwil solidu li tipproduċi s-sħana mill-kombustjoni ta' karburanti solidi;
(4) “Potenza termika nominali” jew “PR” tfisser il-potenza termika ddikjarata ta' bojler tal-fjuwil solidu meta jkun qed jipprovdi t-tisħin ta' spazji magħluqa bil-fjuwili preferut, mogħti f'kW;
(5) “fjuwil solidu” tfisser fjuwil li huwa solidu f'temperaturi ambjentali normali ta' ġewwa, inklużi l-bijomassa solida u l-fjuwils fossili solidi;
(6) “bijomassa” tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli tal-prodotti, l-iskart u r-residwi ta' oriġini bijoloġika mill-agrikultura (inklużi s-sustanzi veġetali u tal-annimali), mill-forestrija u minn industriji oħrajn relatati, inkluż mis-sajd u l-akkwakultura, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart industrijali u dak muniċipali;
(7) “bijomassa tal-injam” tfisser bijomassa tal-injam li joriġina minn siġar, arbuxxelli, inkluż injam mill-għesieleġ, injam imlaqqax, injam ikkumpressata fl-għamla ta' gerbub, injam ikkumpressata fil-forma ta' trab ippressat fi briks, u serratura;
(8) “bijomassa mhux tal-injam” tfisser bijomassa għajr bijomassa tal-injam, inklużi tiben, miskantu, qasab, ġlub, qmuħ, żrieragħ, għadam taż-żebbuġ, pasta taż-żebbuġ u qxur tal-ġwież;
(9) “fjuwil fossili” tfisser fjuwil għajr bijomassa, inkluż antraċite, faħam kannella, kokk, faħam bituminuż; għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament tinkludi wkoll il-pit;
(10) “bojler tal-bijomassa” tfisser bojler tal-fjuwiil solidu li juża l-fjuwil tal-bijomassa bħala l-fjuwil preferut;
(11) “bojler tal-bijomassa mhux tal-injam” tfisser bojler tal-bijomassa li juża bijomassa mhux tal-injam bħala l-fjuwil preferut u li għalih il-bijomassa tal-injam, il-fjuwil fossili jew it-taħlita ta' bijomassa u l-fjuwils fossili li mhumiex elenkati fost il-fjuwils l-oħra adatti għalih;
(12) “fjuwil preferut” tfisser il-fjuwil solidu uniku li għandu jiġi preferut għall-użu għall-bojler skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;
(13) “fjuwil ieħor adattat” tfisser fjuwili solidu, għajr il-fjuwil preferut, li jista' jintuża f'bojler li jaħdem bil-fjuwil solidu skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur u li tinkludi kwalunkwe fjuwil li jissemma fil-manwal tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti aħħarin, fuq siti elettroniċi b'aċċess ħieles tal-manifatturi, fil-materjal promozzjonali tekniku u fir-riklami;
(14) “bojler ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu” tfisser bojler tal-fjuwil solidu li kapaċi li jipproduċi s-sħana u l-elettriku fl-istess ħin;
(15) “effiċjenza enerġetika staġjonali tat-tisħin tal-ispazju” jew “ηs” tfisser il-proporzjon bejn id-domanda għat-tisħin tal-ispazju għal staġun tat-tisħin speċifikat imwassla minn bojler tal-fjuwil solidu, imqabbla mal-konsum annwali tal-enerġija meħtieġ sabiex tiġi ssodisfata din id-domanda, mogħti bħala %;
(16) “materja partikolata” tfisser partiċelli ta' għamla, struttura u densità varji mifruxa fil-fażi gassuża tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija.
Fl-Anness I qed jingħataw iktar definizzjonijiet għall-għanijiet tal-Annessi II sa V.
Artikolu 3
Rekwiżiti tal-ekodisinn u skeda taż-żmien
1. L-Anness II jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bojlers tal-fjuwil solidu.
2. Il-bojlers tal-fjuwil solidu għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1 u 2 tal-Anness II mill-1 ta' Jannar 2020.
3. Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha titkejjel u tiġi kkalkulata skont il-metodi stabbiliti fl-Anness III.
Artikolu 4
Valutazzjoni tal-konformità
1. Il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema ta' kontroll intern tad-disinn stabbilita fl-Anness IV ta' dik id-Direttiva jew is-sistema ta' ġestjoni stabbilita fl-Anness V ta' dik id-Direttiva.
2. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika għandu jinkludi l-informazzjoni stipulata fil-punt 2(c) tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
Meta jwettqu l-kontrolli ta' sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti stipulata fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura tal-verifika deskritta fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Parametri ta' referenza indikattivi
L-Anness V jistabbilixxi l-valuri indikattivi ta' referenza għall-bojlers tal-fjuwil solidu bl-aqwa prestazzjoni li jkunu disponibbli fis-suq jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.
Artikolu 7
Reviżjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u għandha tippreżenta r-riżultati ta' din ir-reviżjoni lill-Forum ta' Konsultazzjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2022. B'mod partikolari, ir-reviżjoni għandha tivvaluta jekk huwiex xieraq:
(a) li jiġu inklużi l-bojlers tal-fjuwil solidu b'potenza termika nominali sa 1 000 kilowatt;
(b) li jiġu inklużi l-bojlers tal-bijomassa mhux tal-injam, bir-rekwiżiti tal-ekodisinn għal tipi speċifiċi tagħhom ta' emissjonijiet li jniġġsu;
(c) li jiġu stabbiliti rekwiżiti iktar stretti 'l hinn mill-2020 tal-ekodisinn għall-effiċjenza tal-enerġija u għal emissjonijiet ta' materja f'sura ta' partiċelli, organiċi komposti gassużi u l-monossidu tal-karbonju; u
(d) li jiġu varjati t-tolleranzi tal-verifika.
2. Il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk jixraqx li tiġi introdotta ċertifikazzjoni ta' parti terza għal bojlers tal-fjuwil solidu u tippreżenta r-riżultati ta' dik il-valutazzjoni lill-Forum Konsultattiv sa mhux aktar tard mit-22 ta' Awwissu 2018.
Artikolu 8
Dispożizzjoni tranżitorja
Sal-1 ta' Jannar 2020 l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid fis-suq u t-tqegħid fis-servizz ta' bojlers tal-fjuwil solidu li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ dwar l-effiċjenza enerġetika staġjonali tat-tisħin tal-ispazji, u l-emissjonijiet ta' materja f'sura ta' partiċelli, organiċi komposti gassużi, monossidu tal-karbonju u ossidi tan-nitroġenu.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Definizzjonijiet applikabbli għall-Annessi II sa V
Għall-għanijiet tal-Annessi II sa V japplikaw id-defenizzjonijiet li ġejjin:
(1) “emissjonijiet tat-tisħin tal-ispazju staġjonali” tfisser:
(a) fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu li jitqabbdu b'mod awtomatiku, medja differenzjata tal-emissjonijiet fir-rata tal-potenza termika u l-emissjonijiet fi 30 % tar-rata tal-potenza termika, espressi f'mg/m3;
(b) fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu li jitqabbdu b'mod manwali li jistgħu jitħaddmu f'50 % tar-rata tal-potenza termika f'modalità kontinwa, medja differenzjata tal-emissjonijiet fir-rata tal-potenza termika u l-emissjonijiet f'50 % tar-rata tal-potenza termika, espressi f'mg/m3;
(c) fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu li jitqabbdu b'mod manwali li ma jistgħux jitħaddmu f'50 % jew anqas tar-rata tal-potenza termika f'modalità kontinwa, l-emissjonijiet fir-rata tal-potenza termika, espressi f'mg/m3;
(d) fil-każ ta' bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu, l-emissjonijiet fir-rata tal-potenza termika, espressi f'mg/m3.
(2) “bojler tal-fjuwil fossili” tfisser bojler tal-fjuwil solidu li għalih il-fjuwil fossili jew taħlita ta' bijomassa u fuwil fossili huwa l-fjuwil preferut;
(3) “qafas ta' bojler tal-fjuwil solidu” tfisser il-parti ta' bojler li jaħdem bil-fjuwil solidu maħsuba għall-armar ta' ġeneratur tas-sħana tal-fjuwil solidu;
(4) “identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku tal-bojler tal-fjuwil solidu minn mudelli oħrajn bl-istess marka kummerċjali jew isem tal-manifattur;
(5) “bojler li juża l-kondensazzjoni” tfisser bojler tal-fjuwil solidu li fih, fil-kundizzjonijiet operattivi normali u f'temperaturi tal-ilma partikulari tal-operat, parti mill-fwar tal-ilma fil-prodotti tal-kombustjoni jispiċċa kkondensat, sabiex is-sħana latenti ta' dan il-fwar tal-ilma tintuża għall-għanijiet tat-tisħin;
(6) “bojler ikkombinat” tfisser bojler tal-fjuwil solidu li jkun iddisinjat b'mod li jipprovdi wkoll is-sħana sabiex iwassal ilma għax-xorb jew sanitarju sħun b'temperaturi, kwantitajiet u rati tal-fluss speċifiċi waqt intervalli speċifiċi u li jkun imqabbad ma' provvista esterna ta' ilma sanitarju jew għax-xorb;
(7) “bijomassa tal-injam oħra” tfisser injam tal-għesieleġ b'kontenut ta' ndewwa ta' 25 % jew anqas, injam imqatta' b'kontenut ta' ndewwa ta' 15 % jew aktar, injam ikkumpressat fil-forma ta' pellets jew briquettes, jew ċana b'kontenut ta' ndewwa ta' 50 % jew anqas;
(8) “kontenut ta' ndewwa” tfisser il-massa tal-ilma fil-fjuwil mqabbla mal-massa totali kif użata fil-bojlers tal-fjuwil solidu;
(9) “fjuwil fossili ieħor” tfisser fjuwil fossili għajr faħam bituminuż, faħam kannella (inklużi briquettes), kokk, antraċite jew briquettes tal-fjuwil fossili mħallat;
(10) “effiċjenza elettrika” jew “ηel ” tfisser il-proporzjon tal-elettriku li jkun qed jiġi prodott meta mqabbel mal-kontribut totali tal-enerġija ta' bojler ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu, espress bħala perċentwali, fejn il-kontribut totali tal-enerġija jingħata f'termini tal-ηel jew f'termini tal-enerġija finali mmultiplikata bil-valur ta' CC;
(11) “valur kalorifiku gross” jew “GCV” tfisser l-ammont totali ta' sħana rrilaxxata minn unità ta' kwantità ta' fjuwil li jkun fiha l-kontenut xieraq ta' ndewwa, meta din tinħaraq kompletament bl-ossiġnu u meta l-prodotti tal-kombustjoni jerġgħu jinġiebu fit-temperatura ambjentali; din il-kwantità tinkludi s-sħana tal-kondensazzjoni tal-fwar tal-ilma ffurmat mill-kombustjoni ta' kwalunkwe idroġenu li jkun hemm fil-fjuwil;
(12) “koeffiċjent ta' konverżjoni” jew “CC” tfisser koeffiċjent li jirrifletti l-medja tal-effiċjenza tal-ġenerazzjoni tal-UE, stmata bħala 40 %, imsemmija fid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ); il-valur tal-koeffiċjent ta' konverżjoni huwa ta' CC = 2,5;
(13) “rekwiżit tal-enerġija elettrika bil-potenza termika massima” jew “elmax ” tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika tal-bojler tal-fjuwil solidu bir-rata tal-potenza termika espressa f'kW, għajr il-konsum tal-elettriku minn ħiter ta' riżerva, u minn tagħmir integrat għat-tnaqqis tal-emissjonijiet sekondarji
(14) “rekwiżit tal-enerġija elettrika bil-potenza termika minima” jew “elmin ” tfisser il-konsum tal-elettriku tal-bojler tal-fjuwil solidu bit-tagħbija parzjali applikabbli, u mogħti f'kWh minbarra l-konsum tal-elettriku minn ħiter ta' riżerva u minn tagħmir integrat għat-tnaqqis tal-emissjonijiet sekondarji;
(15) “ħiter ta' riżerva” tfisser element ta' reżistenza elettrika bl-effett-Joule li jipproduċi s-sħana biss biex jiskansa li jiffriżaw il-bojler li jaħdem bil-fjuwil solidu jew is-sistema ta' tisħin ċentrali bl-ilma jew meta l-provvista esterna tas-sors tas-sħana tiġi interrotta (inkluż matul il-perjodi ta' manutenzjoni) jew meta tinqalagħlu xi ħsara;
(16) “tagħbija parzjali applikabbli” tfisser, fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mqabbda awtomatikament, operazzjoni fi 30 % tar-rata tal-potenza termika, u, fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mqabbda manwalment f'50 % tar-rata tal-potenza termika, operazzjoni f'50 % tar-rata tal-potenza termika;
(17) “konsum tal-enerġija fil-modalità ta' stennija” jew “PSB ” tfisser il-konsum tal-enerġija ta' bojler tal-fjuwil solidu li jkun fil-modalità ta' stennija, minbarra minn tagħmir integrat għat-tnaqqis tal-emissjonijiet sekondarji espress f'kW;
(18) “modalità ta' stennija” tfisser kundizzjoni li fiha l-bojler tal-fjuwil solidu jkun imqabbad mal-mejn, ikun jiddependi fuq l-enerġija introdotta mill-mejn biex jaħdem kif suppost u jkun jipprovdi biss il-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jippersistu għal żmien indefinit: funzjoni ta' riattivazzjoni, jew funzjoni ta' riattivazzjoni u sempliċement indikazzjoni li din il-funzjoni reġgħet ġiet attivata, jew turija ta' informazzjoni jew status;
(19) “effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ispazju staġjonali fil-modalità attiva” jew “ηson ” tfisser:
(a) fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu li jitqabbdu b'mod awtomatiku, medja differenzjata tal-effiċjenza siewja fir-rata tal-potenza termika u l-effiċjenza siewja fi 30 % tar-rata tal-potenza termika, espressa f' %;
(b) fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu li jitqabbdu b'mod manwali li jistgħu jitħaddmu f'50 % tar-rata tal-potenza termika f'modalità kontinwa, medja differenzjata tal-effiċjenza siewja fir-rata tal-potenza termika u l-effiċjenza siewja f'50 % tar-rata tal-potenza termika, espressa f' %;
(c) fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu li jitqabbdu b'mod manwali li ma jistgħux jitħaddmu f'50 % jew anqas tar-rata tal-potenza termika f'modalità kontinwa, l-effiċjenza siewja fir-rata tal-potenza termika, espressa f' %;
(d) fil-każ ta' bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu, l-effiċjenza siewja fir-rata tal-potenza termika, espressa f' %;
(20) “effiċjenza siewja” jew “η” tfisser il-proporzjon tal-potenza tas-sħana siewja u l-kontribut tal-enerġija totali ta' bojler tal-fjuwil solidu, espressi f' %, fejn il-kontribut totali tal-enerġija jiġi espress f'termini tal-GCV jew f'termini tal-enerġija finali mmultiplikata bil-valur ta' CC;
(21) “potenza termika siewja” jew “P” tfisser il-potenza termika ta' bojler tal-fjuwil solidu trażmessa lill-fluwidu trasportatur tas-sħana, espressa f'kW;
(22) “apparat għall-kontroll tat-temperatura” tfisser l-apparat li jservi ta' interfaċċa mal-utent aħħari b'rabta mal-valuri u l-iskeda taż-żmien tat-temperatura mixtieqa ta' ġewwa u li jikkomunika d-dejta rilevanti lil interfaċċa tal-bojler tal-fjuwil solidu bħall-proċessur ċentrali, biex b'hekk tkun tista' tiġi rregolata t-temperatura ta' ġewwa;
(23) “valur kalorifiku gross bla ndewwa” jew “GCVmf” tfisser l-ammont totali ta' sħana rrilaxxata minn unità ta' kwantità ta' fjuwil imnixxef mill-indewwa inerenti, meta din tinħaraq kompletament bl-ossiġnu, u meta l-prodotti tal-kombustjoni jerġgħu jinġiebu fit-temperatura ambjentali; din il-kwantità tinkludi s-sħana tal-kondensazzjoni tal-fwar tal-ilma ffurmat mill-kombustjoni ta' kwalunkwe idroġenu li jkun hemm fil-fjuwil;
(24) “mudell ekwivalenti” tfisser mudell imqiegħed fis-suq bl-istess parametri tekniċi stabbiliti fit-Tabella 1 tal-punt 2 tal-Anness II, bħal dawk ta' mudell ieħor imqiegħed fis-suq mill-istess manifattur.
ANNESS II
Rekwiżiti tal-ekodisinn
1. Rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn
Mill-1 ta' Jannar 2020 il-bojlers tal-fjuwil solidu għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ispazju staġjonali għall-bojlers b'rata ta' potenza termika ta' 20 kW jew anqas ma għandhiex tkun inqas minn 75 %;
(b) l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ispazju staġjonali għall-bojlers b'rata ta' potenza termika ta' aktar minn 20 kW jew anqas ma għandhiex tkun inqas minn 77 %;
(c) l-emissjonijiet tat-tisħin tal-ispazju staġjonali ta' emissjonijiet ta' materja partikulata ma għandhomx ikunu ta' aktar minn 40 mg/m3 għal bojlers li jitqabbdu b'mod awtomatiku u ma għandhomx ikunu ta' aktar minn 60 mg/m3 għal bojlers li jitqabbdu b'mod manwali;
(d) l-emissjonijiet tat-tisħin tal-ispazju staġjonali ta' komposti gassużi organiċi ma għandhomx ikunu ta' aktar minn 20 mg/m3 għal bojlers li jitqabbdu b'mod awtomatiku u ma għandhomx ikunu ta' aktar minn 30 mg/m3 għal bojlers li jitqabbdu b'mod manwali;
(e) l-emissjonijiet tat-tisħin tal-ispazju staġjonali ta' monossidu tal-karbonju ma għandhomx ikunu ta' aktar minn 500 mg/m3 għal bojlers li jitqabbdu b'mod awtomatiku u ma għandhomx ikunu ta' aktar minn 700 mg/m3 għal bojlers li jitqabbdu b'mod manwali;
(f) l-emissjonijiet tat-tisħin tal-ispazju staġjonali ta' ossidi tan-nitroġenu, espressi f'diossidu tan-nitroġenu ma għandhomx ikunu ta' aktar minn 200 mg/m3 għal bojlers tal-bijomassa u ma għandhomx ikunu ta' aktar minn 350 mg/m3 għal bojlers tal-fjuwil fossili;
Dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati għall-fjuwil preferut u għal kull fjuwil ieħor addattat għall-bojler tal-fjuwil solidu.
2. Ir-rekwiżiti għall-informazzjoni dwar il-prodotti
Mill-1 ta' Jannar 2020, l-informazzjoni li ġejja dwar il-bojlers tal-fjuwil solidu għandha tiġi pprovduta:
(a) fil-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u l-utenti aħħarin, u fuq websajts b'aċċess ħieles tal-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u l-importaturi:
(1) it-tagħrif mogħti fit-Tabella 1, bil-parametri tekniċi, imkejjel u kkalkulat skont l-Anness III u li juri n-numru ta' ċifri sinifikanti indikati fit-tabella;
(2) kull prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi mmuntat jew jiġi installat il-bojler tal-fjuwil solidu jew meta ssirlu xi manutenzjoni;
(3) struzzjoni dwar il-mod xieraq kif jopera bojler tal-fjuwil solidu u dwar ir-rekwiżiti ta' kwalità fir-rigward tal-fjuwil preferut u fjuwils xierqa oħra;
(4) għall-ġeneraturi tas-sħana ddisinjati għall-bojlers tal-fjuwil solidu u l-oqfsa għall-bojlers tal-fjuwil solidu maħsubin biex ikunu mgħammra bit-tali ġeneraturi tas-sħana, il-karatteristiċi tagħhom, ir-rekwiżiti għall-immuntar tagħhom (sabiex tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bojlers tal-fjuwil solidu) u, fejn ikun xieraq, il-lista ta' kombinazzjonijiet rakkomandati mill-manifattur.
(b) fuq il-parti għall-professjonisti tas-siti elettroniċi tal-aċċess b'xejn tal-manifatturi, tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u tal-importaturi: tagħrif li huwa rilevanti għaż-żarmar, ir-riċiklaġġ u r-rimi tal-prodotti fi tmiem iċ-ċiklu ta' ħajja tagħhom.
(c) fid-dokumentazzjoni teknika għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 4:
(1) l-informazzjoni elenkata fil-punti (a) u (b);
(2) lista tal-mudelli ekwivalenti kollha, fejn applikabbli;
(3) fejn il-fjuwil preferut jew kwalunkwe fjuwil ieħor adatt huwa differenti bijomassa tal-injam oħra, minn bijomassa mhux tal-injam, minn fjuwil fossili ieħor jew minn taħlita ta' bijomassa u fjuwil fossili kif imsemmija fit-Tabella 1, deskrizzjoni tal-fjuwil li tkun biżżejjed għall-identifikazzjoni mhux ambigwa tiegħu u l-istandard tekniku jew speċifikazzjoni tal-fjuwil, inklużi l-kontenut imkejjel ta' ndewwa, u l-kontenut imkejjel tal-irmied, u wkoll għal fjuwils fossili oħra l-kontenut volatili mkejjel tal-fjuwil.
(d) il-kapaċità elettrika, immarkata b'mod permanenti fuq il-bojler ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu.
L-informazzjoni msemmija fil-punt (c) tista' tingħaqad mad-dokumentazzjoni teknika pprovduta skont il-miżuri fil-kamp tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2010/30/UE.
Tabella 1
Rekwiżiti ta' informazzjoni għal bojlers tal-fjuwil solidu
Identifikatur(i) tal-mudell |
|||||||||||||
Modalità tan-najjar: [Manwal: il-bojler għandu jitħaddem b'tank tal-ħażna tal-ilma jaħraq ta' volum tal-anqas x (*1) litri/Awtomatiku: huwa rrakkomandat li l-bojler jitħaddem b'tank tal-ħażna tal-ilma jaħraq ta' volum tal-anqas x (*2) litri] |
|||||||||||||
Bojler li juża l-kondensazzjoni: [iva/le] |
|
||||||||||||
Bojler ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu: [iva/le] |
Bojler ikkombinat: [iva/le] |
||||||||||||
Fjuwil |
Fjuwil preferut (wieħed biss): |
Fjuwil(s) ieħor/oħrajn addattat(i): |
ηs [x%]: |
Emissjonijiet tat-tisħin tal-ispazju staġjonali (*4) |
|||||||||
PM |
OGC |
CO |
NOx |
||||||||||
[x] mg/m3 |
|||||||||||||
Injam tal-għesieleġ, kontenut ta' ndewwa ≤ 25 % |
[iva/le] |
[iva/le] |
|
|
|
|
|
||||||
Injam imqatta', kontenut ta' ndewwa ≤ 15-35 % |
[iva/le] |
[iva/le] |
|
|
|
|
|
||||||
Injam imqatta', kontenut ta' ndewwa > 35 % |
[iva/le] |
[iva/le] |
|
|
|
|
|
||||||
Injam ikkumpressat fil-forma ta' pellets jew briquettes |
[iva/le] |
[iva/le] |
|
|
|
|
|
||||||
Ċana, kontenut ta' ndewwa ≤ 50 % |
[iva/le] |
[iva/le] |
|
|
|
|
|
||||||
Bijomassa tal-injam oħra |
[iva/le] |
[iva/le] |
|
|
|
|
|
||||||
Bijomassa mhux tal-injam |
[iva/le] |
[iva/le] |
|
|
|
|
|
||||||
Faħam bituminuż |
[iva/le] |
[iva/le] |
|
|
|
|
|
||||||
Faħam kannella (inklużi briquettes) |
[iva/le] |
[iva/le] |
|
|
|
|
|
||||||
Kokk |
[iva/le] |
[iva/le] |
|
|
|
|
|
||||||
Antraċit |
[iva/le] |
[iva/le] |
|
|
|
|
|
||||||
Briquettes tal-fjuwil fossili imħallat |
[iva/le] |
[iva/le] |
|
|
|
|
|
||||||
Fjuwils fossili oħra |
[iva/le] |
[iva/le] |
|
|
|
|
|
||||||
Bijomassa mħallta (30-70 %)/briquettes ta' fjuwil fossili |
[iva/le] |
[iva/le] |
|
|
|
|
|
||||||
Taħlita oħra ta' bijomassa u fjuwil fossili |
[iva/le] |
[iva/le] |
|
|
|
|
|
||||||
Karatteristiċi meta jopera bil-fjuwil preferut biss: |
|||||||||||||
Fattur |
Simbolu |
Valur |
Unità |
|
Fattur |
Simbolu |
Valur |
Unità |
|||||
Produzzjoni tas-sħana utli |
|
Effiċjenza utli |
|||||||||||
Fir-rata tal-potenza termika |
Pn (*3) |
x,x |
kW |
|
Fir-rata tal-potenza termika |
ηn |
x,x |
% |
|||||
Fi [30 %/50 %] tar-rata tal-potenza termika, meta applikabbli |
Pp |
[x,x/N.A.] |
kW |
|
Fi [30 %/50 %] tar-rata tal-potenza termika, meta applikabbli |
ηp |
[x,x/N.A.] |
% |
|||||
Għall-bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu: Effiċjenza elettrika |
|
Il-konsum tal-elettriku awżiljarju |
|||||||||||
|
Bir-rata tal-potenza termika |
elmax |
x,xxx |
kW |
|||||||||
Fir-rata tal-potenza termika |
ηel,n |
x,x |
% |
|
Bi [30 %/50 %] tar-rata tal-potenza termika, meta applikabbli |
elmin |
[x,xxx/N.A.] |
kW |
|||||
|
Tat-tagħmir integrat għat-tnaqqis tal-emissjonijiet sekondarji, jekk applikabbli |
[x,xxx/N.A.] |
kW |
||||||||||
|
Fil-modalità ta' stennija |
PSB |
x,xxx |
kW |
|||||||||
|
|||||||||||||
Dettalji ta' kuntatt |
L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu. |
||||||||||||
|
|||||||||||||
(*1) Volum tat-tank = 45 × Pr × (1 – 2,7/Pr) jew 300 litru, skont liema l-ogħla, b' Pr indikat f'kW (*2) Volum tat-tank = 20 × Pr bi Pr indikat f'kW (*3) Għall-fjuwil preferut Pn ifisser Pr (*4) PM = materja partikulata, OGC = komposti gassużi organiċi, CO = monossidu tal-karbonju, NOx = ossidi tan-nitroġenu |
ANNESS III
Kejl u kalkoli
1. |
Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati li n-numri ta' referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew billi jintużaw metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti. Dawn għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet u l-parametri tekniċi stipulati fil-punti 2 sa 6. |
2. |
Kundizzjonijiet ġenerali għall-kejl u l-kalkoli
(a) Il-bojlers tal-fjuwil solidu għandhom jiġu ttestjati għall-fjuwil preferut u kwalunke fjuwil xieraq kif indikat fit-tabella 1 tal-Anness II, għajr il-bojlers ittestjati għal injam imqatta' b'kontenut ta' ndewwa ta' aktar minn 35 % li jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli u li jitqiesu li jissodisfaw ukoll it-tali rekwiżiti għal injam imqatta' b'kontenut ta' ndewwa ta' 15-35 % u li mhumiex rekwiżiti li jiġu ttestjati għal injam imqatta' b'kontenut ta' ndewwa ta' 15-35 %. (b) Il-valuri ddikjarati għall- effiċjenza tal-enerġija tat-tisħin tal-ispazju staġjonali u l-emissjonijiet tat-tisħin tal-ispazju staġjonali għandhom jiġu ssimplifikati sal-eqreb numru sħiħ. (c) Kwalunkwe ġeneratur tas-sħana mill-fjuwil solidu li jkun iddisinjat għal bojler tal-fjuwil solidu u kwalunkwe qafas għall-bojler tal-fjuwil solidu maħsub biex ikun mgħammar bit-tali bojler tal-fjuwil solidu għandu jiġi ttestjat b'qafas xieraq għall-ħiter tal-ilma u b'ġeneratur xieraq tas-sħana. |
3. |
Il-kundizzjonijiet ġenerali għall-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ispazju staġjonali.
(a) Il-valuri tal-effiċjenza utli ηn , ηp u l-valuri tal-potenza tas-sħana utli Pn , Pp għandhom jitkejlu, fejn jixraq. Fil-każ ta' bojlers koġeneraturi tal-fjuwil solidu ηel,n jitkejjel ukoll. (b) L-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ispazju staġjonali, ηs , għandha tiġi kkalkulata bħala l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità attiva, ηson , ikkoreġuta b'fatturi li jqisu l-apparat għall-kontroll tat-temperatura, il-konsum tal-elettriku awżiljarju u, għall-bojlers koġeneraturi tal-fjuwil solidu, billi tiżdied l-effiċjenza elettrika mmultiplikata b'koeffiċjent ta' konverżjoni, CC ta' 2,5. (c) Il-konsum tal-elettriku għandu jiġi mmultiplikat b'koeffiċjent ta' konverżjoni, CC, ta' 2,5. |
4. |
Il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ispazju staġjonali.
(a) L-effiċjenza tal-enerġija tat-tistħin tal-ispazju staġjonali ηs hija definita bħala: ηs = ηson – F(1) – F(2) + F(3) fejn: (1) ηson hija l-effiċjenza tal-enerġija tat-tisħin tal-ispazju staġjonali b'modalità attiva espressa f'perċentwal, ikkalkulat kif inhu msemmi fil-punt 4(b); (2) F(1) jammonta għal telf mal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-ispazju minħabba l-kontribuzzjonijiet aġġustati għall-kontroll tat-temperatura; F(1) = 3 %; (3) F(2) jammonta għal kontribuzzjoni negattiva lill-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ispazju staġjonali mill-konsum tal-elettriku awżiljarju, espressa bħala perċentwal, u li tkun kkalkolata kif stabbilit fil-punt 4(c); (4) F(3) jirrappreżenta kontribuzzjoni pożittiva lill-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ispazju staġjonali mill-effiċjenza elettrika tal-bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwili solidu, espressa bħala perċentwal, u li tiġi kkalkulata kif ġej: F(3) = 2,5 × ηel,n (b) l-effiċjenza tal-enerġija tat-tisħin tal-ispazju staġjonali f'modalità attiva, ηson , tiġi kkalkulata kif ġej: (1) Fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mħaddma manwalment li jkunu jistgħu jiġu operati b'50 % tal-potenza termika nominali b'modalità kontinwa, u fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mħaddma awtomatikament: ηson = 0,85 × ηp + 0,15 × ηn (2) Fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mħaddma manwalment li ma jkunux jistgħu jiġu operati b'50 % tal-potenza termika nominali b'modalità kontinwa, u fil-każ ta' bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu: ηson = ηn (c) F(2) jiġi kkalkulat kif ġej: (1) Fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mħaddma manwalment li jkunu jistgħu jiġu operati b'50 % tal-potenza termika nominali b'modalità kontinwa, u fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mħaddma awtomatikament: F(2) = 2,5 × (0,15 × elmax + 0,85 × elmin + 1,3 × PSB )/(0,15 × Pn + 0,85 × Pp ) (2) Fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mħaddma manwalment li ma jkunux jistgħu jiġu operati b'50 % tal-potenza termika nominali b'modalità kontinwa, u fil-każ ta' bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu: F(2) = 2,5 × (elmax + 1,3 × PSB)/Pn |
5. |
Kalkolu tal-valur kalorifiku gross
Il-valur kalorifiku gross (GCV) għandu jinkiseb mill-valur kalorifiku gross bla ndewwa (GCVmf ) billi tiġi applikata l-konverżjoni li ġejja: GCV = GCVmf × (1 – M) fejn: (a) GCV u GCVmf huma espressi f'megajoules għal kull kilogramm; (b) M hija l-kontenut ta' ndewwa tal-fjuwil, espressa bħala proporzjon. |
6. |
L-emissjonijiet tat-tisħin tal-ispazju staġjonali
(a) L-emissjonijiet ta' materja partikulata, organiċi komposti gassużi, monossidu tal-karbonju u ossidi tan-nitroġenu għandu jkun espress b'mod standardizzat fuq bażi ta' gass niexef li joħroġ mit-trombi taċ-ċmieni b'10 % ossiġnu u kundizzjonijiet standard ta' 0 °C u 1 013 millibar. (b) L-emissjonijiet tat-tisħin tal-ispazju staġjonali Es , tal-materja partikulata, organiċi komposti gassużi, monossidu tal-karbonju u ossidi tan-nitroġenu rispettivi jiġu kkalkulati kif ġej: (1) Fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mħaddma manwalment li jkunu jistgħu jiġu operati b'50 % tal-potenza termika nominali b'modalità kontinwa, u fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mħaddma awtomatikament: Es = 0,85 × Es,p + 0,15 × Es,n (2) Fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mħaddma manwalment li ma jkunux jistgħu jiġu operati b'50 % tal-potenza termika nominali b'modalità kontinwa, u fil-każ ta' bojlers ta' koġenerazzjoni tal-fjuwil solidu: Es = Es,n fejn: (a) Es,p huma l-emissjonijiet tal-materja partikulata, organiċi komposti gassużi, monossidu tal-karbonju u ossidi tan-nitroġenu rispettivi bi 30 % jew 50 % tal-potenza termika nominali, kif applikabbli; (b) Es,n huma l-emissjonijiet tal-materja partikulata, organiċi komposti gassużi, monossidu tal-karbonju u ossidi tan-nitroġenu rispettivi mkejla bil-potenza termika nominali. (c) L-emissjonijiet ta' materja partikulata għandhom jitkejlu b'metodu gravimetriku mingħajr kull materja partikulata iffurmata minn komposti gassużi organiċi meta gass fiċ-ċumnija jitħallat mal-arja tal-ambjent. (d) L-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu għandhom jiġu kkalkolati bħala s-somma tal-monossidu tan-nitroġenu u tad-diossidu tan-nitroġenu, u għandhom jingħataw bħala ammont ta' dijossidu tan-nitroġenu. |
ANNESS IV
Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq
It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.
Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:
(1) L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.
(2) Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:
(a) il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll
(b) il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll
(c) meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 2. L-unità għandha tiġi ttestjata b'wieħed jew aktar mill-fjuwils bil-karatteristiċi fl-istess medda bħal tal-fjuwil(s) li uża l-manifattur biex iwettaq il-kejl deskritt fl-Anness III.
(3) Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.
(4) Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Inkella, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta' xi wieħed mill-mudelli jew aktar li tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudelli ekwivalenti.
(5) Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 2.
(6) Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.
(7) Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness III.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 2 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.
Tabella 2
It-tolleranzi tal-verifika
Parametri |
Tolleranzi tal-verifika |
L-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-ispazju, ηs |
Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 4 %. |
L-emissjonijiet ta' materja partikulata |
Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 9 mg/m3. |
L-emissjonijiet ta' komposti gassużi organiċi |
Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 7 mg/m3. |
L-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju |
Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 30 mg/m3. |
L-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu |
Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 30 mg/m3. |
ANNESS V
Punti ta' riferiment indikattivi msemmija fl-Artikolu 6
Il-punti ta' riferiment indikattivi għall-aħjar teknoloġija disponibbli fis-suq għal bojlers tal-fjuwil solidu fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament huma dawn li ġejjin. Fil-waqt tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, ma ġie identifikat l-ebda bojler ta' fjuwil solidu partikolari li jissodisfa l-valuri kollha speċifikati fil-punti 1 u 2. Diversi bojlers ta' fjuwil solidu ssodisfaw wieħed jew aktar minn dawn il-valuri:
(1) Għall-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ispazju staġjonali: 96 % għall-bojlers koġeneraturi tal-fjuwil solidu, 90 % għall-bojlers tal-kondensjoni u 84 % għall-bojlers ta' fjuwil solidu ieħor.
(2) Għall-emissjonijiet tat-tisħin tal-ispazju staġjonali:
(a) 2 mg/m3 għall-materja partikulata għall-bojlers tal-bijomassa; 10 mg/m3 għall-bojlers tal-fjuwil fossili;
(b) 1 mg/m3 għall-komposti gassużi organiċi;
(c) 6 mg/m3 għall-monossidu tal-karbonju;
(d) 97 mg/m3 għall-ossidi tan-nitroġenu għall-bojlers tal-bijomassa; 170 mg/m3 għall-bojlers tal-fjuwil fossili.
Il-valuri ta' riferiment speċifikati fil-punti 1 u 2(a) sa (d) mhux bilfors ifissru li bojler tal-fjuwil solidu partikulari kapaċi jilħaq kombinazzjoni ta' dawn il-valuri. Eżempju ta' kombinazzjoni tajba huwa mudell eżistenti b'effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ispazju staġjonali ta' 81 % u b'emissjonijiet tat-tisħin tal-ispazju staġjonali ta' materja partikulata ta' 7 mg/m3, ta' komposti organiċi gassużi ta' 2 mg/m3, ta' monossidu tal-karbonju ta' 6 mg/m3 u ta' ossidi tan-nitroġenu ta' 120 mg/m3.
( 1 ) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
( 2 ) Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).