Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02015R1185-20170109

    Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1185 tal- 24 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/1185/2017-01-09

    02015R1185 — MT — 09.01.2017 — 001.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1185

    tal-24 ta' April 2015

    li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 193 21.7.2015, p. 1)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2282 tat-30 ta' Novembru 2016

      L 346

    51

    20.12.2016




    ▼B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1185

    tal-24 ta' April 2015

    li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

    1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq u għad-dħul fis-servizz ta' ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi li jkollhom potenza termika nominali ta' 50 kW jew inqas.

    2.  Dan ir-Regolament m'għandux japplika:

    (a) għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi li huma maħsubin għall-kombustjoni tal-bijomassa li mhix tal-injam biss;

    (b) għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi li huma maħsubin għall-użu fuq barra biss;

    (c) għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi li l-potenza termika diretta tagħhom fil-potenza termika nominali hija inqas minn 6 % tal-potenza termika kkombinata diretta u indiretta tagħhom;

    (d) għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi li mhumiex immuntati fil-fabbrika jew li ma jingħatawx minn manifattur wieħed bħala komponenti jew partijiet magħmulin minn qabel li jridu jiġu mmuntati fil-post;

    (e) għall-prodotti għat-tisħin bl-arja;

    (f) għall-istufi tas-sawna.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Minbarra d-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/125/KE, għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

    1. “ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi” tfisser apparat għat-tisħin tal-post li jarmi s-sħana permezz tat-trasferiment tas-sħana dirett jew permezz tat-trasferiment tas-sħana dirett flimkien mat-trasferiment tas-sħana għal fluwidu, sabiex tintlaħaq u tinżamm temperatura komda għall-bnedmin fl-ispazju magħluq fejn ikun jinsab il-prodott, possibbilment flimkien mal-produzzjoni tas-sħana għal spazji oħrajn, u li jkun mgħammar b'ġeneratur wieħed jew aktar tas-sħana li jibdlu l-fjuwils solidi direttament fi sħana;

    2. “ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar miftuħ” tfisser ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi li fih is-sodda tan-nar u l-gassijiet tal-kombustjoni ma jkunux iżolati mill-ispazju li fih ikun imwaħħal il-prodott u li jkun imqabbad ma' fetħa taċ-ċumnija jew tal-fuklar ta' ċumnija jew li jkollu bżonn kanal tat-tromba taċ-ċumnija biex minnu joħorġu 'l barra l-prodotti tal-kombustjoni;

    3. “ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq” tfisser ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi li fih is-sodda tan-nar u l-gassijiet tal-kombustjoni jistgħu jkunu iżolati mill-ispazju li fih ikun imwaħħal il-prodott u li jkun imqabbad ma' fetħa taċ-ċumnija jew tal-fuklar ta' ċumnija jew li jkollu bżonn kanal tat-tromba taċ-ċumnija biex minnu joħorġu 'l barra l-prodotti tal-kombustjoni;

    4. “kuker” tfisser ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi li juża l-fjuwils solidi li jintegra f'qafas wieħed il-funzjoni ta' ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi u ħobb jew forn għat-tħejjija tal-ikel, jew it-tnejn li huma, u li jkun imqabbad ma' fetħa taċ-ċumnija jew tal-fuklar ta' ċumnija jew li jkollu bżonn kanal tat-tromba taċ-ċumnija biex minnu joħorġu 'l barra l-prodotti tal-kombustjoni;

    5. “ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi bla tromba taċ-ċumnija” tfisser ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi li joħroġ il-prodotti tal-kombustjoni fil-post fejn ikun jinsab il-prodott;

    6. “ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fetħa għaċ-ċumnija” tfisser ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi, li jkun maħsub biex jitpoġġa taħt ċumnija jew f'fuklar ta' ċumnija mingħajr ma l-prodott ikun imqabbad mal-fetħa taċ-ċumnija jew tal-fuklar ta' ċumnija, u li jippermetti lill-prodotti tal-kombustjoni jgħaddu mingħajr restrizzjoni mis-sodda tan-nar għal ġoċ-ċumnija jew għal ġot-tromba taċ-ċumnija;

    7. “stufa tas-sawna” tfisser ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi li jkun inkorporat f'sawna niexfa jew imxarrba jew f'ambjenti simili, jew li jkun maħsub biex jintuża fihom;

    8. “prodott għat-tisħin bl-arja” tfisser prodott li jipprovdi s-sħana għal sistema ta' tisħin bl-arja biss, li jista' jkollu sistema ta' pajpijiet u li huwa ddisinjat b'tali mod li jintuża waqt li jkun imwaħħal f'post speċifiku jew immuntat fil-ħajt u li jqassam l-arja permezz ta' fann, sabiex tintlaħaq u tinżamm temperatura komda għall-bnedmin fl-ispazju magħluq fejn ikun jinsab il-prodott;

    9. “fjuwil solidu” tfisser fjuwil li huwa solidu f'temperaturi ambjentali ta' ġewwa normali, inklużi l-bijomassa solida u l-fjuwils fossili solidi;

    10. “bijomassa” tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli tal-prodotti, l-iskart u r-residwi ta' oriġini bijoloġika mill-agrikultura (inklużi s-sustanzi veġetali u tal-annimali), mill-forestrija u minn industriji oħrajn relatati, inkluż mis-sajd u l-akkwakultura, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart industrijali u dak muniċipali;

    11. “bijomassa tal-injam” tfisser il-bijomassa li ġejja mis-siġar, mill-buxx u mill-arbuxxelli, inkluż l-injam taz-zkuk, l-injam imlaqqax, l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits, l-injam ikkompressat f'forma ta' mattunelli u s-serratura;

    12. “bijomassa li mhix tal-injam” tfisser bijomassa, minbarra l-bijomassa tal-injam, inkluż it-tiben, il-Miscanthus, il-qasab, il-qalba tal-frott li tista' tittiekel, iż-żrieragħ, l-għadam taż-żebbuġ, il-fdalijiet taż-żebbuġ u l-qxur tal-ġewż, fost l-oħrajn;

    13. “fjuwil fossili solidu” tfisser fjuwil solidu minbarra l-bijomassa, inkluż l-antraċite u l-faħam niexef għall-bajli, il-kokk iebes, il-kokk ta' temperatura baxxa, il-faħam bituminuż, il-linjite, taħlita ta' fjuwils fossili jew taħlita ta' bijomassa u fjuwils fossili, u għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, dan jinkludi wkoll il-pit;

    14. “fjuwil ippreferut” tfisser il-fjuwil li preferibbilment għandu jintuża għall-ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;

    15. “fjuwil ieħor adattat” tfisser fjuwil, minbarra l-fjuwil ippreferut, li jista' jintuża fil-ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, li jinkludi kwalunkwe fjuwil li jissemma fil-manwal tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti aħħarin, fuq is-siti tal-Internet tal-manifatturi u tal-fornituri li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas, fil-materjal tekniku jew ta' promozzjoni u fir-riklami;

    16. “potenza termika diretta” tfisser il-potenza termika tal-prodott li tkun ġejja mir-radjazzjoni u mill-konvezzjoni tas-sħana, li tkun ħierġa mill-prodott għal ġol-arja jew li tkun ġejja minnu stess, minbarra l-potenza termika tal-prodott għal fluwidu għat-trasferiment tas-sħana, mogħtija f'kW;

    17. “potenza termika indiretta” tfisser il-potenza termika tal-prodott għal fluwidu għat-trasferiment tas-sħana, li tiġi mill-istess proċess ta' ġenerazzjoni tas-sħana li jipprovdi l-potenza termika diretta tal-prodott, mogħtija f'kW;

    18. “funzjonalità ta' tisħin indirett” tfisser il-kapaċità tal-prodott li jittrasferixxi parti mill-potenza termika totali għal fluwidu għat-trasferiment tas-sħana biex din tintuża għat-tisħin tal-post jew għall-produzzjoni tal-misħun għall-użu domestiku;

    19. “potenza termika nominali” (Pnom ) tfisser il-potenza termika ta' ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi, li tinkludi kemm il-potenza termika diretta u kemm il-potenza termika indiretta (fejn din tkun applikabbli), meta dan ikun qed jitħaddem bil-potenza termika massima li tista' tinżamm fuq perjodu estiż, kif iddikjarat mill-manifattur, mogħtija f'kW;

    20. “potenza termika minima” (Pmin ) tfisser il-potenza termika ta' ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi, li tinkludi kemm il-potenza termika diretta u kemm il-potenza termika indiretta (fejn din tkun applikabbli), meta dan ikun qed jitħaddem bl-inqas potenza termika possibbli, kif iddikjarat mill-manifattur, mogħtija f'kW;

    21. “maħsub għall-użu fuq barra” tfisser li l-prodott huwa adattat għat-tħaddim sikur 'il barra mill-postijiet magħluqa, inkluż għall-użu possibbli fuq barra;

    22. “materja partikulata” tfisser partikuli ta' forom, strutturi u densitajiet differenti, imxerrdin waqt il-fażi gassuża tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija;

    23. “mudell ekwivalenti” tfisser mudell imqiegħed fis-suq bl-istess parametri tekniċi stabbiliti fit-Tabella 1 tal-punt 3 tal-Anness II, bħal dawk ta' mudell ieħor imqiegħed fis-suq mill-istess manifattur.

    Fl-Anness I qed jingħataw iktar definizzjonijiet għall-Annessi II sa V.

    Artikolu 3

    Rekwiżiti tal-ekodisinn u skeda taż-żmien

    1.  L-Anness II jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi.

    2.  Il-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II mill-1 ta' Jannar 2022.

    3.  Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha titkejjel u tiġi kkalkulata skont il-metodi stabbiliti fl-Anness III.

    Artikolu 4

    Valutazzjoni tal-konformità

    1.  Il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema ta' kontroll intern tad-disinn stabbilita fl-Anness IV ta' dik id-Direttiva jew is-sistema ta' ġestjoni stabbilita fl-Anness V ta' dik id-Direttiva.

    2.  Għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha t-tagħrif stabbilit fil-punt 3 tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    3.  F'każ li t-tagħrif inkluż fid-dokumentazzjoni teknika ta' mudell ikun inkiseb permezz ta' kalkolu magħmul abbażi tad-disinn jew permezz ta' estrapolazzjoni minn mudelli oħrajn, jew permezz tat-tnejn li huma, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji tat-tali kalkoli jew tat-tali estrapolazzjonijiet, jew tat-tnejn li huma, u tat-testijiet li l-manifatturi jkunu wettqu sabiex jivverifikaw kemm dawn il-kalkoli li jkunu saru huma preċiżi. F'dawn il-każijiet, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi wkoll lista tal-mudelli li abbażi tagħhom tkun saret l-estrapolazzjoni u tal-mudelli l-oħra kollha li għalihom it-tagħrif inkluż fid-dokumentazzjoni teknika jkun inkiseb bl-istess mod.

    Artikolu 5

    Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

    L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta' verifika stabbilita fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament meta jkunu qed iwettqu l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 6

    Valuri indikattivi ta' referenza

    L-Anness V jistabbilixxi l-valuri indikattivi ta' referenza għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi li jkunu disponibbli fis-suq meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament li jkollhom l-aqwa prestazzjoni.

    Artikolu 7

    Reviżjoni

    1.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku li jkun sar u għandha tippreżenta r-riżultat ta' dik ir-reviżjoni lill-Forum ta' Konsultazzjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2024. Ir-reviżjoni għandha tivvaluta, b'mod partikulari, l-affarijiet li ġejjin:

     jekk huwiex xieraq li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti iktar stretti tal-ekodisinn għall-effiċjenza enerġetika u għall-emissjonijiet tal-materja partikulata (MP), tal-komposti organiċi gassużi (KOG), tal-monossidu tal-karbonju (CO) u tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx); u

     jekk għandhomx jinbidlu t-tolleranzi tal-verifika.

    2.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi jekk huwiex xieraq li tiddaħħal iċ-ċertifikazzjoni magħmula minn partijiet terzi għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi u għandha tippreżenta r-riżultat ta' dik ir-reviżjoni lill-Forum ta' Konsultazzjoni sa mhux aktar tard mit-22 ta' Awwissu 2018.

    Artikolu 8

    Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

    Sal-1 ta' Jannar 2022, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta' ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post u dwar l-emissjonijiet tal-materja partikulata, tal-komposti organiċi gassużi, tal-monossidu tal-karbonju u tal-ossidi tan-nitroġenu li jkunu fis-seħħ.

    Artikolu 9

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    Definizzjonijiet li japplikaw għall-Annessi II sa V

    Għall-għanijiet tal-Annessi II sa V, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    1. “effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post” (ηs) tfisser il-proporzjon tad-domanda għat-tisħin tal-post, li għaliha jintuża ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi, meta mqabbla mal-konsum annwali tal-enerġija meħtieġ sabiex tiġi ssodisfata din id-domanda, mogħti bħala perċentwali;

    2. “koeffiċjent ta' konverżjoni” (CC) tfisser koeffiċjent li jirrifletti l-medja tal-effiċjenza tal-ġenerazzjoni tal-UE, stmata bħala 40 %, imsemmija fid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ); il-valur tal-koeffiċjent ta' konverżjoni huwa ta': CC = 2,5;

    3. “emissjonijiet tal-materja partikulata” tfisser l-emissjonijiet tal-materja partikulata fil-potenza termika nominali, mogħtija f'mg/m3 ta' gass niexef mit-tromba taċ-ċumnija kkalkulat għal 273 K u 1 013 -il mbar fi 13 % ta' O2 jew l-emissjonijiet medji ppeżati tal-materja partikulata fuq erba' rati tal-ħruq jew inqas, mogħtija fi g/kg ta' materja niexfa;

    4. “emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju” tfisser l-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju fil-potenza termika nominali, mogħtija f'mg/m3 ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija kkalkulat għal 273 K u 1 013 -il mbar fi 13 % ta' O2;

    5. “emissjonijiet tal-komposti organiċi gassużi” tfisser l-emissjonijiet tal-komposti organiċi gassużi fil-potenza termika nominali, mogħtija f'mg/m3 ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija kkalkulat għal 273 K u 1 013 -il mbar fi 13 % ta' O2;

    6. “emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu” tfisser l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu fil-potenza termika nominali, mogħtija f'mg/m3 ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija mogħti bħala NO2 u kkalkulat għal 273 K u 1 013 -il mbar fi 13 % ta' O2;

    7. “valur kalorifiku nett” (NCV) tfisser l-ammont totali ta' sħana rrilaxxat minn unità ta' fjuwil li jkun fiha l-livell ix-xieraq ta' ndewwa tal-fjuwil, meta din tinħaraq kompletament bl-ossiġnu u meta l-prodotti tal-kombustjoni ma jerġgħux jinġiebu fit-temperatura ambjentali;

    8. “effiċjenza utli fil-potenza termika nominali jew fil-potenza termika minima” (ηth,nom jew ηth,min rispettivament) tfisser il-proporzjon tal-produzzjoni tas-sħana utli meta mqabbla mal-input totali tal-enerġija, mogħti f'termini tan-NCV, ta' ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi, mogħti bħala perċentwali;

    9. “qawwa elettrika meħtieġa fil-potenza termika nominali” (elmax) tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika tal-ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi meta dan ikun qed jipprovdi l-potenza termika nominali. Il-konsum tal-enerġija elettrika għandu jiġi stabbilit mingħajr ma jitqies il-konsum tal-enerġija taċ-ċirkolatur f'każ li l-prodott ikun joffri l-funzjonalità ta' tisħin indirett u jkun fih ċirkolatur, u għandu jingħata f'kW;

    10. “qawwa elettrika meħtieġa fil-potenza termika minima” (elmin) tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika tal-ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi meta dan ikun qed jipprovdi l-potenza termika minima. Il-konsum tal-enerġija elettrika għandu jiġi stabbilit mingħajr ma jitqies il-konsum tal-enerġija taċ-ċirkolatur f'każ li l-prodott ikun joffri l-funzjonalità ta' tisħin indirett u jkun fih ċirkolatur, u għandu jingħata f'kW;

    11. “qawwa elettrika meħtieġa fil-modalità Stennija” (elsb) tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika tal-prodott meta dan ikun fil-modalità Stennija, mogħti f'kW;

    12. “l-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti” (Ppilot) tfisser il-konsum tal-fjuwil solidu tal-prodott sabiex dan jipprovdi fjamma li sservi bħala sors ta' tqabbid għall-proċess iktar qawwi tal-kombustjoni li jkun meħtieġ għall-potenza termika nominali jew għall-potenza termika fil-każ ta' tagħbija parzjali, jekk din tkun mixgħula għal iktar minn ħames minuti qabel ma jinxtegħel il-berner prinċipali, mogħti f'kW;

    13. “potenza termika bi stadju wieħed mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali” tfisser li l-prodott mhuwiex kapaċi jvarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu u ma jagħti l-ebda tagħrif dwar it-temperatura ambjentali biex il-potenza termika tiġi adattata b'mod awtomatiku għal magħha;

    14. “żewġ stadji jew aktar irregolati b'mod manwali mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali” tfisser li wieħed jista' jvarja b'mod manwali l-potenza termika tal-prodott b'żewġ livelli jew aktar u li l-prodott mhuwiex mgħammar b'apparat li jirregola b'mod awtomatiku l-potenza termika skont it-temperatura mixtieqa ta' ġewwa;

    15. “b'kontroll tat-temperatura ambjentali permezz ta' termostat mekkaniku” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat mhux elettroniku li jħallih ivarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien skont il-livell partikulari meħtieġ ta' kumdità termika fuq ġewwa;

    16. “b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jħallih ivarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien skont il-livell partikulari meħtieġ ta' kumdità termika fuq ġewwa;

    17. “b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġurnata” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jħallih ivarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien skont il-livell partikulari meħtieġ ta' kumdità termika fuq ġewwa u li jippermetti li jiġu stabbiliti l-iskeda taż-żmien u t-temperaturi għal perjodu ta' 24 siegħa;

    18. “b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġimgħa” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jħallih ivarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien skont il-livell partikulari meħtieġ ta' kumdità termika fuq ġewwa u li jippermetti li jiġu stabbiliti l-iskeda taż-żmien u t-temperaturi għal ġimgħa sħiħa. Il-konfigurazzjoni tal-kronometru għandha tkun tali li tippermetti varjazzjoni minn jum għall-ieħor matul dak il-perjodu ta' sebat ijiem;

    19. “kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' preżenza” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li awtomatikament inaqqas il-livell tat-temperatura ambjentali li għandu jintlaħaq meta ma jkun hemm ħadd fil-kamra;

    20. “kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' tieqa miftuħa” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jnaqqas il-potenza termika meta jinfetaħ bieb jew tinfetaħ tieqa. Kull meta jintuża sensur biex jiġi nnutat li nfetaħ bieb jew li nfetħet tieqa, dan jista' jew ikun installat fil-prodott, jew ikun jinsab fuq barra tiegħu, jew ikun imwaħħal fl-istruttura tal-bini stess, jewinkella tista' tintuża kombinazzjoni ta' dawn l-għażliet;

    21. “b'għażla ta' kontroll mill-bogħod” tfisser il-funzjoni li tippermetti interazzjoni mill-bogħod mal-apparat ta' kontroll tal-prodott minn barra l-bini fejn ikun installat il-prodott;

    22. “stadju wieħed” tfisser li l-prodott mhuwiex kapaċi jvarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu;

    23. “żewġ stadji” tfisser li l-prodott huwa kapaċi jirregola b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu f'żewġ livelli separati, skont it-temperatura reali tal-arja ta' ġewwa u t-temperatura mixtieqa tal-arja ta' ġewwa, li tiġi kkontrollata permezz ta' sensuri tat-temperatura u interfaċċja li mhux bil-fors tkun integrata fil-prodott innifsu;

    24. “modulabbli” tfisser li l-prodott huwa kapaċi jirregola b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fi tliet livelli separati jew iktar, skont it-temperatura reali tal-arja ta' ġewwa u t-temperatura mixtieqa tal-arja ta' ġewwa, li tiġi kkontrollata permezz ta' sensuri tat-temperatura u interfaċċja li mhux bil-fors tkun integrata fil-prodott innifsu;

    25. “modalità Stennija” tfisser qagħda li fiha l-prodott ikun imqabbad mal-mejnijiet tal-elettriku, ikun jiddependi fuq l-enerġija li tkun ġejja mill-mejnijiet tal-elettriku biex jaħdem kif suppost u jkun jipprovdi biss il-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jdumu għaddejjin għal tul taż-żmien mhux definit: funzjoni ta' riattivazzjoni jew funzjoni ta' riattivazzjoni u indikazzjoni li din il-funzjoni reġgħet ġiet attivata biss u/jew turija tat-tagħrif jew tal-istatus;

    26. “fjuwil fossili ieħor” tfisser fjuwil fossili minbarra l-antraċite u l-faħam niexef għall-bajli, il-kokk iebes, il-kokk ta' temperatura baxxa, il-faħam bituminuż, il-linjite, il-pit jew taħlita ta' fjuwils fossili f'forma ta' mattunelli;

    27. “bijomassa oħra tal-injam” tfisser il-bijomassa tal-injam minbarra l-injam taz-zkuk li jkun fihom 25 % ndewwa jew inqas, il-fjuwil f'forma ta' mattunelli li jkun fih inqas minn 14 % ndewwa jew l-injam ikkompressat li jkun fih inqas minn 12 % ndewwa;

    28. “identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta' ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi minn mudelli oħrajn tal-istess marka kummerċjali jew bl-isem tal-istess manifattur;

    29. “kontenut ta' ndewwa” tfisser il-massa tal-ilma fil-fjuwil meta mqabbla mal-massa totali tal-fjuwil kif użat fil-ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi.




    ANNESS II

    Rekwiżiti tal-ekodisinn

    1.    Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post

    (a) Mill-1 ta' Jannar 2022 'il quddiem, il-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

    (i) il-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar miftuħ għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 30 %;

    (ii) il-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils solidi, minbarra l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits, għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 65 %;

    (iii) il-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 79 %;

    (iv) il-kukers għandu jkollhom effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' mill-inqas 65 %.

    2.    Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn għall-emissjonijiet

    (a) Mill-1 ta' Jannar 2022, l-emissjonijiet tal-materja partikulata (MP) li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi m'għandhomx jaqbżu l-valuri li ġejjin:

    (i) l-emissjonijiet tal-materja partikulata li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar miftuħ m'għandhomx jaqbżu l-50 mg/m3 fi 13 % ta' O2 meta dawn jitkejlu bil-metodu deskritt fil-punt 4(a)i)(1) tal-Anness III jew is-6 g/kg (ta' materja niexfa) meta dawn jitkejlu bil-metodu deskritt fil-punt 4(a)i)(2) tal-Anness III;

    (ii) l-emissjonijiet tal-materja partikulata li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils solidi, minbarra l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits, u mill-kukers m'għandhomx jaqbżu l-40 mg/m3 fi 13 % ta' O2 meta dawn jitkejlu bil-metodu deskritt fil-punt 4(a)i)(1) tal-Anness III jew il-5 g/kg (ta' materja niexfa) meta dawn jitkejlu bil-metodu deskritt fil-punt 4(a)i)(2) tal-Anness III jew it-2,4 g/kg (ta' materja niexfa) għall-bijomassa jew il-5,0 g/kg (ta' materja niexfa) għall-fjuwils fossili solidi meta dawn jitkejlu bil-metodu deskritt fil-punt 4(a)i)(3) tal-Anness III;

    (iii) l-emissjonijiet tal-materja partikulata li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits m'għandhomx jaqbżu l-20 mg/m3 fi 13 % ta' O2 meta dawn jitkejlu bil-metodu deskritt fil-punt 4(a)i)(1) tal-Anness III jew it-2,5 g/kg (ta' materja niexfa) meta dawn jitkejlu bil-metodu deskritt fil-punt 4(a)i)(2) tal-Anness III jew il-1,2 g/kg (ta' materja niexfa) meta dawn jitkejlu bil-metodu deskritt fil-punt 4(a)i)(3) tal-Anness III.

    (b) Mill-1 ta' Jannar 2022, l-emissjonijiet tal-komposti organiċi gassużi (KOG) li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi m'għandhomx jaqbżu l-valuri li ġejjin:

    (i) l-emissjonijiet tal-komposti organiċi gassużi li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar miftuħ, mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils solidi, minbarra l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits, u mill-kukers m'għandhomx jaqbżu l-120 mgC/m3 fi 13 % ta' O2;

    (ii) l-emissjonijiet tal-komposti organiċi gassużi li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits m'għandhomx jaqbżu s-60 mgC/m3 fi 13 % ta' O2.

    (c) Mill-1 ta' Jannar 2022, l-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju (CO) li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi m'għandhomx jaqbżu l-valuri li ġejjin:

    (i) l-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar miftuħ m'għandhomx jaqbżu l-2 000  mg/m3 fi 13 % ta' O2;

    (ii) l-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils solidi, minbarra l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits, u mill-kukers m'għandhomx jaqbżu l-1 500  mg/m3 fi 13 % ta' O2;

    (iii) l-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits m'għandhomx jaqbżu t-300 mg/m3 fi 13 % ta' O2.

    (d) Mill-1 ta' Jannar 2022, l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi m'għandhomx jaqbżu l-valuri li ġejjin:

    (i) l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar miftuħ, mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq u mill-kukers li jużaw il-bijomassa m'għandhomx jaqbżu l-200 mg/m3 mogħtija bħala NO2 fi 13 % ta' O2;

    (ii) l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar miftuħ, mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq u mill-kukers li jużaw il-fjuwils fossili solidi m'għandhomx jaqbżu t-300 mg/m3 mogħtija bħala NO2 fi 13 % ta' O2.

    3.    Ir-rekwiżiti għat-tagħrif dwar il-prodotti

    (a) Mill-1 ta' Jannar 2022, għandu jingħata t-tagħrif dwar il-prodotti li ġej b'rabta mal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi:

    (i) il-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti aħħarin u s-siti tal-Internet tal-manifatturi u tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom, kif ukoll tal-importaturi, li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas għandu jkun fihom l-elementi li ġejjin:

    (1) it-tagħrif tekniku inkluż fit-Tabella 1, bil-parametri tekniċi mkejlin u kkalkulati skont l-Anness III u b'turija tal-għadd ta' ċifri sinifikanti indikati fit-tabella;

    (2) kull prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi mmuntat jew jiġi installat il-ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi jew meta ssirlu xi manutenzjoni;

    (3) tagħrif li huwa rilevanti għaż-żarmar, ir-riċiklaġġ u/jew ir-rimi tal-prodotti fi tmiem iċ-ċiklu ta' ħajja tagħhom;

    (ii) id-dokumentazzjoni teknika għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 4 għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:

    (1) l-elementi speċifikati fil-punt (a);

    (2) lista tal-mudelli ekwivalenti, jekk din tkun tapplika;

    (3) f'każ li l-fjuwil ippreferut jew kwalunkwe fjuwil ieħor adattat ikun bijomassa oħra tal-injam, bijomassa li mhix tal-injam, fjuwil fossili ieħor jew taħlita oħra ta' bijomassa u fjuwils fossili kif imsemmi fit-Tabella 1, deskrizzjoni tal-fjuwil li tkun biżżejjed biex dan jiġi identifikat mingħajr ambigwità u l-istandard tekniku jew l-ispeċifikazzjoni teknika tal-fjuwil, inklużi l-kontenut ta' ndewwa mkejjel fil-fjuwil u l-kontenut ta' rmied imkejjel fih u, fil-każ ta' fjuwils fossili oħrajn, il-kontenut volatili mkejjel fil-fjuwil ukoll.

    (b) Mill-1 ta' Jannar 2022, għandu jingħata t-tagħrif dwar il-prodotti li ġej b'rabta mal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi:

    (i) għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi bla tromba taċ-ċumnija u għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fetħa għaċ-ċumnija biss: il-manwal tal-istruzzjonijiet għall-utenti aħħarin, is-siti tal-Internet tal-manifatturi li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas u l-pakkett tal-prodott għandhom jinkludu s-sentenza li ġejja, miktuba b'tali mod li tkun tidher u tkun tista' tinqara b'mod ċar u bi kliem li jiftiehem faċilment mill-utenti aħħarin fl-Istat Membru fejn il-prodott ikun se jitqiegħed fis-suq: “Dan il-prodott mhux adattat biex jintuża bħala apparat ewlieni għat-tisħin.”;

    (1) fil-każ tal-manwal tal-istruzzjonijiet għall-utenti aħħarin, din is-sentenza għandha tkun fuq il-paġna ta' quddiem tal-manwal;

    (2) fil-każ tas-siti tal-Internet tal-manifatturi li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas, din is-sentenza għandha tintwera flimkien mal-karatteristiċi l-oħra tal-prodott;

    (3) fil-każ tal-pakkett tal-prodott, is-sentenza għandha titqiegħed f'post fuq il-pakkett fejn l-utent aħħari jaraha sewwa qabel ma jixtri l-prodott.



    Tabella 1

    Ir-rekwiżiti tat-tagħrif għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi

    Identifikatur(i) tal-mudell:

    Funzjonalità ta' tisħin indirett: [iva/le]

    Potenza termika diretta: …(kW)

    Potenza termika indiretta: …(kW)

    Fjuwil

    Il-fjuwil ippreferut (wieħed biss):

    Fjuwils oħrajn adattati:

    ηs [f'x %]:

    L-emissjonijiet mit-tisħin tal-post fil-potenza termika nominali (1)

    L-emissjonijiet mit-tisħin tal-post fil-potenza termika minima (1) (2)

    MP

    KOG

    CO

    NOx

    MP

    KOG

    CO

    NOx

    f'[x] mg/Nm3 (fi 13 % ta' O2)

    f'[x] mg/Nm3 (fi 13 % ta' O2)

    Zkuk tal-injam li jkun fihom 25 % ndewwa jew inqas

    [iva/le]

    [iva/le]

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Injam ikkompressat li jkun fih inqas minn 12 % ndewwa

    [iva/le]

    [iva/le]

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Bijomassa oħra tal-injam

    [iva/le]

    [iva/le]

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Bijomassa li mhix tal-injam

    [iva/le]

    [iva/le]

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Antraċite u faħam niexef għall-bajli

    [iva/le]

    [iva/le]

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Kokk iebes

    [iva/le]

    [iva/le]

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Kokk ta' temperatura baxxa

    [iva/le]

    [iva/le]

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Faħam bituminuż

    [iva/le]

    [iva/le]

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Linjite f'forma ta' mattunelli

    [iva/le]

    [iva/le]

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Pit f'forma ta' mattunelli

    [iva/le]

    [iva/le]

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Taħlita ta' fjuwils fossili f'forma ta' mattunelli

    [iva/le]

    [iva/le]

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Fjuwil fossili ieħor

    [iva/le]

    [iva/le]

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Taħlita ta' bijomassa u fjuwils fossili f'forma ta' mattunelli

    [iva/le]

    [iva/le]

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Taħlita oħra ta' bijomassa u fjuwils solidi

    [iva/le]

    [iva/le]

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Karatteristiċi meta l-ħiter ikun qed jaħdem bil-fjuwil ippreferut biss

    Fattur

    Simbolu

    Valur

    Unità

     

    Fattur

    Simbolu

    Valur

    Unità

    Potenza termika

     

    Effiċjenza utli (abbażi tan-NCV kif jasal)

    Potenza termika nominali

    Pnom

    x

    kW

    Effiċjenza utli fil-potenza termika nominali

    ηth,nom

    x,x

    %

    Potenza termika minima (valur ta' referenza)

    Pmin

    [x,x/N.A.]

    kW

    Effiċjenza utli fil-potenza termika minima (valur ta' referenza)

    ηth,min

    [x,x/N.A.]

    %

    Konsum tal-elettriku awżiljarju

     

    It-tip ta' potenza termika/ta' kontroll tat-temperatura ambjentali

    (jekk jogħġbok agħżel waħda minn dawn l-għażliet)

    Fil-potenza termika nominali

    elmax

    x,xxx

    kW

    potenza termika bi stadju wieħed mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali

    [iva/le]

     

    Fil-potenza termika minima

    elmin

    x,xxx

    kW

    żewġ stadji jew aktar irregolati b'mod manwali mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali

    [iva/le]

    Fil-modalità Stennija

    elSB

    x,xxx

    kW

    b'kontroll tat-temperatura ambjentali permezz ta' termostat mekkaniku

    [iva/le]

    L-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti

    b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali

    [iva/le]

    L-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota (jekk din tkun applikabbli)

    Ppilot

    [x,xxx/N.A.]

    kW

    b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġurnata

    [iva/le]

     

    b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġimgħa

    [iva/le]

    Għażliet oħra ta' kontroll (jistgħu jintgħażlu diversi għażliet)

    kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' preżenza

    [iva/le]

     

    kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' tieqa miftuħa

    [iva/le]

    b'għażla ta' kontroll mill-bogħod

    [iva/le]

    Dettalji ta' kuntatt

    L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

    (*1)   MP = il-materja partikulata, KOG = il-komposti organiċi gassużi, CO = il-monossidu tal-karbonju, NOx = l-ossidi tan-nitroġenu.

    (*2)   Dawn huma meħtieġa biss jekk jiġu applikati l-fatturi ta' korrezzjoni F(2) jew F(3).




    ANNESS III

    Kejl u kalkoli

    1.

    Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati li n-numri ta' referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew billi jintużaw metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti. Dawn għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punti 2 sa 5.

    2.

    Kundizzjonijiet ġenerali għall-kejl u l-kalkoli

    (a) Il-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi għandhom jiġu ttestjati għall-fjuwil ippreferut u għal kwalunkwe fjuwil ieħor adattat indikat fit-Tabella 1 tal-Anness II.

    (b) Il-valuri ddikjarati għall-potenza termika nominali u għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post għandhom jitqarrbu għal ċifra wara l-punt deċimali.

    (c) Il-valuri ddikjarati għall-emissjonijiet għandhom jitqarrbu għall-eqreb numru sħiħ.

    3.

    Kundizzjonijiet ġenerali għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post

    (a) L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post (ηS ) għandha tiġi kkalkulata bħala l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità Attiv (ηS,on ), ikkoreġuta b'fatturi li jqisu l-kontroll tal-potenza termika, il-konsum tal-elettriku awżiljarju u l-konsum tal-enerġija tal-fjamma pilota permanenti.

    (b) Il-konsum tal-elettriku għandu jiġi mmultiplikat b'koeffiċjent ta' konverżjoni (CC) ta' 2,5.

    4.

    Kundizzjonijiet ġenerali għall-emissjonijiet

    (a) Għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi, il-kejl għandu jqis l-emissjonijiet tal-materja partikulata (MP), l-emissjonijiet tal-komposti organiċi gassużi (KOG), l-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju (CO) u l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx), imkejlin fl-istess ħin ma' xulxin u mal-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-post, ħlief għall-emissjonijiet tal-materja partikulata jekk jintuża l-metodu mogħti fil-punt 4(a)i)(2) jew fil-punt 4(a)i)(3).

    (i) Biex jitkejlu l-emissjonijiet tal-materja partikulata, huma aċċettati tliet metodi, li kull wieħed minnhom għandu r-rekwiżiti partikulari tiegħu, iżda huwa biżżejjed li jintuża metodu wieħed biss minnhom:

    (1) il-kejl tal-materja partikulata billi jiġi analizzat kampjun parzjali tal-gass niexef mit-tromba taċ-ċumnija fuq filtru msaħħan. L-ammont ta' materja partikulata fil-prodotti tal-kombustjoni tal-apparat għandu jitkejjel waqt li l-prodott ikun qed jipprovdi l-potenza nominali tiegħu u waqt li dan ikollu tagħbija parzjali, jekk dan ikun xieraq;

    (2) il-kejl tal-materja partikulata billi jiġi analizzat, tul iċ-ċiklu kollu tal-ħruq u billi jintuża kurrent t'arja naturali, kampjun parzjali tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija meħud minn gass mit-tromba taċ-ċumnija dilwit permezz ta' mina għad-dilwizzjoni bi fluss sħiħ u filtru f'temperatura ambjentali;

    (3) il-kejl tal-materja partikulata billi jiġi analizzat, fuq perjodu ta' nofsiegħa u billi jintuża kurrent t'arja mit-tromba taċ-ċumnija ffissat fi 12-il Pa, kampjun parzjali tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija meħud minn gass mit-tromba taċ-ċumnija dilwit permezz ta' mina għad-dilwizzjoni bi fluss sħiħ u filtru f'temperatura ambjentali jew preċipitatur elettrostatiku.

    (ii) L-ammont ta' komposti organiċi gassużi fil-prodotti tal-kombustjoni tal-apparat għandu jitkejjel b'mod estrattiv u kontinwu permezz ta' individwatur tal-jonizzazzjoni bi fjamma. Ir-riżultat miksub għandu jingħata f'milligrammi ta' karbonju. L-ammont ta' komposti organiċi gassużi fil-prodotti tal-kombustjoni tal-apparat għandu jitkejjel waqt li l-prodott ikun qed jipprovdi l-potenza nominali tiegħu u waqt li dan ikollu tagħbija parzjali, jekk dan ikun xieraq.

    (iii) L-ammont ta' monossidu tal-karbonju fil-prodotti tal-kombustjoni tal-apparat għandu jitkejjel b'mod estrattiv u kontinwu permezz ta' individwatur tar-raġġi infraħomor. L-ammont ta' monossidu tal-karbonju fil-prodotti tal-kombustjoni tal-apparat għandu jitkejjel waqt li l-prodott ikun qed jipprovdi l-potenza nominali tiegħu u waqt li dan ikollu tagħbija parzjali, jekk dan ikun xieraq.

    (iv) L-ammont ta' ossidi tan-nitroġenu fil-prodotti tal-kombustjoni tal-apparat għandu jitkejjel b'mod estrattiv u kontinwu permezz ta' detettur kimiluminixxenti. L-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu għandhom jitkejlu billi jingħaddu flimkien il-monossidu tan-nitroġenu u d-diossidu tan-nitroġenu, u għandhom jingħataw f'diossidu tan-nitroġenu. L-ammont ta' ossidi tan-nitroġenu fil-prodotti tal-kombustjoni tal-apparat għandu jitkejjel waqt li l-prodott ikun qed jipprovdi l-potenza nominali tiegħu u waqt li dan ikollu tagħbija parzjali, jekk dan ikun xieraq.

    (b) Il-valuri ddikjarati għall-potenza termika nominali, għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post u għall-emissjonijiet għandhom jitqarrbu għall-eqreb numru sħiħ.

    5.

    Kundizzjonijiet speċifiċi għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post

    (a) L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi hija ddefinita kif ġej:

    ηS = ηS,on – 10% + F(2) + F(3) – F(4) – F(5)

    fejn:

      ηS,on hija l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità Attiv, mogħtija f'perċentwali u kkalkulata kif stabbilit fil-punt 5(b);

      F(2) huwa fattur ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-kumdità termika fuq ġewwa, li l-valuri tagħhom jeskludu lil xulxin b'mod reċiproku u ma jistgħux jingħaddu ma' xulxin, mogħti f'perċentwali;

      F(3) huwa fattur ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-kumdità termika fuq ġewwa, li l-valuri tagħhom jistgħu jingħaddu ma' xulxin, mogħti f'perċentwali;

      F(4) huwa fattur ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut negattiv tal-konsum tal-elettriku awżiljarju fuq l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, mogħti f'perċentwali;

      F(5) huwa fattur ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut negattiv tal-konsum tal-enerġija ta' fjamma pilota permanenti fuq l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, mogħti f'perċentwali.

    (b) L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità Attiv hija kkalkulata kif ġej:

    ηS,on = ηth,nom

    fejn:

      ηth,nom hija l-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali abbażi tan-NCV.

    (c) Il-fattur ta' korrezzjoni F(2), li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-kumdità termika fuq ġewwa, li l-valuri tagħhom jeskludu lil xulxin b'mod reċiproku jew ma jistgħux jingħaddu ma' xulxin, huwa kkalkulat kif ġej:

    Għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi, il-fattur ta' korrezzjoni F(2) jikkorrispondi ma' wieħed mill-fatturi mogħtija fit-Tabella 2, skont il-karatteristiċi tal-kontroll applikati. Jista' jintgħażel biss valur wieħed.



    Tabella 2

    Il-fattur ta' korrezzjoni F(2)

    Tagħmir tal-prodott (tista' tingħażel biss għażla waħda):

    F(2)

    potenza termika bi stadju wieħed mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali

    0,0 %

    żewġ stadji jew aktar irregolati b'mod manwali mingħajr kontroll tat-temperatura

    1,0 %

    b'kontroll tat-temperatura ambjentali permezz ta' termostat mekkaniku

    2,0 %

    b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali

    4,0 %

    b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġurnata

    6,0 %

    b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġimgħa

    7,0 %

    Il-fattur ta' korrezzjoni F(2) għandu jkun ta' żero għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness II b'rabta mal-emissjonijiet f'każ li l-kontroll tat-temperatura jkun stabbilit fil-potenza termika minima. Il-potenza termika f'din il-konfigurazzjoni ma tistax tkun iktar minn 50 % tal-potenza termika nominali.

    (d) Il-fattur ta' korrezzjoni F(3), li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-kumdità termika fuq ġewwa, li l-valuri tagħhom jistgħu jingħaddu ma' xulxin, huwa kkalkulat kif ġej:

    Għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi, il-fattur ta' korrezzjoni F(3) jikkorrispondi għall-għadd tal-valuri mogħtija fit-Tabella 3, skont il-karatteristiċi tal-kontroll applikati.



    Tabella 3

    Il-fattur ta' korrezzjoni F(3)

    Tagħmir tal-prodott (jistgħu jintgħażlu diversi għażliet):

    F(3)

    kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' preżenza

    1,0 %

    kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' tieqa miftuħa

    1,0 %

    b'għażla ta' kontroll mill-bogħod

    1,0 %

    Il-fattur ta' korrezzjoni F(3) għandu jkun ta' żero għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness II b'rabta mal-emissjonijiet f'każ li l-kontroll tat-temperatura jkun stabbilit fil-potenza termika minima. Il-potenza termika f'din il-konfigurazzjoni ma tistax tkun iktar minn 50 % tal-potenza termika nominali.

    (e) Il-fattur ta' korrezzjoni tal-konsum tal-elettriku awżiljarju, F(4), huwa kkalkulat kif ġej:

    Dan il-fattur ta' korrezzjoni jqis il-konsum tal-elettriku awżiljarju waqt tħaddim tal-apparat fil-modalità Mixgħul u fil-modalità Stennija.

    image

    fejn:

      elmax huwa l-konsum tal-enerġija elettrika fil-potenza termika nominali, mogħti f'kW;

      elmin huwa l-konsum tal-enerġija elettrika fil-potenza termika minima, mogħti f'kW. F'każ li l-prodott ma joffrix potenza termika minima, għandu jintuża l-valur tal-konsum tal-enerġija elettrika fil-potenza termika nominali;

      elsb huwa l-konsum tal-enerġija elettrika tal-prodott meta dan ikun fil-modalità Stennija, mogħti f'kW;

      Pnom hija l-potenza termika nominali tal-prodott, mogħtija f'kW.

    (f) Il-fattur ta' korrezzjoni F(5), li huwa marbut mal-konsum tal-enerġija ta' fjamma pilota permanenti, huwa kkalkulat kif ġej:

    Dan il-fattur ta' korrezzjoni jqis l-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti.

    image

    fejn:

      Ppilot huwa l-konsum tal-fjamma pilota, mogħti f'kW;

      Pnom hija l-potenza termika nominali tal-prodott, mogħtija f'kW.

    ▼M1




    ANNESS IV

    Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

    It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

    Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

    (1) L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

    (2) Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

    (a) il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

    (b) il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

    (c) meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 4. L-unità għandha tiġi ttestjata b'wieħed jew aktar mill-fjuwils bil-karatteristiċi fl-istess medda bħal tal-fjuwil(s) li uża l-manifattur biex iwettaq il-kejl deskritt fl-Anness III.

    (3) Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

    (4) Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Inkella, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta' xi wieħed mill-mudelli jew aktar li tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudelli ekwivalenti.

    (5) Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 4.

    (6) Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

    (7) Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness III.

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 4 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.



    Tabella 4

    It-tolleranzi tal-verifika

    Parametri

    It-tolleranzi tal-verifika

    L-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-ispazju, ηs

    Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 5 %.

    L-emissjonijiet ta' materja partikulata

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 20 mg/m3 bi 13 % O2 għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi bil-fuklar miftuħ, il-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi bil-fuklar magħluq li jużaw fjuwil solidu, ħlief injam ikkompressat fl-għamla ta' pelits, u kukers meta mkejla bil-metodu deskritt fil-punt 4(a)(i)(1) tal-Anness III.

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 10 mg/m3 bi 13 % O2 għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi bil-fuklar magħluq li jużaw injam ikkompressat fl-għamla ta' pelits meta mkejla bil-metodu deskritt fil-punt 4(a)(i)(1) tal-Anness III.

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 1 g/kg meta mkejjel bil-metodu deskritt fil-punt (4)(a)(i)(2) tal-Anness III.

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 0,8 g/kg meta mkejjel bil-metodu deskritt fil-punt (4)(a)(i)(3) tal-Anness III.

    L-emissjonijiet ta' komposti gassużi organiċi

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 25 mgC/m3 bi 13 % O2 għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi bil-fuklar miftuħ, il-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi bil-fuklar magħluq li jużaw fjuwil solidu, ħlief injam ikkompressat fl-għamla ta' pelits, u kukers.

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 15 mgC/m3 bi 13 % O2 għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi bil-fuklar magħluq li jużaw injam ikkompressat fl-għamla ta' pelits.

    L-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 275 mg/m3 bi 13 % O2 għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi bil-fuklar miftuħ, il-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi bil-fuklar magħluq li jużaw fjuwil solidu, ħlief injam ikkompressat fl-għamla ta' pelits, u kukers.

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 60 mg/m3 bi 13 % O2 għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi bil-fuklar magħluq li jużaw injam ikkompressat fl-għamla ta' pelits.

    L-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 30 mg/m3 espress bħala NO2 bi 13 % O2.

    ▼B




    ANNESS V

    Il-valuri indikattivi ta' referenza msemmija fl-Artikolu 6

    Fil-perjodu li fih daħal fis-seħħ dan ir-Regolament, l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi f'dak li għandu x'jaqsam mal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post u mal-emissjonijiet tal-materja partikulata, tal-monossidu tal-karbonju, tal-komposti organiċi gassużi u tal-ossidi tan-nitroġenu ġiet identifikata kif ġej. Fil-perjodu li fih daħal fis-seħħ dan ir-Regolament, ma ġie identifikat l-ebda mudell ta' ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi li jissodisfa l-valuri kollha speċifikati fil-punti 1 sa 5. Diversi mudelli tal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi kienu jissodisfaw wieħed minn dawn il-valuri jew iktar:

    1. Il-valuri speċifiċi ta' referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi:

    (a) il-valur ta' referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar miftuħ: 47 %;

    (b) il-valur ta' referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils solidi, minbarra l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits: 86 %;

    (c) il-valur ta' referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits: 94 %;

    (d) il-valur ta' referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-kukers li jużaw il-fjuwils solidi: 75 %.

    2. Il-valuri speċifiċi ta' referenza għall-emissjonijiet tal-materja partikulata (MP) li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi:

    (a) il-valur ta' referenza għall-emissjonijiet tal-materja partikulata li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar miftuħ, mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils solidi, minbarra l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits, u mill-kukers: 20 mg/m3 fi 13 % ta' O2 meta dawn l-emissjonijiet jitkejlu bil-metodu deskritt fil-punt 4(a)i)(1) tal-Anness III;

    (b) il-valur ta' referenza għall-emissjonijiet tal-materja partikulata li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits: 10 mg/m3 fi 13 % ta' O2 meta dawn l-emissjonijiet jitkejlu bil-metodu deskritt fil-punt 4(a)i)(1) tal-Anness III.

    3. Il-valuri speċifiċi ta' referenza għall-emissjonijiet tal-komposti organiċi gassużi (KOG) li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi:

    (a) il-valur ta' referenza għall-emissjonijiet tal-komposti organiċi gassużi li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar miftuħ, mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils solidi, minbarra l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits, u mill-kukers: 30 mg/m3 fi 13 % ta' O2;

    (b) il-valur ta' referenza għall-emissjonijiet tal-komposti organiċi gassużi li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits: 10 mg/m3 fi 13 % ta' O2.

    4. Il-valuri speċifiċi ta' referenza għall-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju (CO) li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi:

    (a) il-valur ta' referenza għall-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar miftuħ, mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils solidi, minbarra l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits, u mill-kukers: 500 mg/m3 fi 13 % ta' O2;

    (b) il-valur ta' referenza għall-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits: 250 mg/m3 fi 13 % ta' O2.

    5. Il-valuri speċifiċi ta' referenza għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi:

    (a) il-valur ta' referenza għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar miftuħ, mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq u mill-kukers: 50 mg/m3 fi 13 % ta' O2.

    Il-valuri ta' referenza speċifikati fil-punti 1 sa 5 mhux bil-fors ifissru li ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi partikulari kapaċi jilħaq kombinazzjoni ta' dawk il-valuri.

    Eżempju ta' kombinazzjoni tajba ta' dawk il-valuri għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw il-fjuwils solidi, minbarra l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits, huwa mudell eżistenti li għandu effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' 83 %, emissjonijiet tal-materja partikulata ta' 33 mg/m3 fi 13 % ta' O2, emissjonijiet tal-komposti organiċi gassużi ta' 69 mg/m3 fi 13 % ta' O2, emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju ta' 1 125  mg/m3 fi 13 % ta' O2 u emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu ta' 115-il mg/m3 fi 13 % ta' O2.

    Eżempju ta' kombinazzjoni tajba ta' dawk il-valuri għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'fuklar magħluq li jużaw l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits huwa mudell eżistenti li għandu effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' 91 %, emissjonijiet tal-materja partikulata ta' 22 mg/m3 fi 13 % ta' O2, emissjonijiet tal-komposti organiċi gassużi ta' 6 mg/m3 fi 13 % ta' O2, emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju ta' 312-il mg/m3 fi 13 % ta' O2 u emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu ta' 121 mg/m3 fi 13 % ta' O2.

    Eżempju ta' kombinazzjoni tajba ta' dawk il-valuri għall-kukers huwa mudell eżistenti li għandu effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' 78 %, emissjonijiet tal-materja partikulata ta' 38 mg/m3 fi 13 % ta' O2, emissjonijiet tal-komposti organiċi gassużi ta' 66 mg/m3 fi 13 % ta' O2, emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju ta' 1 375  mg/m3 fi 13 % ta' O2 u emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu ta' 71 mg/m3 fi 13 % ta' O2.



    ( 1 ) Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

    Top