EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02013R1380-20190814

Consolidated text: Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1380/2019-08-14

02013R1380 — MT — 14.08.2019 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) Nru 1380/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta' Diċembru 2013

dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE

(ĠU L 354 28.12.2013, p. 22)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1385/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013

  L 354

86

28.12.2013

►M2

REGOLAMENT (UE) 2015/812 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta' Mejju 2015

  L 133

1

29.5.2015

►M3

REGOLAMENT (UE) 2017/2092 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta’ Novembru 2017

  L 302

1

17.11.2017

►M4

REGOLAMENT (UE) 2019/1241 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019

  L 198

105

25.7.2019


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 122, 17.5.2018, p.  35 (1385/2013)




▼B

REGOLAMENT (UE) Nru 1380/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta' Diċembru 2013

dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE



PARTI I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

1.  Il-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) għandha tkopri:

(a) il-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-ġestjoni ta' sajd u flotot li jisfruttaw tali riżorsi,

(b) fir-rigward tal-miżuri dwar is-swieq u miżuri finanzjarji b'appoġġ tal-implimentazzjoni tal-PKS: ir-riżorsi bijoloġiċi tal-ilma ħelu, l-akkwakultura, u l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura.

2.  Il-PKS għandha tkopri l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 fejn dawn jitwettqu:

(a) fit-territorju tal-Istati Membri li għalihom japplika t-Trattat;

(b) fl-ilmijiet tal-Unjoni, inkluż minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta', u jkunu rreġistrati f'pajjiżi terzi;

(c) minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni;

(d) minn ċittadini tal-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà primarja tal-Istat tal-bandiera.

Artikolu 2

Objettivi

1.  Il-PKS għandha tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd u l-akkwakultura huma ambjentalment sostenibbli fit-tul u huma ġestiti b'mod li huwa konsistenti mal-objettivi li jinkisbu benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ta' impjieg, u li jingħata kontribut għad-disponibbiltà ta' provvisti tal-ikel.

2.  Il-PKS għandha tapplika l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd, u għandha tfittex li tiżgura li l-isfruttament ta' riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jirripristina l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada u jżommhom 'il fuq minn livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli.

Sabiex jintlaħaq l-objettiv ta' ripristinar b'mod progressiv u taż-żamma tal-istokkijiet tal-ħut f'livelli superjuri għal livelli ta' bijomassa li jkunu kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli, ir-rata ta' sfruttament tar-rendiment massimu sostenibbli għandha, fejn possibbli, tintlaħaq sal-2015 u, fuq bażi progressiva u inkrementali sa mhux aktar tard mill-2020 għall-istokkijiet kollha.

3.  Il-PKS għandha timplimenta l-approċċ ibbażat fuq l–ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex tiżgura li l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar ikunu minimizzati, u għandha tirsisti sabiex tiżgura li attivitajiet ta'akkwakultura u sajd jevitaw id-degradazzjoni tal-ambjent marittimu.

4.  Il-PKS għandha tikkontribwixxi għall-ġbir ta’ data xjentifika.

5.  Il-PKS għandha, b'mod partikolari:

(a) telimina b'mod gradwali l-iskart fuq bażi ta' każ b'każ u b'kont meħud tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, billi tevita u tnaqqas, safejn possibbli, il-qbid inċidentali, u billi gradwalment tiżgura li l-qbid jinħatt l-art;

(b) fejn meħtieġ, tuża bl-aħjar mod il-qabdiet inċidentali, mingħajr ma toħloq suq għal dawn il-qabdiet li huma taħt id-daqs ta’ referenza minimu għall-konservazzjoni;

(c) tipprovdi kondizzjonijiet għal industrija tas-sajd għall-qbid u l-ipproċessar ekonomikament vijabbli u kompetittiva u attività ta' sajd relatata bbażata fuq l-art;

(d) tipprovdi miżuri għall-aġġustament tal-kapaċità tal-flotot għal-livell ta' opportunitajiet ta' sajd konsistenti mal-Artikolu 2(2), sabiex il-flotot ikunu ekonomikament vijabbli mingħajr ma jisfruttaw eċċessivament r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

(e) tippromwovi l-iżvilupp tal-attivitajiet tal-akkwakultura sostenibbli fl-Unjoni biex tikkontribwixxi għall-provvisti u s-sigurtà tal-ikel u l-impjiegi;

(f) tikkontribwixxi għal standard tal-għajxien ġust għal dawk li jiddipendu mill-attivitajiet tas-sajd, filwaqt li jittieħed kont tas-sajd kostali u l-aspetti soċjoekonomiċi;

(g) tikkontribwixxi għal suq intern effiċjenti u trasparenti għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura u tikkontribwixxi sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet indaqs għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura kummerċjalizzati fl-Unjoni;

(h) jittieħed kont tal-interessi kemm tal-konsumaturi kif ukoll tal-produtturi;

(i) tippromwovi attivitajiet ta' sajd kostali, b'kont meħud tal-aspetti soċjoekonomiċi;

(j) tkun koerenti mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-objettiv li jinkiseb status ambjentali tajjeb sal-2020, kif stabbilit fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE kif ukoll ma' politiki oħra tal-Unjoni.

Artikolu 3

Prinċipji ta' governanza tajba

Il-PKS għandha tkun iggwidata mill-prinċipji ta' governanza tajba li ġejjin:

(a) definizzjoni ċara tar-responsabbiltajiet fil-livelli tal-Unjoni, reġjonali, nazzjonali u lokali;

(b) b'kont meħud tal-ispeċifiċitajiet reġjonali permezz ta' approċċ reġjonalizzat;

(c) l-istabbiliment ta’ miżuri skont l-aħjar parir xjentifiku disponibbli;

(d) perspettiva fit-tul;

(e) kosteffiċjenza amministrattiva;

(f) involviment adegwat tal-partijiet interessati, b'mod partikolari tal-Kunsilli Konsultattivi, fl-istadji kollha - mill-konċepiment sal-implimentazzjoni tal-miżuri;

(g) ir-responsabbiltà primarja tal-Istat tal-bandiera;

(h) konsistenza mal-politiki l-oħrajn tal-Unjoni,

(i) l-użu ta' valutazzjonijiet tal-impatt skont il-każ;

(j) koerenza bejn id-dimensjoni interna u esterna tal-PKS;

(k) trasparenza fit-trattament tad-data f'konformità mar-rekwiżiti legali eżistenti, bir-rispett debitu għall-ħajja privata, il-protezzjoni tad-data personali u regoli dwar il-kunfidenzjalità, disponibbiltà tad-data għall-korpi xjentifiċi adegwati, korpi oħrajn b'interess xjentifiku jew ta' ġestjoni, u utenti aħħarin definiti oħrajn.

Artikolu 4

Definizzjonijiet

1.  Għall-għan ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 'ilmijiet tal-Unjoni' tfisser l-ilmijiet taħt is-sovranità jew ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, ħlief l-ilmijiet li jmissu mat-territorji msemmija fl-Anness II għat-Trattat;

(2) 'riżorsi bijoloġiċi tal-baħar' tfisser speċijiet akkwatiċi tal-baħar ħajjin li huma disponibbli u aċċessibbli, inklużi speċijiet anadromi u katadromi matul il-ħajja tagħhom fil-baħar;

(3) 'riżorsi bijoloġiċi tal-ilma ħelu' tfisser speċijiet akkwatiċi ħajjin tal-ilma ħelu li huma disponibbli u aċċessibbli;

(4) 'bastiment tas-sajd' tfisser kwalunkwe bastiment mgħammar għall-isfruttament kummerċjali ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jew nassa tat-tonn;

(5) 'bastiment tas-sajd tal-Unjoni' tfisser bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;

(6) 'dħul fil-flotta tas-sajd' tfisser reġistrazzjoni ta’ bastiment tas-sajd fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd ta’ Stat Membru;

(7) 'rendiment massimu sostenibbli' tfisser l-akbar rendiment teoretiku ta’ ekwilibriju li jista’ jittieħed kontinwament bħala medja minn stokk f’kondizzjonijiet ambjentali eżistenti medji mingħajr ma jiġi affettwat b’mod sinifikanti l-proċess tar-riproduzzjoni;

(8) 'approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd', kif imsemmi fl-Artikolu 6 tal-Ftehim tan-NU dwar -Istokkijiet tal-Ħut, tfisser approċċ li skontu n-nuqqas ta' informazzjoni xjentifika adegwata m'għandux jiġġustifika l-posponiment jew in-nuqqas ta' teħid ta' miżuri ta' ġestjoni sabiex jiġu kkonservati l-ispeċijiet fil-mira, speċijiet assoċjati jew dipendenti u speċijiet mhux fil-mira u l-ambjent tagħhom;

(9) 'approċċ għall-ġestjoni tas-sajd ibbażat fuq l-ekosistema' jfisser approċċ integrat għall-ġestjoni tas-sajd f'limiti ekoloġikament sinifikanti li jfittex li jiġġestixxi l-użu ta' riżorsi naturali, b'kont meħud tas-sajd u attivitajiet oħra tal-bniedem, filwaqt li jippreserva kemm il-ġid bijoloġiku kif ukoll il-proċessi bijoloġiċi meħtieġa biex tiġi mħarsa l-kompożizzjoni, l-istruttura u t-tħaddim tal-ambjenti naturali tal-ekosistema affetwata, billi jqis l-għarfien u l-inċertezzi fir-rigward tal-komponenti bijotiċi, abijotiċi u dawk umani tal-ekosistemi;

(10) 'skartar' tfisser qabdiet li jerġgħu jintefgħu lura fil-baħar;

(11) 'impatt baxx tas-sajd' tfisser l-użu ta’ tekniki selettivi tas-sajd li jkollhom impatt detrimentali minimu fuq l-ekosistemi tal-baħar jew li jistgħu jirriżultaw f'emissjonijiet baxxi ta’ karburant, jew it-tnejn f'daqqa;

(12) 'sajd selettiv' tfisser sajd b’metodi ta’ sajd jew irkapti tas-sajd li jimmiraw għal organiżmi u jaqbduhom skont id-daqs jew l-ispeċi tagħhom matul l-operazzjoni tas-sajd, li jippermettu li l-kampjuni li ma jkunux fil-mira jiġu evitati jew rilaxxati mingħajr dannu;

(13) 'rata ta' mortalità mis-sajd' tfisser ir-rata li biha l-bijomassa jew individwi li jitneħħew minn stokk permezz ta' attivitajiet ta' sajd f'perijodu partikolari;

(14) 'stokk' tfisser riżorsa bijoloġika tal-baħar li tkun tinsab f'żona ta' ġestjoni partikolari;

(15) 'limitu ta' qbid' tfisser, skont il-każ, jew limitu kwantitattiv fuq qabdiet ta' stokk tal-ħut jew grupp ta' stokkijiet tal-ħut fuq perijodu speċifiku fejn stokkijiet ta' ħut jew gruppi ta' stokkijiet bħal dawn huma soġġetti għal obbligu ta' ħatt l-art, jew limitu kwantitattiv fuq il-ħatt l-art ta' stokk ta' ħut jew grupp ta' stokkijiet ta' ħut fuq perijodu partikolari li għalih ma japplikax l-obbligu ta' ħatt l-art;

(16) 'punt ta' referenza għall-konservazzjoni' tfisser il-valuri ta' parametri tal-popolazzjoni ta' stokk ta' ħut (bħall-bijomassa jew ir-rata ta' mortalità mis-sajd) użati fil-ġestjoni tas-sajd, pereżempju fir-rigward ta' livell aċċettabbli ta' riskju bijoloġiku jew livell mixtieq ta' rendiment;

(17) 'daqs ta' referenza minimu ta' konservazzjoni' tfisser id-daqs ta' speċi akkwatika ħajja tal-baħar, b'kont meħud tal-maturità, kif stabbilit mil-liġi tal-Unjoni, li taħtu japplikaw restrizzjonijiet u inċentivi li jkollhom l-għan li jevitaw il-qbid permezz ta' attività tas-sajd; dan id-daqs, fejn rilevanti, jieħu post id-daqs minimu ta' ħatt l-art;

(18) 'stokk fil-limiti bijoloġiċi sikuri' tfisser stokk li hu probabbli ħafna li l-bijomassa stmata ta' stokk riproduttiv tiegħu fl-aħħar tas-sena preċedenti tkun ogħla mill-punt ta' referenza ta' limitu tal-bijomassa (Blim) u r-rata stmata tiegħu ta' mortalità mis-sajd għas-sena preċedenti tkun inqas mill-punt ta' referenza limitu tar-rata ta' mortalità (Flim);

(19) 'salvagwardja' tfisser miżura prekawzjonarja maħsuba biex jiġi evitat li sseħħ xi ħaġa mhux mixtieqa;

(20) 'miżura teknika' tfisser miżura li tirregola l-kompożizzjoni tal-qabdiet abbażi tal-ispeċi u d-daqs u l-impatti fuq komponenti tal-ekosistemi li jirriżultaw mill-attivitajiet tas-sajd billi jkunu stabbiliti l-kondizzjonijiett għall-użu u l-istruttura tal-irkaptu tas-sajd u r-restrizzjonijiet tal-aċċess għal żoni tas-sajd;

(21) 'sforz tas-sajd' tfisser il-prodott tal-kapaċità u l-attività ta’ bastiment tas-sajd; għal grupp ta’ bastimenti tas-sajd ikun it-total tal-isforz tas-sajd tal-bastimenti kollha fil-grupp;

(22) 'Stat Membru li jkollu interess ta' ġestjoni dirett' tfisser Stat Membru li għandu interess li jikkonsisti jew f'opportunitajiet ta' sajd jew minn sajd li jsir fiż-żona ekonomika esklussiva tal-Istat Membru kkonċernat, jew, fil-Baħar Mediterran, minn sajd tradizzjonali f'ibħra miftuħa;

(23) 'konċessjoni trasferibbli tas-sajd' tfisser dritt revokabbli tal-utenti għal parti speċifika tal-opportunitajiet tas-sajd allokati lil Stat Membru jew stabbiliti f'pjanijiet ta' ġestjoni adottati minn Stat Membru skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 ( 1 ), li d-detentur jista' jittrasferixxi;

(24) 'kapaċità tas-sajd' tfisser it-tunnellaġġ ta' bastiment f'TG (Tunnellaġġ Gross) u l-qawwa tiegħu f'kW (Kilowatt) kif definit fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2930/86 ( 2 );

(25) 'akkwakultura' tfisser it-tkabbir u l-kultivazzjoni ta’ organiżmi akkwatiċi bl-użu ta’ tekniki mfassla biex tiżdied il-produzzjoni tal-organiżmi inkwistjoni lil hinn mill-kapaċità naturali tal-ambjent, fejn l-organiżmi jibqgħu l-proprjetà tal-persuna fiżika jew ġuridika matul l-istadju tat-tkabbir u tal-kultivazzjoni, sa u inkluż il-ħsad;

(26) 'liċenzja tas-sajd' tfisser liċenzja kif definita fil-punt (9) tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 ( 3 );

(27) 'awtorizzazzjoni tas-sajd' tfisser awtorizzazzjoni kif definita fil-punt (10) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(28) 'attività tas-sajd' tfisser tiftix għall-ħut, l-isparar, il-kalar, l-irfigħ tal-irkaptu tas-sajd, it-teħid tal-qabdiet abbord, it-trasbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment, it-tqegħid f’gaġeġ, is-simna u l-ħatt l-art ta’ ħut u prodotti tas-sajd;

(29) 'prodotti tas-sajd' tfisser organiżmi akkwatiċi li jirriżultaw minn kwalunkwe attività tas-sajd jew prodotti li joriġinaw minnha;

(30) 'operatur' tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li topera jew li tikkontrolla kwalunkwe impriża li twettaq xi waħda mill-attivitajiet relatati ma' xi stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar, it-tqegħid fis-suq, il-ktajjen ta' distribuzzjoni u tal-bejgħ lill-konsumatur tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura;

(31) 'ksur serju' tfisser ksur li huwa definit bħala tali fil-liġi rilevanti tal-Unjoni, inklużi l-Artikolu 42(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 ( 4 ) u l-Artikolu 90(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(32) 'utent finali ta' data xjentifika' tfisser korp b'interess ta' riċerka jew ġestjoni fl-analiżi xjentifika ta' data fis-settur tas-sajd;

(33) 'eċċess tal-qabda permissibbli' tfisser dik il-parti tal-qabda permissibbli li Stat kostali ma jkollux il-kapaċità li jistad matul perijodu partikolari ta’ żmien, li jirriżulta f’rata ta' sfruttament globali għall-istokkijiet individwali li tinżamm taħt il-livelli li fihom l-istokkijiet kapaċi jreġġgħu lura lilhom infushom għal li kienu u ż-żamma ta' popolazzjonijiet ta' speċijiet maqbuda 'l fuq mil-livelli mixtieqa abbażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli;

(34) 'prodotti tal-akkwakultura' tfisser organiżmi akkwatiċi fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom li jirriżultaw minn kwalunkwe attività tal-akkwakultura jew prodotti li joriġinaw minnhom;

(35) 'bijomassa ta' stokk riproduttiv tfisser stima tal-massa tal-ħut ta' stokk partikolari li jirriproduċi fi żmien definit, li jinkludi ħut kemm irġiel kif ukoll nisa u ħut li jirriproduċi bit-tifriħ;

(36) 'sajd imħallat' tfisser sajd li fih tkun preżenti iżjed minn speċi waħda u fejn x'aktarx li jinqabdu speċijiet differenti fl-istess operazzjoni tas-sajd;

(37) 'ftehim ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli' tfisser ftehim internazzjonali konkluż ma' Stat terz għall-fini li jinkiseb aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi sabiex jiġi sfruttat b'mod sostenibbli sehem tar-riżorsi bijoloġiċi żejda tal-baħar, bi skambju għal kumpens finanzjarju mill-Unjoni li jista' jinkludi appoġġ settorjali.

2.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ġeografiċi li ġejjin ta' dawn iż-żoni ġeografiċi:

(a) 'Baħar tat-Tramuntana' tfisser iż-żoni ICES ( 5 ) IIIa u IV;

(b) 'Baħar Baltiku' tfisser iż-żoni ICES IIIb, IIIc u IIId;

(c) 'Ilmijiet tal-Majjistral' tfisser iż-żoni ICES V (eskluż Va u l-ilmijiet tal-Unjoni ta' Vb biss), VI u VII;

(d) 'Ilmijiet tal-Lbiċ' tfisser żoni ICES VIII, IX u X (ilmijiet madwar l-Azores), u żoni CECAF ( 6 ) 34.1.1, 34.1.2 u 34.2.0 (ilmijiet madwar il-Madeira u l-Gżejjer Kanarji);

(e) 'Baħar Mediterran' tfisser l-Ilmijiet Marittimi tal-Mediterran lejn il-Lvant mil-linja 5°36' Punent;

(f) 'Baħar l-Iswed' tfisser is-subżona ġeografika tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran) kif definita fir-Riżoluzzjoni GFCM/33/2009/2.



PARTI II

AĊĊESS GĦALL-ILMIJIET

Artikolu 5

Regoli ġenerali dwar l-aċċess għal ilmijiet

1.  Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikollhom aċċess indaqs għall-ilmijiet u r-riżorsi fl-ilmijiet kollha tal-Unjoni għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, suġġett għall-miżuri adottati skont il-Parti III.

2.  Fl-ilmijiet sa 12-il mil nawtiku mil-linji bażi taħt is-sovranità jew ġurisdizzjoni tagħhom, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati, sal-31 ta’ Diċembru 2022 li jillimitaw is-sajd għal bastimenti tas-sajd li tradizzjonalment jistadu f'dawk l-ilmijiet minn portijiet fuq il-kosta maġenb, mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera ta’ Stati Membri oħra skont relazzjonijiet eżistenti dwar il-viċinat bejn l-Istati Membri u l-arranġamenti li jinsabu fl-Anness I, li jistabbilixxu għal kull Stat Membru ż-żoni ġeografiċi fi ħdan il-faxex kostali ta’ Stati Membri oħra fejn isiru attivitajiet tas-sajd u l-ispeċijiet ikkonċernati. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-restrizzjonijiet imdaħħla skont dan il-paragrafu.

3.  Fl-ilmijiet sa 100 mil nawtiku mil-linji bażi tar-reġjuni ultra-periferiċi tal-Unjoni msemmijin fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 349 tat-Trattat, l-Istati Membri kkonċernati huma awtorizzati, sal-31 ta’ Diċembru 2022, li jillimitaw is-sajd għal bastimenti rreġistrati fil-portijiet ta' dawk it-territorji. Dawn ir-restrizzjonijiet mhux ser japplikaw għall-bastimenti tal-UE li tradizzjonalment kienu jistadu f’dawn l-ilmijiet, sakemm ma jaqbżux l-isforz tas-sajd li kienu jwettqu tradizzjonalment. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-restrizzjonijiet imdaħħla skont dan il-paragrafu.

4.  Il-miżuri li għandhom japplikaw wara l-iskadenza tal-arranġamenti stipulati fil-paragrafu 2 u 3 għandhom jiġu adottati sal-31 ta’ Diċembru 2022.



PARTI III

MIŻURI GĦALL-KONSERVAZZJONI U SFRUTTAMENT SOSTENIBBLI TA' RIŻORSI BIJOLOĠIĊI TAL-BAĦAR



TITOLU I

'Miżuri ta' konservazzjoni

Artikolu 6

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  Għall-fini li jinkisbu l-objettivi tal-PKS fir-rigward tal-konservazzjoni u sfruttament sostenibbli ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar kif stipulat fl-Artikolu 2 l-Unjoni għandha tadotta miżuri ta' konservazzjoni kif jinsabu fl-Artikolu 7.

2.  Meta jiġi applikat dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-korpi konsultattivi rilevanti u l-korpi xjentifiċi rilevanti. Il-miżuri ta' konservazzjoni għandhom jiġu adottati b'kont meħud tal-parir xjentifiku, tekniku u ekonomiku disponibbli, inklużi, fejn rilevanti, rapporti mfassla mis-STECF u korpi konsultattivi oħra, pariri mogħtija mill-Kunsilli Konsultattivi u rakkomandazzjonijiet konġunti magħmulin mill-Istati Membri skont l-Artikolu 17.

3.  L-Istati Membri jistgħu jikkooperaw flimkien għall-fini tal-adozzjoni ta' miżuri skont l-Artikoli 12, 15 u 17.

4.  L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw flimkien qabel ma jadottaw il-miżuri nazzjonali skont l-Artikolu 26(2).

5.  F'każijiet speċifiċi, b'mod partikolari rigward ir-reġjun tal-Mediterran, l-Istati Membri jistgħu jingħataw is-setgħa li jadottaw atti legalment vinkolanti fil-qasam tal-PKS, inklużi miżuri ta' konservazzjoni. Fejn huwa xieraq għandu japplika l-Artikolu 17.

Artikolu 7

Tipi ta' miżuri ta' konservazzjoni

1.  Il-miżuri għall-konservazzjoni u sfruttament sostenibbli ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, dawn li ġejjin:

(a) pjanijiet pluriennali taħt l-Artikoli 9 u 11;

(b) miri għall-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet u l-miżuri relatati biex jimminimizzaw l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent marittimu;

(c) miżuri biex jadattaw il-kapaċità tas-sajd ta' bastimenti tas-sajd għall-opportunitajiet tas-sajd disponibbli;

(d) inċentivi, inklużi dawk ta' natura ekonomika bħal opportunitajiet tas-sajd, biex jippromwovu metodi tas-sajd li jikkontribwixxu għal sajd aktar selettiv, l-evitar u t-tnaqqis, sa fejn ikun possibbli, ta' qabdiet mhux mixtieqa, u għas-sajd b'impatt baxx fuq l-ekosistema tal-baħar u riżorsi tas-sajd;

(e) miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd;

(f) miżuri biex jinkisbu l-objettivi tal-Artikolu 15;

(g) daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni;

(h) proġetti pilota dwar tipi alternattivi ta' tekniki għall-ġestjoni tas-sajd u rkapti tas-sajd li jżidu s-selettività jew li jimminimizzaw l-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar;

(i) miżuri meħtieġa għall-konformità mal-obbligi skont il-leġislazzjoni ambjentali tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 12;

(j) miżuri tekniċi kif imsemmija fil-paragrafu 2.

2.  Il-miżuri tekniċi jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, dawn li ġejjin:

(a) karatteristiċi tal-irkapti tas-sajd u regoli dwar l-użu tagħhom;

(b) l-ispeċifikazzjonijiet dwar il-kostruzzjoni tal-irkaptu tas-sajd, li jinkludu:

(i) modifiki jew apparat addizzjonali sabiex itejbu s-selettività jew jimminimizzaw l-impatt negattiv minn fuq l-ekosistema;

(ii) modifiki jew apparat addizzjonali sabiex inaqqsu l-qbid mhux mixtieqa ta' speċijiet li jinsabu fil-periklu, mhedda u protetti, kif ukoll sabiex inaqqsu qabdiet oħra mhux mixtieqa;

(c) limitazzjonijiet jew projbizzjonijiet fuq l-użu ta' ċerti rkapti tas-sajd, u fuq attivitajiet tas-sajd, f'ċerti żoni jew perijodi;

(d) rekwiżiti għall-bastimenti tas-sajd li jieqfu joperaw f'żona definita għal perijodu minimu definit sabiex jiġu protetti aggregazzjonijiet temporanji ta' speċijiet fil-periklu, ħut riproduttiv, ħut iżgħar mid-daqs ta' referenza minimu għall-konservazzjoni, u riżorsi oħra vulnerabbli tal-baħar;

(e) miżuri speċifiċi biex jimminimizzaw l-impatt negattiv tal-attivitajiet tas-sajd fuq il-bijodiversità tal-baħar u ekosistemi tal-baħar, inklużi miżuri biex jevitaw u jnaqqsu kemm jista' jkun qabdiet mhux mixtieqa.

Artikolu 8

L-istabbiliment ta' żoni ta' rkupru tal-istokkijiet tal-ħut

1.  L-Unjoni għandha, filwaqt li tieħu kont debitu taż-żoni eżistenti ta' konservazzjoni, tagħmel ħilitha biex tistabbilixxi żoni protetti għal raġunijiet tas-sensittività bijoloġika tagħhom, inklużi ż-żoni fejn hemm evidenza ċara ta' konċentrazzjonijiet qawwija ta' ħut taħt id-daqs ta' referenza minimu għall-konservazzjoni u ta' postijiet fejn ibid il-ħut. F'żoni bħal dawn l-attivitajiet tas-sajd jistgħu jkunu ristretti jew ipprojbiti sabiex jikkontribwixxu għall-konservazzjoni tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin u ekosistemi tal-baħar. L-Unjoni għandha tkompli tagħti protezzjoni addizzjonali lil żoni bijoloġikament sensittivi eżistenti.

2.  Għal dawk il-finijiet, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw, fejn possibbli, żoni adatti li jistgħu jiffurmaw parti minn network koerenti u għandhom iħejju, fejn xieraq, rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 17(7) bil-ħsieb li l-Kummissjoni tippreżenta proposta skont it-Trattat.

3.  Il-Kummissjoni tista' tingħata s-setgħa fi pjan pluriennali biex tistabbilixxi tali żona protetta bijoloġikament sensittiva. Għandu japplika l-Artikolu 17 (1) sa (6). Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar iż-żoni protetti.



TITOLU II

Miżuri speċifiċi

Artikolu 9

Prinċipji u objettivi ta' pjanijiet pluriennali

1.  Il-pjanijiet pluriennali għandhom jiġu adottati bħala prijorità abbażi ta' parir xjentifiku, tekniku u ekonomiku, u għandhom jinkludu miżuri ta' konservazzjoni biex l-istokkijiet tal-ħut jiġu ripristinati u jinżammu 'l fuq minn livelli li jkunu kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli f'konformità mal-Artikolu 2(2).

2.  Fejn il-miri relatati mar-rendiment massimu sostenibbli kif imsemmi fl-Artikolu 2(2) ma jkunux jistgħu jiġu determinati minħabba nuqqas ta' data, il-pjanijiet pluriennali għandhom jipprevedu miżuri bbażati fuq approċċ prekawzjonarju, li tal-anqas jiżguraw livell komparabbli ta' konservazzjoni tal-istokkijiet rilevanti.

3.  Il-pjanijiet pluriennali għandhom ikopru jew:

(a) speċi unika; jew

(b) fil-każ ta' sajd imħallat jew fejn id-dinamika tal-istokkijiet tkun interdipendenti, is-sajd li jisfrutta diversi stokkijiet f'żona ġeografika rilevanti, b'kont meħud tal-għarfien dwar l-interazzjonijiet bejn l-istokkijiet tal-ħut, is-sajd u l-ekosistemi tal-baħar.

4.  Il-miżuri li għandhom jiġu inklużi fil-pjanijiet pluriennali, u l-iskeda ta' żmien biex dawn jiġu implimentati, għandhom ikunu proporzjonati għall-objettivi u l-miri ppjanati u l-perijodu ta' żmien previst. Qabel ma l-miżuri jiġu inklużi fil-pjanijiet pluriennali, għandu jittieħed kont tal-impatt ekonomiku u soċjali probabbli tagħhom.

5.  Il-pjanijiet pluriennali jistgħu jinkludu objettivi ta' konservazzjoni speċifiċi u miżuri taħt l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema, biex jindirizzaw il-problemi speċifiċi ta' sajd imħallat fir-rigward tal-kisba tal-objettivi stipulati fl-Artikolu 2(2) għat-taħlita ta' stokkijiet koperti mill-pjan f'każijiet fejn il-parir xjentifiku jindika li ma jistgħux jinkisbu żidiet fis-selettività. Fejn ikun meħtieġ, il-pjan pluriennali għandu jinkludi miżuri ta' konservazzjoni alternattivi speċifiċi, taħt l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema, għal x'uħud mill-istokkijiet li huwa jkopri.

Artikolu 10

Kontenut tal-pjanijiet pluriennali

1.  B'mod adegwat u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi taħt it-Trattat, pjan pluriennali għandu jinkludi:

(a) l-ambitu, f'termini tal-istokkijiet, is-sajd u ż-żona li għalihom għandu jiġi applikat il-pjan pluriennali;

(b) l-objettivi li huma konsistenti mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2 u mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikoli -7 u 9;

(c) miri kwantifikabbli bħal rati ta' mortalità mis-sajd u/jew bijomassa ta' stokk riproduttiv;

(d) skedi ta' żmien ċari biex jintlaħqu l-miri kwantifikabbli;

(e) punti ta' referenza dwar il-konservazzjoni konsistenti mal-objettivi stipulati fl-Artikolu 2;

(f) objettivi għal miżuri ta' konservazzjoni u tekniċi li għandhom jittieħdu sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti fl-Artikolu 15 u miżuri maħsuba biex jiġu evitati jew imnaqqsa, kemm jista' jkun, qabdiet mhux mixtieqa;

(g) salvagwardji biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-miri kwantifikabbli, u azzjonijiet rimedjali, fejn meħtieġ, inkluż għal sitwazzjonijiet fejn id-disponibbiltà jew il-kwalità tad-data, li jkunu qed jiddeterjoraw, ipoġġu f'riskju s-sostenibbiltà tal-istokk;

2.  Pjan pluriennali għandu jinkludi wkoll:

(a) miżuri ta' konservazzjoni oħrajn, b'mod partikolari miżuri li gradwalment jeliminaw ir-rimi b'kont meħud tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli jew biex jiġi minimizzat l-impatt negattiv tas-sajd fuq l-ekosistema, għandhom jiġu iżjed speċifikati, fejn ikun il-każ, skont l-Artikolu 17;

(b) indikaturi kwantifikabbli għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni perjodiċi tal-progress fir-rigward tal-kisba tal-miri tal-pjan pluriennali;

(c) fejn ikun il-każ, objettivi speċifiċi għall-parti tal-ilma ħelu taċ-ċiklu tal-ħajja ta' speċijiet anadromi u katadromi.

3.  Pjan pluriennali għandu jipprevedi r-reviżjoni tiegħu wara evalwazzjoni inizjali ex-post, b'mod partikolari biex jitqies tibdil fil-parir xjentifiku.

Artikolu 11

Miżuri ta' konservazzjoni meħtieġa għall-finijiet ta' konformità ma' obbligi taħt il-leġislazzjoni ambjentali tal-Unjoni

1.  L-Istati Membri b'dan jingħataw is-setgħa li jadottaw miżuri ta' konservazzjoni li ma jaffettwawx bastimenti tas-sajd ta' Stati Membri oħrajn li huma applikabbli għall-ilmijiet taħt is-sovranità jew ġurisdizzjoni tagħhom u li huma meħtieġa għall-fini tal-konformità mal-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2008/56/KE, l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/147/KE jew l-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43/KEE, sakemm dawk il-miżuri jkunu kompatibbli mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2, jilħqu l-objettivi tal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni li huma jkunu maħsuba biex jimplimentaw, u ma jkunux inqas stretti minn miżuri taħt il-liġi tal-Unjoni.

2.  Fejn Stat Membru (l-"Istat Membru inizjanti") jqis li jeħtieġ li jiġu adottati miżuri għall-finijet ta' konformità mal-objettivi msemmija fil-paragrafu 1 u Stati Membri oħra għandhom interess ta' ġestjoni dirett fis-sajd li jkun se jiġi affettwat minn tali miżuri, il-Kummissjoni b'dan hija mogħtija s-setgħa li tadotta tali miżuri, fuq talba, permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 55. Għal din il-fini, għandu japplika mutatis mutandis l-Artikolu 17(1) sa (4) u (6).

3.  L-Istat Membru inizjanti għandu jipprovdi informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn li jkollhom interess ta' ġestjoni dirett dwar il-miżuri mitluba, inkluż ir-raġunijiet għalihom, l-evidenza xjentifika li tappoġġahom u dettalji dwar l-implimentazzjoni u infurzar tagħhom fil-prattika. L-Istat Membru inizjanti u l-Istati Membri l-oħrajn li jkollhom interess ta' ġestjoni dirett jistgħu jippreżentaw rakkomandazzjoni konġunta, kif previst fl-Artikolu 17(1), fi żmien sitt xhur mill-għoti ta' informazzjoni suffiċjenti. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri waqt li tieħu kont ta' kwalunkwe parir xjentifiku disponibbli fi żmien tliet xhur mir-riċezzjoni ta' talba sħiħa.

Jekk mhux l-Istati Membri kollha jirnexxilhom jaqblu dwar rakkomandazzjoni konġunta li trid tiġi preżentata lill-Kummissjoni taħt l-ewwel subparagrafu fiż-żmien l-iskadenza stabbilita fih, jew jekk ir-rakkomandazzjoni konġunta titqies bħala mhux kompatibbli mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposta f'konformità mat-Trattat.

4.  B'deroga mill-paragrafu 3a, fin-nuqqas ta' rakkomandazzjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 3a, f'każijiet ta' urġenza, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri. għal perijodu massimu ta' sena. Il-miżuri li għandhom jiġu adottati f'każ ta' urġenza għandhom ikunu limitati għal dawk li fin-nuqqas tagħhom il-kisba tal-objettivi marbuta mal-istabbiliment tal-miżuri ta' konservazzjoni, skont id-Direttivi msemmija fil-paragrafu 1 u l-intenzjonijiet tal-Istat Membru, tkun fil-periklu.

5.  Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 3a għandhom japplikaw għal perijodu massimu ta' 12-il xahar li jista' jiġi estiż għal perijodu massimu ta' 12-il fejn ikunu għadhom jeżistu l-kondizzjonijiet previsti f'dak il-paragrafu.

6.  Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istat membru kkonċernat u l-Istati Membri l-oħrajn li jkollhom interess ta' ġestjoni dirett fis-sajd ikkonċernat fil-proċess tal-implimentazzjoni u l-infurzar tal-miżuri adottati taħt il-paragrafi 3, 3a u 3ab.

Artikolu 12

Miżuri mill-Kummissjoni f'każ ta' theddida serja għal riżorsi bijoloġiċi tal-baħar

1.  Għal raġunijiet imperattivi, debitament ġustifikati, ta' urġenza relattivi għal theddida serja għall-konservazzjoni ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jew għall-ekosistema tal-baħar li jkunu bbażati fuq evidenza, il-Kummissjoni, fuq it-talba raġunata ta' xi Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, sabiex ittaffi dik it-theddida, tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament li jkunu applikabbli għal perijodu massimu ta' sitt xhur skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 56(3).

2.  L-Istat Membru għandu jikkomunika b'mod simultanju t-talba msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kunsilli Konsultattivi kkonċernati. L-Istati Membri l-oħra u l-Kunsilli Konsultattivi jistgħu jippreżentaw il-kummenti bil-miktub tagħhom fi żmien sebat ijiem ta' xogħol mid-data li jkunu rċevew in-notifika. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien ħmistax-il ġurnata ta' xogħol wara l-wasla tat-talba msemmija fil-paragrafu 1.

3.  Qabel ma jiskadi l-perijodu inizjali tal-applikazzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament previsti fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista', fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet taħt il-paragrafu 1, tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament li jestendu l-applikazzjoni ta' tali miżura ta' emerġenza għal perijodu massimu ta' sitt xhur b'effett immedjat. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 56(3).

Artikolu 13

Miżuri ta' emerġenza tal-Istati Membri

1.  Fuq il-bażi ta' evidenza ta' theddida serja għall-konservazzjoni ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, jew għall-ekosistema tal-baħar relatata ma' attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew ġurisdizzjoni ta' Stat Membru li jeħtieġu azzjoni immedjata, dak l-Istat Membru jista' jadotta miżuri ta' emerġenza biex itaffu t-theddida. Tali miżuri għandhom ikunu kompatibbli mal-objettivi stipulati fl-Artikolu 2 u mhux inqas stretti minn dawk previsti fil-liġi tal-Unjoni. Tali miżuri għandhom japplikaw għal perijodu massimu ta' tliet xhur.

2.  Fejn il-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni li għandhom jiġu adottati minn Stat Membru jistgħu jaffettwaw bastimenti tas-sajd ta' Stati Membri oħra, tali miżuri għandhom jiġu adottati biss wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, l-Istati Membri rilevanti u l-Kunsilli Konsultattivi rilevanti dwar abbozz tal-miżuri akkumpanjat minn memorandum ta' spjegazzjoni. L-Istat Membru li jkun qed jikkonsulta jista' jistabbilixxi skadenza raġonevoli għall-finijiet tal-konsultazzjoni, li madankollu m'għandhiex tkun iqsar minn xahar.

3.  Fejn il-Kummissjoni tqis li miżura adottata taħt dan l-Artikolu ma tkunx konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, hija tista', soġġett għal provvediment ta' raġunijiet rilevanti, titlob li l-Istat Membru kkonċernat jemenda jew iħassar dik il-miżura.

Artikolu 14

Evitar u minimizzazzjoni ta' qabdiet mhux mixtieqa

1.  Biex tiġi ffaċilitata l-introduzzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art tal-qabdiet kollha fl-attività tas-sajd rispettiva skont l-Artikolu 15 ("l-obbligu ta’ ħatt l-art"), l-Istati Membri jistgħu jeżegwixxu proġetti pilota, fuq il-bażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli u b'kont meħud tal-opinjonijiet tal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti, bil-ħsieb li jesploraw għalkollox il-metodi prattikabbli kollha għall-evitar, il-minimizzazzjoni u l-eliminazzjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa f'attività tas-sajd.

2.  L-Istati Membri jistgħu jipproduċu wkoll "atlas tar-rimi" li juri l-livell ta' rimi f'kull waħda mill-attivitajiet tas-sajd koperti mill-Artikolu 15(1).

Artikolu 15

L-obbligu ta' ħatt l-art

1.  Il-qabdiet kollha ta' speċijiet li huma soġġetti għal limiti ta' qbid u, fil-Mediterran, anki qabdiet ta' speċijiet li huma soġġetti għal daqsijiet minimi kif definit fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, li jinqabdu waqt attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni f'ilmijiet li mhumiex soġġetti għas-sovranità jew ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi, fis-sajd u ż-żoni ġeografiċi elenkati hawn taħt, għandhom jinġiebu u jinżammu abbord il-bastimenti tas-sajd, jiġu rreġistrati, jinħattu l-art u jingħaddu skont il-kwoti fejn applikabbli, ħlief meta jintużaw bħala lixka ħajja, skont l-iskeda ta’ żmien li ġejja:

(a) Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2015:

 sajd pelaġiku żgħir jiġifieri sajd għall-kavalli, aringi, sawrell, stokkafixx, pixxitrumbetta, inċova, argentina, sardin, laċċa kaħla; sajd pelaġiku kbir jiġifieri sajd għat-tonn, pixxispad, alonga, tonn għajnu kbira, marlin blu u abjad;

 sajd għal skopijiet industrijali (fost l-oħrajn sajd għal capelin, ċiċċirell u Norwegian pout);

 sajd għal salamun fil-Baħar Baltiku.

(b) Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2015 għal speċijiet li jiddefinixxu s-sajd u mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2017 – għall-ispeċijiet l-oħrajn kollha fis-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Baħar Baltiku għall-ispeċijiet soġġetti għal limiti ta' qbid barra dawk koperti mill-punt (a).

(c) Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2016: għal speċijiet li jiddefinixxu s-sajd u mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2019 għall-ispeċijiet l-oħrajn kollha fi:

(i) il-Baħar Nordiku

 sajd għal merluzz, haddock, merlangu, pollakkju;

 sajd għal ksampu;

 sajd għal lingwata komuni u barbun tat-tbajja’;

 sajd għal marlozz;

 sajd għal gambli tat-tramuntana;

(ii) l-ilmijiet tal-Majjistral

 sajd għal merluzz, haddock, merlangu, pollakkju;

 sajd għal ksampu;

 sajd għal lingwata komuni u barbun tat-tbajja’;

 sajd għal marlozz;

(iii) l-illmijiet tal-Lbiċ

 sajd għal ksampu;

 sajd għal lingwata komuni u barbun tat-tbajja’;

 sajd għal marlozz;

(iv) żoni ta' sajd oħrajn għal speċijiet soġġetti għal limiti ta' qbid.

(d) Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2017 għal speċijiet li jiddefinixxu s-sajd u mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2019 għall-ispeċijiet l-oħrajn kollha f'sajd li mhux kopert mill-punt (a) fil-Mediterran, fil-Baħar l-Iswed u fl-ilmijiet l-oħrajn kollha tal-Unjoni u f'ilmijiet mhux tal-Unjoni li mhumiex soġġetti għas-sovranità jew ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi.

2.  Il-paragrafu 1 għandu jkun bla preġudizzju għall-obbligi internazzjonali tal-Unjoni. Il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 55, biex timplimenta tali obbligi internazzjonali fil-liġi tal-Unjoni, inklużi, b'mod partikolari, derogi mill-obbligu ta' ħatt l-art taħt dan l-Artikolu.

3.  Fejn l-Istati Membri kollha li jkollhom interess ta' ġestjoni dirett f'sajd partikolari jaqblu li l-obbligu ta' ħatt l-art għandu japplika għal speċijiet għajr dawk elenkati fil-paragrafu 1, huma jistgħu jippreżentaw rakkomandazzjoni konġunta biex tiġi estiża l-applikazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art għal tali speċijiet oħrajn. Għal din il-fini, għandu japplika mutatis mutandis l-Artikolu 17(1) sa (6). Fejn tiġi ppreżentata tali rakkomandazzjoni konġunta, il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 55, li jinkludu dawn il-miżuri.

4.  L-obbligu ta’ ħatt l-art imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika għal:

(a) speċijiet li s-sajd għalihom huwa pprojbit u li huma identifikati bħala tali f'att legali tal-Unjoni adottat fil-qasam tal-PKS;

(b) speċijiet li għalihom l-evidenza xjentifika turi rati ta' soppravivenza għoljin, b'kont meħud tal-karatteristiċi tal-irkaptu tas-sajd, tal-prattiki tas-sajd u tal-ekosistema;

(c) qabdiet li jaqgħu taħt eżenzjonijiet de minimis;

▼M2

(d) ħut li juri ħsara kkawżata minn predaturi.

▼B

5.  Id-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikunu speċifikati fi pjanijiet pluriennali msemmija fl-Artikoli 9 u 11 u, fejn rilevanti, għandhom ikunu speċifikati iżjed skont l-Artikolu 17, inklużi:

▼M2

(a) dispożizzjonijiet speċifiċi rigward sajd jew speċijiet koperti mill-obbligu tal-ħatt imsemmi fil-paragrafu 1, bħalll-miżuri tekniċi msemmija fl- Artikolu 7(2), bil-għan li tiżdied is-selettività tal-irkaptu jew jitnaqqsu jew, kemm jista' jkun, jiġu eliminati l-qabdiet mhux mixtieqa;

▼B

(b) l-ispeċifikazzjoni ta' eżenzjonijiet għall-obbligu ta' ħatt l-art fir-rigward ta' speċijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 4;

(c) dispożizzjonijiet għal eżenzjonijiet de minimis ta' mhux aktar minn 5 % tal-qabdiet annwali totali tal-ispeċijiet kollha soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art imsemmi fil-paragrafu 1. L-eżenzjoni de minimis għandha tapplika fil-każijiet li ġejjin:

(i) fejn l-evidenza xjentifika tindika li ż-żidiet fis-selettività jkunu diffiċli ħafna biex jinkisbu; jew

(ii) biex jiġu evitati spejjeż sproporzjonati tal-manipulazzjoni ta' qabdiet mhux mixtieqa, għal dawk l-irkapti tas-sajd fejn il-qabdiet mhux mixtieqa għal kull irkaptu tas-sajd ma jirrappreżentax aktar minn ċertu perċentwal, li għandu jiġi stabbilit fil-pjan, tal-qabda totali annwali ta' dak l-irkaptu.

Il-qabdiet taħt id-dispożizzjonijiet imsemmija f'dan il-punt m'għandhomx jingħaddu fil-kuntest tal-kwoti rilevanti; madankollu l-qabdiet kollha ta' din ix-xorta għandhom jiġu ddokumentati bis-sħiħ.

Għal perijodu transitorju ta' erba' snin, il-perċentwal tal-qabdiet annwali totali msemmi f'dan il-punt għandu jiżdied:

(i) b'żewġ perċentwali fl-ewwel sentejn ta' applikazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art ta' qabdiet; u

(ii) b'perċentwal wieħed fis-sentejn sussegwenti;

(d) dispożizzjonijiet dwar dokumentazzjoni ta' qabdiet;

(e) fejn ikun il-każ, l-iffissar ta' daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni f'konformità mal-paragrafu 5.

▼M3

6.  Fejn ma jkun ġie adottat l-ebda pjan pluriennali, jew l-ebda pjan ta’ ġestjoni skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, għat-tip ta’ sajd inkwistjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, f’konformità mal-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament, f’konformità mal-Artikolu 46 ta’ dan ir-Regolament, atti delegati li jistabbilixxu fuq bażi temporanja pjanijiet għall-iskartar speċifiċi li jkun fihom l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu għal perjodu inizjali ta’ mhux aktar minn tliet snin li jista’ jiġġedded għal perjodu totali ieħor ta’ tliet snin. L-Istati Membri jistgħu jikkooperaw, f’konformità mal-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament, fit-tfassil tat-tali pjan bil-ħsieb li l-Kummissjoni tadotta t-tali atti jew li din tippreżenta proposta skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

▼B

7.  Fejn ma tkun ġiet adottata l-ebda miżura sabiex tiġi speċifikata l-eżenzjoni de minimis jew fi pjan pluriennali skont il-paragrafu 3 jew fi pjan speċifiku dwar ir-rimi skont il-paragrafu 3a, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 55, li jistabbilixxu l-eżenzjoni de minimis msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2, li għandha, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (c)(i) jew (ii) tal-paragrafu 3, tammonta għal mhux aktar minn 5 % tal-qabdiet totali annwali tal-ispeċijiet kollha li għalihom japplika l-obbligu ta' ħatt l-art taħt il-paragrafu 1. Dik l-eżenzjoni de minimis għandha tiġi adottata sabiex tkun tapplika mid-data ta' applikazzjoni tal-obbligu rilevanti ta' ħatt l-art.

8.  B'deroga mill-obbligu biex il-qabdiet jingħaddu skont il-kwoti rilevanti f'konformità mal-paragrafu 1, il-qabdiet ta' speċijiet li huma soġġetti għal obbligu ta' ħatt l-art u li huma maqbudin f'eċċess ta' kwoti għall-istokkijiet inkwistjoni, jew qabdiet ta' speċijiet li fir-rigward tagħhom l-Istat Membru m'għandu l-ebda kwota, jistgħu jitnaqqsu mill-kwota tal-ispeċijiet fil-mira bil-kondizzjoni li ma jaqbżux id-9 % tal-kwota tal-ispeċijiet fil-mira. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika biss fejn l-istokk tal-ispeċijiet mhux fil-mira jkun f'limiti bijoloġiċi siguri.

9.  Għal stokkijiet soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art, l-Istati Membri jistgħu jużaw flessibbiltà ta' sena b'sena sa 10 % tal-ħatt l-art permess tagħhom. Għal dan il-għan, Stat Membru jista' jippermetti l-ħatt l-art ta' kwantitajiet addizzjonali tal-istokk li huwa soġġett għall-obbligu tal-ħatt l-art sakemm tali kwantitajiet ma jaqbżux 10 % tal-kwota allokata għal dak l-Istat Membru. Għandu japplika l-Artikolu 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

10.  Jistgħu jiġu stabbiliti daqsijiet ta' referenza minimi għall-konservazzjoni bl-għan li tiġi żgurata l-protezzjoni ta' organiżmi tal-baħar li għadhom qed jikbru.

11.  Għall-ispeċijiet soġġetti għal obbligu ta' ħatt l-art kif speċifikat fil-paragrafu 1, l-użu ta' qabdiet ta' speċijiet taħt id-daqs ta' referenza minimu għall-konservazzjoni għandu jkun ristrett għal skopijiet li mhumiex għall-konsum dirett tal-bniedem, inkluż ikel tal-ħut, żejt tal-ħut, ikel tal-annimali, addittivi tal-ikel, farmaċewtiċi u kosmetiċi.

▼M4

12.  Għall-ispeċijiet li mhumiex soġġetti għall-obbligu ta’ ħatt l-art kif speċifikat fil-paragrafu 1, il-qabdiet ta’ speċijiet taħt id-daqs ta’ referenza minimu għall-konservazzjoni ma għandhomx jinżammu abbord, iżda għandhom jiġu rritornati fil-baħar minnufih, ħlief meta jintużaw bħala lixka ħajja.

▼B

13.  Għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-konformità mal-obbligu ta' ħatt l-art, l-Istati Membri għandhom jiżguraw dokumentazzjoni dettaljata u preċiża ta' kull vjaġġ tas-sajd u kapaċità u mezzi adegwati, bħal osservaturi, sistemi ta' televiżjoni ta' ċirkwitu magħluq (CCTV) u oħrajn. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-prinċipju ta' effiċjenza u proporzjonalità.

▼M2

14.  Sal-31 ta' Mejju 2016, u sal-31 ta' Mejju ta' kull sena sussegwenti sa u inkluża l-2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt, ibbażat fuq l-informazzjoni mibgħuta mill-Istati Membri, il-Kunsilli Konsultattivi u sorsi oħra rilevanti lill-Kummissjoni.

Ir-rapporti annwali għandhom jinkludu:

 passi li ttieħdu mill-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi biex jikkonformaw mal-obbligu tal-ħatt;

 passi li ttieħdu mill-Istati Membri rigward il-kontroll ta' konformità mal-obbligu tal-ħatt;

 informazzjoni dwar l-impatt soċjoekonomiku tal-obbligu tal-ħatt;

 informazzjoni dwar l-effett tal-obbligu tal-ħatt fuq is-sikurezza abbord bastimenti tas-sajd;

 informazzjoni dwar l-użu u s-swieq tal-qabdiet taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni ta' speċi soġġetti għall-obbligu tal-ħatt;

 informazzjoni dwar l-infrastrutturi tal-port u l-armar tal-bastimenti fir-rigward tal-obbligu tal-ħatt;

 għal kull industrija ta' sajd ikkonċernata, informazzjoni dwar id-diffikultajiet li nqalgħu fl-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt u rakkomandazzjonijiet li jindirizzawhom.

▼B

Artikolu 16

Opportunitajiet tas-sajd

1.  L-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Istati Membri għandhom jiżguraw stabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta’ kull Stat Membru għal kull stokk ta' ħut jew żona tas-sajd. Għandhom jitqiesu l-interessi ta’ kull Stat Membru meta jiġu allokati l-opportunitajiet tas-sajd il-ġodda.

2.  Meta jiġi introdott l-obbligu ta' ħatt l-art fir-rigward ta' stokk ta' ħut, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti billi titqies il-bidla mill-istabbiliment ta' opportunitajiet tas-sajd li jirriflettu l-ħatt l-art għall-istabbiliment tal-opportunitajiet tas-sajd li jirriflettu l-qabdiet fuq il-bażi li, għall-ewwel sena u s-snin sussegwenti, ir-rimi ta' dak l-istokk mhux ser jibqa' jiġi permess.

3.  Fejn evidenza xjentifika ġdida turi li hmm disparità sinifikanti bejn l-opportunitajiet tas-sajd li jkunu ġew iffissati għal stokk speċifiku u l-istat attwali ta' dak l-istokk, l-Istati Membri li jkollhom interess ta' ġestjoni dirett jistgħu jippreżentaw talba raġunata lill-Kummissjoni biex hija tibgħat proposta biex tnaqqas dik id-disparità, filwaqt li tirrispetta l-objettivi li jinsabu fl-Artikolu 2(2).

4.  L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti b'mod konsistenti mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2(2) u għandhom jikkonformaw mal-miri kwantifikabbli, l-iskedi taż-żmien u l-marġini stabbiliti skont l-Artikolu 9(2) u punti (b) u (c) tal-Artikolu 11(1).

5.  Għandhom jiġu stabbiliti, f'konformità mat-Trattat, miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet ta' sajd disponibbli għall-pajjiżi terzi fl-ilmijiet tal-Unjoni u opportunitajiet tas-sajd.

6.  Kull Stat Membru għandu jiddeċiedi kif l-opportunitajiet tas-sajd li jkunu allokati lilu, u li mhumiex soġġetti għal sistema ta’ konċessjonijiet trasferibbli tas-sajd, jistgħu jiġu allokati lil bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu (pereżempju billi jinħolqu opportunitajiet tas-sajd individwali). Għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-metodu ta' allokazzjoni.

7.  Għall-allokazzjoni ta' opportunitajiet ta' sajd marbuta ma' sajd imħallat, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kompożizzjoni probabbli tal-qbid tal-bastimenti li jipparteċipaw f'dan it-tip ta' sajd.

8.  L-Istati Membri jistgħu, wara li jinnotifikaw lill-Kummissjoni, iwettqu skambju ta’ parti mill-opportunitajiet tas-sajd jew l-opportunitajiet kollha ta' sajd allokati lilhom.

Artikolu 17

Kriterji għall-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd mill-Istati Membri

Meta jallokaw opportunitajiet tas-sajd disponibbli għalihom kif imsemmi fl-Artikolu 16, l-Istati Membri għandhom jużaw kriterji trasparenti u oġġettivi inklużi dawk ta' natura ambjentali, soċjali u ekonomika. Il-kriterji li għandhom jintużaw jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent, l-istorja tal-konformità, il-kontribut għall-ekonomija lokali u l-livelli ta' qbid storiku. Fi ħdan l-opportunitajiet tas-sajd allokati lilhom, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jipprovdu inċentivi għall-bastimenti tas-sajd li jużaw irkaptu selettiv tas-sajd jew li jużaw tekniki tas-sajd b'impatt ambjentali mnaqqas, bħal b'konsum imnaqqas tal-enerġija jew ta' ħsara għall-abitat.



TITOLU III

Reġjonalizzazzjoni

Artikolu 18

Kooperazzjoni reġjonali dwar miżuri ta' konservazzjoni

1.  Fejn il-Kummissjoni tingħata setgħat, inklużi fi pjan pluriennali stabbiliti skont l-Artikoli 9 u 11, kif ukoll fil-każijiet previsti fl-Artikoli 12 u 15(3a), biex tadotta miżuri permezz ta' atti delegati jew ta' implimentazzjoni, fir-rigward ta' miżura tal-Unjoni ta' konservazzjoni li tapplika għal żona ġeografika rilevanti, l-Istati Membri li jkollhom interess ta' ġestjoni dirett affettwat minn dawk il-miżuri jistgħu, fi skadenza li għandha tiġi stipulata fil-miżura ta' konservazzjoni rilevanti u/jew fil-pjan pluriennali, jaqblu li jippreżentaw rakkomandazzjonijiet konġunti biex jiksbu l-objettivi tal-miżuri rilevanti tal-Unjoni ta' konservazzjoni, tal-pjanijiet pluriennali jew tal-pjanijiet speċifiċi dwar ir-rimi.Il-Kummissjoni m'għandha tadotta ebda att delegat jew ta' implimentazzjoni bħal dan qabel ma jiskadi ż-żmien għall-preżentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet konġunti mill-Istati Membri.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri li jkollhom interess ta' ġestjoni dirett affettwat mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkooperaw flimkien biex jifformulaw ir-rakkomandazzjonijiet konġunti. Huma għandhom jikkonsultaw ukoll lill-Kunsill(i) Konsultattiv(i) rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, inkluż, fejn neċessarju, billi jiżguraw li jinkiseb kontribut xjentifiku mill-korpi xjentifiċi rilevanti.

3.  Fejn tiġi preżentata, taħt il-paragrafu 1, rakkomandazzjoni konġunta, il-Kummissjoni tista' tadotta dawk il-miżuri permezz ta' atti ddelegati jew ta' implimentazzjoni, dment li tali rakkomandazzjoni tkun kompatibbli mal-miżura ta' konservazzjoni rilevanti u/jew mal-pjan pluriennali.

4.  Fejn il-miżura ta' konservazzjoni tapplika għal stokk speċifiku ta' ħut maqsum ma' pajjiżi terzi u ġestit mill-organizzazzjonijiet multilaterali tas-sajd jew taħt ftehimiet bilaterali jew multilaterali, l-Unjoni għandha tagħmel ħilitha biex taqbel mas-sħab rilevanti dwar il-miżuri li jkunu meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rakkomandazzjonijiet konġunti dwar miżuri ta' konservazzjoni li għandhom jiġu adottati skont il-paragrafu 1 ikunu bbażati fuq l-aqwa parir xjentifiku disponibbli u jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin kollha:

(a) huma kompatibbli mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2;

(b) huma kompatibbli mal-ambitu u l-objettivi tal-miżuri rilevanti ta' konservazzjoni;

(c) huma kompatibbli mal-kamp ta' applikazzjoni u jilħqu l-objettivi u miri kwantifikabbli stabbiliti fi pjan pluriennali rilevanti b'mod effettiv;

(d) mhumiex inqas stretti minn miżuri taħt il-liġi tal-Unjoni.

6.  Jekk mhux l-Istati Membri kollha jirnexxielhom jaqblul dwar rakkomandazzjonijiet konġunti li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni taħt il-paragrafu 1 fil-limiti ta' skadenza stabbilita jew jekk ir-rakkomandazzjonijiet konġunti dwar miżuri ta' konservazzjoni jitqiesu bħala li mhux kompatibbli mal-objettivi u l-miri kwantifikabbli tal-miżuri ta' konservazzjoni inkwistjoni, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposta għal miżuri adatti f'konformità mat-Trattat.

7.  Addizzjonalment għall-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri li jkollhom interess ta' ġestjoni dirett f'sajd f'żona ġeografika definita jistgħu wkoll jagħmlu rakkomandazzjonijiet konġunti komuni lill-Kummissjoni dwar miżuri li għandhom jiġu proposti jew adottati mill-Kummissjoni.

8.  Bħala metodu supplimentari jew alternattiv ta' kooperazzjoni reġjonali, l-Istat Membri se jingħataw is-setgħa, f'miżura tal-Unjoni ta' konservazzjoni li tapplika għal żona ġeografika rilevanti, anke fi pjan pluriennali stabbilit skont l-Artikoli 9 u 11, biex sad-data ta' skadenza stipulata jadottaw miżuri li jispeċifikaw aktar dik il-miżura ta' konservazzjoni. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw mill-qrib fl-adozzjoni ta' tali miżuri. Il-paragrafi 2, 4 u 5 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis. Il-Kummissjoni għandha tiġi assoċjata u l-kummenti tagħha għandhom jitqiesu. L-Istati Membri għandhom biss jadottaw il-miżuri nazzjonali rispettivi tagħhom jekk ikun intlaħaq ftehim dwar il-kontenut tal-miżuri mill-Istati Membri kkonċernati kollha. Fejn il-Kummissjoni tqis li l-miżura ta' Stat Membru ma tikkonformax mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-miżura ta' konservazzjoni rilevanti, hija tista', soġġett għall-għoti ta' raġunijiet rilevanti, titlob li l-Istat Membru kkonċernat jemenda jew iħassar dik il-miżura.



TITOLU IV

Miżuri nazzjonali

Artikolu 19

Miżuri tal-Istati Membri applikabbli għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom jew għal persuni stabbiliti fuq it-territorju tagħhom

1.  Stat Membru jista' jadotta miżuri għall-konservazzjoni ta' stokkijiet ta' ħut fl-ilmijiet tal-Unjoni bil-kondizzjoni li dawk il-miżuri jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin kollha:

(a) huma japplikaw biss għal bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' dak l-Istat Membru jew, fil-każ ta' attivitajiet tas-sajd li ma jsirux minn bastiment tas-sajd, għal persuni stabbiliti f'dik il-parti tat-territorju tiegħu li għalih japplika t-Trattat;

(b) huma jkunu kompatibbli mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2;

(c) huma ma jkunux inqas stretti minn miżuri taħt il-liġi tal-Unjoni.

2.  Stat Membru għandu, għall-finijiet ta' kontroll, jinforma lill-Istati Membri kkonċernati l-oħra dwar id-dispożizzjonijiet adottati skont il-paragrafu 1.

3.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu pubblikament disponibbli informazzjoni adegwata dwar il-miżuri adottati skont dan l-Artikolu.

Artikolu 20

Miżuri tal-Istati Membri fi ħdan iż-żona ta' 12-il mil nawtiku

1.  Stat Membru jista' jieħu miżuri mhux diskriminatorji għall-konservazzjoni u l-ġestjoni ta' stokkijiet tal-ħut u ż-żamma jew it-titjib tal-istatus ta’ konservazzjoni tal- ekosistemi tal-baħar sa 12-il mil nawtiku mil-linji bażi tiegħu bil-kondizzjoni li l-Unjoni ma tkunx adottat miżuri li jindirizzaw il-konservazzjoni u l-ġestjoni b'mod speċifiku għal dik iż-żona jew li jindirizzaw b'mod speċifiku l-problema identifikata mill-Istat Membru kkonċernati. Il-miżuri tal-Istat Membru għandhom ikunu kompatibbli mal-objettivi stipulati fl-Artikolu 2 u mhux inqas stretti minn miżuri taħt il-liġi tal-Unjoni.

2.  Fejn il-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni li għandhom jiġu adottati minn Stat Membru jistgħu jaffettwaw bastimenti tas-sajd ta' Stati Membri oħra, tali miżuri għandhom jiġu adottati biss wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, l-Istati Membri rilevanti u l-Kunsilli Konsultattivi rilevanti dwar abbozz tal-miżuri, li għandu jkun akkumpanjat minn memorandum ta' spjegazzjoni li juri, inter alia, li dawk il-miżuri mhumiex diskriminatorji. Għall-fini ta' tali konsultazzjoni, l-Istat Membru li jkun qed jikkonsulta jista' jistabbilixxi skadenza raġonevoli, li madankollu m'għandhiex tkun iqsar minn xahrejn.

3.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu pubblikament disponibbli informazzjoni adegwata dwar il-miżuri adottati skont dan l-Artikolu.

4.  Fejn il-Kummissjoni tqis li miżura adottata taħt dan l-Artikolu mhijiex konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, hija tista', soġġetta għal provvediment ta' raġunijiet rilevanti, titlob li l-Istat Membru kkonċernat jemenda jew iħassar il-miżura rilevanti.



PARTI IV

ĠESTJONI TAL-KAPAĊITÀ TAS-SAJD

Artikolu 21

Stabbiliment tas-sistemi ta’ konċessjonijiet trasferibbli tas-sajd

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistema ta' konċessjonijiet trasferibbli tas-sajd. L-Istati Membri li jkollhom tali sistema għandhom jistabbilixxu u jżommu reġistru ta' konċessjonijiet trasferibbli tas-sajd.

Artikolu 22

Aġġustament u ġestjoni tal-kapaċità ta' sajd

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri biex tiġi aġġustata l-kapaċità tas-sajd tal-flotot tagħhom għall-opportunitajiet tas-sajd tagħhom matul iż-żmien, b'kont meħud tax-xejriet u abbażi tal-aħjar parir xjentifiku, bl-objettiv li jinkiseb bilanċ stabbli u dejjiem bejniethom.

2.  Sabiex jinkiseb l-objettiv imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, sal-31 ta' Mejju ta' kull sena, rapport dwar il-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd tal-flotot tagħhom u l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom. Sabiex jiġi ffaċilitat approċċ komuni fl-Unjoni kollha, dak ir-rapport għandu jitħejja skont il-linji gwida komuni li jistgħu jiġu żviluppati mill-Kummissjoni li jindikaw il-parametri tekniċi, soċjali u ekonomiċi rilevanti.

Dak ir-rapport għandu jinkludi l-valutazzjoni annwali tal-kapaċità tal-flotta nazzjonali u tas-segmenti kollha tal-flotot ta' kull Stat Membru. Ir-rapport għandu jkollhom l-għan li jidentifika l-kapaċità strutturali żejda skont is-segment u jagħtu stima tal-profittabbiltà fit-tul skont is-segment. Ir-rapporti għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku.

3.  Fir-rigward tal-valutazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1a, l-Istati Membri għandhom jibbażaw l-analiżi tagħhom fuq il-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd tal-flotot tagħhom u l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom. Għandhom jitfasslu valutazzjonijiet separati għal flotot li jaħdmu fir-reġjuni ultraperiferiċi u għall-bastimenti li joperaw esklużivament barra mill-ilmijiet tal-Unjoni.

4.  Jekk il-valutazzjoni turi b'mod ċar li l-kapaċità tas-sajd mhijiex bilanċjata b'mod effikaċi mal-opportunitajiet tas-sajd, l-Istat Membru għandu jħejji, u jinkludi fir-rapport tiegħu, pjan ta' azzjoni għas-segmenti tal-flotta b'kapaċità żejda sinifikanti identifikata. Il-pjan ta' azzjoni għandu jistabbilixxi l-miri ta' aġġustament u l-għodod biex jinkiseb bilanċ u ssir skeda ta' żmien ċara għall-implimentazzjoni tiegħu.

Fuq bażi annwali, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill dwar il-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd tal-flotot tal-Istati Membri u l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom skont il-linji gwida msemmijin fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1a. Ir-rapport għandu jinkludi pjanijiet ta' azzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu. L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat sal-31 ta' Marzu 2015.

Jekk Stat Membru jonqos milli jagħmel ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1a, u/jew jonqos milli jimplimenta l-pjan ta' azzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, ir-riżultat jista' jkun sospensjoni jew interruzzjoni proporzjonata tal-assistenza finanzjarja rilevanti tal-Unjoni lil dak l-Istat Membru għall-investiment fis-segment jew fis-segmenti tal-flotta kkonċernati f'konformità ma' att legali futur tal-Unjoni li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għal appoġġ finanzjarju għall-politika marittima u tas-sajd għall-perijodu 2014 - 2020.

5.  M'għandu jkun permess l-ebda ħruġ mill-flotta sostnut minn għajnuna pubblika sakemm ma jkunx preċedut mill-irtirar tal-liċenzja tas-sajd u tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd.

6.  Il-kapaċità tas-sajd li tikkorrispondi għall-bastimenti tas-sajd irtirati b'għajnuna pubblika m'għandhiex tiġi sostitwita.

7.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li minn 1 Jannar 2014, il-kapaċità tas-sajd tal-flotot tagħhom ma għandha, fl-ebda żmien, taqbeż il-limiti massimi ta' kapaċità tas-sajdstabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 23

Skema ta' Dħul/Ħruġ

1.  L-Istati Membri għandhom jiġġestixxu d-dħul fil-flotot tagħhom u l-ħruġ mill-flotot tagħhom b’tali mod li d-dħul fil-flotta ta’ kapaċità ġdida mingħajr għajnuna pubblika jiġi kkumpensat bl-irtirar preċedenti ta’ kapaċità mingħajr għajnuna pubblika tal-inqas l-istess ammont.

2.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jistabbilixxu regoli ta' implimentazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

3.  Mhux aktar tard minn 30 Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-iskema ta' Dħul/Ħruġ fid-dawl tar-relazzjoni li tkun qed tevolvi bejn il-kapaċità tal-flotta u l-opportunitajiet tas-sajd mistennija, u tipproponi, fejn ikun il-każ, emenda għal dik l-iskema.

▼M1

4.  B'deroga mill-paragrafu 1, Franza għandha tkun awtorizzata, sal-31 ta' Diċembru 2025, biex tintroduċi kapaċità ġdida mingħajr ma tirtira kapaċità ekwivalenti għad-diversi segmenti fil-Majott, bħala reġjun ultraperiferiku fis-sens tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem il-"Majott"), imsemmija fl-Anness II.

▼B

Artikolu 24

Reġistri tal-bastimenti tas-sajd

1.  L-Istati Membri għandhom jirreġistraw dik l-informazzjoni dwar is-sidien, dwar il-karatteristiċi tal-bastiment u tal-irkaptu u dwar l-attività tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera tagħhom li tkun meħtieġa għall-ġestjoni tal-miżuri stabbiliti taħt dan ir-Regolament.

2.  L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3.  Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru tal-flotot tas-sajd tal-Unjoni li jkun fih l-informazzjoni li tirċievi skont il-paragrafu 2. Hija għandha tipprovdi aċċess pubbliku għar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni, filwaqt li tiżgura li d-data personali tiġi protetta b'mod adegwat.

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jistabbilixxu rekwiżiti operattivi tekniċi għar-reġistrar, il-format u l-modalitajiet tat-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).



PARTI V

BAŻI XJENTIFIKA GĦALL-ĠESTJONI TAS-SAJD

Artikolu 25

Rekwiżiti ta' data għall-ġestjoni tas-sajd

1.  L-Istati Membri għandhom, skont ir-regoli adottati fil-qasam tal-ġbir tad-data, jiġbru data bijoloġika, ambjentali, teknika u soċjoekonomika meħtieġa għal ġestjoni tas-sajd, jiġġestixxu dik id-data u jagħmluha disponibbli għall-utenti finali, inklużi korpi maħtura mill-Kummissjoni. L-akkwist u l-ġestjoni ta' tali data għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament permezz tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd f'konformità ma' att legali futur tal-Unjoni li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għal appoġġ finanzjarju għall-politika marittima u tas-sajd għall-perijodu 2014 - 2020. Dik id-data għandha b'mod partikolari tippermetti l-valutazzjoni ta':

(a) l-istat tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar sfruttati,

(b) il-livell ta' sajd u l-impatt li l-attivitajiet tas-sajd ikollhom fuq ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u fuq l-ekosistemi tal-baħar, u

(c) il-prestazzjoni soċjoekonomika tas-setturi tas-sajd, l-akkwakultura u l-ipproċessar ġewwa u barra l-ilmijiet tal-Unjoni.

2.  Il-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-data għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji li ġejjin:

(a) il-preċiżjoni u l-affidabbiltà, u l-ġbir fil-ħin;

(b) l-użu ta' mekkaniżmi ta' koordinazzjoni bil-għan li jevitaw duplikazzjoni tal-ġbir tad-data għal skopijiet differenti;

(c) il-ħażna sikura u l-protezzjoni ta' data miġbura fil-bażijiet tad-data kompjuterizzati, u d-disponibbiltà pubblika tagħhom fejn xieraq, inkluż fil-livell aggregat, filwaqt li tiġi żgurata l-kunfidenzjalità;

(d) l-aċċess mill-Kummissjoni, jew mill-entitajiet maħtura minnha, għall-bażijiet tad-data nazzjonali u s-sistemi użati għall-ipproċessar tad-data miġbura sabiex tiġi verifikata l-eżistenza u l-kwalità tad-data.

(e) id-disponibbiltà fil-ħin tad-data rilevanti u l-metodoloġiji rispettivi li bihom dawn jinkisbu, għal korpi b'interess ta' riċerka jew ġestjoni fl-analiżi xjentifika ta' data fis-settur tas-sajd u għal kwalunkwe parti interessata, ħlief f'ċirkostanzi fejn il-protezzjoni u l-kunfidenzjalità jkunu meħtieġa mil-liġi applikabbli tal-Unjoni.

3.  Kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport dwar l-eżekuzzjoni tal-programmi nazzjonali tagħhom tal-ġbir tad-data u għandhom jagħmluha disponibbli għall-pubbliku.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-rapport annwali dwar il-ġbir tad-data wara li tikkonsulta mal-korp konsultattiv xjentifiku tagħha u, fejn xieraq, ma' organizzazzjonijiet ta' ġestjoni tas-sajd reġjonali (RFMOs) li għalihom l-Unjoni hija parti kontraenti jew osservatur u ma' korpi xjentifiċi internazzjonali rilevanti.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koordinament nazzjonali tal-ġbir u l-ġestjoni tad-data xjentifika, inkluża data soċjoekonomika, għall-ġestjoni tas-sajd. Għal dan il-għan, huma għandhom jaħtru korrispondent nazzjonali u jorganizzaw laqgħa annwali ta' koordinazzjoni nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata bl-attivitajiet ta' koordinazzjoni nazzjonali u tiġi mistiedna għal-laqgħat ta' koordinazzjoni.

5.  L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, l-attivitajiet tagħhom ta' ġbir tad-data ma' Stati Membri oħra fl-istess reġjun, u jagħmlu kull sforz sabiex jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom ma' pajjiżi terzi li jkollhom sovranità jew ġurisdizzjoni fuq ilmijiet fl-istess reġjun.

6.  Il-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' data għandhom isiru b'mod kost-effettiv.

7.  In-nuqqas ta' Stat Membru milli jiġbor u/jew jipprovdi data b'mod f'waqtu lil utent finali jista' jirriżulta f'sospensjoni proporzjonali jew interruzzjoni tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lil dak l-Istat Membru, f'konformità ma' att legali futur tal-Unjoni li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għal appoġġ finanzjarju għall-politika marittima u tas-sajd għall-perijodu 2014 - 2020.

Artikolu 26

Korpi xjentifiċi ta' konsultazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-korpi xjentifiċi adatti. Li STECF għandu jiġi kkonsultat, fejn xieraq, dwar materji li għandhom x'jaqsmu mal-konservazzjoni u l-ġestjoni ta' riżorsi marittimi ħajjin, inklużi konsiderazzjonijiet bijoloġiċi, ekonomiċi, ambjentali, soċjali u tekniċi. Konsultazzjonijiet ma' korpi xjentifiċi għandhom jieħdu kont tal-ġestjoni xierqa tal-fondi pubbliċi, bil-għan li tiġi evitata d-duplikazzjoni ta' xogħol minn tali korpi.

Artikolu 27

Riċerka u Parir Xjentifiku

1.  L-Istati Membri għandhom iwettqu programmi ta' riċerka u innovazzjoni dwar is-sajd u l-akkwakultura. Huma għandhom jikkoordinaw il-programmi tagħhom ta’ innovazzjoni fir-riċerka u ta’ konsulenza xjentifika dwar is-sajd ma' Stati Membri oħra, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, fil-kuntest tal-oqfsa ta' riċerka u innovazzjoni tal-Unjoni, filwaqt li, fejn xieraq, jinvolvu lill-Kunsilli Konsultattivi rilevanti. Dawk l-attivitajiet għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament permezz tal-baġit tal-Unjoni f'konformità mal-atti legali tal-Unjoni rilevanti.

2.  L-Istati Membri għandhom, bl-involviment tal-partijiet interessati rilevanti, bl-użu, fost l-oħrajn, tar-riżorsi finanzjarji disponibbli tal-Unjoni u permezz ta' koordinazzjoni ma' xulxin, jiżguraw id-disponibbiltà tal-kompetenzi u r-riżorsi umani rilevanti sabiex ikunu involuti fil-proċess konsultattiv xjentifiku.



PARTI VI

POLITIKA ESTERNA

Artikolu 28

Objettivi

1.  Sabiex jiġu żgurati sfruttament sostenibbli, ġestjoni u konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-ambjent tal-baħar, l-Unjoni għandha tmexxi r-relazzjonijiet esterni tagħha dwar is-sajd f'konformità mal-obbligi internazzjonali u l-objettivi politiċi tagħha, kif ukoll l-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 2 u 4.

2.  B'mod partikolari l-Unjoni għandha:

(a) tappoġġa u tikkontribwixxi b'mod attiv għall-iżvilupp ta' għarfien u parir xjentifiku;

(b) ittejjeb il-koerenza politika tal-inizjattivi tal-Unjoni, b'mod partikolari għall-attivitajiet ambjentali, kummerċjali u tal-iżvilupp u ssaħħaħ il-konsistenza tal-azzjonijiet meħuda fil-kuntest tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-kooperazzjoni xjentifika, teknika u ekonomika;

(c) tikkontribwixxi għal attivitajiet ta' sajd sostenibbli li huma ekonomikament vijabbli u jippromwovu l-impjiegi fl-Unjoni;

(d) tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni huma bbażati fuq l-istess prinċipji u standards applikabbli taħt il-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-PKS waqt li tippromwovi kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għal operaturi tal-Unjoni vis-à-vis operaturi oħra ta' pajjiżi terzi;

(e) tippromwovi u tappoġġa, fl-oqsma internazzjonali kollha, l-azzjoni meħtieġa biex jinqered għalkollox is-sajd IUU;

(f) tippromwovi l-istabbiliment u t-tisħiħ ta' kumitati ta’ konformità ta' RFMOs, analiżi perjodiċi indipendenti tal-prestazzjoni u azzjonijiet xierqa ta’ rimedju, inklużi pieni effettivi u dissważivi, li jeħtieġ li jiġu applikati b’mod trasparenti u nondiskriminatorju.

3.  Id-dispożizzjonijiet ta' din il-Parti għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċifiċi ta' ftehimiet internazzjonali adottati taħt l-Artikolu 218 tat-Trattat.



TITOLU I

Organizzazzjonijiet internazzjonali dwar is-sajd

Artikolu 29

Attivitajiet tal-Unjoni f'organizzazzjonijiet internazzjonali dwar is-sajd

1.  L-Unjoni għandha tappoġġa u tikkontribwixxi b'mod attiv fl-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet internazzjonali li jittrattaw is-sajd, inklużi RFMOs.

2.  Il-pożizzjonijiet tal-Unjoni f'organizzazzjonijiet internazzjonali li jittrattaw is-sajd u fl-RFMOs għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli sabiex ikun żgurat li r-riżorsi tas-sajd huma ġestiti b'mod konformi mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2, b'mod partikolari l-paragrafu (2) u l-punt (c) tal-paragrafu 5 tiegħu. L-Unjoni għandha tkun fuq quddiem fil-proċess tat-tisħiħ tal-prestazzjoni tal-RFMOs biex ikunu f'pożizzjoni aħjar biex jikkonservaw u jiġġestixxu r-riżorsi ħajjin tal-baħar taħt il-mira tagħhom.

3.  L-Unjoni għandha b'mod attiv tappoġġa l-iżvilupp ta' mekkaniżmi adatti u trasparenti għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd.

4.  L-Unjoni għandha trawwem kooperazzjoni fost RFMOs u konsistenza bejn l-oqfsa regolatorji rispettivi tagħhom, u għandha tappoġġa l-iżvilupp ta' għarfien u parir xjentifiku sabiex tiżgura li r-rakkomandazzjonijiet tagħhom ikunu bbażati fuq tali parir xjentifiku.

Artikolu 30

Konformità ma' dispożizzjonijiet internazzjonali

L-Unjoni għandha, inkluż permezz tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd ("l-Aġenzija"), tikkoopera ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali relatati mas-sajd, inklużi RFMOs, sabiex tissaħħaħ il-konformità mal-miżuri, b'mod speċjali dawk li jiġġieldu kontra s-sajd IUU, sabiex jiġi żgurat li l-miżuri adottati minn organizzazzjonijiet internazzjonali bħal dawn huma strettament osservati.



TITOLU II

Ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli

Artikolu 31

Prinċipji u objettivi tal-ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli

1.  Il-ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli ma' pajjiżi terzi għandhom jistabbilixxu qafas ta' governanza legali, ambjentali, ekonomiku u soċjali għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f'ilmijiet ta' pajjiżi terzi.

Tali oqfsa jistgħu jinkludu:

(a) żvilupp u appoġġ għall-istituzzjonijiet meħtieġa fil-qasam tax-xjenza u r-riċerka;

(b) kapaċitajiet ta' monitoraġġ, kontroll u sorveljanza; u

(c) elementi oħra ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet li jikkonċernaw l-iżvilupp ta' politika tas-sajd sostenibbli tal-pajjiż terz.

2.  Sabiex jiġi żgurat l-isfruttament sostenibbli ta' eċċessi ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, l-Unjoni għandha tagħmel ħilitha biex il-ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli ma' pajjiżi terzi jkunu ta' benefiċċju reċiproku għall-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat, inklużi l-popolazzjoni u l-industrija tas-sajd lokali tiegħu u li huma jikkontribwixxu biex ikomplu l-attività tal-flotot tal-Unjoni u jimmiraw li jiksbu sehem adatt mill-eċċess disponibbli, proporzjonat mal-interess tal-flotot tal-Unjoni.

3.  Sabiex jiġi żgurat li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu taħt ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli joperaw, fejn xieraq, skont standards simili li huma applikabbli għal dawk ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li qed jistadu fl-ilmijiet tal-Unjoni, l-Unjoni għandha tagħmel ħilitha biex tinkludi, fi ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli, dispożizzjonijiet adatti dwar l-obbligi ta' ħatt l-art ta’ ħut u prodotti tas-sajd.

4.  Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jaqbdu biss eċċessi tal-qabda permessa kif imsemmi fl-Artikolu62(2) u (3) tal-UNCLOS, u identifikata, b'mod ċar u trasparenti, abbażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli u l-informazzjoni rilevanti skambjata bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz dwar l-isforz totali tas-sajd fir-rigward tal-istokkijiet affettwati mill-flotot kollha. Rigward l-istokkijiet ta' ħut transżonali jew li jpassi ħafna, id-determinazzjoni tar-riżorsi disponibbli għall-aċċess għandha tieħu kont debitu tal-valutazzjonijiet xjentifiċi mwettqa fil-livell reġjonali kif ukoll il-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-RFMOs rilevanti.

5.  Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ma jistgħux joperaw fl-ilmijiet tal-pajjiż terz li miegħu jkun fis-seħħ ftehim ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli sakemm ma jkollhomx awtorizzazzjoni tas-sajd li tkun inħarġet skont dak il-ftehim;

6.  L-Unjoni għandha tiżgura li ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli jinkludu klawsola dwar ir-rispett għal prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem, li tkun tikkostitwixxi element essenzjali minn tali ftehim.

Dawk il-ftehimiet għandhom, sa fejn possibbli, jinkludu wkoll:

(a) klawsola li tipprojbixxi l-għoti ta' kondizzjonijiet iktar favorevoli lill-flotot diversi li jistadu f'dawk l-ilmijiet minn dawk mogħtija lill-atturi ekonomiċi tal-Unjoni, inklużi kondizzjonijiet li jikkonċernaw il-konservazzjoni, l-iżvilupp u l-ġestjoni ta' riżorsi, arranġamenti finanzjarji, u tariffi u drittijiet relatati mal-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd;

(b) klawżola ta' esklużività relatata mar-regola prevista fil-paragrafu 3a.

7.  Għandu jsir sforz fil-livell tal-Unjoni biex jiġu mmonitorjati l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw f'ilmijiet mhux tal-Unjoni barra mill-qafas tal-ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli.

8.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera tagħhom u joperaw barra mill-ilmijiet tal-Unjoni ikunu f'pożizzjoni li jipprovdu dokumentazzjoni dettaljata u preċiża tal-attivitajiet kollha tas-sajd u tal-ipproċessar.

9.  Awtorizzazzjoni tas-sajd kif imsemmija fil-paragrafu 3a għandha tingħata lil bastiment li ħareġ mir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni u li sussegwentement reġa' daħal fih fi żmien 24 xahar biss sakemm is-sid ta' dak il-bastiment ma jkunx ipprovda lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera d-data kollha rekwiżita biex tistabbilixxi li, waqt dak il-perijodu, il-bastiment opera b'mod konsistenti bis-sħiħ mal-istandards applikabbli għal bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni.

Barra minn hekk, għandu jiġi stabbilit li, jekk l-istat li ta l-bandiera waqt il-perijodu li fih il-bastiment kien barra mir-reġistru tal-flotta tal-Unjoni, ġie rikonoxxut skont il-liġi tal-Unjoni bħala Stat li ma jikkooperax fir-rigward tal-ġlieda kontra, l-iskoraġġiment u l-eliminazzjoni tas-sajd IUU, jew bħala Stat li jippermetti l-isfruttament mhux sostenibbli ta' riżorsi marittimi ħajjin, l-operazzjonijiet tas-sajd tal-bastiment waqfu u s-sid ħa azzjoni immedjata biex ineħħi l-bastiment mir-reġistru ta' dak l-Istat.

10.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel arranġamenti għal evalwazzjonijiet indipendenti ex-ante u ex-post ta' kull protokoll għal ftehim ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli, u tagħmilhom disponibbli għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill f'ħin adatt qabel ma tippreżenta rakkomandazzjoni lill-Kunsill biex jiġi awtorizzat il-ftuħ ta' negozjati għal protokoll suċċessiv. Sommarju tat-tali evalwazzjonijiet għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 32

Assistenza finanzjarja

1.  L-Unjoni għandha tipprovdi għajnuna finanzjarja lil pajjiżi terzi permezz ta' ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli sabiex:

(a) tappoġġa parti tal-ispiża għall-aċċess għar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet ta' pajjiżi terzi; il-parti tal-ispiża għall-aċċess għar-riżorsi tas-sajd li għandha titħallas mis-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni għandha tiġi vvalutata għal kull ftehim ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli jew Protokoll għalih u għandu jkun ġust, mhux diskriminatorju u proporzjonat għall-benefiċċji provduti permezz tal-kondizzjonijiet ta' aċċess;

(b) tistabbilixxi qafas ta’ governanza, inklużi l-iżvilupp u ż-żamma ta’ istituzzjonijiet xjentifiċi u ta’ riċerka neċessarji, tippromwovi proċessi ta' konsultazzjoni mal-gruppi ta' interess, u l-kapaċità ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza u elementi oħra ta’ bini tal-kapaċità li għandhom x’jaqsmu mal-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli mmexxija mill-pajjiż terz. Għanjuna finanzjarja bħal din għandha tkun kondizzjonali skont il-kisba ta' riżultati speċifiċi u tikkomplementa u tkun konsistenti mal-proġetti u l-programmi ta' żvilupp implimentati fil-pajjiż terz ikkonċernat.

2.  Taħt kull ftehim ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli, l-assistenza finanzjarja għall-appoġġ settorjali għandha tinfired mill-ħlasijiet għall-aċċess għar-riżorsi tas-sajd. L-Unjoni għandha titlob riżultati speċifiċi bħala kondizzjoni tal-ħlasijiet taħt l-assistenza finanzjarja, u timmonitorja mill-qrib il-progress.



TITOLU III

Ġestjoni ta' stokkijiet ta' interess komuni

Artikolu 33

Prinċipji u objettivi tal-ġestjoni ta' stokkijiet ta' interess komuni għall-Unjoni u pajjiżi terzi u ftehimiet dwar skambju u ġestjoni konġunta

1.  Fejn l-istokkijiet ta' interess komuni jiġu sfruttati wkoll minn pajjiżi terzi, l-Unjoni għandha tikkomunika ma' dawk il-pajjiżi terzi bil-ħsieb li tiżgura li dawk l-istokkijiet jiġu ġestiti b'mod sostenibbli li jkun konsistenti ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari mal-objettiv stabbilit fl-Artikolu 2 (2). Fejn ma jintlaħaq ebda ftehim formali, l-Unjoni għandha tagħmel kull sforz biex jintlaħqu arranġamenti komuni għas-sajd tat-tali stokkijiet bil-ħsieb li l-ġestjoni sostenibbli ssir possibbli, b'mod partikolari, rigward l-objettiv fl-Artikolu 2(2), u b'hekk jiġu promossi kondizzjonijiet ekwivalenti għall-operaturi tal-Unjoni.

2.  Sabiex jiġi żgurat sfruttament sostenibbli ta' stokkijiet kondiviżi ma' pajjiżi terzi u sabiex tkun garantita l-istabbiltà tal-operazzjonijiet tas-sajd tal-flotot tagħha, l-Unjoni għandha, f'konformità mal-UNCLOS, taħdem sabiex tistabbilixxi ftehimiet bilaterali jew multilaterali ma' pajjiżi terzi bil-għan ta' ġestjoni konġunta ta' stokkijiet, inkluż l-istabbiliment, fejn ikun il-każ, ta' aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u kondizzjonijiet għal tali aċċess, l-armonizzazzjoni tal-miżuri ta' konservazzjoni u skambju tal-opportunitajiet tas-sajd.



PARTI VII

AKKWAKULTURA

Artikolu 34

Promozzjoni tal-akkwakultura sostenibbli

1.  Bil-ħsieb li tiġi promossa s-sostenibbiltà u jingħata kontribut għas-sikurezza u l-provvisti tal-ikel, it-tkabbir u l-impjiegi, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida strateġiċi mhux vinkolanti tal-Unjoni dwar prijoritajiet u miri komuni għall-iżvilupp ta' attivitajiet tal-akkwakultura sostenibbli. Tali linji gwida strateġiċi għandhom jieħdu kont tal-pożizzjonijiet tal-bidu rilevanti u ċ-ċirkustanzi differenti madwar l-Unjoni u għandhom jiffurmaw il-bażi għal pjanijiet strateġiċi nazzjonali pluriennali u għandhom jimmiraw lejn:

(a) it-titjib tal-kompetittività tal-industrija tal-akkwakultura u s-sostenn tal-iżvilupp tagħha u l-innovazzjoni;

(b) it-tnaqqis tal-piż amministrattiv u implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni li tkun aktar effiċjenti u li tirrispondi għall-ħtiġijiet tal-partijiet interessati;

(c) l-inkoraġġiment tal-attività ekonomika;

(d) id-diversifikazzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ħajja fiż-żoni kostali u interni;

(e) l-integrazzjoni ta' attivitajiet tal-akkwakultura fl-ippjanar spazjali marittimu, kostali u intern.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjan strateġiku nazzjonali pluriennali għall-iżvilupp ta' attivitajiet ta’ akkwakultura fuq it-territorju tagħhom sa 30 juin 2014.

3.  Il-pjan strateġiku nazzjonali pluriennali għandu jinkludi l-għanijiet tal-Istat Membru u l-miżuri u l-iskedi taż-żmien meħtieġa sabiex dawn jinkisbu.

4.  Il-pjanijiet strateġiċi nazzjonali pluriennali għandhom jimmiraw b'mod partikolari għal dan li ġej:

(a) simplifikazzjoni amministrattiva, b'mod partikolari fir-rigward ta' evalwazzjonijiet u studji tal-impatt u liċenzji;

(b) ċertezza raġonevoli għall-operaturi tal-akkwakultura fir-rigward tal-aċċess għall-ilmijiet u l-ispazju;

(c) indikaturi għas-sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjali;

(d) valutazzjoni ta' effetti transkonfinali oħra li jista' jkun hemm, b'mod speċjali fuq riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u ekosistemi marittimi fl-Istati Membri ġirien:

(e) il-ħolqien ta' sinerġiji bejn programmi nazzjonali ta' riċerka u kollaborazzjoni bejn l-industrija u l-komunità xjentifika;

(f) il-promozzjoni tal-vantaġġ kompetittiv ta' ikel sostenibbli ta' kwalità għolja;

(g) il-promozzjoni ta' prattiki u riċerka tal-akkwakultura bil-ħsieb li jittejbu l-effetti pożittivi fuq l-ambjent u fuq ir-riżorsi tal-ħut, u li jitnaqqsu l-impatti negattivi, inkluż it-tnaqqis tal-pressjoni fuq l-istokkijiet tal-ħut li jintużaw għall-produzzjoni tal-għalf, u ż-żieda fl-effiċjenza tar-riżorsi.

5.  L-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni u l-aqwa prassi permezz ta' metodu miftuħ ta' koordinazzjoni tal-miżuri nazzjonali kontenuti fi pjanijiet strateġiċi nazzjonali pluriennali.

6.  Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi l-iskambju ta' informazzjoni u l-aqwa prattiki fost l-Istati Membri u tiffaċilita koordinazzjoni ta' miżuri nazzjonali previsti fil-pjan strateġiku nazzjonali pluriennali.



PARTI VIII

ORGANIZZAZZJONI TAS-SWIEQ KOMUNI

Artikolu 35

Objettivi

1.  Għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura ("l-organizzazzjoni komuni tas-swieq") sabiex:

(a) tikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2, u b'mod partikolari għall-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar;

(b) l-industrija tas-sajd u l-akkwakultura tkun tista' tapplika l-PKS fil-livell xieraq;

(c) issaħħaħ il-kompetittività tal-industrija tas-sajd u l-akkwakultura tal-Unjoni, b'mod partikolari l-produtturi;

(d) ittejjeb it-trasparenza u l-istabbiltà tas-swieq, b'mod partikolari fir-rigward tal-għarfien u l-fehim tas-swieq tal-Unjoni għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura tul il-katina tal-provvista, tiżgura aktar bilanċ tad-distribuzzjoni tal-valur miżjud tul il-katina tal-provvista tas-settur, ittejjeb l-informazzjoni għall-konsumatur u tissensibilizza l-għarfien, permezz ta' notifiki u/jew tikkettar li jipprovdu informazzjoni li tinftiehem;

(e) tikkontribwixxi lejn l-iżgurar ta’ għoti ta’ opportunitajiet indaqs għall-prodotti kollha kummerċjalizzati fl-Unjoni billi tippromwovi l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd;

(f) tikkontribwixxi lejn l-iżgurar li l-konsumaturi jkollhom provvista varja ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura;

(g) tipprovdi informazzjoni verifikabbli u preċiża lill-konsumatur dwar l-oriġini tal-prodott u l-mod ta' produzzjoni tiegħu, b'mod partikolari permezz ta' mmarkar u ttikkettar.

2.  L-organizzazzjoni komuni tas-swieq għandha tapplika għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 ( 7 ), li jiġu kummerċjalizzati fl-Unjoni.

3.  L-organizzazzjoni komuni tas-swieq għandha tinkludi b'mod partikolari:

(a) organizzazzjoni tal-industrija inklużi miżuri għall-istabbilizzazzjoni tas-suq;

(b) pjanijiet tal-produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-sajd u l-akkwakultura;

(c) standards komuni ta' kummerċjalizzazzjoni;

(d) informazzjoni għall-konsumatur.



PARTI IX

KONTROLL U INFURZAR

Artikolu 36

Objettivi

1.  Il-konformità mar-regoli tal-PKS għandha tiġi żgurata permezz ta’ sistema effikaċi għall-kontroll tas-sajd tal-Unjoni, li tinkludi l-ġlieda kontra s-sajd IUU.

2.  Il-kontroll u l-infurzar tal-PKS għandhom b'mod partikolari jkunu bbażati fuq u jinkludu dawn li ġejjin:

(a) approċċ globali, integrat u komuni;

(b) kooperazzjoni u koordinazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija;

(c) kosteffiċjenza u proporzjonalità;

(d) l-użu ta' teknoloġiji effiċjenti ta' kontroll għad-disponibbiltà u l-kwalità tad-data dwar is-sajd;

(e) qafas tal-Unjoni għal kontroll, ispezzjoni u infurzar;

(f) strateġija bbażata fuq ir-riskju ffukata fuq kontrolli sistematiċi u awtomatizzati tad-data rilevanti kollha disponibbli;

(g) l-iżvilupp ta' kultura ta' konformità u kooperazzjoni fost l-operaturi u s-sajjieda kollha.

L-Unjoni għandha tadotta miżuri adatti fir-rigward ta' pajjiżi terzi li jippermettu sajd li mhux sostenibbli.

3.  L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri adatti għall-iżgurar tal-kontroll, l-ispezzjoni u l-infurzar ta' attivitajiet imwettqa fil-kamp ta' applikazzjoni tal-PKS, inkluż l-istabbiliment ta' pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi.

▼C1

4.  B'deroga mill-paragrafu 1, Franza għandha tkun eżentata sal-31 ta' Diċembru 2021 mill-obbligu li tinkludi fir-reġistru tagħha ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni dawk il-bastimenti li għandhom tul komplessiv ta' inqas minn 10 metri u li joperaw mill-Majott.

5.  Sal-31 ta’ Diċembru 2021, Franza għandha żżomm reġistru provviżorju ta’ bastimenti tas-sajd li għandhom tul komplessiv ta' inqas minn 10 metri u li joperaw mill-Majott. Dak ir-reġistru għandu jinkludi mill-inqas l-isem, it-tul komplessiv u kodiċi ta’ identifikazzjoni ta' kull bastiment. Il-bastimenti rreġistrati fir-reġistru provviżorju għandhom jitqiesu bħala bastimenti rreġistrati fil-Majott.

▼B

Artikolu 37

Grupp ta' esperti dwar il-konformità

1.  Għandu jiġi stabbilit grupp ta' esperti dwar il-konformità mill-Kummissjoni biex jivvaluta, jiffaċilita u jsaħħaħ l-implimentazzjoni ta', u l-konformità ma', l-obbligi skont is-sistema ta' kontroll tas-sajd tal-Unjoni.

2.  Il-grupp ta' esperti dwar il-konformità għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri. Fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni tista' tistieden lill-Parlament Ewropew jibgħat esperti biex jattendu l-laqgħat tal-grupp ta' esperti. L-Aġenzija tista' tassisti l-grupp ta' esperti f'laqgħat ta' konformità bħala osservatur.

3.  Il-grupp ta' esperti għandu b'mod partikolari:

(a) regolarment jeżamina kwistjonijiet ta' konformità u implimentazzjoni skont is-sistema ta' kontroll tas-sajd tal-Unjoni u jidentifika diffikultajiet possibbli ta' interess komuni fl-implimentazzjoni tar-regoli tal-PKS;

(b) jifformula parir fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-regoli tal-PKS, inkluża l-prijoritizzazzjoni tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni; u

(c) jiskambja informazzjoni dwar attivitajiet ta' kontroll u ispezzjoni, inkluża l-ġlieda kontra s-sajd IUU.

4.  Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jinżammu informati bis-sħiħ fuq bażi regolari mill-grupp espert dwar l-attivitajiet ta' konformità msemmijin fil-paragrafu 3.

Artikolu 38

Proġetti pilota dwar teknoloġiji ta' kontroll u sistemi ta' ġestjoni tad-data ġodda

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jwettqu proġetti pilota dwar teknoloġiji ta' kontroll u sistemi ta' ġestjoni tad-data ġodda.

Artikolu 39

Kontribuzzjoni għall-ispejjeż ta’ kontroll, ispezzjoni, infurzar u ġbir ta' data

L-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-operaturi tagħhom jikkontribwixxu b'mod proporzjonali għall-ispejjeż operattivi tal-implimentazzjoni tas-sistema ta' kontroll tas-sajd tal-Unjoni u tal-ġbir ta' data.



PART X

STRUMENTI FINANZJARJI

Artikolu 40

Objettivi

Tista' tingħata għajnuna finanzjarja mill-Unjoni sabiex tikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.

Artikolu 41

Kondizzjonijiet għall-għajnuna finanzjarja lill-Istati Membri

1.  Soġġett għall-kondizzjonijiet li għandhom ikunu speċifikati fl-atti legali applikabbli tal-Unjoni, l-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni lill-Istati Membri għandha tkun taħt il-kondizzjoni ta' konformità mill-Istati Membri mar-regoli tal-PKS.

2.  In-nuqqas ta' konformità mill-Istati Membri mar-regoli tal-PKS jista' jwassal għall-interruzzjoni jew is-sospensjoni tal-ħlasijiet jew għall-applikazzjoni ta' korrezzjoni finanzjarja għall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni skont il-PKS. Tali miżuri għandhom ikunu proporzjonati man-natura, is-serjetà, it-tul ta’ żmien u r-ripetizzjoni tan-nuqqas ta' konformità.

Artikolu 42

Kondizzjonijiet għall-għajnuna finanzjarja lill-operaturi

1.  Soġġett għall-kondizzjonijiet li għandhom ikunu speċifikati fl-atti legali tal-Unjoni applikabbli, l-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni lill-operaturi għandha tkun taħt il-kondizzjoni ta' konformità mill-operaturi mar-regoli tal-PKS.

2.  Soġġett għal regoli speċifiċi li għandhom jiġu adottati, ksur serju mill-operaturi tar-regoli tal-PKS għandu jirriżulta fi projbizzjonijiet temporanji jew permanenti fuq l-aċċess għall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni u/jew l-applikazzjoni ta' tnaqqis finanzjarju. Tali miżuri, meħuda mill-Istat Membru, għandhom ikunu dissważivi, effettivi u proporzjonati man-natura, is-serjetà, id-dewmien u r-ripetizzjoni tal-ksur serju.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni tingħata biss jekk ma tkun ġiet imposta l-ebda piena għal xi ksur serju lill-operatur ikkonċernat f'perijodu ta' sena qabel id-data tal-applikazzjoni għall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni.



PARTI XI

KUNSILLI KONSULTATTIVI

Artikolu 43

Stabbiliment ta' Kunsilli Konsultattivi

1.  B'dan huma stabbiliti Kunsilli Konsultattivi għal kull waħda miż-żoni ġeografiċi jew oqsma ta' kompetenza stipulati fl-Anness III, sabiex jippromwovu rappreżentanza bilanċjata tal-partijiet interessati kollha skont l-Artikolu 54(1) u sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2.

2.  B'mod partikolari, il-Kunsilli Konsultattivi ġodda li ġejjin għandhom jiġu stabbiliti, skont l-Anness III:

(a) Kunsill Konsultattiv għar-reġjuni ultra-periferiċi, maqsum fi tliet taqsimiet għal kull wieħed mill-baċiri tal-baħar li ġejjin: l-Atlantiku tal-Punent, l-Atlantiku tal-Lvant u l-Oċean Indjan;

(b) Kunsill Konsultattiv għall-akkwakultura;

(c) Kunsill Konsultattiv għas-swieq;

(d) Kunsill Konsultattiv għall-Baħar l-Iswed.

3.  Kull Kunsill Konsultattiv għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 44

Kompiti tal-Kunsilli Konsultattivi

1.  Fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament il-Kummissjoni għandha tikkonsulta, fejn rilevanti, lill-Kunsilli Konsultattivi.

2.  Il-Kunsilli Konsultattivi jistgħu:

(a) jippreżentaw rakkomandazzjonijiet u suġġerimenti dwar materji relatati mal-ġestjoni tas-sajd u l-aspetti soċjoekonomiċi u ta' konservazzjoni tas-sajd u l-akkwakultura lill-Kummissjoni, u lill-Istat Membru kkonċernat. B'mod partikolari, il-Kunsilli Konsultattivi jistgħu jippreżentaw rakkomandazzjonijiet dwar kif jiġu ssimplifikati regoli dwar il-ġestjoni tas-sajd;

(b) jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar problemi relatati mal-ġestjoni u l-aspetti soċjoekonomiċi u ta' konservazzjoni tas-sajd u, fejn xieraq, tal-akkwakultura fiż-żona ġeografika jew il-qasam ta' kompetenza tagħhom u jipproponu soluzzjonijiet sabiex jingħelbu dawk il-problemi;

(c) jikkontribwixxu, f'kooperazzjoni mill-qrib max-xjenzati, għall-ġbir, il-forniment u l-analiżi tad-data meħtieġa għall-iżvilupp ta' miżuri ta' konservazzjoni.

Jekk kwistjoni tkun ta' interess komuni għal żewġ Kunsilli Konsultattivi jew aktar, huma għandhom jikkoordinaw il-pożizzjonijiet tagħhom bil-ħsieb li jadottaw rakkomandazzjonijiet konġunti dwar dik il-kwistjoni.

3.  Il-Kunsilli Konsultattivi għandhom ikunu kkonsultati dwar rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 17. Huma jistgħu wkoll ikunu kkonsultati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri dwar miżuri oħra. Għandu jitqies il-parir tagħhom. Dawk il-konsultazzjonijiet għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-konsultazzjoni tas-STECF jew korpi xjentifiċi oħra. L-opinjonijiet tal-Kunsilli Konsultattivi jistgħu jiġu ppreżentati lill-Istati Membri kollha kkonċernati u lill-Kummissjoni.

4.  Il-Kummissjoni u, fejn rilevanti, l-Istat Membru kkonċernat, għandhom iwieġbu fi żmien xahrejn għal kwalunkwe rakkomandazzjoni, suġġeriment jew informazzjoni riċevuta skont il-paragrafu 1. Fejn l-miżuri finali adottati jitbiegħdu mill-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u s-suġġerimenti tal-Kunsilli Konsultattivi, riċevuti skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru kkonċernat għandhom jipprovdu raġunijiet dettaljati għat-tali diverġenza.

Artikolu 45

Kompożizzjoni, funzjonament u finanzjament tal-Kunsilli Konsultattivi

1.  Il-Kunsilli Konsultattivi għandhom ikunu magħmula minn:

(a) organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-operaturi tas-sajd u, fejn xieraq, tal-akkwakultura, u rappreżentanti tas-setturi tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni;

(b) gruppi oħra ta' interess affettwati mill-PKS, pereżempju organizzazzjonijiet ambjentali u gruppi tal-konsumaturi.

2.  Kull Kunsill Konsultattiv għandu jikkonsisti minn assemblea ġenerali u kumitat eżekuttiv, inkluż, kif xieraq, segretarjat u gruppi ta' ħidma biex jittrattaw kwistjonijiet ta' kooperazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 17, u għandu jadotta l-miżuri meħtieġa għall-funzjonament tiegħu.

3.  Il-Kunsilli Konsultattivi għandhom jiffunzjonaw u jirċievu finanzjament kif previst fl-Anness III.

4.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 55 fir-rigward tad-dettalji tal-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi.



PARTI XII

DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI

Artikolu 46

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa li tadotta atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 11(2), fl-Artikolu 15(2), (3), (6), (7) u fl-Artikolu 45(4) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin minn 29 Diċembru 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi ta' tul ta' żmien identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 11(2), fl-Artikolu 15(2), (3), (6), (7) u fl-Artikolu 45(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data iżjed tard speċifikata fiha. M’għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 11(2), l-Artikolu 15(2), (3), (6), (7) u l-Artikolu 45(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jagħlaq dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 47

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat għas-sajd u l-akkwakultura. Tali kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni dwar abbozz ta' att ta' implimentazzjoni li għandu jiġi adottat skont l-Artikolu 23, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien malArtikolu 5 tiegħu.



PARTI XIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 48

Tħassir u emendi

1.  Ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 huwa mħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

2.  Id-Deċiżjoni 2004/585/KE hija mħassra b'effett mid-dħul fis-seħħ tar-regoli adottati taħt l-Artikolu 54(4) ta' dan ir-Regolament.

3.  L-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 ( 8 ) huwa mħassar.

4.  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 ( 9 ) huwa mħassar.

5.  Fl-Artikolu 105 tar-Regolament 1224/2009 jiżdied il-paragrafu li ġej:

"3a.  B'deroga mill-paragrafi 2 u 3, l-ebda fattur multiplikanti ma jiġi applikat mal-qabdiet li huma soġġetti għal obbligu ta' ħatt l-art skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ), dment li l-ammont ta' sajd żejjed relatat ma' ħatt l-art permess ma jeċċedix l-10 %.

Artikolu 49

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tal-PKS sal-31 ta' Diċembru 2022.

Artikolu 50

Rapport annwali

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress fit-twettiq tar-rendiment massimu sostenibbli u dwar is-sitwazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut, kmieni kemm jista' jkun wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill annwali li jistabbilixxi l-opportunitajiet disponibbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, f'ċerti ilmijiet li mhumiex tal-Unjoni, għal bastimenti tal-Unjoni.

Artikolu 51

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

AĊĊESS GĦALL-ILMIJIET KOSTALI FIS-SENS TAL-ARTIKOLU 6(2)

1.    Ilmijiet kostali tar-renju unit



A.  AĊĊESS GĦAL FRANZA

Żona ġeografika

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Kosta tar-Renju Unit (6 sa 12-il mil nawtiku)

 

 

1.  Berwick-upon-Tweed Lvant

Coquet Island lejn Lvant

Aringa

Bla limitu

2.  Flamborough Head Lvant

Spurn Head lejn Lvant

Aringa

Bla limitu

3.  Lowestoft Lvant

Lyme Regis Nofsinhar

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

4.  Lyme Regis Nofsinhar

Eddystone Nofsinhar

Sajd demersali

Bla limitu

5.  Eddystone Nofsinhar

Longships Lbiċ

Sajd demersali

Bla limitu

Arzell

Bla limitu

Awwista

Bla limitu

Awwista

Bla limitu

6.  Longships Lbiċ

Hartland Point Majjistral

Sajd demersali

Bla limitu

Awwista

Bla limitu

Awwista

Bla limitu

7.  Hartland Point sa linja mit-Tramuntana ta' Lundy Island

Sajd demersali

Bla limitu

8.  Minn linja lejn il-Punent ta' Lundy Island sa Cardigan Harbour

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

9.  Point Lynas Tramuntana

Morecambe Light Vessel Lvant

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

10.  County Down

Sajd demersali

Bla limitu

11.  New Island Grigal

Sanda Island Lbiċ

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

12.  Port Stewart Tramuntana

Barra Head Punent

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

13.  Latitudni 57°40' T

Butt of Lewis Punent

L-ispeċijiet kollha, ħlief frott il-baħar bil-qoxra

Bla limitu

14.  St Kilda, Flannan Islands

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

15.  Fil-Punent tal-linja li tgħaqqad il-fanal ta' Butt of Lewis mal-punt 59°30'N-5°45'W

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu



B.  AĊĊESS GĦALL-IRLANDA

Żona ġeografika

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Kosta tar-Renju Unit (6 sa 12-il mil nawtiku)

 

 

1.  Point Lynas Tramuntana

Mull of Galloway Nofsinhar

Sajd demersali

Bla limitu

Skampi

Bla limitu

2.  Mull of Oa Punent

Barra Head Punent

Sajd demersali

Bla limitu

Skampi

Bla limitu



C.  AĊĊESS GĦALL-ĠERMANJA

Żona ġeografika

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Kosta tar-Renju Unit (6 sa 12-il mil nawtiku)

 

 

1.  Lvant ta' Shetlands u Fair Isle bejn linji mpinġija lejn ix-Xlokk mill-fanal ta' Sumburgh Head lejn il-Grigal mill-fanal ta' Skroo u lejn il-Lbiċ mill-fanal ta' Skadan

Aringa

Bla limitu

2.  Berwick-upon-Tweed lejn il-Lvant, il-fanal Whitby High lejn il-Lvant

Aringa

Bla limitu

3.  Il-fanal North Foreland lejn il-Lvant, il-fanal ġdid Dungeness lejn in-Nofsinhar

Aringa

Bla limitu

4.  Iż-żona madwar St Kilda

Aringa

Bla limitu

Kavalli

Bla limitu

5.  Il-fanal ta’ Butt of Lewis lejn il-Punent sal-linja li tgħaqqad il-fanal ta’ Butt of Lewis u l-punt 59°30'N-5°45'W

Aringa

Bla limitu

6.  Iż-żona madwar North Rona u Sulisker (Sulasgeir)

Aringa

Bla limitu



D.  AĊĊESS GĦALL-PAJJIŻI L-BAXXI

Żona ġeografika

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Kosta tar-Renju Unit (6 sa 12-il mil nawtiku)

 

 

1.  Lvant ta' Shetlands u Fair Isle bejn linji mpinġija lejn ix-Xlokk mill-fanal ta' Sumburgh Head lejn il-Grigal mill-fanal ta' Skroo u lejn il-Lbiċ mill-fanal ta' Skadan

Aringi

Bla limitu

2.  Berwick upon Tweed Lvant, Flamborough Head Lvant

Aringi

Bla limitu

3.  North Foreland Lvant, il-fanal ġdid ta' Dungeness Nofsinhar

Aringi

Bla limitu



E.  AĊĊESS GĦALL-BELĠJU

Żona ġeografika

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Kosta tar-Renju Unit (6 sa 12-il mil nawtiku)

 

 

1.  Berwick-upon-Tweed Lvant

Coquet Island Lvant

Aringi

Bla limitu

2.  Cromer Tramuntana

North Foreland Lvant

Sajd demersali

Bla limitu

3.  North Foreland Lvant

Fanal il-ġdid ta' Dungeness Nofsinhar

Sajd demersali

Bla limitu

Aringa

Bla limitu

4.  Il-fanal ġdid Dungeness lejn in-Nofsinhar, Selsey Bill lejn in-Nofsinhar

Sajd demersali

Bla limitu

5.  Straight Point Xlokk, South Bishop Majjistral

Sajd demersali

Bla limitu

2.    Ilmijiet kostali tal-irlanda



A.  AĊĊESS GĦAL FRANZA

Żona ġeografika

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Kosta tar-Renju Unit (6 sa 12-il mil nawtiku)

 

 

1.  Erris Head Majjistral

Sybil Point Punent

Sajd demersali

Bla limitu

Skampi

Bla limitu

2.  Mizen Head Nofsinhar

Stags Nofsinhar

Sajd demersali

Bla limitu

Skampi

Bla limitu

Kavalli

Bla limitu

3.  Stags Nofsinhar

Cork Nofsinhar

Sajd demersali

Bla limitu

Skampi

Bla limitu

Kavalli

Bla limitu

Aringa

Bla limitu

4.  Cork Nofsinhar, Carnsore Point Nofsinhar

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

5.  Carnsore Point Nofsinhar, Haulbowline Xlokk

L-ispeċijiet kollha, ħlief frott il-baħar bil-qoxra

Bla limitu



B.  AĊĊESS GĦAR-RENJU UNIT

Żona ġeografika

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Kosta Irlandiża (6 sa 12-il mil)

 

 

1.  Mine Head Nofsinhar

Hook Point

Sajd demersali

Bla limitu

Aringa

Bla limitu

Kavalli

Bla limitu

2.  Hook Point

Carlingford Lough

Sajd demersali

Bla limitu

Aringa

Bla limitu

Kavalli

Bla limitu

Skampi

Bla limitu

Arzell

Bla limitu



C.  AĊĊESS GĦALL-PAJJIŻI L-BAXXI

Żona ġeografika

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Kosta Irlandiża (6 sa 12-il mil)

 

 

1.  Stags Nofsinhar

Carnsore Point Nofsinhar

Aringi

Bla limitu

Kavalli

Bla limitu



D.  AĊĊESS GĦALL-ĠERMANJA

Żona ġeografika

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Kosta tar-Renju Unit (6 sa 12-il mil nawtiku)

 

 

1.  Old Head of Kinsale Nofsinhar

Carnsore Point Nofsinhar

Aringa

Bla limitu

2.  Cork Nofsinhar

Carnsore Point Nofsinhar

Kavalli

Bla limitu



E.  AĊĊESS GĦALL-BELĠJU

Żona ġeografika

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Kosta tar-Renju Unit (6 sa 12-il mil nawtiku)

 

 

1.  Cork Nofsinhar

Carnsore Point Nofsinhar

Sajd demersali

Bla limitu

2.  Flamborough Head Lvant

Carlingford Lough Xlokk

Sajd demersali

Bla limitu

3.    Ilmijiet kostali tal-belġju



Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

3 sa 12-il mil nawtiku

Pajjiżi l-Baxxi

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

 

Franza

Aringa

Bla limitu

4.    Ilmijiet kostali tad-danimarka



Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Il-kosta tal-Baħar tat-Tramuntana (il-fruntiera Daniża/Ġermaniża sa Hanstholm) (6 sa 12-il mil nawtiku)

 

 

 

 

 

Il-fruntiera Daniża/Ġermaniża sa Blåvands Huk

Ġermanja

Ħut ċatt

Bla limitu

Gambli u gambli kbar (prawns)

Bla limitu

Pajjiżi l-Baxxi

Ħut ċatt

Bla limitu

Ħuta tonda

Bla limitu

Blåvands Huk sa Bovbjerg

Belġju

Merluzz

Bla limitu biss mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju

Bakkaljaw

Bla limitu biss mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju

Ġermanja

Ħut ċatt

Bla limitu

Pajjiżi l-Baxxi

Barbun tat-tbajja'

Bla limitu

Lingwata

Bla limitu

Thyborøn sa Hanstholm

Belġju

Merlangu

Bla limitu biss mill-1 ta' Ġunju sal-1 ta' Lulju

Barbun tat-tbajja'

Bla limitu biss mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju

Ġermanja

Ħut ċatt

Bla limitu

Laċċa Kaħla

Bla limitu

Merluzz

Bla limitu

Pollakkju (saithe)

Bla limitu

Bakkaljaw

Bla limitu

Kavalli

Bla limitu

Aringa

Bla limitu

Merlangu

Bla limitu

Pajjiżi l-Baxxi

Merluzz

Bla limitu

Barbun tat-tbajja'

Bla limitu

Lingwata

Bla limitu

Skagerrak

(Hanstholm sa Skagen)

(4 sa 12-il mil nawtiku)

Belġju

Barbun tat-tbajja'

Bla limitu biss mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju

Ġermanja

Ħut ċatt

Bla limitu

Laċċa Kaħla

Bla limitu

Merluzz

Bla limitu

Pollakkju (saithe)

Bla limitu

Bakkaljaw

Bla limitu

Kavalli

Bla limitu

Aringa

Bla limitu

Merlangu

Bla limitu

Pajjiżi l-Baxxi

Merluzz

Bla limitu

Barbun tat-tbajja'

Bla limitu

Lingwata

Bla limitu

Kattegat (3 sa 12-il mil)

Ġermanja

Merluzz

Bla limitu

Ħut ċatt

Bla limitu

Skampi

Bla limitu

Aringa

Bla limitu

Tramuntana ta' Zeeland sal-parallel tal-latitudni li tgħaddi minn ġol-fanal ta' Forsnæs

Ġermanja

Laċċa Kaħla

Bla limitu

Baħar Baltiku

(inklużi Belts, Sound, Bornholm)

(3 sa 12-il mil nawtiku)

Ġermanja

Ħut ċatt

Bla limitu

Merluzz

Bla limitu

Aringa

Bla limitu

Laċċa Kaħla

Bla limitu

Sallura

Bla limitu

Salamun

Bla limitu

Merlangu

Bla limitu

Kavalli

Bla limitu

Is-Skagerrak

(4 sa 12-il mil)

Svezja

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

Il-Kattegat

(3 sa 12-il mil (1))

Svezja

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

Baħar Baltiku

(3 sa 12-il mil)

Svezja

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

(1)   Imkejla mil-linja tal-kosta.

5.    Ilmijiet kostali tal-ġermanja



Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Il-kosta tal-Baħar tat-Tramuntana

(3 sa 12-il mil nawtiku)

il-kosti kollha

Danimarka

Sajd demersali

Bla limitu

Laċċa Kaħla

Bla limitu

Sallura tar-ramel

Bla limitu

Pajjiżi l-Baxxi

Sajd demersali

Bla limitu

Gambli u gambli kbar (prawns)

Bla limitu

Il-fruntiera Daniża/Ġermaniża sal-ponta ta' fuq ta' Amrum f'54°43′N

Danimarka

Gambli u gambli kbar (prawns)

Bla limitu

Iż-żona madwar Helgoland

Renju Unit

Merluzz

Bla limitu

Barbun tat-tbajja'

Bla limitu

Il-kosta Baltika

(3 sa 12-il mil)

Danimarka

Merluzz

Bla limitu

Barbun tat-tbajja'

Bla limitu

Aringa

Bla limitu

Laċċa Kaħla

Bla limitu

Sallura

Bla limitu

Merlangu

Bla limitu

Kavalli

Bla limitu

6.    Ilmijiet kostali ta' franza u d-dipartimenti extra-ewropej



Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Grigal tal-kosta Atlantika

(6 sa 12-il mil nawtiku)

 

 

 

Il-fruntiera Belġjana/Franċiża sal-Lvant ta' Departement Manche (estwarju ta' Vire-Grandcamp les Bains 49° 23' 30" N-1° 2 'WNNE)

Belġju

Sajd demersali

Bla limitu

Arzell

Bla limitu

Pajjiżi l-Baxxi

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

Dunkerque (2° 20' E) sa Cap d'Antifer (0° 10' E)

Ġermanja

Aringa

Bla limitu biss mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru

Il-fruntiera Belġjana/Franċiża sa Cap d'Alprech Punent

(50° 42 30" N — 1° 33' 30" E)

Renju Unit

Aringa

Bla limitu

Kosta Atlantika (6 sa 12-il mil nawtiku)

 

 

 

Il-fruntiera Spanjola/Franċiża sa 46° 08′ N

Spanja

Inċova

Sajd dirett, bla limitu biss mill-1 ta’ Marzu sat-30 ta' Ġunju

Sajd għal lixka ħajja mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Ottubru biss.

Sardin

Bla limitu biss mill-1 ta’ Jannar sat-28 ta’ Frar u mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta' Diċembru.

Barra minn hekk, l-attivitajiet relatati mal-ispeċijiet hawn fuq imsemmija jridu jiġu segwiti skont u fil-limiti tal-attivitajiet imwettqa matul l-1984

Kosta Mediterranja

(6 sa 12-il mil nawtiku)

 

 

 

Il-fruntiera Spanjola Cap Leucate

Spanja

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

7.    Ilmijiet kostali ta' spanja



Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Kosta Atlantika (6 sa 12-il mil nawtiku)

 

 

 

Il-fruntiera Franċiża/Spanjola sal-fanal ta' Cap Mayor (3° 47' W)

Franza

Pelaġiku

Bla limitu skont, u fil-limiti ta', l-attivitajiet segwiti matul l-1984

Kosta Mediterranja

(6 sa 12-il mil nawtiku)

 

 

 

Il-fruntiera Franċiża/Cap Creus

Franza

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

8.    Ilmijiet tal-kosta tal-kroazja () 



Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

12-il mil limitati għaż-żona tal-baħar taħt is-sovranità tal-Kroazja li tinsab lejn it-tramuntana tal-45 grad u parallela 10 minuti fit-tramuntana tal-latitudni matul il-kosta tal-punent tal- Istria, mill-fruntiera ta' barra tal- baħar territorjali tal-Kroazja, fejn dan il-parallel imiss mal-art tal-kosta tal- punent ta' Istria (il-kap Grgatov rt Funtana)

Slovenja

Speċi demersali u speċi pelaġiċi żgħar inkluż is- sardin u l-inċova

100 tunnellata għal numru massimu ta' 25 bastiment tas-sajd li jinkludi 5 bastimenti tas-sajd mgħammra bi xbieki tat-tkarkir

(1)   Ir-reġim imsemmi hawn fuq għandu japplika mill-implimentazzjoni sħiħa tas-sentenza tal-arbitraġġ li hi riżultat tal- Ftehim ta' Arbitraġġ bejn il-Gvern tar-Repubblika tas-Slovenja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja, iffirmat fi Stokkolma fl-4 ta' Novembru 2009.

9.    Ilmijiet kostali tal-pajjiżi l-baxxi



Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

(3 sa 12-il mil nawtiku) il-kosta kollha

Belġju

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

Danimarka

Sajd demersali

Bla limitu

Laċċa Kaħla

Bla limitu

Sallura tar-ramel

Bla limitu

Sawrell

Bla limitu

Ġermanja

Merluzz

Bla limitu

Gambli u gambli kbar (prawns)

Bla limitu

(6 sa 12-il mil nawtiku) il-kosta kollha

Franza

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

Il-punt fin-Nofsinhar ta' Texel, lejn il-Punent tal-fruntiera tal-Pajjiżi l-Baxxi/tal-Ġermanja

Renju Unit

Sajd demersali

Bla limitu

10.    Ilmijiet tal-kosta tas-slovenja () 



Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

12-il mil limitati għaż-żona tal-baħar taħt is-sovranità tas-Slovenja li tinsab lejn it-tramuntana tal-45 grad u parallela 10 minuti fit-tramuntana tal-latitudni matul il-kosta tal-punent tal- Istria, mill-fruntiera ta' barra tal- baħar territorjali tal-Kroazja, fejn dan il-parallel imiss mal-art tal-kosta tal- punent ta' Istria (il-kap Grgatov rt Funtana)

Kroazja

Speċi demersali u speċi pelaġiċi żgħar inkluż is- sardin u l-inċova

100 tunnellata għal numru massimu ta' 25 bastiment tas-sajd li jinkludi 5 bastimenti tas-sajd mgħammra bi xbieki tat-tkarkir

(1)   Ir-reġim imsemmi hawn fuq għandu japplika mill-implimentazzjoni sħiħa tas-sentenza tal-arbitraġġ li hi riżultat tal- Ftehim ta' Arbitraġġ bejn il-Gvern tar-Repubblika tas-Slovenja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja, iffirmat fi Stokkolma fl-4 ta' Novembru 2009.

11.    Ilmijiet kostali tal-finlandja



Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Il-Baħar Baltiku (4 sa 12-il mil) (1)

Svezja

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

(1)   3 sa 12-il mil madwar Bogskär Isles.

12.    Ilmijiet kostali tal-isvezja



Żona ġeografika

Stat Membru

Speċijiet

Importanza jew karatteristiċi partikolari

Skagerrak (4 sa 12-il mil nawtiku)

Danimarka

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

Kattegat (3 sa 12-il mil (1))

Danimarka

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

Baħar Baltiku (4 sa 12-il mil)

Danimarka

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

Finlandja

L-ispeċijiet kollha

Bla limitu

(1)   Imkejla mil-linja tal-kosta.




ANNESS II

LIMITI MASSIMI TAL-KAPAĊITÀ TAS-SAJD



Limiti massimi ta' kapaċità

Stat Membru

GT

kW

Belġju

18 962

51 586

Bulgarija

7 250

62 708

Danimarka

88 762

313 333

Ġermanja

71 117

167 078

Estonja

21 677

52 566

Irlanda

77 568

210 083

Greċja

84 123

469 061

Spanja (inklużi r-reġjuni ultra-periferiċi)

423 550

964 826

Franza (inklużi r-reġjuni ultra-periferiċi)

214 282

1 166 328

Kroazja

53 452

426 064

Italja

173 506

1 070 028

Ċipru

11 021

47 803

Latvja

46 418

58 496

Litwanja

73 489

73 516

Malta

14 965

95 776

Pajjiżi Baxxi

166 859

350 736

Polonja

38 270

90 650

Portugall (inklużi r-reġjuni ultra-periferiċi)

114 549

386 539

Rumanija

1 908

6 356

Slovenja

675

8 867

Finlandja

18 066

181 717

Svezja

43 386

210 829

Renju Unit

231 106

909 141



Capacity ceilings

Ir-reġjuni ultra-periferiċi tal-Unjoni

GT

kW

Spanja

Gżejjer Kanarji: L (1) < 12 m. ilmijiet tal-Unjoni

2 617

20 863

Gżejjer Kanarji: L > 12 m. ilmijiet tal-Unjoni

3 059

10 364

Gżejjer Kanarji: L > 12 m. ilmijiet internazzjonali u ta' pajjiżi terzi

28 823

45 593

Franza

Gżira ta’ Reunion: Speċijiet demersali u pelaġiċi. L < 12 m

1 050

19 320

Gżira ta’ Reunion: Speċijiet pelaġiċi. L > 12 m

10 002

31 465

Guyana Franċiża: Speċijiet demersali u pelaġiċi Tul < 12 m

903

11 644

Guyana Franċiża: Bastimenti tal-gambli

7 560

19 726

Guyana Franċiża: Speċijiet pelaġiċi. Bastimenti lil hinn mill-kosta.

3 500

5 000

Martinique: Speċijiet demersali u pelaġiċi L < 12 m

5 409

142 116

Martinique: Speċijiet pelaġiċi. L < 12 m

1 046

3 294

Gwadelup: Speċijiet demersali u pelaġiċi L < 12 m

6 188

162 590

Gwadelup: Speċijiet pelaġiċi. L < 12 m

500

1 750

▼M1

Il-Majott. Seiners

13 916  (1)

24 000  (1)

Il-Majott.

Bastimenti tas-sajd mekkaniċi bil-konz < 23 m

2 500  (1)

8 500  (1)

Il-Majott.

Speċijiet demersali u pelaġiċi. Bastimenti < 10 m

p.m. (2)

p.m. (2)

▼B

Portugall

Madejra: Speċijiet demersali: L < 12 m

604

3 969

Madejra: Speċijiet demersali u pelaġiċi L < 12 m

4 114

12 734

Madejra: Speċijiet Pelaġiċi. Tartarun. L > 12 m

181

777

Azores: Speċijiet demersali: L < 12 m

2 617

29 870

Azores: Speċijiet demersali u pelaġiċi L < 12 m

12 979

25 721

(1)   "L" tfisser it-tul totali ta' bastiment.

(*1)   Skont il-pjan ta' żvilupp ippreżentat lill-IOTC fis-7 ta' Jannar 2011.

(*2)   Il-limiti massimi għandhom jiġu indikati f'din it-tabella meta jitlestew u sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025.




ANNESS III

KUNSILLI KONSULTATTIVI

1.    Isem u żona ta' kompetenza tal-Kunsilli Konsultattivi



Isem

Żona ta’ kompetenza

Il-Baħar Baltiku

Iż-żoni tal-ICES IIIb, IIIc u IIId

Il-Baħar l-Iswed

Is-subżona ġeografika tal-GFCM kif iddefinita fir-Riżoluzzjoni GFCM/33/2009/2 Isem tal-Kunsill Konsultattiv: Is-swieq Qasam ta' Kompetenza: L-oqsma kollha tas-swieq

Il-Baħar Mediterran

L-ilmijiet Marittimi tal-Mediterran tal-Lvant tal-linja 5°36′ Punent

Il-Baħar tat-Tramuntana

Iż-żoni tal-ICES IV u IIIa

Ilmijiet tal-Majjistral

Iż-żoni tal-ICES V (eskluża Va u l-ilmijiet tal-Unjoni biss ta' Vb), VI u VII

Ilmijiet tal-Lbiċ

Iż-żoni tal-ICES VIII, IX u X (ilmijiet madwar l-Azores), u żoni tas-CECAF 34.1.1, 34.1.2 u 34.2.0 (ilmijiet madwar Madejra u l-Gżejjer Kanarji)

Ir-Reġjuni Ultra-periferiċi

L-ilmijiet tal-Unjoni madwar ir-reġjuni ultra-periferiċi kif imsemmijin fl-Artikolu 349(1) tat-Trattat maqsum fi tliet baċiri: l-Atlantiku tal-Punent, l-Atlantiku tal-Lvant, l-Oċean Indjan

L-istokkijiet pelaġiċi (stokkafixx, kavall, sawrell, aringa, pixxitrombetta)

Iż-żoni ġeografiċi kollha esklużi l-Baħar Baltiku u l-Baħar Mediterran

Il-flotta tal-ibħra internazzjonali/distanzi twal

L-ilmijiet kollha mhux tal-Unjoni

L-akkwakultura

L-akkwakultura, kif definita fl-Artikolu 5

Is-swieq

Iż-żoni tas-swieq kollha

2.    Funzjonament u finanzjament tal-Kunsilli Konsultattivi

(a) Fl-assemblea ġenerali u l-kumitat konsultattiv, 60 % tas-siġġijiet għandhom jiġu allokati lil rappreżentanti tas-sajjieda u lill-Kunsill Konsultattiv dwar l-Akkwakultura, lill-operaturi tal-akkwakultura, u rappreżentanti tas-setturi tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni, u 40 % lir-rappreżentanti tal-gruppi l-oħra ta' interess affettwati mill-Politika Komuni tas-Sajd, pereżempju organizzazzjonijiet ambjentali u gruppi ta' konsumaturi.

(b) Minbarra l-Kunsill Konsultattiv dwar l-Akkwakultura u l-Kunsill Konsultattiv dwar is-Swieq, mill-anqas rappreżentant wieħed tas-sottosettur tal-qabdiet minn kull Stat Membru kkonċernat għandu jkun membru tal-kumitat eżekuttiv.

(c) Il-membri tal-kumitat eżekuttiv għandhom, fejn hu possibbli, jadottaw rakkomandazzjonijiet b'kunsens. Jekk ma jkunx jista' jintlaħaq kunsens, l-opinjonijiet tal-membri li ma jaqblux għandhom jiġu reġistrati fir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-maġġoranza tal-membri preżenti li jkunu qed jivvotaw.

(d) Kull Kunsill Konsultattiv għandu jaħtar president b'kunsens. Il-president għandu jaġixxi b'mod imparzjali.

(e) Kull Kunsill Konsultattiv għandu jadotta l-miżuri meħtieġa biex jiġu żgurati t-trasparenza u r-rispett lejn l-opinjonijiet kollha espressi.

(f) Rakkomandazzjonijiet adottati mill-kumitat eżekuttiv għandhom ikunu disponibbli immedjatament għall-assemblea ġenerali, għall-Kummissjoni, għall-Istati Membri konċernati u fuq talba, għal kwalunkwe membru tal-pubbliku.

(g) Il-laqgħat tal-assemblea ġenerali għandhom ikunu miftuħa għall-pubbliku. Il-laqgħat tal-kumitat eżekuttiv għandhom ikunu miftuħa għall-pubbliku sakemm, f'każijiet eċċezzjonali, ma jiġix deċiż mod ieħor b'maġġoranza tal-kumitat eżekuttiv.

(h) Organizzazzjonijiet Ewropew u nazzjonali li jirrappreżentaw lis-settur tas-sajd u l-gruppi ta' interess oħra jistgħu jipproponu membri lill-Istati Membri kkonċernati. Dawk l-Istati Membri għandhom jaqblu dwar il-membri tal-assemblea ġenerali.

(i) Rappreżentanti tal-amministrazzjonijiet nazzjonali u reġjonali b'interessi fis-sajd fiż-żona kkonċernata u riċerkaturi mill-istituti ta’ riċerka xjentifika u tas-sajd tal-Istati Membri u mill-istituzzjonijiet xjentifiċi internazzjonali li jagħtu pariri lill-Kummissjoni għandhom jitħallew jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Kunsill Konsultattiv bħala osservaturi attivi. Jista' wkoll jiġi mistieden kwalunkwe xjentist kwalifikat ieħor.

(j) Rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni jistgħu jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Kunsill Konsultattiv bħala osservaturi attivi.

(k) Meta jiġu diskussi kwistjonijiet li jaffettwawhom, rappreżentanti tas-settur tas-sajd u gruppi oħra ta' interess minn pajjiżi terzi, inklużi rappreżentanti minn RMFOs, li għandhom interess fis-sajd fiż-żona jew sajd kopert minn Kunsill Konsultattiv, jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw bħala osservaturi.

(l) Il-Kunsilli Konsultattivi jistgħu japplikaw għal għajnuna finanzjarja tal-Unjoni bħala korpi li qegħdin isegwu għan ta’ interess Ewropew ġenerali.

(m) Il-Kummissjoni għandha tiffirma ftehim ta' għotjiet ma' kull Kunsill Konsultattiv biex tikkontribwixxi għall-ispejjeż operattivi tiegħu, inkluż l-ispejjeż għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni.

(n) Il-Kummissjoni tista' twettaq il-verfiki kollha li hija tqis li huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità mal-kompiti assenjati lill-Kunsilli Konsultattivi.

(o) Kull Kunsill Konsultattivi għandu jibgħat kull sena l-baġit tiegħu u rapport dwar l-attivitajiet tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kkonċernati.

(p) Il-Kummissjoni jew il-Qorti tal-Awdituri jistgħu fi kwalunkwe żmien jirranġaw biex isir awditu jew minn korp barrani magħżul minnha jew mill-Kummissjoni jew mid-dipartimenti tal-Qorti tal-Awdituri nfushom.

(q) Kull Kunsill Konsultattiv għandu jaħtar awditur awtorizzat għall-perijodu li matulu huwa jibbenefika minn fondi tal-Unjoni.



( 1 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2847/93 u r-Regolament (KE) Nru 973/2001 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11).

( 2 ) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2930/86 tat-22 ta' Settembru 1986 li jiddefinixxi l-karatteristiċi tad-dgħajjes tas-sajd (ĠU L 274, 25.9.1986, p. 1).

( 3 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal- 20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

( 4 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad- 29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).

( 5 ) Iż-żoni ICES (Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar) huma kif iddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70).

( 6 ) Iż-żoni CECAF (l-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant jew iż-Żona ta' sajd prinċipali 34) huma kif iddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu f'ċerti żoni li m'humiex fl-Atlantiku tat-Tramuntana (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 1).

( 7 ) Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

( 8 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 tal-4 ta' Novembru 2003 dwar l-immaniġġar tal-isforz għas-sajd li jirrigwarda ċerti żoni u riżorsi tas-sajd tal-Komunità u li jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 685/95 u (KE) Nru 2027/95 (ĠU L 289, 7.11.2003, p. 1).

( 9 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 tat-30 ta' Marzu 2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi tal-Komunità (ĠU L 102, 7.4.2004, p. 9).

( *1 ) Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 23)"

Top