Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02013R0617-20200301

    Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013 tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ekodisinn għall-kompjuters u s-servers informatiċi (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/617/2020-03-01

    02013R0617 — MT — 01.03.2020 — 002.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 617/2013

    tas-26 ta’ Ġunju 2013

    li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ekodisinn għall-kompjuters u s-servers informatiċi

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 175 27.6.2013, p. 13)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2282 tat-30 ta' Novembru 2016

      L 346

    51

    20.12.2016

    ►M2

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/424 tal-15 ta' Marzu 2019

      L 74

    46

    18.3.2019




    ▼B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 617/2013

    tas-26 ta’ Ġunju 2013

    li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ekodisinn għall-kompjuters u s-servers informatiċi

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)



    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

    ▼M2

    1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq tal-kompjuters.

    ▼B

    2.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti li ġejjin li jistgħu jitħaddmu direttament mill-kurrent alternanti (AC) tal-mejns inkluż permezz ta’ provvista elettrika esterna jew interna:

    (a) 

    kompjuters desktop;

    (b) 

    kompjuters desktop integrati;

    (c) 

    notebooks (inklużi tablets, slates u terminals ħfief mobbli);

    (d) 

    terminals ħfief desktop;

    (e) 

    stazzjonijiet tax-xogħol;

    (f) 

    stazzjonijiet tax-xogħol mobbli;

    (g) 

    servers fuq skala żgħira.

    ▼M2 —————

    ▼B

    3.  Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-gruppi ta’ prodotti li ġejjin:

    ▼M2 —————

    ▼B

    (e) 

    konsols tal-logħob;

    (f) 

    stazzjonijiet għad-dokkjar.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1) 

    “Kompjuter” tfisser apparat li jwettaq operazzjonijiet loġiċi u li jipproċessa d-dejta, li kapaċi juża apparat tal-input u juri l-informazzjoni fuq unità tal-wiri, u normalment jinkludi unità ċentrali tal-ipproċessar (CPU) biex twettaq l-operazzjonijiet. Jekk m’hemm ebda CPU preżenti, l-apparat għandu jiffunzjona bħala ‘client gateway’ lejn server informatiku li jaġixxi ta’ unità tal-ipproċessar għall-komputazzjoni;

    ▼M2 —————

    ▼B

    (3) 

    “Provvista tal-elettriku esterna” tfisser apparat li għandu l-karatteristiki li ġejjin:

    (a) 

    huwa ddisinjat biex jibdel l-input ta’ enerġija elettrika b’kurrent alternanti (AC) mis-sors ta’ elettriku tal-mejns għal output ta’ vultaġġ aktar baxx b’kurrent dirett (DC) jew AC.

    (b) 

    jista’ jibdel għal output ta’ vultaġġ b’DC jew AC wieħed biss kull darba;

    (c) 

    huwa maħsub li jintuża ma’ apparat separat li jikkostitwixxi t-tagħbija primarja;

    (d) 

    ikun fiżikament magħluq u separat mill-apparat li jikkostitwixxi t-tagħbija primarja;

    (e) 

    jitqabbad mal-apparat li jikkostitwixxi t-tagħbija primarja permezz ta’ konnessjoni elettrika maskili/femminili, kejbil, fil jew wajer ieħor li huwa permanenti jew li jista’ jinqala’; kif ukoll

    (f) 

    ikollu potenza tan-nameplate output ta’ mhux aktar minn 250 Watts;

    ▼M2

    (4) 

    “Provvista elettrika interna” tfisser komponent iddisinjat biex jaqleb il-vultaġġ AC mill-mejns għal vultaġġ(i) DC biex jitħaddem il-kompjuter u li għandu dawn il-karatteristiki li ġejjin:

    (a) 

    ikun jinsab fl-istruttura tal-kompjuter iżda jkun separat mill-bord prinċipali tal-kompjuter;

    (b) 

    il-provvista tal-enerġija taqbad mal-mejns permezz ta' kejbil uniku mingħajr sistema intermedja ta' ċirkwiti bejn il-provvista tal-enerġija u l-enerġija tal-mejns; u

    (c) 

    il-konnessjonijiet tal-enerġija kollha mill-provvista tal-enerġija għall-komponenti tal-kompjuter, għajr għal konnessjoni DC ma' unità tal-wiri f'kompjuter desktop integrat, huma interni għall-istruttura tal-kompjuter.

    Il-konvertituri DC għal DC interni li jintużaw biex jikkonvertu vultaġġ DC uniku minn provvista tal-enerġija esterna f'vultaġġi multipli biex jintużaw minn kompjuter ma jitqisux provvisti interni tal-enerġija;

    ▼B

    (5) 

    “Kompjuter desktop” tfisser kompjuter fejn l-unità prinċipali hija intenzjonata li tkun tinsab f’post permanenti u mhux iddisinjat biex jinġarr u li hu maħsub għall-użu b’unità tal-wiri esterna u periferali esterni bħal tastiera u maws.

    Il-kategoriji li ġejjin ta’ kompjuters desktop huma definiti għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

    (a) 

    Komputer desktop ta’ “Kategorija A” tfisser kompjuter desktop li ma jissodisfax id-definizzjoni ta’ kompjuter desktop ta’ Kategorija B, Kategorija C jew Kategorija D.

    (b) 

    Komputer desktop ta’ “Kategorija B” tfisser kompjuter desktop bi:

    (i) 

    żewġ nuklei fiżiċi fis-CPU, u

    (ii) 

    minimu ta’ żewġ gigabytes (GB) ta’ memorja tas-sistema.

    (c) 

    Komputer desktop ta’ “Kategorija C” tfisser kompjuter desktop bi:

    (i) 

    tliet nukei fiżiċi jew aktar fis-CPU, u

    (ii) 

    konfigurazzjoni ta’ mill-inqas waħda miż-żewġ karatteristiki li ġejjin:

    — 
    minimu ta’ żewġ gigabytes (GB) ta’ memorja tas-sistema; u/jew
    — 
    kard tal-grafika diskreta (dGfx – “discrete graphics card”).
    (d) 

    Komputer desktop ta’ “Kategorija D” tfisser kompjuter desktop bi:

    (i) 

    minimu ta’ erba’ nuklei fiżiċi fis-CPU, u

    (ii) 

    konfigurazzjoni ta’ mill-inqas waħda miż-żewġ karatteristiki li ġejjin:

    — 
    minimu ta’ erba’ gigabytes (GB) ta’ memorja tas-sistema; u/jew
    — 
    kard tal-grafika diskreta (dGfx) li tilħaq il-klassifikazzjoni ta’ G3 (b’Wisa’ tad-Dejta FB > 128-bit), G4, G5, G6 jew G7;
    (6) 

    “Kompjuter desktop integrat” tfisser kompjuter li fih il-kompjuter u l-unità tal-wiri jaħdmu bħala unità waħda, li tirċievi l-enerġija AC tagħha permezz ta’ kejbil uniku. Kompjuters desktop integrati jiġu f’waħda minn żewġ forom possibbli: (1) prodott fejn l-unità tal-wiri u l-kompjuter huma fiżikament magħqudin f’unità waħda; jew (2) prodott fejn l-unità tal-wiri hija separata mill-kompjuter iżda hija mqabbda max-xażi ewlieni permezz ta’ wajer tal-enerġija b’kurrent dirett (DC). Kompjuter desktop integrat huwa intenzjonat li jkun jinsab f’post permanenti u mhux maħsub biex jinġarr. Kompjuters desktop integrati mhumiex primarjament iddisinjati għall-wiri u l-qbid ta’ sinjali awdjoviżivi.

    Il-kategoriji li ġejjin ta’ kompjuters desktop integrati huma definiti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

    (a) 

    Kompjuter desktop integrat ta’ “Kategorija A” tfisser kompjuter desktop integrat li ma jissodisfax id-definizzjoni ta’ kompjuter desktop integrat ta’ Kategorija B, Kategorija C jew Kategorija D.

    (b) 

    Kompjuter desktop integrat ta’ “Kategorija B” tfisser kompjuter desktop integrat bi:

    (i) 

    żewġ nuklei fiżiċi fis-CPU, u

    (ii) 

    minimu ta’ żewġ gigabytes (GB) ta’ memorja tas-sistema.

    (c) 

    Kompjuter desktop integrat ta’ “Kategorija C” tfisser kompjuter desktop integrat bi:

    (i) 

    tliet nuklei fiżiċi jew aktar fis-CPU, u

    (ii) 

    konfigurazzjoni ta’ mill-inqas waħda miż-żewġ karatteristiki li ġejjin:

    — 
    minimu ta’ żewġ gigabytes (GB) ta’ memorja tas-sistema; u/jew
    — 
    kard tal-grafika diskreta (dGfx).
    (d) 

    Kompjuter desktop integrat ta’ “Kategorija D” tfisser kompjuter desktop integrat bi:

    (i) 

    minimu ta’ erba’ nuklei fiżiċi fis-CPU, u

    (ii) 

    konfigurazzjoni ta’ mill-inqas waħda miż-żewġ karatteristiki li ġejjin:

    — 
    minimu ta’ erba’ gigabytes (GB) ta’ memorja tas-sistema; u/jew
    — 
    kard tal-grafika diskreta (dGfx) li tilħaq il-klassifikazzjoni ta’ G3 (b’Wisa’ tad-Dejta FB > 128-bit), G4, G5, G6 jew G7;
    (7) 

    “Notebook” tfisser kompjuter iddisinjat speċifikament biex jinġarr u jitħaddem għal perjodi twal b’konnessjoni diretta ma’ sors ta’ enerġija AC jew mingħajrha. In-notebooks jużaw unità tal-wiri integrata, b’daqs dijagonali tal-iskrin viżibbli ta’ mill-inqas 22,86 cm (9 pulzieri), u huma kapaċi jaħdmu fuq batterija integrata jew sors ieħor portabbli ta’ enerġija.

    In-notebook jinkludu wkoll is-sottotipi li ġejjin:

    (a) 

    “Tablet” tfisser prodott li huwa tip ta’ notebook li jinkludi kemm unità tal-wiri mwaħħla li jkun sensittiv għall-mess u tastiera fiżika mwaħħla;

    (b) 

    “Slate” tfisser tip ta’ notebook li jinkludi unità tal-wiri integrata li jkun sensittiv għall-mess iżda ma jkollux tastiera fiżika mwaħħla b’mod permanenti;

    (c) 

    “Terminals ħfief mobbli” tfisser tip ta’ notebook li jiddependi fuq konnessjoni għal riżorsi remoti tal-informatika (eż. server informatiku, stazzjon tax-xogħol remot) sabiex jikseb funzjonalità primarja u ma għandu l-ebda midja ta’ ħżin rotazzjonali integrali mal-prodott.

    Il-kategoriji li ġejjin ta’ notebooks huma definiti għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

    (a) 

    Notebook ta’ “Kategorija A” tfisser notebook li ma jissodisfax id-definizzjoni ta’ notebook tal-Kategorija B jew tal-Kategorija C;

    (b) 

    Notebook ta’ “Kategorija B” tfisser notebook li għandu mill-inqas kard tal-grafika diskreta (dGfx) waħda;

    (c) 

    Notebook ta’ “Kategorija C” tfisser notebook li għandu mill-inqas il-karatteristiki li ġejjin:

    (a) 

    minimu ta’ żewġ nuklei fiżiċi fis-CPU;

    (b) 

    minimu ta’ żewġ gigabytes (GB) ta’ memorja tas-sistema; u

    (c) 

    kard tal-grafika diskreta (dGfx) li tilħaq il-klassifikazzjoni ta’ G3 (b’Wisa’ tad-Dejta FB > 128-bit), G4, G5, G6 jew G7;

    Prodotti li kieku kienu jissodisfaw id-definizzjoni ta’ notebook iżda għandhom domanda ta’ enerġija fl-istat inattiv (“idle”) ta’ inqas minn 6 W ma jitqiesx li huma notebooks għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament.

    (8) 

    “Terminal ħafif desktop” tfisser tip ta’ kompjuter li jiddependi fuq konnessjoni għal riżorsi remoti tal-informatika (eż. server informatiku, stazzjon tax-xogħol remot) sabiex jikseb funzjonalità primarja u ma għandu l-ebda midja ta’ ħżin rotazzjonali integrali mal-prodott. L-unità prinċipali ta’ terminal ħafif desktop hija maħsuba li tintuża f’post permanenti (eż. fuq skrivanija) u mhux biex tinġarr. Terminals ħfief desktop jistgħu jipproduċu jew lejn unità tal-wiri esterna jew, meta jkun inkluż mal-prodott, lejn unità tal-wiri interna;

    (9) 

    “Stazzjon tax-xogħol” tfisser kompjuter b’livell għoli ta’ prestazzjoni u li jservi utent wieħed primarjament użat għall-grafika, għall-iddisinjar permezz tal-kompjuter (CAD), l-iżvilupp tas-softwer, l-applikazzjonijiet finanzjarji u xjentifiċi fost kompiti oħra tal-informatika aktar intensivi, u li għandu l-karatteristiki li ġejjin:

    (a) 

    ikollu ħin medju bejn il-ħsarat (MTBF) ta’ mill-anqas 15 000 siegħa;

    (b) 

    għandu kodiċi tal-korrezzjoni tal-erruri (ECC) u/jew memorja buffer;

    (c) 

    jissodisfa tlieta mill-ħames karatteristiki li ġejjin:

    (1) 

    ikollu appoġġ tal-enerġija supplimentari għal grafiki tal-ogħla livell (jiġifieri interkonnessjoni ta’ komponenti periferali (PCI — “peripheral component interconnect”)-E 6-pin 12 V ta’ input ta’ enerġija supplimentari);

    (2) 

    is-sistema tiegħu għandha għal PCI-E akbar minn x4 fuq il-motherboard, li huma pprovduti flimkien ma’ slott(ijiet) għall-grafika u/jew għall-appoġġ PCI-X;

    (3) 

    ma jappoġġjax grafika tal-memorja b’aċċess uniformi (UMA — “uniform memory access”);

    (4) 

    jinkludi ħames slottijiet PCI, PCI-E jew PCI-X jew aktar;

    (5) 

    huwa kapaċi li jagħti appoġġ ta’ proċessuri multipli għal żewġ CPUs jew aktar (irid ikun kapaċi jappoġġja pakketti tas-CPU/sokits li jkunu fiżikament separati, jiġifieri kapaċità li mhijiex issodisfata minn CPU uniku b’nuklei multipli);

    (10) 

    “Stazzjon tax-xogħol mobbli” tfisser kompjuter b’livell għoli ta’ prestazzjoni u li jservi utent wieħed użat primarjament għall-grafika, għall-iddisinjar permezz tal-kompjuter (CAD), l-iżvilupp tas-softwer, l-applikazzjonijiet finanzjarji u xjentifiċi fost kompiti oħra tal-informatika aktar intensivi, iżda bl-esklużjoni tal-logħob, u li huwa ddisinjat speċifikament biex jinġarr u biex jitħaddem għal perjodi estiżi ta’ żmien kemm b’konnessjoni diretta ma’ sors tal-enerġija AC kif ukoll mingħajrha. L-istazzjonijiet tax-xogħol mobbli jutilizzaw unità tal-wiri integrata u huma kapaċi jaħdmu b’batterija integrata jew b’sors tal-enerġija ieħor li jinġarr. Il-biċċa l-kbira tal-istazzjonijiet tax-xogħol mobbli jużaw provvista tal-elettriku esterna u ħafna minnhom għandhom tastiera integrata kif ukoll apparat għall-ippuntar.

    Stazzjon tax-xogħol mobbli għandu jkollu l-karatteristiki li ġejjin:

    (a) 

    ikollu ħin medju bejn il-ħsarat (MTBF) ta’ mill-anqas 13 000 siegħa;

    (b) 

    għandu tal-inqas kard tal-grafika diskreta (dGfx) waħda li tilħaq il-klassifikazzjoni ta’ G3 (b’Wisa’ tad-Dejta FB > 128-bit), G4, G5, G6 jew G7;

    (c) 

    jappoġġja l-inklużjoni ta’ tliet mezzi interni ta’ ħżin jew aktar;

    (d) 

    jappoġġja mill-inqas 32 GB ta’ memorja tas-sistema;

    (11) 

    “Server fuq skala żgħira” tfisser tip ta’ kompjuter li tipikament juża komponenti tal-kompjuter desktop fl-għamla ta’ kompjuter desktop iżda li primarjament huwa ddisinjat biex jaħżen id-dejta ta’ kompjuters oħrajn u jwettaq funzjonijiet bħall-għoti ta’ servizzi ta’ infrastruttura tan-netwerk u l-ilqugħ ta’ dejta/midja, u li għandu l-karatteristiki li ġejjin:

    (a) 

    huwa iddisinjat f’għamla ta’ pedestall, torri, jew għamla oħra simili għal dik tal-kompjuter desktop b’tali mod li l-ipproċessar kollu tad-dejta, il-ħżin, u l-interfaċċja tan-netwerk ikunu miġbura f’kaxxa waħda;

    (b) 

    huwa ddisinjat biex jaħdem 24 siegħa kuljum u 7 ijiem fil-ġimgħa;

    (c) 

    huwa primarjament iddisinjat biex jopera f’ambjent b’utenti multipli simultanjament filwaqt li jservi diversi utenti permezz ta’unitajiet ta’ klijenti f’netwerk;

    (d) 

    fejn imqiegħed fis-suq b’sistema operatorja, is-sistema operatorja hija mfassla għal server tad-dar jew applikazzjonijiet ta’ server ta’ livell baxx;

    (e) 

    ma jitqiegħedx fis-suq b’kard tal-grafika diskreta (dGfx) li tissodisfa kwalunkwe klassifikazzjoni oħra ħlief dik tal-G1;

    ▼M2 —————

    ▼B

    (17) 

    “Konsol tal-logħob” tfisser apparat li kapaċi joqgħod waħdu li jieħu l-enerġija mill-mejns li huwa ddisinjat biex ikollu l-kapaċità tal-logħob tal-vidjo bħala l-funzjoni primarja tiegħu. Konsol tal-logħob huwa tipikament iddisinjat biex jipprovdi output lejn unità tal-wiri esterna bħala l-unità tal-wiri prinċipali tal-logħba. Il-konsols tal-logħob tipikament jinkludu CPU, memorja tas-sistema u unità/unitajiet tal-ipproċessar tal-grafika (GPU — “graphics processing unit”), u jista’ jkun fihom diski riġidi jew alternattivi oħra ta’ ħżin intern, u drives ottiċi. Il-konsols tal-logħob tipikament jużaw kontrolluri li jinżammu fl-idejn jew kontrolluri oħra interattivi bħala l-mezz ta’ input primarju aktar milli tastiera jew maws estern. Il-konsols tal-logħob tipikament ma jinkludux sistemi operatorji tal-informatika personali konvenzjonali iżda minflok jużaw sistemi operatorji speċifiċi għall-konsol. L-apparat tal-logħob li jinżamm fl-idejn, b’unità tal-wiri integrata bħala l-unità tal-wiri tal-logħba primarja, u li jopera primarjament b’batterija integrata jew sors tal-enerġija ieħor li jinġarr aktar milli permezz ta’ konnessjoni diretta ma’ sors tal-enerġija AC, jitqiesu bħala tip ta’ konsol tal-logħob;

    (18) 

    “Stazzjon għad-dokkjar” tfisser prodott diskret iddisinjat biex jiġi konness ma’ kompjuter sabiex iwettaq funzjonijiet bħall-espansjoni tal-konnettività jew il-konsolidizzazzjoni tal-konnessjonijiet mal-apparat periferali. L-istazzjonijiet għad-dokkjar jistgħu wkoll jiffaċilitaw l-iċċarġjar tal-batteriji interni fil-kompjuter konness;

    (19) 

    “Unità Ċentrali tal-Ipproċessar (CPU)” tfisser komponent f’kompjuter li jikkontrolla l-interpretazzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ istruzzjonijiet. Is-CPUs jista’ jkun fihom proċessur fiżiku wieħed jew aktar magħrufa bħala “nuklei ta’ eżekuzzjoni”. Nukleu ta’ eżekuzzjoni tfisser proċessur li jkun fiżikament preżenti. Proċessuri “virtwali” jew “loġiċi” addizzjonali li jittieħdu minn nukleu ta’ eżekuzzjoni wieħed jew aktar mhumiex nuklei fiżiċi. Pakkett ta’ proċessur li jkun qed jokkupa sokit fiżiku ta’ CPU wieħed jista’ jkollu aktar minn nukleu ta’ eżekuzzjoni wieħed. L-għadd totali ta’ nuklei ta’ eżekuzzjoni fis-CPU huwa s-somma tan-nukeli ta’ eżekuzzjoni pprovduti mill-mezzi konnessi mas-sokits fiżiċi kollha tas-CPU;

    (20) 

    “Kard tal-Grafika Diskreta” (dGfx) tfisser komponent intern diskret li fih unità tal-ipproċċessar tal-grafika (GPUs) waħda jew aktar b’interfaċċja ta’ kontrollur ta’ memorja lokali u memorja lokali speċifika għall-grafika u li taqa’ f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:

    (a) 

    G1 (FB_BW ≤ 16);

    (b) 

    G2 (16< FB_BW ≤ 32);

    (c) 

    G3 (32 <FB_BW ≤ 64);

    (d) 

    G4 (64 <FB_BW ≤ 96);

    (e) 

    G5 (96 <FB_BW ≤ 128);

    (f) 

    G6 (FB_BW > 128 (b’Wisa’ tad-Dejta FB < 192-bit));

    (g) 

    G7 (FB_BW > 128 (b’Wisa’ tad-Dejta FB ≥ 192-bit));

    “Medda tal-frekwenzi tal-frame buffer” (FB_BW) tfisser l-ammont ta’ dejta li hija pproċessata kull sekonda mill-GPUs kollha fuq dGfx, li hu kkalkulat permezz tal-formula li ġejja:

    image

    Fejn:

    (a) 

    il-medda ta’ frekwenzi tal-frame buffer hija espressa f’GigaBytes/sekonda (GB/s);

    (b) 

    ir-rata tad-dejta hija l-frekwenza effettiva tad-dejta tal-memorja f’MHz;

    (c) 

    il-wisa’ tad-dejta hija l-wisa’ tad-dejta tal-memorja tal-frame buffer (FB), espressa f’bits (b);

    (d) 

    “8” jikkonverti l-kalkolazzjoni f’Bytes;

    ▼M1

    (e) 

    id-diviżjoni b'1 000 taqleb il-Mega f'Giga;

    ▼B

    (21) 

    “Ħżin intern” tfisser komponent intern għall-kompjuter li jipprovdi ħżin tad-dejta mhux volatili;

    ▼M2

    (22) 

    “Tip ta' prodott” tfisser kompjuter desktop, kompjuters desktop integrat, kompjuter notebook, terminals ħfief desktop, stazzjon tax-xogħol, stazzjon tax-xogħol mobbli, server fuq skala żgħira, konsol tal-logħob, stazzjon għad-dokkjar, provvista elettrika interna jew provvista elettrika esterna;

    ▼B

    (23) 

    “Modalità Rieqed ta’ unità tal-wiri” tfisser li l-modalità ta’ potenza li jidħol fiha prodott tal-unità tal-wiri wara li jirċievi sinjal minn apparat konness jew simolu intern (bħal apparat ta’ ħin jew senser ta’ okkupanza). Il-prodott tal-unità tal-wiri jista’ wkoll jidħol f’din il-modalità permezz ta’ sinjal prodott mill-input ta’ utent. Il-prodott irid jiġi attiv hekk kif jirċievi sinjal minn apparatt konness, netwerk, kontroll remot u/jew stimolu intern. Filwaqt li l-prodott ikun f’din il-modalità, ma jipproduċix stampa viżibbli, bl-eċċezzjoni possibbli ta’ funzjonijiet orjentati lejn l-utent jew protettivi bħal informazzjoni dwar il-prodott jew wiri tal-istatus, jew funzjonijiet ibbażati fuq is-sensers.

    Għall-finijiet tal-Annessi, huma stipulati defnizzjonijiet addizzjonali fl-Anness I.

    ▼M2

    Artikolu 3

    Rekwiżiti tal-ekodisinn

    Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kompjuters huma stabbiliti fl-Anness II.

    Il-konformità tal-kompjuters mar-rekwiżiti tal-ekodisinn applikabbli għandha titkejjel skont il-metodi stabbiliti fl-Anness III.

    ▼B

    Artikolu 4

    Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1275/2008

    Il-Punt 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1275/2008 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2. 

    It-tagħmir tat-teknoloġija tal-informazzjoni maħsub primarjament għall-użu f’ambjent domestiku, iżda esklużi l-kompjuters desktop, il-kompjuters desktop integrati u n-notebooks, kif definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013 ( *1 )

    Artikolu 5

    Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 278/2009

    L-Artikolu 2(1)(g) tar-Regolament (KE) Nru 278/2009 hu mibdul b’dan li ġej:

    “(g) 

    huwa maħsub għall-użu ma’ tagħmir tad-dar u tal-uffiċju li jaħdem bl-elettriku u li huwa elettroniku kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1275/2008 jew ma’ kompjuters kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013 ( *2 ).

    Artikolu 6

    Valutazzjoni tal-konformità

    Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema interna tal-kontroll tad-disinn stabbilita fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva jew is-sistema ta’ ġestjoni għall-valutazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.

    Artikolu 7

    Proċedura tas-sorveljanza tas-suq u tal-verifika

    Is-sorveljanza tas-suq għandha titwettaq skont ir-regoli speċifikati fid-Direttiva 2009/125/KE.

    ▼M2

    Il-konformità tal-kompjuters mar-rekwiżiti tal-ekodisinn applikabbli għandha tiġi verifikata skont il-proċedura ta' verifika stabbilita fil-punt 2 tal-Anness III ta' dan ir-Regolament.

    ▼B

    Artikolu 8

    Punti ta’ riferiment indikattivi

    Il-punti ta’ riferiment indikattivi għall-prodotti u t-teknoloġiji bl-aqwa prestazzjoni, li jkunu disponibbli fis-suq fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament huma identifikati fl-Anness IV.

    Artikolu 9

    Reviżjoni

    Sa mhux aktar tard minn tliet snin u nofs wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u tippreżenta r-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni lill-Forum Konsultattiv dwar l-Ekodisinn.

    Fid-dawl tal-iżvilupp teknoloġiku rapidu, din ir-reviżjoni għandha tqis l-iżviluppi fil-Programm ENERGY STAR, u l-opportunitajiet biex ir-rekwiżiti ta’ ekodisinn isiru iktar stretti, biex il-kwoti tal-enerġija jitnaqqsu b’mod sinifikanti jew jiġu eliminati, b’mod partikolari għall-kards tal-grafika diskreta (dGfx), biex ikun hemm aġġornament tad-definizzjonijiet/tal-kamp ta’ applikazzjoni, u l-potenzjal sabiex jiġi indirizzat il-konsum tal-enerġija tal-unità tal-wiri integrata.

    Barra minn hekk, ir-reviżjoni għandha tqis speċifikament il-fażijiet taċ-ċiklu tal-ħajja, il-fattibilità tal-istabbiliment u l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ Ekodisinn fuq aspetti oħra ambjentali sinifikanti bħall-istorbju, l-użu effikaċi tal-materjal, inklużi rekwiżiti fuq it-tul ta’ żmien li jdum prodott, iż-żarmar, ir-riċiklaġġ, l-interfaċċji standardizzati għall-apparat tal-iċċarġjar, kif ukoll ir-rekwiżiti dwar il-kontenut ta’ ċerta Materja Prima Kritika u l-għadd minimu taċ-ċikli ta’ tagħbija u l-kwistjonijiet tas-sostituzzjoni tal-batteriji.

    Artikolu 10

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Il-punti 3 u 6.1 tal-Anness II għandhom japplikaw mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament.

    Il-punti 1.1, 1.3, 2, 4, 5.1, 5.2, 6.2.1, 6.2.2, 6.2.3, 6.2.4, 6.2.5, 6.2.6, 7.1, 7.2 u 7.3 tal-Anness II għandhom japplikaw sa mill-1 ta’ Lulju 2014.

    Il-punti 1.2 u 1.4 tal-Anness II għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2016.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    Definizzjonijiet applikabbli għall-finijiet tal-Annessi

    1. 

    “Konsum totali annwali tal-enerġija (ETEC)” tfisser l-elettriku kkunsmat minn prodott matul perjodi ta’ żmien speċifiċi f’modalitajiet u stati ta’ enerġija definiti;

    2. 

    “Modalità Mitfi” tfisser il-livell tad-domanda tal-enerġija fil-modalità ta’ enerġija baxxa li ma tistax tintefa’ (influwenzata) mill-utent, ħlief permezz tal-moviment ta’ swiċċ mekkaniku, u li jista’ jippersisti għal perjodu indefinit ta’ żmien meta l-apparat huwa konness mal-provvista ewlenija tal-elettriku u użat skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Fejn huma applikabbli l-istandards tal-Interfaċċja Avvanzata tal-Konfigurazzjoni u tal-Enerġija (ACPI — “Advanced Configuration and Power Interface”), il-modalità Mitfi normalment tikkorrelata mal-istat tas-Sistema ACPI Livell G2/S5/(“soft off”);

    “PMitfi” tirrappreżenta enerġija f’modalità Mitfi f’Watts kif imkejjel skont il-proċeduri indikati fl-Anness II;

    3. 

    “Stat ta’ enerġija l-aktar baxx” tfisser stat jew modalità bl-anqas domanda ta’ enerġija li tinstab f’kompjuter. Dan l-istat jew din il-modalità tkun tista’ tiddaħħal jew titħalla permezz ta’ mezzi mekkaniċi (pereż. billi tintefa’ l-provvista ta’ enerġija tal-kompjuter permezz tal-moviment ta’ swiċċ mekkaniku jew b’mezzi awtomatiċi;

    4. 

    “Modalità Rieqed” tfisser modalità b’enerġija baxxa li kompjuter ikollu l-kapaċità li jgħaddi għaliha b’mod awtomatiku wara perjodu ta’ inattività jew permezz ta’ selezzjoni manwali. F’din il-modalità l-kompjuter jirreaġixxi b’reazzjoni għal avveniment ta’ attivazzjoni. Fejn huma applikabbli l-istandards tal-Interfaċċja Avvanzata tal-Konfigurazzjoni u tal-Enerġija (ACPI), il-modalità Rieqed normalment tikkorrelata mal-istat tas-Sistema ACPI Livell G1/S3 (sospensjoni għar-RAM);

    “PRieqed” tirrappreżenta l-enerġija f’modalità Rieqed f’Watts kif imkejjel skont il-proċeduri indikati fl-Anness II;

    5. 

    “Stat inattiv” tfisser stat ta’ kompjuter li fih is-sistema operatorja u softwer ieħor ikun lesta l-loading, ikun inħoloq il-profil tal-utent, il-kompjuter mhuwiex f’modalità Rieqed u l-attività tkun limitata għal dawk l-applikazzjonijiet bażiċi li s-sistema operatora tagħti bidu għalihom skont kif ġiet pprogrammata;

    “Pinattiv” tirrappreżenta l-istat ta’ enerġija ta’ inattività f’Watts kif imkejjel skont il-proċeduri indikati fl-Anness II;

    6. 

    “Memorja interna addizzjonali” tfisser kwalunkwe mezz ta’ ħżin, inklużi d-diski riġidi interni (HDD) jew diska bi stat solidu (“SSD”) u hard drives ibridi inklużi ġo kompjuter lil hinn mill-ewwel diska;

    7. 

    “Tjuner tat-televixin” tfisser komponent intern diskret li jippermetti li kompjuter jirċievi sinjali tat-televixin;

    8. 

    “Kard awdjo” tfisser komponent intern diskret li jipproċessa d-dħul tas-sinjali tal-awdjo fil-kompjuter u l-ħruġ tagħhom minn ġol-kompjuter;

    9. 

    “Avveniment ta’ attivazzjoni” tfisser avveniment jew stimolu minn utent, skedat jew estern li jġiegħel lill-kompjuter jaqleb minn modalità Rieqed jew modalità Mitfi għal modalità Attiv ta’ operazzjoni. Avveniment ta’ attivazzjoni jinkludi, iżda mhuwiex limitat, għall-avvenimenti li ġejjin:

    (i) 

    moviment tal-maws;

    (ii) 

    attività tat-tastiera;

    (iii) 

    input minn kontrollur;

    (iv) 

    avveniment tal-arloġġ tal-ħin reali;

    (v) 

    buttuna fuq ix-xażi; kif ukoll

    (vi) 

    fil-każ ta’ avvenimenti esterni, stimolu li jitwassal permezz ta’ kontroll remot, netwerk jew modem;

    10. 

    “Modalità Attiv” tfisser l-istat li fih il-kompjuter qed iwettaq xogħol utli bħala rispons għal (a) dħul ta’ dejta preċedenti jew simultanju mill-utent jew (b) struzzjoni preċedenti jew simultanja trażmessa bin-netwerk. Dan l-istat jinkludi proċessar attiv, it-tiftix tad-dejta maħżuna, mill-memorja jew mill-cache, inkluż il-ħin tal-istat inattiv waqt l-istennija għal iktar dħul ta’ dejta mill-utent u qabel id-dħul fil-modalitajiet ta’ livell baxx ta’ enerġija.

    11. 

    “Wake On LAN (WOL)” tfisser funzjonalità li tippermetti li kompjuter jgħaddi minn modalità Rieqed għal modalità Mitfi (jew modalità oħra simili ta’ livell baxx ta’ enerġija) meta jiġi mitlub jagħmel hekk min-netwerk permezz tal-Ethernet;

    12. 

    “UMA” tfisser memorja b’aċċess uniformi;

    13. 

    “Wiri tal-informazzjoni jew tal-istatus” tfisser funzjoni kontinwa li tipprovdi informazzjoni jew inkella li tindika l-istatus tat-tagħmir fuq unità tal-wiri, inklużi l-arloġġi.




    ANNESS II



    Rekwiżiti tal-ekodisinn u l-kalendarju

    1.  ETEC

    Kompjuter desktop u kompjuter desktop integrat

    1.1.  Mill-1 ta’ Lulju 2014

    1.1.1.  Il-konsum totali annwali tal-enerġija (ETEC f’kWh/sena) m’għandux ikun aktar minn:

    (a)  Kompjuter tal-Kategorija A: 133,00;

    (b)  Kompjuter tal-Kategorija B: 158,00;

    (c)  Kompjuter tal-Kategorija C: 188,00;

    (d)  Kompjuter tal-Kategorija D: 211,00.

    ETEC għandu jiġi ddeterminat bl-użu tal-formola li ġejja:

    image

    Għall-kompjuters li ma għandhomx modalità Rieqed diskreta, iżda għandhom domanda għall-enerġija fi stat inattiv ta’ 10,00 W jew anqas, l-enerġija fl-istat inattiv (Pinattiv) jista’ jintuża minflok il-modalità Rieqed (Prieqed) fil-formola ta’ hawn fuq, b’mod li l-formola tiġi sostitwita minn

    image

    Il-Px huma valuri ta’ enerġija fil-modalità/stat indikat(a) kif definit fit-taqsima tad-definizzjonijiet, imkejlin f’Watts (W) skont il-proċeduri indikati fl-Anness III.

    1.1.2.  Japplikaw l-aġġustamenti funzjonali li ġejjin:

    (a)  il-memorja: 1 kWh/sena għal kull GB ’il fuq mill-memorja bażi, fejn il-memorja bażi hija ta’ 2 GB (għall-kompjuters tal-kategorija A, B u C) u 4 GB (għall-kompjuters tal-kategorija D);

    (b)  ħżin intern addizzjonali: 25 kWh/sena;

    (c)  tjuner tat-televixin diskret: 15 kWh/sena;

    (d)  kard awdjo diskreta: 15 kWh/sena;

    (e)  kard tal-grafika diskreta (dGfx) għall-ewwel kard tal-grafika diskreta (dGfx) u kull waħda oħra addizzjonali:



     

    Kategorija dGfx

    Kwota TEC

    (kWh/sena)

    L-ewwel kard tal-grafika diskreta (dGfx)

    G1

    34

    G2

    54

    G3

    69

    G4

    100

    G5

    133

    G6

    166

    G7

    225

    Kull kard tal-grafika diskreta addizzjonali (dGfx)

    G1

    20

    G2

    32

    G3

    41

    G4

    59

    G5

    78

    G6

    98

    G7

    133

    1.1.3.  L-aġġustamenti funzjonali għall-kards tal-grafika diskreti (dGfx), tjuners tat-televixin diskreti u kards awdjo diskreti imsemmija fil-punt 1.1.2 u l-punt 1.2.2 japplikaw biss għall-kards u t-tjuner li huma attivati matul l-ittestjar tal-kompjuters desktop u tal-kompjuters integrati.

    1.1.4.  Il-kompjuters desktop u l-kompjuters desktop integrati tal-Kategorija D, li jissodisfaw il-parametri tekniċi kollha li ġejjin huma eżentati mid-dispożizzjonijiet speċifikati fil-punti 1.1.1 u 1.1.2 u r-reviżjonijiet speċifikati fil-punt 1.2:

    (a)  minimu ta’ sitt nuklei fiżiċi f’unità ċentrali tal-ipproċessar (CPU); kif ukoll

    (b)  kard(s) tal-grafika diskreta/i (dGfx) li tipprovdi/jipprovdu meded tal-frekwenzi totalti tal-frame buffer ta’ aktar minn 320GB/s; kif ukoll

    (c)  minimu ta’ 16GB ta’ memorja tas-sistema; kif ukoll

    (d)  PSU b’potenza nominali tal-output ta’ mill-inqas 1 000  W.

    1.2.  Mill-1 ta’ Jannar 2016

    1.2.1.  Japplikaw ir-reviżjonijiet li ġejjin għall-konsum totali annwali tal-enerġija speċifikat fil-punt 1.1.1:

    Il-konsum totali annwali tal-enerġija (ETEC f’kWh/sena) m’għandux ikun aktar minn:

    (a)  Kompjuter tal-Kategorija A: 94,00;

    (b)  Kompjuter tal-Kategorija B: 112,00;

    (c)  Kompjuter tal-Kategorija C: 134,00;

    (d)  Kompjuter tal-Kategorija D: 150,00.

    1.2.2.  Ir-reviżjonijiet li ġejjin għall-aġġustamenti tal-kapaċità għall-kards tal-grafika diskreti (dGfx) speċifikati fil-punt 1.1.2(e) japplikaw:



     

    Kategorija dGfx

    Kwota TEC

    (kWh/sena)

    L-ewwel kard tal-grafika diskreta (dGfx)

    G1

    18

    G2

    30

    G3

    38

    G4

    54

    G5

    72

    G6

    90

    G7

    122

    Kull kard tal-grafika diskreta addizzjonali (dGfx)

    G1

    11

    G2

    17

    G3

    22

    G4

    32

    G5

    42

    G6

    53

    G7

    72

    Notebook

    1.3.  Mill-1 ta’ Lulju 2014

    1.3.1.  Il-konsum totali annwali tal-enerġija (ETEC f’kWh/sena) m’għandux ikun aktar minn:

    (a)  Kompjuter tal-Kategorija A: 36,00;

    (b)  Kompjuter tal-Kategorija B: 48,00;

    (c)  Kompjuter tal-Kategorija C: 80,50;

    ETEC għandu jiġi ddeterminat bl-użu tal-formola li ġejja:

    image fejn il-Px kollha huma valuri tal-enerġija fil-modalità/stat indikat(a) kif definit fit-taqsima tad-definizzjonijiet, imkejlin f’Watts (W) skont il-proċeduri indikati fl-Anness III.

    1.3.2.  Japplikaw l-aġġustamenti funzjonali li ġejjin:

    (a)  il-memorja: 0,4 KWh/sena għal kull GB ’il fuq mill-memorja bażi, fejn il-memorja bażi hija 4 GB;

    (b)  il-ħżin intern addizzjonali: 3 kWh/sena;

    (c)  tjuner tat-televixin diskret: 2,1 kWh/sena;

    (d)  kard tal-grafika diskreta (dGfx) (għall-ewwel kard tal-grafika diskreta (dGfx) u kull waħda oħra addizzjonali).



     

    Kategorija dGfx

    Kwota TEC

    (kWh/sena)

    L-ewwel kard tal-grafika diskreta (dGfx)

    G1

    12

    G2

    20

    G3

    26

    G4

    37

    G5

    49

    G6

    61

    G7

    113

    Kull kard tal-grafika diskreta addizzjonali (dGfx)

    G1

    7

    G2

    12

    G3

    15

    G4

    22

    G5

    29

    G6

    36

    G7

    66

    1.3.3.  L-aġġustamenti funzjonali għall-kards tal-grafika diskreti (dGfx) u t-tjuners tat-televixin diskreti imsemmija fil-punt 1.3.2 u l-punt 1.4.2 japplikaw biss għall-kards u t-tjuner li huma attivati matul l-ittestjar tan-notebook.

    1.3.4.  In-notebooks tal-Kategorija C li jissodisfaw dawn il-parametri tekniċi kollha huma eżentati mid-dispożizzjonijiet speċifikati fil-punti 1.3.1 u 1.3.2 u r-reviżjonijiet tagħhom speċifikati fil-punt 1.4:

    (a)  minimu ta’ erba’ nuklei fiżiċi f’unità ċentrali tal-ipproċessar (CPU); kif ukoll

    (b)  kard(s) tal-grafika diskreta/i (dGfx) li tipprovdi/jipprovdu meded tal-frekwenzi totali tal-frame bafer ta’ aktar minn 225 GB/s; kif ukoll

    (c)  minimu ta’ 16 GB ta’ memorja tas-sistema.

    1.4.  Mill-1 ta’ Jannar 2016

    1.4.1.  Japplikaw ir-reviżjonijiet li ġejjin għall-konsum totali annwali tal-enerġija speċifikat fil-punt 1.3.1:

    Il-konsum totali annwali tal-enerġija (ETEC f’kWh/sena) m’għandux ikun aktar minn:

    (a)  Kompjuter tal-Kategorija A: 27,00;

    (b)  Kompjuter tal-Kategorija B: 36,00;

    (c)  Kompjuter tal-Kategorija C: 60,50;

    1.4.2.  Japplikaw ir-reviżjonijiet li ġejjin għall-aġġustamenti funzjonali għall-kards tal-grafika diskreti (dGfx) speċifikati fil-punt 1.3.2(d):



     

    Kategorija dGfx

    Kwota TEC

    (kWh/sena)

    L-ewwel kard tal-grafika diskreta (dGfx)

    G1

    7

    G2

    11

    G3

    13

    G4

    20

    G5

    27

    G6

    33

    G7

    61

    Kull kard tal-grafika diskreta addizzjonali (dGfx)

    G1

    4

    G2

    6

    G3

    8

    G4

    12

    G5

    16

    G6

    20

    G7

    36

    2.  MODALITÀ RIEQED

    Kompjuter desktop, kompjuter desktop integrat u notebook

    2.  Mill-1 ta’ Lulju 2014

    2.1.  Prodott għandu jipprovdi modalità Rieqed u/jew kundizzjoni oħra li tipprovdi l-funzjonijiet ta’ modalità Rieqed u li ma jaqbiżx ir-rekwiżiti ta’ domanda għall-enerġija applikabbli għall-modalità Rieqed.

    2.2.  Id-domanda għall-enerġija f’modalità Rieqed ma għandhiex taqbeż 5,00 W fil-kompjuters desktop u fil-kompjuters desktop integrati u 3,00 W fin-notebooks.

    2.3.  Il-kompjuters desktop u l-kompjuters desktop integrati fejn id-domanda għall-enerġija tal-istat inattiv huwa ta’ 10,00 W jew inqas mhumiex meħtieġa li jkollhom sistema diskreta ta’ modalità Rieqed.

    2.4.  Meta prodott jitqiegħed fis-suq b’funzjonalità WOL attivata fil-modalità Rieqed:

    (a)  tista’ tiġi applikata kwota addizzjonali ta’ 0,70 W;

    (b)  trid tiġi ttestjata b’funzjonalità WOL kemm attivata kif ukoll mhux attivata u trid tkun konformi maż-żewġ rekwiżiti.

    2.5.  Meta prodott jitqiegħed fis-suq mingħajr kapaċità tal-Ethernet, għandu jiġi ttestjat mingħajr il-WOL attivat.

    3.  STAT TA’ ENERĠIJA L-AKTAR BAXX

    Kompjuter desktop, kompjuter desktop integrat u notebook

    3.  Mad-dħul fis-seħħ tar-Regolament

    3.1.  Id-domanda tal-qawwa fl-istat ta’ enerġija l-aktar baxx ma għandux jaqbeż 0,50 W.

    3.2.  Prodott għandu jipprovdi stat ta’ enerġija l-aktar baxx u/jew modalità oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti tad-domanda għall-enerġija applikabbli għal stat ta’ enerġija aktar baxx meta jkun konness mas-sors tal-enerġija tal-mejns.

    3.3.  Meta prodott jitqiegħed fis-suq b’unità tal-wiri ta’ informazzjoni jew ta’ status, tista’ tiġi applikata kwota addizzjonali ta’ 0,50 W.

    4.  MODALITÀ MITFI

    Kompjuter desktop, kompjuter desktop integrat u notebook

    4.  Mill-1 ta’ Lulju 2014

    4.1.  Id-domanda għall-enerġija fil-modalità Mitfi ma għandux jaqbeż 1,00 W.

    4.2.  Prodott għandu jipprovdi modalità Mitfi u/jew kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti ta’ domanda għall-enerġija applikabbli għal modalità Mitfi meta jkun imqabbad mas-sors tal-enerġija tal-mejns.

    4.3.  Fejn prodott jitqiegħed fis-suq b’funzjonalità WOL attivata fil-modalità Mitfi:

    (a)  tista’ tiġi applikata kwota addizzjonali ta’ 0,70 W;

    (b)  irid jiġi ttestjat b’funzjonalità WOL kemm attivata kif ukoll mhux attivata u jrid ikun konformi maż-żewġ rekwiżiti.

    4.4.  Meta prodott jitqiegħed fis-suq mingħajr kapaċità tal-Ethernet, għandu jiġi ttestjat mingħajr il-WOL attivat.

    5.  EFFIKAĊJA TAL-PROVVISTA ELETTRIKA INTERNA

    Kompjuter Desktop, kompjuter desktop integrat, terminals ħfief desktop, stazzjon tax-xogħol u server fuq skala żgħira

    5.1.  Mill-1 ta’ Lulju 2014

    Il-provvisti tal-elettriku interni kollha tal-kompjuter għandhom jiffunzjonaw f’livell inqas minn:

    (a)  85 % tal-effikaċja b’50 % tal-potenza nominali tal-output;

    (b)  82 % tal-effikaċja b’20 % u 100 % tal-potenza nominali tal-output;

    (c)  fattur tal-enerġija = 0,9 b’100 % tal-potenza nominali tal-output.

    Il-provvisti tal-enerġija interni li għandhom potenza nominali tal-output massima ta’ inqas minn 75 W huma eżentati mir-rekwiżit tal-fattur tal-enerġija.

    Servers informatiċi

    ►M2   ◄

    6.  ATTIVAZZJONI TAL-ĠESTJONI TAL-ENERĠIJA

    Kompjuter desktop, kompjuter desktop integrat u notebook

    6.1.  Mad-dħul fis-seħħ tar-Regolament
    Il-kompjuter għandu joffri funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili li, meta l-kompjuter ma jkunx qed jipprovdi l-funzjoni prinċipali jew meta prodotti oħra li jużaw l-enerġija mhumiex dipendenti fuq il-funzjoni tiegħu, tpoġġi lill-kompjuter b’mod awtomatiku f’modalità ta’ enerġija li għandha rekwiżiti ta’ domanda għall-enerġija inqas mir-rekwiżit tad-domanda għall-enerġija applikabbli għal modalità Rieqed.
    6.2.  Mill-1 ta’ Lulju 2014 ►M1  
    6.2.1.  Il-kompjuter għandu jnaqqas il-veloċità ta' kull link attiv tan-netwerk eternet ta' 1Gb/s (Gigabyte waħda kull sekonda) meta jkun qed jgħaddi għall-modalità rieqed jew off-with-WOL.  ◄
    6.2.2.  Meta jkun f’modalità Rieqed, ir-reazzjoni għal ‘avvenimenti ta’ attivazzjoni’, bħal dawk permezz ta’ konnessjonijiet tan-netwerk jew mezzi tal-interfaċċja tal-utent, għandha sseħħ b’ħin ta’ stennija ta’ ≤ 5 sekondi mill-bidu tal-avveniment ta’ attivazzjoni tas-sistema sakemm din tkun tista’ tintuża b’mod sħiħ inkuż il-funzjonalità tal-wiri.
    6.2.3.  Il-kompjuter għandu jitqiegħed fis-suq bil-modalità Rieqed għall-unità tal-wiri pprogrammata li tiġi attivata wara 10 minuti ta’ inattività mill-utent.
    6.2.4.  Kompjuter bil-funzjonalità tal-Ethernet għandu jkollu l-kapaċità li jattiva u jiddiżattiva funzjoni WOL, jekk tkun disponibbli, għal modalità Rieqed. Kompjuter bil-funzjonalià tal-Ethernet għandu jkollu l-kapaċità li jattiva jew jiddiżattiva funzjoni WOL għal modalità Mitfi, jekk il-kompjuter ikun jappoġġja l-WOL minn modalità Mitfi.
    6.2.5.  Fejn teżisti modalità Rieqed diskreta jew kundizzjoni oħra li tipprovdi l-funzjonalità ta’ modalità Rieqed, il-modalità għandha tkun ipprogrammata biex tiġi attivata wara 30 minuta ta’ inattività mill-utent. Din il-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija għandha tiġi attivata qabel it-tqegħid fis-suq tal-prodott.
    6.2.6.  L-utenti għandhom ikunu jistgħu faċilment jattivaw u jiddiżattivaw kull konnessjoni tan-netwerk mingħajr fili u l-utenti għandhom jingħataw indikazzjoni ċara b’simbolu, ħafif jew ekwivalenti, meta l-konnessjoni(jiet) tan-netwerk mingħajr fil tkun/ikunu attivata/i jew diżattivata/i.

    7.  INFORMAZZJONI LI TRID TINGĦATA MILL-MANIFATTURI

    Kompjuter desktop, kompjuter desktop integrat u notebook

    7.1.  Mill-1 ta’ Lulju 2014

    7.1.1.  Fid-dokumentazzjoni teknika l-manifatturi għandhom jipprovdu u jagħmlu pubblikament disponibbli fuq websajts b’aċċess liberu l-informazzjoni li ġejja:

    (a)  it-tip ta’ prodott u l-kategorija kif definiti fl-Artikolu 2 (kategorija waħda u waħda biss);

    (b)  l-isem tal-manifattur, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata, u l-indirizz fejn jistgħu jiġu kkuntattjati;

    (c)  in-numru tal-mudell tal-prodott;

    (d)  is-sena tal-manifattura;

    (e)  il-valur ETEC (kWh) u l-aġġustamenti tal-kapaċità applikati meta il-kards tal-grafika diskreti (dGfx) kollha huma diżattivati u jekk is-sistemi huma ttestjati b’modalità ta’ grafika li tista’ tinqaleb minn modalità għall-oħra bl-UMA tmexxi l-unità tal-wiri;

    (f)  il-valur ETEC (kWh) u l-aġġustamenti funzjonali applikati meta l-kards tal-grafika diskreti (dGfx) kollha huma attivati;

    (g)  domanda għall-enerġija fl-istat inattiv (Watts);

    (h)  domanda għall-enerġija fil-modalità Rieqed (Watts);

    (i)  domanda għall-enerġija fil-modalità Rieqed attivata mill-WOL (Watts) (fejn tkun attivata);

    (j)  domanda għall-enerġija fil-modalità Mitfi (Watts);

    (k)  domanda għall-enerġija fil-modalità Mitfi attivata mill-WOL (Watts) (fejn tkun attivata);

    (l)  effikaċja tal-provvista elettrika interna b’10 %, 20 %, 50 % u 100 % tal-potenza nominali tal-output;

    (m)  effikaċja tal-provvista tal-elettriku esterna;

    (n)  il-livelli tal-ħoss (il-livell iddikjarat tal-qawwa tal-ħoss ippeżat-A) ta’ kompjuter;

    (o)  l-għadd minimu ta’ ċikli tat-tagħbija li jifilħu l-batteriji (japplika biss għall-kompjuters notebook);

    (p)  il-metodoloġija tal-kejl użata biex tiġi determinata l-informazzjoni msemmija fil-punti (e) sa (o);

    (q)  is-sekwenza tal-istadji biex tintlaħaq kundizzjoni stabbli fir-rigward tad-domanda għall-enerġija;

    (r)  id-deskrizzjoni ta’ kif ġew magħżula jew ipprogrammati modalità Rieqed u/jew Mitfi;

    (s)  is-sekwenza tal-avvenimenti meħtieġa sabiex tintlaħaq il-modalità li biha l-apparat jaqleb awtomatikament għal Rieqed u/jew Mitfi;

    (t)  it-tul ta’ żmien ta’ stat inattiv qabel ma l-kompjuter jilħaq modalità Rieqed, jew kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti tad-domanda għall-enerġija applikabbli għal modalità Rieqed.

    (u)  it-tul ta’ żmien wara perjodu ta’ inattività tal-utent li fiha l-kompjuter awtomatikament jilħaq modalità ta’ enerġija li jkollha rekwiżit tad-domanda għall-enerġija inqas minn dak tal-modalità Rieqed;

    (v)  it-tul ta’ żmien qabel ma tkun ipprogrammata li tiġi attivata modalità Rieqed tal-unità tal-wiri wara l-inattività mill-utent;

    (w)  l-informazzjoni tal-utent dwar il-potenzjal għall-iffrankar tal-enerġija tal-funzjonalità tal-ġestjoni tal-enerġija;

    (x)  l-informazzjoni tal-utent dwar kif jista’ jattiva l-funzjonalità tal-ġestjoni tal-enerġija;

    (y)  għall-prodotti b’unità tal-wiri integrata li fihom il-merkurju, il-kontenut totali ta’ merkurju bħala X,X mg;

    (z)  il-parametri tal-ittestjar għall-kejl:

    — il-vultaġġ tat-test f’V u l-frekwenza f’Hz,

    — id-distorsjoni armonika totali tas-sistema tal-provvista tal-elettriku,

    — l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni dwar l-istrumentazzjoni, il-muntatura u ċ-ċirkuwiti użati għall-ittestjar tal-elettriku.

    7.1.2.  Jekk mudell ta’ prodott jitqiegħed fis-suq f’konfigurazzjonijiet multipli l-informazzjoni tal-prodott meħtieġa skont il-punt 7.1.1 tista’ tiġi rrappurtata darba għal kull kategorija ta’ prodotti (kif definit fl-Artikolu 2), għall-konfigurazzjoni bl-ogħla domanda għall-enerġija disponibbli fi ħdan dik il-kategorija ta’ prodott. Fl-informazzjoni pprovduta għandu tiġi inkluża lista tal-konfigurazzjonijiet mudell kollha li qed huma rrappreżentati mill-mudell li għalih qed tiġi rrapurtata l-informazzjoni

    Notebook

    7.2.  Mill-1 ta’ Lulju 2014

    Jekk notebook jitħaddem bil-batterija jew batteriji li ma hemmx aċċess għalihom u ma jistgħux jiġu sostitwiti minn utent mhux professjonali, flimkien mal-informazzjoni speċifikata fil-punt 7.1, fid-dokumentazzjoni teknika l-manifatturi għandhom jipprovdu, u jagħmlu disponibbli fuq websajts b’aċċess liberu u fuq l-imballaġġ estern tal-kompjuter notebook, l-informazzjoni li ġejja “Il-batterija/batteriji f’dan il-prodott ma tistax/jistgħux tiġi/jiġu sostitwita/i mill-utenti stess”.

    L-informazzjoni pprovduta fuq il-pakkett estern tan-notebook għandha tkun viżibbli u leġġibbli b’mod ċar u għandha tiġi fornita fil-lingwi uffiċjali kollha tal-pajjiż fejn il-prodott huwa kummerċjalizzat.

    ►M2  Stazzjon tax-xogħol, stazzjon tax-xogħol mobbli, terminals ħfief desktop u server fuq skala żgħira ◄

    7.3.  Mill-1 ta’ Lulju 2014

    7.3.1.  Fid-dokumentazzjoni teknika l-manifatturi għandhom jipprovdu u jagħmlu pubblikament disponibbli fuq websajts b’aċċess liberu l-informazzjoni li ġejja:

    (a)  it-tip tal-prodott kif definit fl-Artikolu 2 (għal kategorija waħda u waħda biss);

    (b)  l-isem tal-manifattur, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata, u l-indirizz li fih jistgħu jiġu kkuntatjati;

    (c)  in-numru tal-mudell tal-prodott;

    (d)  is-sena tal-manifattura;

    (e)  l-effikaċja tal-provvista elettrika interna/esterna;

    (f)  il-parametri tal-ittestjar għall-kejl:

    — il-vultaġġ tat-test f’V u l-frekwenza f’Hz,

    — id-distorsjoni armonika totali tas-sistema tal-provvista tal-elettriku,

    — l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni dwar l-istrumentazzjoni, il-muntatura u ċ-ċirkuwiti użati għall-ittestjar tal-elettriku.

    (g)  potenza massima (Watts);

    (h)  potenza fl-istat inattiv (Watts);

    (i)  potenza fil-modalità Rieqed (Watts);

    (j)  potenza fil-modalità Mitfi (Watts);

    (k)  il-livelli tal-ħoss (il-livell iddikjarat tal-qawwa tal-ħoss ippeżat-A) ta’ kompjuter;

    (l)  il-metodoloġija tal-kejl użata biex tiġi determinata l-informazzjoni msemmija fil-punti (e) sa (k).

    7.3.2.  Jekk mudell ta’ prodott jitqiegħed fis-suq f’konfigurazzjonijiet multipli l-informazzjoni tal-prodott meħtieġa skont il-punt 7.3.1 tista tiġi rrappurtata darba għal kull kategorija ta’ prodott (kif definit fl-Artikolu 2) għall-konfigurazzjoni bl-ogħla domanda għall-enerġija disponibbli fi ħdan dik il-kategorija ta’ prodott. Fl-informazzjoni pprovduta għandha tiġi inkluża lista tal-konfigurazzjonijiet mudell kollha li huma rrappreżentati mill-mudell li għalih qed tiġi rrappurtata l-informazzjoni.

    ▼M1




    ANNESS III

    Il-kejl mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

    It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

    1.   IL-KEJL

    Għall-finijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru bi standards armonizzati li n-numru ta' referenza tagħhom ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew b'metodi oħrajn avvanzati, affidabbli, preċiżi, riproduċibbli, u li huma ġeneralment rikonoxxuti, u li jiksbu riżultati meqjusin li għandhom livell baxx ta' inċertezza.

    Kompjuters li jitqiegħdu fis-suq mingħajr sistema operatorja kapaċi li tappoġġja sistema ta' Interfaċċja Avvanzata tal-Konfigurazzjoni u tal-Enerġija (ACPI) jew simili, għandhom jiġu ttestjati b'sistema operatorja li tappoġġja l-ACPI (jew sistema simili).

    2.   IL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODOTT MILL-AWTORITAJIET TAS-SORVELJANZA TAS-SUQ

    Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II ta'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

    (1) 

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell jew tal-konfigurazzjoni tal-mudell.

    (2) 

    Il-mudell jew il-konfigurazzjoni tal-mudell għandhom jitqesu konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

    (a) 

    il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

    (b) 

    il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

    (c) 

    meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, jew il-konfigurazzjoni tal-mudell skont il-partijiet 3 sa 5 ta' dan l-Anness, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fil-partijiet 3 u 4 ta' dan l-Anness, u l-unità tkun tissodisfa r-rekwiżiti għall-attivazzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija mogħtija fil-parti 5 ta' dan l-Anness.

    (3) 

    Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u kull konfigurazzjoni tal-mudell koperta mill-istess informazzjoni fuq il-prodott (skont l-Anness II, il-punti 7.1.2 u 7.3.2) għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

    (4) 

    Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu u jittestjaw tliet unitajiet oħra tal-istess mudell jew konfigurazzjoni tal-mudell waħda jew iktar li jkunu koperti mill-istess informazzjoni fuq il-prodott (skont l-Anness II, il-punti 7.1.2 u 7.3.2).

    (5) 

    Il-mudell jew il-konfigurazzjoni tal-mudell għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fil-parti 3 u fil-parti 4 ta' dan l-Anness, u jekk l-unitajiet ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-attivazzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija mogħtija fil-parti 5 ta' dan l-Anness.

    (6) 

    Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u kull konfigurazzjoni tal-mudell koperta mill-istess informazzjoni fuq il-prodott (skont l-Anness II, il-punti 7.1.2 u 7.3.2) għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

    (7) 

    Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija f' dan l-Anness.

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fil-partijiet 3 u 4 ta' dan l-Anness u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra.

    3.   ETEC, IL-MODALITÀ RIEQED, IL-MODALITÀ MITFI, L-AKTAR STAT BAXX TAL-ENERĠIJA:

    (1) 

    Għal rekwiżiti tad-domanda għall-enerġija akbar minn 1,00 W, jew meta r-rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija fformulati fit-TEC iwasslu biex ir-rekwiżit tad-domanda għall-enerġija jkun akbar minn 1,00 W tal-inqas f'waħda mill-modalitajiet tal-enerġija, il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punti 1.1, 1.2, 1.3, 1.4, 2.2 u 2.3 tal-Anness II jekk ir-riżultati tat-test ma jkunux jaqbżu t-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-tabella ta' hawn taħt.



    It-tolleranzi tal-verifika għar-rekwiżiti ta' domanda għall-enerġija akbar minn 1,00 W

    Ir-rekwiżiti stabbiliti

    It-tolleranzi tal-verifika

    Il-punti 1.1, 1.2, 1.3, 1.4 u 2.3 tal-Anness II

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 7 %.

    Il-punt 2.2 tal-Anness II (bl-indennizz addizzjonali elenkat fil-punt 2.4, jew mingħajru)

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 7 %.

    L-indennizzi addizzjonali previsti fil-punt 2.4 tal-Anness II jistgħu jiġu miżjuda mar-rekwiżit speċifikat fil-punt 2.2 jekk il-konfigurazzjoni tal-mudell titqiegħed fis-suq bil-funzjonalità WOL attivata fil-modalità rieqed. Il-konfigurazzjoni tal-mudell għandha tiġi ttestjata bil-funzjonalità WOL attivata kif ukoll diżattivata u trid tkun konformi maż-żewġ rekwiżiti. Il-konfigurazzjoni tal-mudell li titqiegħed fis-suq mingħajr il-kapaċità tal-eternet għandha tiġi ttestjata mingħajr il-funzjonalità WOL attivata.

    (2) 

    Għal rekwiżiti tad-domanda għall-enerġija ta' 1,00 W jew inqas, il-konfigurazzjoni tal-mudell għandha titqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punti 3.1 u 4.1 tal-Anness II jekk ir-riżultati tat-test ma jkunux jaqbżu t-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-tabella ta' hawn taħt.



    It-tolleranzi tal-verifika għar-rekwiżiti ta' domanda għall-enerġija ta' 1,00 W jew inqas

    Ir-rekwiżiti stabbiliti

    It-tolleranzi tal-verifika

    Il-punt 3.1 tal-Anness II (bl-indennizz addizzjonali elenkat fil-punt 3.3, jew mingħajru)

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 0,10 W.

    Il-punt 4.1 tal-Anness II (bl-indennizzi addizzjonali elenkati fil-punt 4.3, jew mingħajrhom)

    Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 0,10 W.

    L-indennizz addizzjonali previst fil-punt 3.3 tal-Anness II jista' jiġi miżjud mar-rekwiżit speċifikat fil-punt 3.1 jekk il-konfigurazzjoni tal-mudell titqiegħed fis-suq bi skrin tal-informazzjoni jew l-istatus.

    L-indennizz addizzjonali previst fil-punt 4.3 tal-Anness II jista' jiġi miżjud mar-rekwiżit speċifikat fil-punt 4.1 jekk il-konfigurazzjoni tal-mudell titqiegħed fis-suq bil-funzjonalità WOL attivata fil-modalità mitfi. Il-konfigurazzjoni tal-mudell għandha tiġi ttestjata bil-funzjonalità WOL attivata kif ukoll diżattivata u trid tkun konformi maż-żewġ rekwiżiti. Il-konfigurazzjoni tal-mudell li titqiegħed fis-suq mingħajr il-kapaċità tal-eternet għandha tiġi ttestjata mingħajr il-funzjonalità WOL attivata.

    4.   L-EFFIĊJENZA TAL-PROVVISTA ELETTRIKA INTERNA

    Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness II jekk ir-riżultati tat-test ma jkunux jaqbżu t-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-tabella ta' hawn taħt.



    It-tolleranzi tal-verifika għall-effiċjenza tal-provvista elettrika interna

    Ir-rekwiżiti stabbiliti

    It-tolleranzi tal-verifika

    Il-medja aritmetika tal-effiċjenza f'kundizzjonijiet ta' tagħbija kif definit fl-Anness II hija inqas mir-rekwiżiti applikabbli għall-medja tal-effiċjenza tal-istat attiv.

    Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 2 %.

    Il-medja aritmetika tal-fattur tal-potenza kif definit fl-Anness II hija inqas mir-rekwiżiti applikabbli għall-fattur tal-potenza.

    Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 10 %.

    5.   L-ATTIVAZZJONI TAL-ĠESTJONI TAL-ENERĠIJA

    Meta jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 6.1 tal-Anness II, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom iħaddmu l-proċedura applikabbli biex ikejlu d-domanda għall-enerġija wara li l-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew xi funzjoni simili, tkun bidlet il-modalità tal-enerġija tat-tagħmir fil-modalità tal-enerġija applikabbli.

    Meta tkun qed tiġi verifikata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 6.2.1 sa 6.2.6 tal-Anness II, il-konfigurazzjoni tal-mudell għandha titqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fi:

    — 
    il-punt 6.2.1, jekk il-veloċità ta' kull link attiv tan-netwerk eternet ta' 1Gb/s (Gigabyte waħda kull sekonda) ta' kompjuter desktop, ta' kompjuter desktop integrat jew ta' laptop titnaqqas meta l-kompjuter jgħaddi għall-modalità mitfi jew għall-modalità off-with-WOL;
    — 
    il-punt 6.2.2, jekk il-kompjuter desktop, il-kompjuter desktop integrat jew il-laptop isiru utilizzabbli għalkollox, inkluż il-wiri fuq kwalunkwe unità tal-wiri konnessa, fi żmien 5 sekondi wara avveniment ta' attivazzjoni li jinbeda matul il-modalità rieqed;
    — 
    il-punt 6.2.3, jekk unità tal-wiri konnessa ma' kompjuter desktop, ma' kompjuter desktop integrat jew ma' laptop taqleb għall-modalità rieqed fi żmien 10 minuti ta' inattività min-naħa tal-utent;
    — 
    il-punt 6.2.4, jekk il-funzjoni WOL għall-modalità rieqed jew għall-modalità mitfi tista' tiġi attivata jew diżattivata;
    — 
    il-punt 6.2.5, jekk il-kompjuter desktop, il-kompjuter desktop integrat jew il-laptop jaqilbu għall-modalità rieqed fi żmien 30 minuti ta' inattività min-naħa tal-utent;
    — 
    il-punt 6.2.6, jekk l-utenti jkunu jistgħu jattivaw jew jiddiżattivaw kull konnessjoni tan-netwerk mingħajr fili u jekk l-utenti jintwerew b'mod ċar permezz ta' simbolu, dawl jew b'xi mod ekwivalenti meta xi konnessjoni tan-netwerk mingħajr fili tkun ġiet attivata jew diżattivata.

    ▼B




    ANNESS IV

    Punti ta’ riferiment indikattivi

    Il-punti ta’ riferiment indikattivi li ġejjin huma identifikati għall-finijiet tal-punt 2 tal-Parti 3 tal-Anness I tad-Direttiva 2009/125/KE.

    Jirreferu għall-aqwa teknoloġija disponibbli fiż-żmien tat-tfassil ta’ dan ir-Regolament.

    L-aqwa prestazzjoni attwali għall-kompjuters fis-suq hija:

    — 
    ETEC tvarja skont il-karegorija — ara t-tabella hawn taħt,
    — 
    Modalità Rieqed 0,4 W,
    — 
    Modalità Mitfi 0,0 W.



    Tabella

    l-aqwa prestazzjoni attwali ETEC

     

    ETEC (kWh/sena) (1)

    Kompjuter desktop u kompjuter desktop integrat

    Kategorija A

    33,4

    Kategorija B

    28,7

    Kategorija C

    75,8

    Kategorija D

    63,5

    Kompjuter notebook

    Kategorija A

    10,9

    Kategorija B

    18,1

    Kategorija C

    26,3

    (1)   L-aktar dejta riċenti fl-20 ta’ Marzu 2012.



    ( *1 ) ĠU L 175, 27.6.2013, p. 13.”

    ( *2 ) ĠU L 175, 27.6.2013, p. 13.”

    Top