Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02009R0595-20200901

Consolidated text: Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/595/2020-09-01

02009R0595 — MT — 01.09.2020 — 004.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

►M3  REGOLAMENT (KE) Nru 595/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-18 ta' Ġunju 2009

dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE ◄

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 188 18.7.2009, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 582/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011

  L 167

1

25.6.2011

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 133/2014 tal-31 ta’ Jannar 2014

  L 47

1

18.2.2014

►M3

REGOLAMENT (UE) 2018/858 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-30 ta' Mejju 2018

  L 151

1

14.6.2018

►M4

REGOLAMENT (UE) 2019/1242 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019

  L 198

202

25.7.2019


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 200, 31.7.2009, p.  52 (595/2009)




▼B

▼M3

REGOLAMENT (KE) Nru 595/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-18 ta' Ġunju 2009

dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE

▼B

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi komuni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur, magni u parts ta’ sostituzzjoni rigward l-emissjonijiet tagħhom.

▼M3

Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli għall-konformità waqt is-servizz ta' vetturi u magni, għad-durabbiltà tal-mezzi għall-kontroll tat-tniġġis, għas-sistemi dijanjostiċi abbord (OBD) tal-vetturi u għall-kejl tal-konsum tal-karburanti u tal-emissjonijiet tas-CO2.

▼B

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-vetturi bil-mutur tal-kategoriji M1, M2, N1 u N2 kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE b’massa ta’ referenza li teċċedi l-2 610  kg u għall-vetturi bil-mutur kollha tal-kategoriji M3 u N3, kif ġew definiti f’dak l-Anness. ►M4  Għandu japplika wkoll, għall-fini tal-Artikoli 5a, 5b u 5c, għal vetturi tal-kategoriji O3 u O4. ◄

Dan ir-Regolament għandu japplika bla ħsara għall-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.

Fuq talba tal-manifattur, l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura kompleta mogħtija skont dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu għandha tkun estiża għall-vettura inkompleta b’massa ta’ referenza li ma teċċedix l-2 610  kg. L-approvazzjonijiet tat-tip għandhom ikunu estiżi jekk il-manifattur jista’ juri li l-kombinazzjonijiet kollha tal-bodywork li x’aktarx li jinbnew fuq il-vettura inkompleta jżidu l-massa ta’ referenza tal-vettura għal aktar minn 2 610  kg.

Fuq talba tal-manifattur, l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura mogħtija skont dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu għandha tkun estiża għall-varjanti u l-verżjonijiet tagħha b’massa ta’ referenza li teċċedi l-2 380  kg sakemm tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti marbuta mal-kejl tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra u l-konsum tal-fjuwil stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u fil-miżuri implimentattivi tagħha.

Artikolu 3

Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“magna” tfisser is-sors ta’ propulsjoni ta’ qawwa mekkanika ta’ vettura li għaliha tista’ tingħata approvazzjoni tat-tip bħala unità teknika separata, kif ġiet definita fil-punt (25) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE;

(2) 

“inkwinanti gassużi” tfisser l-emissjonijiet tal-gass tal-egżost tal-monossidu tal-karbonju, ta’ NOx , espressi f’ekwivalenti għad-NO2, u tal-idrokarbonji;

(3) 

“inkwinanti f’partikulati” tfisser il-komponenti tal-gass tal-egżost li jitneħħew minn gass tal-egżost dilwit f’temperatura massima ta’ 325 K (52 °C) permezz ta’ filtri deskritti fil-proċedura tat-test għall-verifika tal-emissjonijiet mit-tailpipe;

(4) 

“emissjonijiet mit-tailpipe” tfisser l-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi u f’partikulati;

(5) 

“crankcase” tfisser l-ispazji fi, jew barra minn magna li huma konnessi mat-tank taż-żejt b’kanali interni jew esterni li minnhom jistgħu jiġu emessi l-gassijiet u l-fwar;

(6) 

“tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser dawk il-komponenti ta’ vettura li jikkontrollaw u/jew jillimitaw l-emissjonijiet mit-tailpipe;

(7) 

“sistema dijanjostika fil-vettura(OBD)” tfisser sistema abbord vettura jew konnessa ma’ magna li għandha l-kapaċità li tidentifika ħsarat, u jekk applikabbli, tindikahom permezz ta’ sistema ta’ allarm, li tidentifika ż-żona fejn probabbli tinsab il-ħsara permezz ta’ informazzjoni maħżuna fil-memorja tal-kompjuter, u li tgħaddi dik l-informazzjoni 'l barra mill-vettura;

(8) 

“strateġija ta’ tbagħbis” tfisser strateġija għall-kontroll tal-emissjonijiet li tnaqqas l-effikaċja tal-kontrolli tal-emissjonijiet f’kundizzjonijiet operattivi ambjentali jew tal-magna li jkun hemm jew waqt it-tħaddim normali tal-vettura jew barra l-proċeduri tat-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip;

(9) 

“tagħmir oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis jew assemblaġġ ta’ tali tagħmir kopert bl-approvazzjoni tat-tip mogħtija lill-vettura kkonċernata;

(10) 

“tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis jew assemblaġġ ta’ tali tagħmir maħsub biex jissostitwixxu tagħmir oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis u li jista’ jiġi approvat bħala unità teknika separata, kif ġiet definita fil-punt 25 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE;

▼M3 —————

▼B

(12) 

“manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp responsabbli għall-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-approvazzjoni tat-tip jew għall-proċess ta’ awtorizzazzjoni biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni. Mhux essenzjali li l-persuna jew il-korp ikunu involuti direttament fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata li hi s-suġġett tal-proċess ta’ approvazzjoni;

▼M3 —————

▼B

(14) 

“vettura li tuża fjuwil alternattiv” tfisser vettura ddisinjata biex tkun kapaċi taħdem b’mill-inqas tip wieħed ta’ fjuwil li jkun jew gassuż f’temperatura u fi pressjoni atmosferika, jew sustanzjalment derivat minn żejt mhux minerali;

(15) 

“massa ta’ referenza” tfisser il-massa tal-vettura li taħdem sew mingħajr il-massa uniformi tas-sewwieq ta’ 75 kg u miżjuda b’massa uniformi ta’ 100 kg;

(16) 

“tbagħbis” tfisser inattivazzjoni, aġġustament jew modifika tas-sistema tal-vettura tal-kontroll tal-emissjonijiet jew tal-propulsjoni, inkluż kull softwer jew elementi oħra ta’ kontroll loġiku ta’ dawk is-sistemi, li jkollu l-effett, kemm jekk maħsub kif ukoll jekk le, li tmur għall-agħar r-rendiment tal-vettura fir-rigward tal-emissjonijiet.

Il-Kummissjoni tista’ tadatta din id-definizzjoni fil-punt 7 tal-ewwel subparagrafu sabiex tirrifletti l-progress tekniku f’sistemi OBD. Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi adottata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2).

Artikolu 4

L-obbligi tal-manifatturi

1.  Il-manifatturi għandhom juru li l-vetturi ġodda kollha mibjugħa, irreġistrati jew mdaħħla fis-servizz fil-Komunità, il-magni l-ġodda kollha mibjugħa jew mdaħħla fis-servizz fil-Komunità u t-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis il-ġdid kollu li jeħtieġu approvazzjoni tat-tip skont l-Artikoli 8 u 9, li jinbiegħu jew mdaħħla fis-servizz fil-Komunità, ikollhom l-approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.

2.  Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip għall-verifika tal-konformità fil-produzzjoni, għal kemm jiflaħ strapazz it-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis u għall-konformità waqt l-użu jiġu segwiti.

Il-miżuri tekniċi li jieħu l-manifattur għandhom ikunu tali li jiġi żgurat li l-emissjonijiet mit-tailpipe jkunu effettivament limitati, skont dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu, tul il-ħajja normali tal-vetturi f’kundizzjonijiet normali ta’ użu.

Għal dak il-għan, in-numru ta’ mili u l-perjodu ta’ żmien li b’referenza għalihom għandhom jitwettqu t-testijiet għal kemm jiflaħ strapazz it-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis li jsiru għall-approvazzjoni tat-tip u l-ittestjar għall-konformità tal-vetturi jew tal-magni waqt l-użu għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) 

160 000  km jew ħames snin, liema minnhom jiġi l-ewwel, fil-każ ta’ magni mwaħħla fuq vetturi tal-kategoriji M1, N1 u M2;

(b) 

300 000  km jew sitt snin, liema minnhom jiġi l-ewwel, fil-każ ta’ magni mwaħħla fuq vetturi tal-kategoriji N2, N3 b’massa massima teknikament permissibbli li ma teċċedix is-16-il tunnellata metrika u M3 Klassi I, Klassi II u Klassi A, u Klassi B b’massa massima teknikament permissibbli li ma teċċedix is-7,5 tunnellati metriċi;

(c) 

700 000  km jew seba’ snin, liema minnhom jiġi l-ewwel, fil-każ ta’ magni mwaħħla fuq vetturi tal-kategoriji N3 b’massa massima teknikament permisibbli li teċċedi s-16-il tunnellata u M3, Klassi III u Klassi B b’massa massima teknikament permissibbli li teċċedi s-7,5 tunnellati metriċi.

3.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċeduri u rekwiżiti speċifiċi għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom ikunu adottati skont il-proċedurra regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).

Artikolu 5

Ir-rekwiżiti u t-testijiet

1.  Il-manifatturi għandhom jiżguraw il-konformità mal-limiti ta’ emissjoni stabbiliti fl-Anness I.

2.  Il-manifatturi għandhom jattrezzaw il-vetturi u l-magni sabiex il-komponenti li probabbilment jaffettwaw l-emissjonijiet jiġu ddisinjati, mibnija u assemblati b’tali mod li l-vettura jew il-magna, f’użu normali, tkun tista’ tikkonforma ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri implimentattivi tiegħu.

3.  L-użu ta’ strateġiji ta’ tbagħbis li jnaqqsu l-effikaċja tat-tagħmir ta’ kontroll tal-emissjonijiet għandu jkun ipprojbit.

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu inklużi miżuri fir-rigward ta’ dan li ġej:

(a) 

l-emissjonijiet mit-tailpipe, inklużi li ġej: ċikli tat-test,l-użu ta’ sistemi li jistgħu jinġarru ta’ kejl tal-emissjonijiet għall-verifika tal-emissjonijiet in-use attwali, il-verifika u l-limitar tal-emissjonijiet off-cycle,l-iffissar ta’ limiti għan-numru ta’ partiċelli filwaqt li jinżammu r-rekwiżiti ambizzjużi eżistenti dwar l-ambjent, uemissjonijiet waqt idling speed;

(b) 

l-emissjonijiet mill-crankcase;

(c) 

is-sistemi OBD u r-rendiment waqt l-użu tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis;

(d) 

kemm jiflaħ strapazz it-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis, it-tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis, il-konformità tal-magni u tal-vetturi waqt l-użu, il-konformità tal-produzzjoni u ta’ kemm il-vettura jew il-magna tkun tajba għat-triq;

(e) 

l-emissjonijiet CO2 u l-konsum tal-fjuwil;

(f) 

l-għoti ta’ estensjoni għall-approvazzjonijiet tat-tip;

(g) 

it-tagħmir tat-testijiet;

(h) 

il-karburanti ta’ referenza, bħall-petrol, diesel, karburanti gassużi u bijokarburanti, bħal bijoetanol, bijodiżil u bijogass;

(i) 

il-kejl tal-qawwa tal-magna;

(j) 

il-funzjonament korrett u r-riġenerazzjoni tal-apparat tal-kontroll tat-tniġġis;

(k) 

id-dispożizzjonijiet speċifiċi sabiex tkun żgurata l-ħidma korretta tal-miżuri ta’ kontroll ta’ NOx; tali dispożizzjonijiet għandhom jiżguraw li l-vetturi ma jistgħux jitħaddmu jekk il-miżuri ta’ kontroll ta’ NOx ma jkunux qed jaħdmu minħabba, pereżempju, nuqqas ta’ xi reaġent meħtieġ, fluss ta’ riċirkolazzjoni inkorrett tal-gass mill-egżost (EGR) jew deattivazzjoni tal-EGR.

Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).

▼M4

Artikolu 5a

Rekwiżiti speċifiċi għall-manifatturi fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali ta’ vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4

1.  Il-manifatturi għandhom jiżguraw li vetturi ġodda tal-kategoriji O3 u O4 li jinbiegħu, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

l-influwenza ta’ dawk il-vetturi fuq l-emissjonijiet tas-CO2, il-konsum tal-fjuwil, il-konsum tal-elettriku u l-medda ta’ sewqan mingħajr emissjonijiet tal-vetturi bil-mutur tkun iddeterminata b’konformità mal-metodoloġija msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 5c;

(b) 

jiġu attrezzati b’apparat abbord għall-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tat-tagħbija b’konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5c.

2.  Il-manifatturi għandhom jiżguraw li vetturi ġodda tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 li jinbiegħu, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz jiġu attrezzati b’apparat abbord għall-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-enerġija, tat-tagħbija u tal-kilometraġġ b’konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5c.

Għandhom jiżguraw ukoll li l-medda ta’ sewqan mingħajr emissjonijiet u l-konsum tal-elettriku ta’ dawk il-vetturi jiġu determinati b’konformità mal-metodoloġija msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5c.

Artikolu 5b

Rekwiżiti speċifiċi għall-Istati Membri fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali ta’ vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4

1.  L-awtoritajiet nazzjonali, b’konformità mal-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5c, għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tipi ta’ vetturi ġodda tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4 li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti f’dawk il-miżuri ta’ implimentazzjoni.

2.  L-awtoritajiet nazzjonali, b’konformità mal-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5c, għandhom jipprojbixxu l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4 li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti f’dawk il-miżuri ta’ implimentazzjoni.

Artikolu 5c

Miżuri għad-determinazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-prestazzjoni ambjentali ta’ vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4

Sal-31 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandha tadotta l-miżuri li ġejjin:

(a) 

metodoloġija għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni ta’ vetturi tal-kategoriji O3 u O4 fir-rigward tal-influwenza tagħhom fuq l-emissjonijiet tas-CO2, il-konsum tal-fjuwil, il-konsum tal-elettriku u l-medda ta’ sewqan mingħajr emissjonijiet ta’ vetturi bil-mutur;

(b) 

rekwiżiti tekniċi għat-tqegħid ta’ apparat abbord għall-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-enerġija u tal-kilometraġġ ta’ vetturi bil-mutur tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3, u għad-determinazzjoni u r-reġistrazzjoni tat-tagħbijiet jew il-piż totali ta’ vetturi li jissodisfaw il-karatteristiċi stabbiliti fil-punt (a), (b), (c) jew (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u tal-kombinazzjonijiet tagħhom ma’ vetturi tal-kategoriji O3 u O4, inkluża t-trażmissjoni ta’ data bejn il-vetturi fi ħdan kombinazzjoni, kif ikun meħtieġ;

(c) 

metodoloġija għad-determinazzjoni tal-medda ta’ sewqan mingħajr emissjonijiet u tal-konsum tal-elettriku ta’ vetturi ġodda tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 13a.

▼M3 —————

▼B

Artikolu 7

L-obbligi li jikkonċernaw sistemi li jużaw reaġent konsumabbli

1.  Il-manifatturi, is-sewwejja u l-operaturi tal-vetturi m’għandhomx ibagħbsu s-sistemi li jużaw reaġent konsumabbli.

2.  L-operaturi tal-vetturi għandhom jiżguraw li l-vetturi ma jinstaqux mingħajr reaġent konsumabbli.

Artikolu 8

L-iskeda għall-applikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi u tal-magni

1.  B’effett mill-31 ta’ Diċembru 2012, stabbilita fl-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 16, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, minħabba raġunijiet relatati ma’ emissjonijiet, li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali rigward tipi ġodda ta’ vetturi jew magni li ma jkunux konformi ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri implimentattivi tiegħu.

Iċ-ċertifikati tekniċi tal-approvazzjoni tat-tip li jikkorrispondu għall-istadji ta’ emissjoni preċedenti għall-Euro VI jistgħu jingħataw lil vetturi u lil magni maħsuba għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, sakemm tali ċertifikati jiddikjaraw b’mod ċar li l-vetturi u l-magni meqjusa ma jistgħux jitqiegħdu fuq is-suq Komunitarju.

2.  B’effett mill-31 ta’ Diċembru 2013, fil-każ ta’ vetturi ġodda li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri implimentattivi tiegħu, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità bħala li m’għadhomx aktar validi għall-finijiet tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46/KE u, minħabba raġunijiet relatati ma’ emissjonijiet, għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ tali vetturi.

B’effett mill-istess data u ħlief fil-każ ta’ magni sostituti għal vetturi li qed jintużaw, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jipprojbixxu l-bejgħ jew l-użu ta’ magni ġodda li ma jkunux konformi ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri implimentattivitiegħu.

3.  Bla ħsara għall-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, u bil-kundizzjoni tad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi li jissemmew fl-Artikolu 4(3), fl-Artikolu 5(4) u fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 6(2), jekk manifattur jitlob dan, l-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux, minħabba raġunijiet relatati ma’ emissjonijiet tal-vetturi, jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ġdid ta’ vettura jew ta’ magna, jew jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew l-użu ta’ vettura ġdida u l-bejgħ u l-użu ta’ magni ġodda, fejn il-vettura kkonċernata jew il-magni kkonċernati jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament u mar-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu.

Artikolu 9

L-obbligi tal-Istati Membri rigward l-approvazzjoni tat-tip tal-parts ta’ sostituzzjoni

Il-bejgħ jew l-installazzjoni fuq vettura ta’ tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis ġdid maħsub biex jitwaħħal fuq vetturi approvati skont dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu, għandhom ikunu pprojbiti jekk ma jkunux ta’ tip li fir-rigward tiegħu ngħatat approvazzjoni tat-tip b’konformità ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu.

Artikolu 10

L-inċentivi finanzjarji

1.  Bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi għal dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu inċentivi finanzjarji li japplikaw għal vetturi bil-mutur fi produzzjoni f’serje, li jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri implimentattivi tiegħu.

Dawk l-inċentivi għandhom japplikaw għall-vetturi l-ġodda kollha li tqiegħdu fuq is-suq tal-Istat Membru kkonċernat, li jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri implimentattivi tiegħu. Madankollu, għandhom jieqfu japplikaw mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013.

2.  Suġġett għad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi għal dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jagħtu inċentivi finanzjarji għall-iffissar retroattiv sabiex jintlaħqu l-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness I tal-vetturi li qed jintużaw u għall-iskrappjar ta’ vetturi li ma jkunux konformi ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri implimentattivi tiegħu.

3.  Għal kull tip ta’ vettura bil-mutur, l-inċentivi finanzjarji li jissemmew fil-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx jeċċedu l-ispiża addizzjonali tat-tagħmir tekniku użat sabiex tkun żgurata konformità mal-limiti ta’ emissjoni speċifikati fl-Anness I, inkluża l-ispiża tal-installazzjoni fuq il-vettura.

4.  Il-Kummissjoni għandha tiġi informata bi pjanijiet sabiex jiġu istitwiti jew mibdula l-inċentivi fiskali li jissemmew fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 11

Il-penali

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u l-miżuri implimentattivi tiegħu u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sas-7 ta’ Frar 2011 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti magħmula li taffettwahom.

2.  It-tipi ta’ ksur mill-manifatturi li huma suġġetti għal penali għandhom jinkludu:

(a) 

dikjarazzjonijiet foloz waqt il-proċeduri ta’ approvazzjoni jew waqt il-proċeduri li jwasslu għal irtirar;

(b) 

il-falsifikazzjoni ta’ riżultati ta’ testijiet għall-approvazzjoni tat-tip jew għal konformità waqt l-użu;

(c) 

iż-żamma ta’ data jew ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu jwasslu għal revoka jew irtirar tal-approvazzjoni tat-tip;

(d) 

l-użu ta’ strateġiji ta’ tbagħbis.

▼M3 —————

▼B

It-tipi ta’ ksur mill-manifatturi, mis-sewwejja u mill-operaturi ta’ vetturi li huma suġġetti għal penali għandhom jinkludi t-tbagħbis ta’ sistemi li jikkontrollaw l-emissjonijiet ta’ NOx. Dan għandu jinkludi, pereżempju, it-tbagħbis ta’ sistemi li jużaw reaġent konsumabbli.

It-tipi ta’ ksur kommess mill-operaturi ta’ vetturi li huma suġġetti għal penali għandhom jinkludu s-sewqan ta’ vettura mingħajr reaġent konsumabbli.

Artikolu 12

Ir-ridefinizzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet

1.  Wara li jkunu kkompletati l-partijiet rilevanti tal-PMP tal-UN/ECE, immexxi taħt l-awspiċi tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi, mingħajr ma tbaxxi l-livell ta’ ħarsien ambjentali fi ħdan il-Komunità:

(a) 

tintroduċi bħala kontroll addizzjonali fuq l-emissjonijiet ta’ materja partikulata valuri ta’ limitu bbażati fuq in-numru ta’ partiċelli stabbiliti f’livell xieraq għat-teknoloġiji li jkunu qed jintużaw dak iż-żmien sabiex jiġi ssodisfat il-limitu tal-massa partikulata;

(b) 

tadotta proċedura ta’ kejl għan-numru tal-partiċelli.

Il-Kummissojni għandha wkoll, bla ma tnaqqas il-livell ta’ ħarsien ambjentali fil-Komunità, tispeċifika valur ta’ limitu għall-emissjonijiet għall-NO2 minbarra dak għall-NOx kollu, jekk xieraq. Il-limitu għall-emissjonijiet għall-NO2 għandu jkun stabbilit f’livell li jirrifletti r-rendiment tat-teknoloġiji li jkunu jeżistu f’dak iż-żmien.

Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).

2.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi fatturi ta’ korrelazzjoni bejn iċ-ċiklu tranżitorju Ewropew (ETC) u ċ-ċiklu stabbli Ewropew (ESC) kif ġie deskritt fid-Direttiva 2005/55/KE, u ċ-ċiklu ta’ sewqan armonizzat dinji tranżitorju (WHTC) u ċ-ċiklu ta’ sewqan stabbli armonizzat dinji fi stat stabbli (WHSC) u għandha tadotta l-valuri ta’ limitu kif ikun xieraq. Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).

3.  Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti li jissemmew fl-Artikolu 5(4) kif ukoll iċ-ċikli tat-test li ntużaw sabiex jitkejlu l-emissjonijiet.

Jekk l-analiżi ssib li dawk il-proċeduri, it-testijiet, ir-rekwiżiti u ċ-ċikli tat-test m’għadhomx aktar adegwati jew m’għadhomx aktar jirriflettu l-emissjonijiet dinjija effettivi, għandhom jiġu adattati sabiex jirriflettu adegwatament l-emissjonijiet iġġenerati mis-sewqan reali fit-toroq. Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).

4.  Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-inkwinanti elenkati fil-punt 2 tal-Artikolu 3. Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li huwa xieraq li jiġu regolati l-emissjonijiet ta’ inkwinanti addizzjonali, din għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament.

Artikolu 13

Proċedura tal-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Tekniku - Vetturi tal-Mutur (TCMV) stabbilit bl-Artikolu 40(1) tad-Direttiva 2007/46/KE.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

▼M4

Artikolu 13a

Proċedura ta’ kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur stabbilit bir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.  Meta l-Kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

▼B

Artikolu 14

Implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri implimentattivi msemmija fl-Artikolu 4(3), fl-Artikolu 5(4), fl-Artikolu 6(2) u fl-Artikolu 12(1)(a) u (b) sal-1 ta’ April 2010.

Artikolu 15

L-emendi għar-Regolament (KE) Nru 715/2007

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1) 

L-Artikolu 5(3) għandu jiġi emendat kif ġej:

(i) 

wara l-punt (h), il-kelma “u” għandha titħassar;

(ii) 

għandu jiġi miżjud il-punt li ġej:

“(j) 

il-kejl tal-qawwa tal-magna.”

(2) 

L-Artikolu 14(6) għandu jitħassar.

Artikolu 16

L-emendi għad-Direttiva 2007/46/KE

L-Annessi IV, VI u XI tad-Direttiva 2007/46/KE għandhom jiġu emendati skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 17

Tħassir

1.  Id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE għandhom jitħassru b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2013.

2.  Ir-referenzi li jsiru għad-Direttivi revokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 18

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

►C1  Għandu jibda japplika mill-31 ta’ Diċembru 2012. ◄ Madankollu, l-Artikoli 8(3) u 10 għandhom japplikaw mis-7 ta’ Awwissu 2009 u l-punti 1(a)(i), 1(b)(i), 2(a), 3(a)(i), 3(b)(i), 3(c)(i) 3(d)(i) u 3(e)(i) tal-Anness II għandhom japplikaw mill-31 ta’ Diċembru 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M2




ANNESS I



Limiti ta’ Emissjonijiet Euro VI

 

Valuri ta’ limitu

CO

(mg/kWh)

THC

(mg/kWh)

NMHC

(mg/kWh)

CH4

(mg/kWh)

NOX (1)

(mg/kWh)

NH3

(ppm)

Massa ta' PM

(mg/kWh)

Numru PM

(#/kWh)

WHSC (CI)

1 500

130

 

 

400

10

10

8,0 x 1011

WHTC (CI)

4 000

160

 

 

460

10

10

6,0 x 1011

WHTC (PI)

4 000

 

160

500

460

10

10

 (2)6,0 x 1011

(1)   Il-livell ammissibbli tal-komponent NO2 fil-valur ta’ limitu tan-NOx jista' jiġi determinat aktar 'il quddiem.

(2)   Il-valur ta’ limitu għandu japplika mid-dati stabbiliti fir-ringiela B tat-Tabella 1 tal-Appendiċi 9 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 582/2011.

Nota:

PI = Tqabbid bl-ispark plaggs

CI = Tqabbid bil-Kompressjoni

▼B




ANNESS II

L-emendi għad-Direttiva 2007/46/KE

Id-Direttiva 2007/46/KE hija emendata kif ġej:

1. 

Il-Parti I tal-Anness IV għandha tiġi emendata kif ġej:

(a) 

it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:

(i) 

il-punti 40 u 41 għandhom jitħassru;

(ii) 

għandu jiddaħħal il-punt li ġej:



Suġġett

Referenza tal-att regolatorju

Referenza tal-Ġurnal Uffiċjali

Applikabilità

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

“41 a  Emissjonijiet (Euro VI) ta’ vetturi heavy-duty/aċċess għall-informazzjoni

Regolament (KE) Nru 595/2009

ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1

X12

X12

X

X12

X12

X”

 

 

 

 

(iii) 

għandha tiġi miżjuda n-nota li ġejja:

“(12) Għal vetturi b’massa ta’ referenza li teċċedi l-2 610  kg li mhumiex approvati għat-tip (fuq it-talba tal-manifattur u sakemm il-massa ta’ referenza tagħhom ma teċċedix l-2 840  kg) skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007.”;

(b) 

fl-Appendiċi, it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:

(i) 

il-punti 40 u 41 għandhom jitħassru;

(ii) 

għandu jiddaħħal il-punt 41a li ġej:



 

Suġġett

Referenza tal-att regolatorju

Referenza tal-Ġurnal Uffiċjali

M1

“41 a

Emissjonijiet (Euro VI) ta’ vetturi heavy-duty, ħlief is-sett kollu ta’ rekwiżiti relatati mas-sistemi Dijanjostiċi fuq il-Vettura (OBDs) u l-aċċess għall-informazzjoni/Aċċess għall-informazzjoni

Regolament (KE) Nru 595/2009

ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1

A”

(2) 

Fl-Appendiċi mal-Anness VI, it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:

(a) 

il-punti 40 u 41 jitħassru;

(b) 

għandu jiddaħħal il-punt 41a li ġej:



Suġġett

Referenza tal-att regolatorju

Kif emendat minn

Applikabbli għal verżjonijiet

“41 a  Emissjonijiet (Euro VI) ta’ vetturi heavy-duty/aċċess għall-informazzjoni

Regolament (KE) Nru 595/2009”

 

 

(3) 

L-Anness XI għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) 

Fl-Appendiċi 1, it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:

(i) 

il-punti 40 u 41 għandhom jitħassru;

(ii) 

għandu jiddaħħal il-punt 41a li ġej:



Punt

Suġġett

Referenza tal-att regolatorju

M1 ≤ 2 500 (1) kg

M1 > 2 500 (1) kg

M2

M3

“41 a

Emissjonijiet (Euro VI) ta’ vetturi heavy-duty/aċċess għall-informazzjoni

Regolament (KE) Nru 595/2009

G + H

G + H

G + H

G + H”

(b) 

Fl-Appendiċi 2, it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:

(i) 

il-punti 40 u 41 għandhom jitħassru;

(ii) 

għandu jiddaħħal il-punt 41a li ġej:



Punt

Suġġett

Referenza tal-att regolatorju

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

“41a

Emissjonijiet (Euro VI) ta’ vetturi heavy-duty/aċċess għall-informazzjoni

Regolament (KE) Nru 595/2009

X

X

X

X

X

X”

 

 

 

 

(ċ) 

Fl-Appendiċi 3, it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:

(i) 

il-punti 40 u 41 għandhom jitħassru;

(ii) 

għandu jiddaħħal il-punt 41a li ġej:



Punt

Suġġett

Referenza tal-att regolatorju

M1

“41 a

Emissjonijiet (Euro VI) ta’ vetturi heavy-duty/aċċess għall-informazzjoni

Regolament (KE) Nru 595/2009

X”

(d) 

Fl-Appendiċi 4, it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:

(i) 

il-punti 40 u 41 għandhom jitħassru;

(ii) 

għandu jiddaħħal il-punt 41a li ġej:



Punt

Suġġett

Referenza tal-att regolatorju

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

“41 a

Emissjonijiet (Euro VI) ta’ vetturi heavy-duty/aċċess għall-informazzjoni

Regolament (KE) Nru 595/2009

H

H

H

H

H”

 

 

 

 

(e) 

Fl-Appendiċi 5, it-tabella għandha tiġi emendata kif ġej:

(i) 

il-punti 40 u 41 għandhom jitħassru;

(ii) 

għandu jiddaħħal il-punt 41a li ġej:



Punt

Suġġett

Referenza tal-att regolatorju

Krejn mobbli tal-kategorija N3

“41 a

Emissjonijiet (Euro VI) ta’ vetturi heavy-duty/aċċess għall-informazzjoni

Regolament (KE) Nru 595/2009

V”



( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202).

( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).

Top