This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02008R0767-20210803
Regulation (EC) No 767/2008 of the European Parliament and of the Council of 9 July 2008 concerning the Visa Information System (VIS) and the exchange of data between Member States on short-stay visas (VIS Regulation)
Consolidated text: Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema ta' l-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS)
Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema ta' l-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS)
02008R0767 — MT — 03.08.2021 — 005.003
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (KE) Nru 767/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-9 ta' Lulju 2008 (ĠU L 218 13.8.2008, p. 60) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (KE) Nru 810/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Lulju 2009 |
L 243 |
1 |
15.9.2009 |
|
REGOLAMENT (UE) Nru 610/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta' Ġunju 2013 |
L 182 |
1 |
29.6.2013 |
|
REGOLAMENT (UE) 2017/2226 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-30 ta’ Novembru 2017 |
L 327 |
20 |
9.12.2017 |
|
REGOLAMENT (UE) 2019/817 TAL-PARLAMENT EWROPEW tal-20 ta' Mejju 2019 |
L 135 |
27 |
22.5.2019 |
|
REGOLAMENT (UE) 2021/1134 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-7 ta’ Lulju 2021 |
L 248 |
11 |
13.7.2021 |
|
REGOLAMENT (UE) 2021/1152 TAL-PARLAMENT U TAL-KUNSILL tas-7 ta’ Lulju 2021 |
L 249 |
15 |
14.7.2021 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (KE) Nru 767/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-9 ta' Lulju 2008
dwar is-Sistema ta' l-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS)
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jiddefinixxi l-għan, il-funzjonalitajiet ta' u r-responsabbiltajiet għas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), kif stabbiliti fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2004/512/KE. Huwa jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-iskambju tad-data bejn l-Istati Membri dwar applikazzjonijiet għal viżi ta' perjodu qasir u dwar deċiżjonijiet li jittieħdu dwar dan, inkluż id-deċiżjoni dwar jekk tkunx annullata, revokata jew estiża l-viża, sabiex tiġi ffaċilitata l-eżaminazzjoni ta' tali applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati.
Billi taħżen data tal-identità, data tad-dokument tal-ivvjaġġar u data bijometrika fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità (CIR) stabbilit mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), il-VIS tikkontribwixxi għall-iffaċilitar u għall-assistenza fl-identifikazzjoni korretta tal-persuni rreġistrati fil-VIS bil-kundizzjonijiet u għall-finijiet tal-Artikolu 20 ta' dak ir-Regolament.
Artikolu 2
Għan
Il-VIS għandu jkollha l-iskop li ttejjeb l-implimentazzjoni tal-politika komuni tal-viża, l-kooperazzjoni konsulari u l-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali tal-viża billi tiffaċilita l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati, sabiex:
tiffaċilita l-proċedura ta' l-applikazzjoni għal viża;
jiġi evitat in-nuqqas ta' osservazzjoni tal-kriterji għad-determinazzjoni ta' l-Istat Membru responsabbli għall-eżaminazzjoni ta' l-applikazzjoni;
tiġi faċilitata l-ġlieda kontra l-frodi;
jiġu faċilitati l-kontrolli mal-postijiet tal-qsim tal-fruntieri esterni u fi ħdan it-territorju ta' l-Istati Membri;
tgħin fl-identifikazzjoni ta' kwalunkwe persuna li jista' jkun ma tissodisfax, jew ma' tibqax tissodisfa aktar, il-kundizzjonijiet biex tidħol, toqgħod jew tgħix fit-territorju ta' l-Istati Membri;
tiffaċilita l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 343/2003;
tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà interna ta' kull Stat Membru.
Artikolu 3
Disponibilità tad-data għall-prevenzjoni, il-qbid u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u reati oħra serji
Artikolu 4
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet segwenti għandhom japplikaw:
“viża” tfisser:
“viża uniformi” kif imfissra fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) ( 3 );
▼M1 —————
“viża għal tranżitu fl-ajruport” kif definit fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009;
“viża b’validità territorjali limitata” kif definit fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009;
▼M1 —————
“ ►C2 sticker tal-viża ◄ ” tfisser il-format uniformi tal-viżi kif imfisser bir-Regolament (KE) Nru 1683/95;
“l-awtoritajiet tal-viża” tfisser l-awtoritajiet li f'kull Stat Membru huma responsabbli għall-eżaminazzjoniu għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għal viża jew għal deċiżjoniet dwar jekk jiġux annullati, revokati jew estiżi viżi, inklużi l-awtoritajiet ċentrali tal-viża u l-awtoritajiet responsabbli għall-ħruġ ta' viżi fil-fruntiera skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 415/2003 tas-27 ta' Frar 2003 dwar il-kwistjoni tal-viżi fuq il-fruntieri, inkluż il-ħruġ ta' dawn il-viżi lill-baħrin li jkunu fi transitu ( 4 );
“formola ta' l-applikazzjoni” tfisser il-formola uniformi ta' applikazzjoni għal viżi fl-Anness 16 għall-Istruzzjonijiet Komuni Konsulari;
“applikant” tfisser kwalunkwe persuna suġġetta għall-ħtieġa tal-viża skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża meta jaqsmu fruntiera esterna u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dan ir-rekwiżit ( 5 ), li ppreżentat applikazzjoni għal viża;
“membri tal-grupp” tfisser applikanti li huma obbligati għal raġunijiet legali biex jidħlu jew iħallu t-territorju ta' l-Istati Membri flimkien;
“dokument ta' l-ivvjaġġar” tfisser passaport jew dokument ieħor ekwivalenti li jintitola lid-detentur li jaqsam il-fruntieri esterni u li miegħu tista' tiżdied viża;
“Stat Membru responsabbli” tfisser l-Istat Membru li daħħal id-data fil-VIS;
►C2 “verifika” tfisser il-proċess ta’ tqabbil ta’ settijiet ta’ data biex tiġi stabbilita l-validità tal-identità mitluba (verifika one-to-one); ◄
►C2 “identifikazzjoni” tfisser il-proċess biex tiġi ddeterminata l-identità ta’ persuna permezz ta’ tfittxija fil-bażi tad-data ma’ settijiet multipli ta’ data (verifika “one-to-many”); ◄
“data alfanumerika” tfisser data rrappreżentata minn ittri, numri, karattri speċjali, spazji u marki tal-punteġġjatura;
“data tal-VIS” tfisser id-data kollha maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-VIS u fis-CIR f'konformità mal-Artikoli 9 sa 14;
“data tal-identità” tfisser id-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) u (aa);
“data dwar il-marki tas-swaba” tfisser id-data relattiva għall-ħames marki tas-swaba' tas-saba' l-werrej, tas-saba' tan-nofs, tas-saba' taċ-ċurkett, tas-saba' ż-żgħir u tas-saba' l-kbir mill-id tal-lemin u meta preżenti mill-id tax-xellug.
Artikolu 5
Kategoriji ta' data
Il-kategoriji li ġejjin biss għandhom jiġu rrekordjati fil-VIS:
data alfanumerika dwar l-applikant u dwar viżi mitluba, maħruġa, irrifjutati, annullati, revokati jew estiżi msemmija fl-Artikoli 9(1) u (4) u fl-Artikoli 10 sa 14;
ritratti msemmija fl-Artikolu 9(5);
data ta' marki tas-swaba' msemmija fl-Artikolu 9(6);
links għal applikazzjonijiet oħra msemmija fl-Artikoli 8(3) u (4).
Artikolu 5a
Lista ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar rikonoxxuti
Artikolu 6
Aċċess għad-dħul, l-emendar, it-tħassir u l-konsultazzjoni ta' data
L-aċċess għall-VIS sabiex tiġi kkonsultata d-data għandu jiġi riżervat esklussivament għall-persunal awtorizzat kif xieraq ta’:
l-awtoritajiet nazzjonali ta’ kull Stat Membru u tal-korpi tal-Unjoni li huma kompetenti għall-finijiet stabbiliti fl-Artikoli 15 sa 22, l-Artikoli 22 g sa 22 m, u l-Artikolu 45e ta’ dan ir-Regolament;
l-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS, deżinjati skont l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (UE) 2018/1240, għall-finijiet tal-Artikoli 18c u 18d ta’ dan ir-Regolament u għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2018/1240; u
l-awtoritajiet nazzjonali ta’ kull Stat Membru u tal-korpi tal-Unjoni li huma kompetenti għall-finijiet tal-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament (UE) 2019/817.
Tali aċċess għandu jkun limitat sal-punt li d-data tkun meħtieġa għall-prestazzjoni tal-kompiti ta’ dawk l-awtoritajiet u l-korpi tal-Unjoni skont dawk il-finijiet, u proporzjonat għall-objettivi segwiti.
Kull Stat Membru għandu jinnomina l-awtoritajiet kompetenti, li tagħhom l-impjegati debitament awtorizzati għandu jkolhom aċċess li jidħlu, jemendaw, iħassru jew jikkonsultaw data fil-VIS. Kull Stat Membru għandu jgħaddi bla dewmien lill-Kummissjoni lista ta' dawn l-awtoritajiet, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 41(4), u kull emendi għal din il-lista. Din il-lista għandha tispeċifika l-għanijiet li għalihom kull awtorità tista' tipproċessa data fil-VIS.
Fi żmien tliet xhur minn meta l-VIS tibda tiffunzjona skond l-Artikolu 48(1), il-Kummissjoni għandha tippubblika lista konsolidata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Fejn ikun hemm emendi, il-Kummissjoni għandha tippubblika darba fl-istess sena lista konsolidata aġġornata.
Artikolu 7
Prinċipji ġenerali
KAPITOLU II
DĦUL U UŻU TA' DATA MILL-AWTORITAJIET TAL-VIŻA
Artikolu 8
Proċeduri għad-dħul ta' data ma' l-applikazzjoni
Artikolu 9
Data li għandha tiddaħħal mal-applikazzjoni
L-awtorità tal-viża għandha ddaħħal id-data li ġejja fil-fajl ta' applikazzjoni:
in-numru ta' l-applikazzjoni;
informazzjoni dwar l-istatus, li tindika li intalbet viża;
l-awtorità fejn l-applikazzjoni ġiet depożitata, inkluż il-post fejn tinsab, u jekk l-applikazzjoni ġietx depożitata għand dik l-awtorità li tirrappreżenta Stat Membru ieħor;
id-data li ġejja li għandha tittieħed mill-formola ta' l-applikazzjoni:
il-kunjom; l-isem/ismijiet (ismijiet mogħtija); id-data tat-twelid; is-sess;
il-kunjom tat-twelid (kunjom/kunjomijiet ta' qabel); il-post u l-pajjiż tat-twelid; in-nazzjonalità kurrenti u n-nazzjonalità mat-twelid;
it-tip u n-numru tad-dokument jew dokumenti tal-ivvjaġġar u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż li jkun ħareġ id-dokument jew dokumenti tal-ivvjaġġar;
id-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument jew dokumenti tal-ivvjaġġar;
l-awtorità li ħarġet id-dokument tal-ivvjaġġar u d-data tal-ħruġ tiegħu;
post u data ta' l-applikazzjoni;
dettalji tal-persuna li qed toħroġ stedina u/jew hija responsabbli li tħallas l-ispejjeż tal-ħajja ta’ l-applikant matul is-soġġorn, li huma:
fil-każ ta' persuna fiżika, il-kunjom u l-isem u l-indirizz tal-persuna;
fil-każ ta' kumpanija, jew organizzazzjoni oħra, l-isem u l-indirizz tal-kumpanija/organizzazzjoni oħra, u l-kunjom u l-isem tal-persuna ta' kuntatt ta' dik il-kumpanija/organizzazzjoni;
Stat(i) Membru(i) destinatarji u tul tas-soġġorn previst jew tat-tranżitu;
għan(għanijiet) prinċipali tal-vjaġġ;
id-data prevista għall-wasla fiż-żona ta’ Schengen u d-data prevista għat-tluq miż-żona ta’ Schengen;
Stat Membru tal-ewwel dħul;
l-indirizz tal-applikant;
l-impjieg attwali u min iħaddem; għall-istudenti: l-isem ►M1 tal-istabbiliment edukattiv; ◄
fil-każ ta' minorenni, kunjom u isem (ismijiet) ►M1 tas-setgħa tal-ġenituri jew tal-kustodja legali ◄ ta' l-applikant;
ritratt ta' l-applikant, skond ir-Regolament (KE) Nru 1683/95;
marki tas-swaba' ta' l-applikant skond id-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni.
L-applikant għandu jindika l-okkupazzjoni attwali (grupp ta’ impjieg) tiegħu minn fuq lista predeterminata.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 48a biex tistabbilixxi l-lista predeterminata ta’ okkupazzjonijiet (gruppi ta’ xogħol).
Artikolu 9h
Implimentazzjoni u manwal
Artikolu 9j
Indikaturi ta’ riskji speċifiċi
Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 48a biex tiddefinixxi ulterjorment ir-riskji relatati mas-sigurtà jew mal-immigrazzjoni illegali jew riskju għoli ta’ epidemija abbażi ta’:
statistika ġġenerata mill-EES li tindika rati anormali ta’ persuni li baqgħu fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn u ta’ rifjuti ta’ dħul għal grupp speċifiku ta’ detenturi ta’ viża;
statistika ġġenerata mill-VIS f’konformità mal-Artikolu 45a li tindika rati anormali ta’ rifjuti ta’ applikazzjonijiet għal viża minħabba riskju għas-sigurtà, riskju ta’ immigrazzjoni illegali jew riskju għoli ta’ epidemija assoċjat ma’ grupp speċifiku ta’ detenturi ta’ viża;
statistika ġġenerata mill-VIS f’konformità mal-Artikolu 45a u mill-EES li tindika korrelazzjonijiet bejn l-informazzjoni miġbura permezz tal-formola ta’ applikazzjoni u l-każijiet ta’ persuni li baqgħu fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn minn detenturi ta’ viża jew ta’ rifjuti ta’ dħul;
informazzjoni sostanzjata b’elementi bbażati fuq fatti u evidenza pprovduta mill-Istati Membri dwar indikaturi ta’ riskji speċifiċi għas-sigurtà jew theddid identifikat minn Stat Membru;
informazzjoni sostanzjata b’elementi bbażati fuq fatti u evidenza pprovduta mill-Istati Membri dwar rati anormali ta’ persuni li baqgħu fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn u rifjuti ta’ dħul għal grupp speċifiku ta’ detenturi ta’ viża għal Stat Membru;
informazzjoni li tikkonċerna riskji għolja speċifiċi ta’ epidemija ipprovduta mill-Istati Membri kif ukoll informazzjoni ta’ sorveljanza epidemjoloġika u valutazzjonijiet tar-riskji pprovduti miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u tifqigħ ta’ mard irrappurtat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.
Ir-riskji speċifiċi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu rieżaminati tal-inqas kull sitt xhur u, fejn neċessarju, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni ġdid f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 49(2).
Artikolu 10
Data li għandha tiġi miżjuda għal viża li nħarġet
Fejn ittieħdet deċiżjoni biex tinħareġ viża, l-awtorità kompetenti tal-viża għandha żżid id-data li ġejja fil-fajl ta' l-applikazzjoni:
informazzjoni dwar l-istatus li tindika li l-viża nħarġet;
l-awtorità li ħarġet il-viża, inkluż il-post fejn tinsab, u jekk dik l-awtorità ħarġithiex f'isem Stat Membru ieħor;
il-post u d-data tad-deċiżjoni li tinħareġ il-viża;
it-tip ta' viża;
jekk applikabbli, l-informazzjoni li tindika li l-viża nħarġet b’validità territorjali limitata skont l-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009;
in-numru ►C2 tal-isticker tal-viża ◄ ;
it-territorju fejn id-detentur tal-viża huwa intitolat jivvjaġġa, skond id-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Istruzzjonijiet Komuni Konsulari;
id-dati tal-bidu u ta' l-iskadenza tal-perjodu ta' validità tal-viża;
in-numru ta' dħul awtorizzati bil-viża fit-territorju fejn il-viża hija valida;
il-perjodu ►C2 tal-soġġorn ◄ kif awtorizzata mill-viża;
jekk applikabbli, l-informazzjoni li tindika li l-viża nħarġet fuq paġna separata skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 333/2002 tat-18 ta' Frar 2002 dwar format uniformi għall-formuli biex titwaħħal il-viża maħruġa mill-Istati Membri lill-persuni li jkollhom dokumenti għall-ivvjaġġar mhux rikonoxxuti mill-Istati Membri li jfasslu l-formula ( 6 );
jekk applikabbli, l-informazzjoni li tindika li l-isticker tal-viża tkun imtliet manwalment;
jekk ikun applikabbli, l-istatus tal-persuna li jindika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz huwa membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li għalih tapplika d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) jew ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jgawdi d-dritt ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dak ta’ ċittadini tal-Unjoni skont ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri, minn naħa waħda, u pajjiż terz, min-naħa l-oħra.
Artikolu 11
Data li għandha tiġi miżjuda fil-każ li l-eżami ta' l-applikazzjoni ma jitkompliex
Fejn l-awtorità tal-viża li tirrappreżenta Stat Membru ieħor ma tkomplix l-eżami tal-applikazzjoni, hi għandha żżid id-data li ġejja fil-fajl tal-applikazzjoni:
informazzjoni dwar l-istatus li tindika li l-eżami ta' l-applikazzjoni ma tkompliex;
l-awtorità li ma komplietx l-eżami ta' l-applikazzjoni, inkluż il-post fejn tinsab;
il-post u d-data tad-deċiżjoni li l-eżami ma jitkompliex;
l-Istat Membru kompetenti biex jeżamina l-applikazzjoni.
Artikolu 12
Data li għandha tiġi miżjuda għal viża li ġiet irrifjutata
Fejn ittieħdet deċiżjoni biex tiġi rrifjutata viża, l-awtorità tal-viża li rrifjutat il-viża għandha żżid id-data li ġejja fil-fajl ta' l-applikazzjoni:
informazzjoni dwar l-istatus li tindika li viża ġiet irrifjutata u jekk dik l-awtorità ċaħdet f’isem Stat Membru ieħor;
l-awtorità li rrifjutat il-viża, inkluż il-post fejn tinsab;
post u data tad-deċiżjoni li tkun irrifjutata l-viża.
Il-fajl tal-applikazzjoni għandu jindika wkoll ir-raġuni(jiet) li għalihom inċaħdet il-viża, li għandha tkun waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
l-applikant:
jippreżenta dokument tal-ivvjaġġar li hu falz jew iffalsifikat;
ma jipprovdix ġustifikazzjoni għall-finijiet u l-kondizzjonijiet tas-soġġorn previst;
ma jipprovdix prova ta’ mezzi biżżejjed ta’ sussistenza, kemm għat-tul tas-soġġorn previst jew għar-ritorn tiegħu fil-pajjiż tal-oriġini jew residenza, jew għat-tranżitu lejn pajjiż terz li fih huwa żgur li jiġi ammess, jew mhuwiex f’pożizzjoni li jikseb dawn il-mezzi skont il-liġi;
ikun diġà qagħad għal 90 jum waqt il-perijodu attwali ta' 180 jum fit-territorju tal-Istati Membri abbażi ta’ viża uniformi jew viża b’validità territorjali limitata;
hu persuna li nħarġitilha twissija fis-SIS għall-fini ta’ ċaħda tad-dħul;
huwa meqjus bħala theddida għall-ordni pubbliku, is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika kif hemm definit fl-Artikolu 2 il-punt 2 tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ xi Stat Membru, u partikolarment fejn tkun inħarġet twissija fil-bażijiet tad-data nazzjonali ta’ Stat Membru għall-fini ta’ ċaħda tad-dħul għal dawk l-istess raġunijiet;
ma jagħtix prova li għandu assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata u valida, fejn applikabbli;
l-informazzjoni sottomessa rigward il-ġustifikazzjoni għall-finijiet u l-kondizzjonijiet għas-soġġorn previst ma kinitx affidabbli;
ma setgħatx tiġi aċċertata l-intenzjoni tal-applikant li jitlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel l-iskadenza tal-viża;
ma ġietx ipprovduta biżżejjed evidenza li l-applikant ma kienx f’pożizzjoni li japplika minn qabel għal viża, li tiġġustifika l-applikazzjoni għal viża mal-fruntiera.
Artikolu 13
Data li għandha tiġi miżjuda għal viża ġiet annullata jew irrevokata
Fejn ittieħdet deċiżjoni li tiġi annullata jew irrevokata viża, jew li jitqassar il-perjodu ta’ validità tal-viża, l-awtorità tal-viża li ħadet din id-deċiżjoni għandha żżid id-data li ġejja fil-fajl tal-applikazzjoni:
informazzjoni dwar l-istatus li tindika li l-viża ġiet annullata jew irrevokata;
l-awtorità li annullat jew irrevokat il-viża, inkluż il-post fejn tinsab;
post u data tad-deċiżjoni.
Il-fajl tal-applikazzjoni għandu jindika wkoll ir-raġuni(raġunijiet) għall-annullament jew ir-revoka, li għandhom ikunu:
waħda jew aktar mir-raġuni(raġunijiet) elenkati fl-Artikolu 12(2);
applikazzjoni tad-detentur tal-viża li jirrevoka l-viża.
Artikolu 14
Data li għandha tiġi miżjuda għal viża li ġiet estiża
Fejn ittieħdet deċiżjoni biex tiġi estiża viża, l-awtorità tal-viża li estendiet il-viża għandha żżid id-data li ġejja fil-fajl tal-applikazzjoni:
informazzjoni dwar l-istatus li tindika li l-viża ġiet estiża;
l-awtorità li estendiet il-viża, inkluż il-post fejn tinsab;
post u data tad-deċiżjoni;
in-numru tal-isticker tal-viża tal-viża estiża;
id-data tal-bidu u d-data ta' l-iskadenza tal-perjodu estiż;
il-perjodu ta' l-estensjoni tal-perjodu ►C2 tal-soġġorn ◄ awtorizzat;
it-territorju li fih id-detentur tal-viża hu intitolat li jivvjaġġa, jekk il-validità territorjali tal-viża estiża hija differenti minn dik tal-viża oriġinali;
it-tip tal-viża estiża.
Artikolu 15
Użu tal-VIS biex jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet
Għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-viża għandha tingħata l-aċċess biex tfittex b'wieħed jew aktar mit-tipi ta' data li ġejjin:
in-numru ta' l-applikazzjoni;
il-kunjom (isem il-familja), l-isem jew ismijiet (ismijiet mat-twelid); id-data tat-twelid; in-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet; is-sess;
it-tip u n-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar; il-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż emittenti tad-dokument tal-ivvjaġġar; u d-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar;
il-kunjom, l-isem u l-indirizz tal-persuna fiżika jew l-isem u l-indirizz tal-kumpanija/l-organizzazzjoni l-oħra, msemmija fl-Artikolu 9(4)(f);
marki tas-swaba';
in-numru ►C2 tal-isticker tal-viża ◄ u d-data tal-ħruġ ta' kwalunkwe viża preċedenti li nħarġet.
Artikolu 16
Użu tal-VIS għall-konsultazzjoni u għat-talbiet għal dokumenti
L-Istat Membru li huwa responsabbli għall-eżami ta' l-applikazzjoni għandu jittrasmetti t-talba ta' konsultazzjoni flimkien man-numru ta' l-applikazzjoni lill-VIS, b' indikazzjoni ta' l-Istat Membru jew l-Istati Membri li jridu jiġu kkonsultati.
Il-VIS għandha tittrasmetti t-talba lill-Istat Membru jew l-Istati Membri indikati.
L-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonsultati għandhom jittrasmettu t-tweġiba tagħhom lill-VIS, li għandha tittrasmetti dik it-tweġiba lill-Istat Membru li beda t-talba.
Artikolu 17
L-użu tad-data għar-rappurtar u l-istatistika
L-awtoritajiet kompetenti tal-viża għandhom ikollhom l-aċċess li jikkonsultaw id-data li ġejja, unikament għall-għanijiet ta' rrappurtar u statistika mingħajr ma jippermettu l-identifikazzjoni ta' l-applikanti individwali:
informazzjoni dwar l-istatus;
l-awtorità kompetenti tal-viża, inkluż il-post fejn tinsab;
iċ-ċittadinanza attwali ta' l-applikant;
Stat Membru tal-ewwel dħul;
data u post ta' l-applikazzjoni jew tad-deċiżjoni dwar il-viża;
it-tip ta’ viża maħruġa;
it-tip ta' dokument ta' vvjaġġar;
ir-raġunijiet indikati għal kwalunkwe deċiżjoni dwar il-viża jew l-applikazzjoni għall-viża;
l-awtorità kompetenti tal-viża, inkluż il-post fejn tinsab, li rrifjutat l-applikazzjoni għall-viża u d-data tar-rifjut;
il-każijiet fejn l-istess applikant applika għal viża mingħand aktar minn awtorità tal-viża waħda, b'indikazzjoni ta' dawn l-awtoritajiet tal-viża, il-post fejn jinsabu u d-dati tar-rifjut;
Għan(għanijiet) prinċipali tal-vjaġġ;
il-każijiet li fihom id-data msemmija fl-Artikolu 9(6) tista', mill-punt ta' vista ta' fatt, ma tkunx ipprovduta f'konformità mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 8(5);
il-każijiet li fihom id-data msemmija fl-Artikolu 9(6) ma kinitx mitluba li tiġi pprovduta għal raġunijiet legali f'konformità mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 8(5);
il-każijiet li fihom persuna, li mill-punt ta' vista ta' fatt tista' ma tipprovdix id-data msemmija fl-Artikolu 9(6), ġiet irrifjutata viża f'konformità mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 8(5).
KAPITOLU III
AĊĊESS GĦAD-DATA MINN AWTORITAJIET OĦRA
Artikolu 17a
Interoperabbiltà mal-EES
L-interoperabbiltà għandha tippermetti lill-awtoritajiet tal-viża li jkunu qed jużaw il-VIS biex jikkonsultaw l-EES mill-VIS:
meta jkunu qed jeżaminaw u jiddeċiedu dwar applikazzjonijiet għal viżi kif imsemmi fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2017/2226 u l-Artikolu 15(4) ta’ dan ir-Regolament;
sabiex jiksbu u jesportaw id-data relatata mal-viża direttament mill-VIS lejn l-EES fil-każ li viża tiġi annullata, revokata jew estiża f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2017/2226 u l-Artikoli 13 u 14 ta’ dan ir-Regolament.
L-interoperabbiltà għandha tippermetti lill-awtoritajiet tal-fruntiera li jkunu qed jużaw l-EES biex jikkonsultaw il-VIS mill-EES sabiex:
jiksbu id-data relatata mal-viża direttament mill-VIS u jimportawhom fl-EES sabiex ikun jista’ jinħoloq jew jiġi aġġornat fl-EES rekord ta’ dħul/ħruġ jew ta’ ċaħda tad-dħul ta’ detentur ta’ viża f’konformità mal-Artikoli 14, 16 u 18 tar-Regolament (UE) 2017/2226 u l-Artikolu 18a ta’ dan ir-Regolament;
jiksbu id-data relatata mal-viża direttament mill-VIS u jimportawha fl-EES fil-każ li viża tiġi annullata, revokata jew estiża f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2017/2226 u l-Artikoli 13 u 14 ta’ dan ir-Regolament;
jivverifikaw l-awtentiċità u l-validità tal-viża, jekk ikunux sodisfatti l-kondizzjonijiet għad-dħul fit-territorju tal-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ), jew it-tnejn, kif imsemmi fl-Artikolu 18(2) ta’ dan ir-Regolament;
jivverifikaw jekk ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-ħtieġa ta’ viża li ma jkollhomx fajl individwali reġistrat fl-EES kinux ġew irreġistrati qabel fil-VIS f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2017/2226 u l-Artikolu 19a ta’ dan ir-Regolament;
jivverifikaw, fejn l-identità ta’ detentur ta’ viża hija vverifikata bl-użu tal-marki tas-swaba’, l-identità ta’ detentur ta’ viża permezz tal-marki tas-swaba’ fil-VIS f’konformità mal-Artikoli 23(2) u 23(4) tar-Regolament (UE) 2017/2226 u l-Artikolu 18(6) ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 18
Aċċess għad-data għall-verifika fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES
Unikament għall-fini li tiġi vverifikata l-identità tad-detenturi ta’ viża, l-awtentiċità, il-validità temporali u territorjali u l-istatus tal-viża jew jekk ikunux sodisfatti l-kondizzjonijiet għad-dħul fit-territorju tal-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/399, jew it-tnejn, l-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq ta’ verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandu jkollhom aċċess għall-VIS għat-tfittxija billi jużaw id-data li ġejja:
il-kunjom (isem il-familja), l-isem jew ismijiet (ismijiet mat-twelid); id-data tat-twelid; in-nazzjonalità jew nazzjonalitajiet; is-sess; it-tip u n-numru tad-dokument jew dokumenti tal-ivvjaġġar; il-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż emittenti tad-dokument jew dokumenti tal-ivvjaġġar; u d-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument jew dokumenti tal-ivvjaġġar; jew
in-numru tal-istiker tal-viża.
Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 tindika li d-data hija maħżuna fil-VIS dwar viża waħda jew aktar maħruġin jew estiżi li jkunu għadhom fil-perijodu ta’ validità tagħhom skont il-validità territorjali tagħhom għall-qsim tal-fruntiera, l-awtorità kompetenti biex twettaq il-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandha tingħata l-aċċess biex tikkonsulta d-data li ġejja misjuba fil-fajl ta’ applikazzjoni kkonċernat kif ukoll fil-fajl jew fajls ta’ applikazzjoni ►C2 llinkjati ◄ skont l-Artikolu 8(4), unikament għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:
l-informazzjoni dwar l-istatus u d-data meħuda mill-formola tal-applikazzjoni, ►C1 imsemmija fil-punti (2) u (4) tal-Artikolu 9; ◄
ritratti;
id-data msemmija fl-Artikoli 10, 13 u 14 u mdaħħla rigward il-viża(i) maħruġa, annullata(i) jew revokata(i) jew rigward il-viża jew viżi li l-validità tagħha jew tagħhom tiġi estiża.
Barra minn hekk, fil-każ ta’ dawk id-detenturi ta’ viża li għal raġunijiet legali ma jeħtieġx li tiġi pprovduta data partikolari jew li fattwalment ma tistax tiġi pprovduta, l-awtorità kompetenti biex twettaq il-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandha tirċievi notifika relatata mal-qasam jew oqsma speċifiċi tad-data kkonċernati li għandhom jiġu mmarkati bħala “mhux applikabbli”.
Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tindika li d-data dwar il-persuna tkun reġistrata fil-VIS iżda li ma tkun reġistrata ebda viża valida, l-awtorità kompetenti biex twettaq il-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandha tingħata aċċess biex tikkonsulta d-data li ġejja misjuba fil-fajl jew fajls ta’ applikazzjoni kif ukoll f’fajl jew fajls ta’ applikazzjoni ►C2 llinkjati ◄ skont l-Artikolu 8(4), unikament għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:
l-informazzjoni dwar l-istatus u d-data meħuda mill-formola tal-applikazzjoni, ►C1 imsemmija fil-punti (2) u (4) tal-Artikolu 9; ◄
ritratti;
id-data msemmija fl-Artikoli 10, 13 u 14 u mdaħħla rigward il-viża(i) maħruġa, annullata(i) jew revokata(i) jew tal-viża jew viżi li l-validità tagħha jew tagħhom tiġi estiża.
Minbarra l-konsultazzjoni li ssir skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti biex twettaq il-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandha tivverifika l-identità tal-persuna mal-VIS jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tindika li d-data dwar il-persuna tkun reġistrata fil-VIS u tkun sodisfatta waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-identità tal-persuna ma tkunx tista’ tiġi vverifikata mal-EES f’konformità mal-Artikolu 23(2) u tar-Regolament (UE) 2017/2226 peress illi:
id-detentur ta’ viża ma jkunx għadu ġie rreġistrat fl-EES;
l-identità tiġi vverifikata, fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera kkonċernat, bl-użu ta’ marki tas-swaba’ skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226;
ikun hemm dubji dwar l-identità tad-detentur ta’ viża;
ikun hemm xi raġuni oħra;
l-identità tal-persuna tista’ tiġi vverifikata mal-EES iżda japplika l-Artikolu 23(5) tar-Regolament (UE) 2017/2226
L-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu l-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandhom jivverifikaw il-marki tas-swaba’ tad-detentur ta’ viża mal-marki tas-swaba’ rreġistrati fil-VIS. Għal detenturi ta’ viża li l-marki tas-swaba’ tagħhom ma jistgħux jintużaw, it-tfittxija msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir biss bid-data alfanumerika prevista fil-paragrafu 1.
Artikolu 18a
Data tal-VIS miksuba biex jinħoloq jew jiġi aġġornat rekord ta’ dħul/ħruġ jew rekord ta’ ċaħda tad-dħul ta’ detentur ta’ viża fl-EES
Unikament għall-fini tal-ħolqien jew l-aġġornament ta’ rekord ta’ dħul/ħruġ jew tar-rekord ta’ ċaħda tad-dħul ta’ detentur ta’ viża fl-EES skont l-Artikolu 14(2) u l-Artikoli 16 u 18 tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-awtorità kompetenti għat-twettiq ta’ verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandha tingħata aċċess biex tikseb mill-VIS u timporta fl-EES id-data maħżuna fil-VIS u elenkata fil-punti (c) sa (f) tal-Artikolu 16(2) ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 18b
Interoperabbiltà mal-ETIAS
Għall-fini tal-proċediment għall-verifiki msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tuża l-ESP biex tqabbel id-data maħżuna fl-ETIAS mad-data maħżuna fil-VIS, f’konformità mal-Artikolu 11(8) ta’ dak ir-Regolament, bl-użu tad-data fit-tabella ta’ korrispondenza stabbilita fl-Anness II għal dan ir-Regolament.
Artikolu 18c
Aċċess għad-data tal-VIS mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS
Artikolu 18d
L-użu tal-VIS għall-ipproċessar manwali tal-applikazzjonijiet mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS
Artikolu 19
Aċċess għad-data għall-verifika fit-territorju ta' l-Istati Membri
Għall-uniku fini li tiġi vverifikata l-identità ►C2 tad-detentur ◄ tal-viża u/jew l-awtentiċità tal-viża u/jew jekk humiex sodisfatti l-kundizzjonijiet għad-dħul fi, ►C2 is-soġġorn ◄ jew ir-residenza fit-territorju ta' l-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq ta' verifiki fit-territorji ta' l-Istati Membri rigward jekk humiex sodisfatti l-kundizzjonijiet għad-dħul fi, ►C2 is-soġġorn ◄ jew ir-residenza fit-territorji ta' l-Istati Membri, għandu jkollhom aċċess sabiex ifittxu bin-numru ►C2 tal-isticker tal-viża ◄ flimkien mal-verifika tal-marki tas-swaba' ►C2 tad-detentur ◄ tal-viża, jew in-numru ►C2 tal-isticker tal-viża ◄ .
Għal ►C2 detenturi ◄ tal-viża li l-marki tas-swaba' tagħhom ma jistgħux jintużaw, it-tfittxija għandha ssir biss bin-numru ►C2 tal-isticker tal-viża. ◄
Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 tindika li d-data dwar ►C2 id-detentur ◄ tal-viża hija rreġistrata fil-VIS, l-awtorità kompetenti għandha tingħata l-aċċess sabiex tikkonsulta d-data li ġejja tal-fajl ta' l-applikazzjoni kif ukoll ta' ►C2 fajls ta’ applikazzjoni llinkjati ◄ skond l-Artikolu 8(4), unikament għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1:
l-informazzjoni dwar status u d-data meħuda mill-formola ta' l-applikazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 9(2) u (4);
ritratti;
id-data mdaħħla rigward il-viża(i) maħruġa, annullata, irrevokata jew li l-validità tagħha hija estiża ►M1 ————— ◄ imsemmija fl-Artikoli 10, 13 u 14.
Artikolu 19a
Użu tal-VIS qabel jinħolqu fl-EES il-fajls individwali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi
Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-verifika mwettqa skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jindikaw li d-data dwar il-persuna tkun reġistrata fil-VIS, l-awtorità kompetenti biex twettaq il-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandha tingħata l-aċċess biex tikkonsulta d-data li ġejja misjuba fil-fajl ta’ applikazzjoni kkonċernat kif ukoll fil-fajl jew fajls ta’ applikazzjoni ►C2 fajls ta’ applikazzjoni llinkjati ◄ skont l-Artikolu 8(4), unikament għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:
l-informazzjoni dwar l-istatus u d-data meħuda mill-formola tal-applikazzjoni, ►C1 imsemmija fil-punti (2) u (4) tal-Artikolu 9; ◄
ritratti;
id-data msemmija fl-Artikolu 10, 13 u 14 u mdaħħla fir-rigward tal-viża jew viżi maħruġa, annullati jew revokati jew tal-viża jew viżi li l-validità tagħhom tiġi estiża.
Artikolu 20
Aċċess għal data għall-identifikazzjoni
Unikament għall-finijiet tal-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe persuna li setgħet ġiet reġistrata qabel fil-VIS jew li jista’ jkun li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet għad-dħul, jew is-soġġorn jew ir-residenza fit-territorju tal-Istati Membri, jew ma għadhiex tissodisfahom, l-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu l-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES jew fit-territorju tal-Istati Membri dwar jekk il-kondizzjonijiet għad-dħul, jew is-soġġorn jew ir-residenza fit-territorju tal-Istati Membri jkunux sodisfatti, għandu jkollhom aċċess għat-tfittxija fil-VIS bil-marki tas-swaba’ ta’ dik il-persuna.
Fejn il-marki tas-swaba' ta' dik il-persuna ma jistgħux jintużaw jew it-tfittxija bil-marki tas-swaba' tfalli, it-tfittxija għandha titwettaq bid-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) u/jew (ċ). It-tfittxija tista' ssir flimkien mad-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(b).
Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 tindika li d-data dwar l-applikant hija rrekordjata fil-VIS, l-awtorità kompetenti għandha tingħata l-aċċess sabiex tikkonsulta d-data li ġejja tal-fajl ta' l-applikazzjoni u l-fajl(s) ta' l-applikazzjoni relatata(i), skond l-Artikolu 8(3) u (4), unikament għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1:
in-numru ta' l-applikazzjoni, l-informazzjoni dwar l-istatus u l-awtorità li quddiemha tressqet l-applikazzjoni;
id-data meħuda mill-formola ta' l-applikazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 9(4);
ritratti;
id-data imdaħħla rigward kwalunkwe viża maħruġa, rrifjutata, annullata, irrevokata jew li l-validità tagħha hija estiża, ►M1 ————— ◄ jew rigward applikazzjonijiet fejn l-eżami tagħhom twaqqaf, imsemmija fl-Artikoli 10 sa 14.
Artikolu 21
Aċċess għal data sabiex tiġi stabbilita r-responsabilità għall-applikazzjonijiet għall-ażil
Għall-uniku fini li jiġi stabbilit liema Stat Membru huwa responsabbli li jeżamina applikazzjoni għall-ażil skond l-Artikoli 9 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 343/2003, l-awtoritajiet kompetenti għall-ażil għandu jkollhom aċċess biex ifittxu bil-marki tas-swaba' tal-persuna li qed titlob l-ażil.
Fejn il-marki tas-swaba' ta' din il-persuna ma jistgħux jintużaw jew it-tfittxija bil-marki tas-swaba' tfalli, it-tfittxija għandha titwettaq bid-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) u/jew (ċ). Din it-tfittxija tista' ssir flimkien mad-data msemmija fl-Artikolu 9(4)b.
Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 tindika li viża maħruġa b'data ta' skadenza ta' mhux aktar minn sitt xhur qabel id-data ta' l-applikazzjoni għall-ażil, u/jew viża estiża sa data ta' skadenza ta' mhux aktar minn sitt xhur qabel id-data ta' l-applikazzjoni għall-ażil, hija rreġistrata fil-VIS, l-awtorità kompetenti dwar l-ażil għandha tingħata l-aċċess sabiex tikkonsulta d-data li ġejja tal-fajl ta' l-applikazzjoni, u fir-rigward tad-data elenkata fil-punt (g) tal-mara jew tar-raġel u tat-tfal ta' min ikun qed japplika, skond l-Artikolu 8(4), għall-unika fini msemmija fil-paragrafu 1:
in-numru ta' l-applikazzjoni u l-awtorità li ħarġet jew estendiet il-viża, u jekk l-awtorità ħarġithiex f'isem Stat Membru ieħor;
id-data meħuda mill-formola ta' l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) u (b);
it-tip ta' viża;
il-perjodu ta' validità tal-viża;
it-tul maħsub ►C2 tas-soġġorn ◄ fil-pajjiż;
ritratti;
id-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) u (b) tal-fajl(s) ta' applikazzjoni dwar il-mara jew ir-raġel u t-tfal ta' min ikun qed japplika.
Artikolu 22
Aċċess għal data għall-eżami ta' l-applikazzjoni għall-ażil
Għall-uniku fini li tiġi eżaminata applikazzjoni għall-ażil, l-awtoritajiet kompetenti għall-ażil għandu jkollhom l-aċċess, skond l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 343/2003 biex jagħmlu tfittxija permezz tal-marki tas-swaba' tal-persuna li qed titlob l-ażil.
Fejn il-marki tas-swaba' ta' din il-persuna ma jistgħux jintużaw jew it-tfittxija bil-marki tas-swaba' tfalli, it-tfittxija għandha titwettaq bid-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) u/jew (ċ). Din it-tfittxija tista' ssir flimkien mad-data msemmija fl-Artikolu 9(4)b.
Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-punt 1 tindika li viża maħruġa hija rrekordjata fil-VIS, l-awtorità kompetenti għall-ażil għandha jkollha l-aċċess sabiex tikkonsulta d-data li ġejja tal-fajl ta' l-applikazzjoni u l-fajl(s) ta' applikazzjoni konnessi ta' l-applikant skond l-Artikolu 8(3), u, fir-rigward tad-data elenkata fil-punt (e), tal-mara jew tar-raġel u t-tfal ta' min ikun qed japplika skond l-Artikolu 8(4), għall-unika fini msemmija fil-paragrafu 1:
in-numru ta' l-applikazzjoni;
id-data meħuda mill-formola ta' l-applikazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 9(4) (a), (b) u (c);
ritratti;
id-data mdaħħla fir-rigward ta' kwalunkwe viża maħruġa, annullata, irrevokata jew li l-validità tagħha hija estiża ►M1 ————— ◄ imsemmija fl-Artikoli 10, 13 u 14;
id-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) u (b) tal-fajl(s) ta' applikazzjoni konnessi dwar il-mara jew ir-raġel u t-tfal ta' min qed japplika.
KAPITOLU IIIa
DĦUL U UŻU TA’ data DWAR VIŻI GĦAL SOĠĠORN TWIL U PERMESSI TA’ RESIDENZA
Artikolu 22b
Konsultazzjonijiet tas-sistemi ta’ informazzjoni u l-bażijiet ta’ data
KAPITOLU IV
ŻAMMA U EMENDAR TAD-DATA
Artikolu 23
Perjodu ta' żamma għall-ħżin tad-data
Kull fajl ta' applikazzjoni għandu jinħażen fil-VIS għal massimu ta' ħames snin, mingħajr ħsara għat-tħassir imsemmi fl-Artikoli 24 u 25 u għaż-żamma ta' rekords imsemmija fl-Artikolu 34.
Dak il-perjodu għandu jibda:
ma' l-iskadenza tal-viża, jekk ġiet maħruġa viża;
ma' l-iskadenza l-ġdida tal-viża, jekk viża ġiet estiża;
fid-data tal-ħolqien tal-fajl ta' applikazzjoni fil-VIS, jekk l-applikazzjoni ġiet irtirata, ġiet magħluqa jew ma tkomplietx;
fid-data tad-deċiżjoni ta' l-awtorità tal-viża jekk viża ġiet irrifjutata, ġiet annullata, ►M1 ————— ◄ jew irrevokata.
Artikolu 24
Emendar tad-data
Artikolu 25
Tħassir tad-data bil-quddiem
KAPITOLU V
OPERAZZJONI U RESPONSABILITAJIET
Artikolu 26
It-tmexxija operattiva
L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tkun responsabbli wkoll għall-kompiti li se jissemmew hawn taħt relatati ma' l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni bejn il-VIS Ċentrali u l-“Interfaces” Nazzjonali:
superviżjoni;
sigurtà;
il-koordinazzjoni ta' relazzjonijiet bejn l-Istati Membru u l-fornitur.
Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-kompiti l-oħra kollha relatati ma' l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni bejn il-VIS Ċentrali u l-“Interfaces” Nazzjonali, b'mod partikulari:
kompiti relatati ma' l-implimentazzjoni tal-baġit;
akkwist u tiġdid;
kwistjonijiet kuntrattwali.
Kull korp nazzjonali tas-settur pubbliku msemmi fil-paragrafu 4, għandu jissodisfa l-kriterji ta' għażla li ġejjin:
għandu juri li għandu esperjenza estensiva fit-tħaddim ta' sistema ta' informazzjoni ta' skala kbira;
għandu jkollu kompetenza konsiderevoli fil-ħtiġijiet ta' servizzi u sigurtà ta' sistema ta' informazzjoni ta' skala kbira;
għandu jkollu ►C2 persunal ◄ biżżejjed u bl-esperjenza fil-kompetenza professjonali u bil-ħiliet lingwistiċi xierqa biex jaħdmu f'ambjent ta' koperazzjoni internazzjonali bħal dak meħtieġ mill-VIS;
għandu jkollu infrastruttura ta' faċilità sikura u mibnija apposta, li b'mod partikulari tkun kapaċi tappoġġja u tiggarantixxi l-funzjonament kontinwu ta' sistemi ta' l-IT ta' skala kbira; kif ukoll
l-ambjent amministrattiv tiegħu għandu jippermettilu li jimplimenta l-kompiti tiegħu tajjeb u li jevita kull konflitt ta' interess.
Artikolu 27
Il-post tas-Sistema Ċentrali ta' Informazzjoni dwar il-Viża
Il-VIS Ċentrali prinċipali, li twettaq funzjonijiet ta' superviżjoni u amministrazzjoni teknika, għandha tkun ippustjata fi Strasburgu (Franza) u l-VIS Ċentrali ta' riżerva (backup), kapaċi li tiżgura l-funzjonalitajiet kollha tal-VIS Ċentrali prinċipali f'każ ta' ħsara fis-sistema, għandha tkun ippustjata f'Sankt Johann im Pongau (l-Awstrija).
Artikolu 28
Konnessjoni mas-Sistemi Nazzjonali
Kull Stat Membru huwa responsabbli għal:
l-iżvilupp tas-Sistema Nazzjonali u/jew l-adattament tagħha għall-VIS skond l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni 2004/512/KE;
l-organizzazzjoni, it-tmexxija, l-operazzjoni u l-manutenzjoni tas-Sistema Nazzjonali tiegħu;
it-tmexxija u l-arranġamenti għall-aċċess ta' l-impjegati debitament awtorizzati ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-VIS skond dan ir-Regolament u li jistabbilixxi u jaġġorna regolarment lista ta' dawn il-membri ►C2 tal-persunal ◄ u tal-profili tagħhom;
biex jassorbi l-ispejjeż li jiffaċċjaw is-Sistemi Nazzjonali u l-ispejjeż għall-konnessjoni tagħhom ma' l-“Interface” Nazzjonali, inkluż l-ispejjeż ta' l-investiment u dawk operattivi għall-infrastruttura tal-komunikazzjoni bejn l-“Interface” Nazzjonali u s-Sistema Nazzjonali.
Artikolu 29
Responsabilità għall-użu tad-data
Kull Stat Membru għandu jiżgura li d-data hija pproċessata b'mod legali, u b'mod partikulari jiżgura li ►C2 persunal ◄ debitament awtorizzat biss ikollu aċċess għal data pproċessata fil-VIS għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skond dan ir-Regolament. L-Istat Membru responsabbli għandu jiżgura b'mod partikulari li:
id-data hija miġbura b'mod legali;
id-data hija trasmessa b'mod legali lill-VIS;
id-data hija preċiża u aġġornata meta hija trasmessa lill-VIS.
L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tiżgura li l-VIS hija mħaddma skond dan ir-Regolament u r-regoli tagħha ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 45(2). B'mod partikulari, l-Awtorità tal-Ġestjoni għandha:
tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura s-sigurtà tal-VIS Ċentrali u ta' l-infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-il-VIS Ċentrali u l-“Interfaces” Nazzjonali, mingħajr ħsara għar-responsabilitajiet ta' kull Stat Membru;
tiżgura li impjegati debitament awtorizzati biss ikollhom aċċess għal data pproċessata fil-VIS għat-twettiq tal-kompiti ta' l-Awtorità tal-Ġestjoni skond dan ir-Regolament.
Artikolu 29a
Regoli speċifiċi biex tiddaħħal id-data
Artikolu 30
Iż-Żamma tad-data tal-VIS fil-fajls nazzjonali
Artikolu 31
Il-Komunikazzjoni ta' data lil pajjiżi terzi jew lill-organizzazzjonijiet internazzjonali
B'deroga mill-paragrafu 1, id-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a), (b), (c), (k) u (m) tista' tiġi trasferita jew tista' ssir disponibbli għal pajjiż terz jew għal organizzazzjoni internazzjonali elenkati fl-Anness jekk dan ikun neċessarju f'każijiet individwali bl-iskop li tkun pruvata l-identità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, inkluż għal skopijiet ta' ritorn, biss jekk ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni dwar il-protezzjoni xierqa tad-data personali f'dak il-pajjiż terz skond l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46/KE, jew hemm fis-seħħ ftehima ta' ammissjoni mill-ġdid bejn il-Komunità u dak il-pajjiż terz, jew japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 26(1)(d) tad-Direttiva 95/46/KE;
il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali jaqblu li jużaw id-data biss għall-għan li għaliha ingħatat;
li d-data tiġi trasferita jew tkun disponibbli skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi Komunitarja, partikularment ftehimiet ta' ammissjoni mill-ġdid, u l-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru fejn qed tiġi trasferita jew fejn qed tkun disponibbli, inklużi d-dispożizzjonijiet legali rilevanti rigward is-sigurtà tad-data u l-protezzjoni tad-data; kif ukoll
l-Istat(i) Membru(i) li daħħal id-data fil-VIS ta l-kunsens tiegħu.
Artikolu 32
Sigurtà tad-data
Kull Stat Membru għandu, b'rabta mas-Sistema Nazzjonali tiegħu, jadotta l-miżuri neċessarji, inkluż pjan ta' sigurtà, sabiex ikun jista':
jipproteġi b'mod fiżiku d-data, anke billi joħloq pjanijiet ta' kontinġenza għall-ħarsien ta' infrastruttura kritika;
iwaqqaf persuni mhux awtorizzati milli jkollhom aċċess għal impjanti nazzjonali fejn l-Istat Membru jwettaq operazzjonijiet skond il-għanijiet tal-VIS (sorveljanza fid-dħul għall-impjant);
iwaqqaf il-qari, l-ikkuppjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta' media tad-data (kontroll tad-data tal-media);
iwaqqaf l-input mhux awtorizzat ta’ data u l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta’ data personali maħżuna (kontroll taż-żamma);
iwaqqaf l-ipproċessar mhux awtorizzat ta' data fil-VIS u kwalunkwe modifika jew tħassir mhux awtorizzat ta' data pproċessata fil-VIS (kontroll ta' dħul tad-data);
jiżgura li persuni awtorizzati biex ikollhom aċċess għall-VIS ikollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni ta' l-aċċess tagħhom, permezz ta' identitajiet ta' l-utenti individwali u uniċi u permezz ta' modi għal aċċess kunfidenzjali biss (kontroll ta' aċċess għad-data);
jiżgura li l-awtoritajiet kollha bid-dritt ta' l-aċċess għall-VIS joħolqu profili li jiddeskrivu l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-persuni li huma awtorizzati li jkollhom aċċess għad-data u li jidħlu, jaġġornaw, iħassru u jagħmlu tfittix fid-data u jippermettu li dawn il-profili tagħhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet superviżorji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41 mingħajr dewmien fuq talba tagħhom (profili tal-persunal);
jiżgura li huwa possibbli li jiġi verifikat u stabbilit lil-liema korpi tista' tiġi trażmessa data personali permezz ta' l-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data (kontroll tal-komunikazzjoni);
jiżgura li huwa possibbli li jkun verifikat u stabbilit liema data ġiet ipproċessata fil-VIS, meta, minn min u għal liema għan (kontroll ta' rekordjar tad-data);
iwaqqaf il-qari, l-ikkuppjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta’ data personali matul it-trażmissjoni ta’ data personali lejn jew mill-VIS jew matul it-trasport ta’ mezzi tad-data, b’mod partikolari permezz ta’ tekniki xierqa ta’ kriptaġġ (kontroll tat-trasport);
jissorvelja l-effettività tal-miżuri ta' sigurtà msemmija f'dan il-paragrafu u jieħu l-miżuri organizzattivi meħtieġa relatati mas-sorveljanza interna sabiex jiżgura konformità ma' dan ir-Regolament (awtoverifika).
Artikolu 33
Responsabbiltà
Artikolu 34
Żamma ta' rekords
Kull Stat Membru u l-Awtorità tal-Ġestjoni għandhom iżommu rekords tal-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar ta’ data fil-VIS. Dawk ir-rekords għandhom jindikaw:
l-finijiet tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 6(1) u fl-Artikoli 15 sa 22;
id-data u l-ħin;
it-tip ta’ data mibgħuta kif imsemmi fl-Artikoli 9 sa 14;
it-tip ta’ data użata għall-interrogazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 15(2), l-Artikolu 17 u l-Artikoli 18(1) u (6), 19(1), 19a(2) u (4), 20(1), 21(1) u 22(1); u
l-isem tal-awtorità li tkun qed iddaħħal jew jikseb id-data.
Minbarra dan, kull Stat Membru għandu jżomm rekords tal-persunal debitament awtorizzat li jdaħħal jew jikseb id-data.
Artikolu 34a
Iż-żamma ta’ reġistrazzjonijiet għall-finijiet tal-interoperabbiltà mal-ETIAS
Ir-reġistrazzjonijiet ta’ kull operazzjoni ta’ pproċessar ta’ data mwettqa fi ħdan il-VIS u l-ETIAS skont l-Artikolu 20, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6), u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240 għandha tinżamm skont l-Artikolu 34 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) 2018/1240.
Artikolu 35
Awto-monitoraġġ
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull awtorità intitolata għall-aċċess ta’ data tal-VIS tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura konformità ma’ dan ir-Regolament u tikkopera, fejn meħtieġ, mal-Awtorità Superviżorja Nazzjonali.
Artikolu 36
Sanzjonijiet
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li kwalunkwe użu ħażin tad-data mdaħħla fil-VIS ikun ikkastigat permezz ta' sanzjonijiet, inklużi sanzjonijiet amministrattivi u/jew kriminali, skond il-liġi nazzjonali, li huma effettivi, proporzjonati u disważivi.
KAPITOLU VI
DRITTIJIET U SORVELJANZA TAL-PROTEZZJONI TAD-DATA
Artikolu 37
Dritt ta' informazzjoni
L-applikanti u l-persuni msemmija fl-Artikolu 9(4)(f) għandhom ikunu infurmati mill-Istat Membru responsabbli dwar dan li ġej:
l-identità tal-kontrollur imsemmi fl-Artikolu 41(4), inklużi d-dettalji ta' kuntatt tiegħu;
il-fini li għalihom id-data ser tkun ipproċessata fil-VIS;
il-kategoriji ta' min ser jirċievi d-data, inklużi l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 3;
il-perjodu taż-żamma tad-data;
il-ġbir tad-data huwa mandatorju għall-eżami ta' l-applikazzjoni;
l-eżistenza tad-dritt ta' aċċess għal data relatata magħhom, u d-dritt li jintalab li data mhux eżatta relatata magħhom tkun korretta jew li titħassar data marbuta magħhom proċessata illegalment, inkluż id-dritt li tinkiseb informazzjoni dwar il-proċeduri għall-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet u d-dettalji għall-kuntatt ta' l-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Sorveljanza msemmijin fl-Artikolu 41(1), li għandhom jisimgħu talbiet dwar il-protezzjoni ta' data personali.
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tingħata lill-persuni msemmija fl-Artikolu 9(4)(f) fil-formoli li jridu jiġu ffirmati minn dawk il-persuni li jagħtu evidenza ta' stedina, sponsorship u akkomodazzjoni.
Fejn m'hemmx tali formola ffirmata minn dawk il-persuni, din l-informazzjoni għandha tiġi provduta skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 95/46/KE.
Artikolu 38
Dritt ta' aċċess, korrezzjoni u tħassir
Artikolu 39
Kooperazzjoni sabiex tiżgura d-drittijiet fuq ħarsien tad-data
Artikolu 40
Rimedji
Artikolu 41
Superviżjoni mill-Awtorità Nazzjonali ta' Superviżjoni
Artikolu 42
Superviżjoni mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
Artikolu 43
Koperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Superviżjoni u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
Artikolu 44
Protezzjoni ta' data waqt il-perjodu tranżitorju
Fejn il-Kummissjoni tiddelega r-responsabilitajiet tagħha waqt il-perjodu tranżitorju lil entità jew entitajiet oħra, skond l-Artikolu 26(4) ta' dan ir-Regolament, hija għandha tiżgura li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jkollu d-dritt u jkun kapaċi jeżerċita bis-sħiħ id-dmirijiet tiegħu, inkluż it-twettiq ta' verifiki fuq il-post, u jeżerċita kwalunkwe setgħa oħra mogħtija lilu permezz ta' l-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 45
Implimentazzjoni mill-Kummissjoni
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-iżvilupp tas-Sistema Ċentrali tal-VIS, l-NUIs f’kull Stat Membru u l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS u l-NUIs dwar dan li ġej:
id-disinn tal-arkitettura fiżika tas-Sistema Ċentrali tal-VIS inkluż in-network ta’ komunikazzjoni tagħha;
aspetti tekniċi li għandhom effett fuq il-protezzjoni ta’ data personali;
aspetti tekniċi li għandhom implikazzjonijiet finanzjarji serji għall-baġits tal-Istati Membri jew li għandhom implikazzjonijiet tekniċi serji għas-sistemi nazzjonali;
l-iżvilupp ta’ rekwiżiti tas-sigurtà, inkluż aspetti bijometriċi.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-miżuri neċċessarji għall-implimentazzjoni teknika tal-funzjonalitajiet tas-Sistema Ċentrali tal-VIS, b’mod partikolari:
biex tiddaħħal id-data u jiġu konnessi l-applikazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 8, l-Artikoli 10 sa 14, l-Artikolu 22a u l-Artikoli 22c sa 22f;
biex tiġi aċċessata d-data f’konformità mal-Artikolu 15, l-Artikoli 18 sa 22, l-Artikoli 22g sa 22k, l-Artikoli 22n sa 22r u l-Artikoli 45e u 45f;
biex issir rettifika, tħassir u tħassir bil-quddiem tad-data f’konformità mal-Artikoli 23, 24 u 25;
biex jinżammu u jkun hemm aċċess għar-reġistrazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 34;
għall-mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni u għall-proċeduri msemmija fl-Artikolu 16;
biex tiġi aċċessata d-data għall-finijiet ta’ rappurtar u statistika f’konformità mal-Artikolu 45a.
Artikolu 45c
Aċċess għad-data għall-verifika mit-trasportaturi
Artikolu 45d
Proċeduri ta’ riżerva fil-każ ta’ impossibbiltà teknika li tiġi aċċessata d-data mit-trasportaturi
Artikolu 46
L-integrazzjoni tal-funzjonalitajiet tekniċi tan-Network ta' Konsultazzjoni ta' Schengen
Il-mekkaniżmu ta' konsultazzjoni msemmi fl-Artikolu 16 għandu jissostitwixxi n-Netwerk ta' Konsultazzjoni ta' Schengen mid-data stipulata bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 49(3) fejn dawk l-Istati Membri kollha li jużaw in-Network ta' Konsultazzjoni ta' Schengen fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament innotifikaw l-arranġamenti legali u tekniċi għall-użu tal-VIS bil-għan li jkun hemm konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali tal-viża dwar l-applikazzjonijiet tal-viża skond l-Artikolu 17(2) tal-Konvenzjoni ta' Schengen.
Artikolu 47
Bidu ta' trażmissjoni
Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni li huwa għamel l-arranġamenti tekniċi u legali meħtieġa biex jittrażmetti d-data msemmija fl-Artikolu 5(1) lill-VIS Ċentrali permezz ta' l-Interface Nazzjonali.
Artikolu 48
Bidu ta' l-operati
Il-Kummissjoni għandha tiddetermina d-data meta l-VIS għanda tibda topera, meta:
il-miżuri msemmija fl-Artikolu 45(2) ġew adottati;
il-Kummissjoni ħabbret it-tlestija b'suċċess ta' eżami komprensiv tal-VIS, li għandu jsir mill-Kummissjoni flimkien ma' l-Istati Membri;
wara l-validazzjoni ta' l-arranġamenti tekniċi, l-Istati Membri avżaw lill-Kummissjoni li għamlu l-arranġamenti tekniċi u legali kollha meħtieġa sabiex jiġbru u jitrażmettu d-data msemmija fl-Artikolu 5(1) lill-VIS għall-applikazzjonijiet kollha fl-ewwel reġjun iddeterminati skond il-paragrafu 4, inklużi l-arranġamenti għall-ġbir u/jew it-trażmissjoni tad-data f'isem Stat Membru ieħor.
Artikolu 48a
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 49
Proċedura ta’ kumitat
Artikolu 50
Sorveljanza u evalwazzjoni
Soluzzjoni teknika għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri sabiex jiġi ffaċilitat il-ġbir ta’ dik id-data skont il-Kapitolu IIIb għall-fini li tiġi ġġenerata l-istatistika msemmija f’dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-ispeċifikazzjonijiet tas-soluzzjoni teknika. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 49(2).
Artikolu 51
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri, skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
ANNESS
Lista ta' organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 31(2)
1. Organizzazzjonijiet tan-NU (bħall-UNHCR);
2. Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM);
3. Il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar.
ANNESS II
Tabella ta’ korrispondenza
Data kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240 mibgħuta mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS |
Id-data tal-VIS korrispondenti msemmija fl-Artikolu 9(4) ta’ dan ir-Regolament li magħha għandha titqabbel id-data fl-ETIAS |
il-kunjom (isem il-familja) |
il-kunjomijiet |
il-kunjom mat-twelid |
il-kunjom mat-twelid (isem/ismijiet il-familja ta’ qabel) |
l-isem/ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja)) |
l-isem/ismijiet |
id-data tat-twelid |
id-data tat-twelid |
il-post tat-twelid |
il-post tat-twelid |
il-pajjiż tat-twelid |
il-pajjiż tat-twelid |
is-sess |
is-sess |
in-nazzjonalità attwali |
in-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet attwali u n-nazzjonalità mat-twelid |
nazzjonalitajiet oħrajn (jekk hemm) |
in-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet attwali u n-nazzjonalità mat-twelid |
it-tip ta’ dokument tal-ivvjaġġar |
it-tip ta’ dokument tal-ivvjaġġar |
in-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar |
in-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar |
il-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar |
il-pajjiż li ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar. |
( 1 ) Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226,(UE) 2018/1240,(UE) 2018/1726, (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27).
( 2 ) Ara paġna 129, ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
( 3 ) ĠU L 243, 15.4.2009, p. 1
( 4 ) ĠU L 64, 7.3.2003, p. 1.
( 5 ) ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1932/2006 (ĠU L 405, 30.12.2006, p. 23).
( 6 ) ĠU L 53, 23.2.2002, p. 4.
( 7 ) Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE.” (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).
( 8 ) Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda l-konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017. p. 20).
( 9 ) Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).
( 10 ) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
( 11 ) ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 337/2007 (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 1).
( 12 ) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).