EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02006L0043-20230105

Consolidated text: Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (Test b'relevanza għaż–ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/43/2023-01-05

02006L0043 — MT — 05.01.2023 — 004.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DIRETTIVA 2006/43/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' Mejju 2006

dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE

(Test b'relevanza għaż–ŻEE)

(ĠU L 157 9.6.2006, p. 87)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA 2008/30/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta’ Marzu 2008

  L 81

53

20.3.2008

 M2

DIRETTIVA 2013/34/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta' Ġunju 2013

  L 182

19

29.6.2013

►M3

DIRETTIVA 2014/56/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta' April 2014

  L 158

196

27.5.2014

►M4

DIRETTIVA (UE) 2022/2464 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta’ Diċembru 2022

  L 322

15

16.12.2022




▼B

DIRETTIVA 2006/43/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' Mejju 2006

dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE

(Test b'relevanza għaż–ŻEE)



KAPITOLU I

'SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

▼M4

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar il-verifika statutorja tal-kontijiet annwali u kkonsolidati u dwar l-aċċertament tar-rapportar annwali u kkonsolidat dwar is-sostenibbiltà.

▼B

Artikolu 2

'Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

▼M3

1) 

“awditu statutorju” tfisser awditjar ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati sa fejn dan ikun:

(a) 

meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni;

(b) 

meħtieġ liġi nazzjonali fir-rigward tal-impriżi żgħar;

(c) 

imwettaq volontarjament fuq it-talba ta' impriżi żgħar li jissodisfaw rekwiżiti legali nazzjonali li jkunu ekwivalenti għal dawk għall-awditjar taħt il-punt (b), fejn il-leġislazzjoni nazzjonali tiddefinixxi tali awditi bħala awditi statutorji;

▼M4

2) 

“awditur statutorju” tfisser persuna fiżika approvata f’konformità ma’ din id-Direttiva mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru sabiex twettaq verifiki statutorji u, fejn applikabbli, l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà;

3) 

“ditta tal-awditjar” tfisser persuna ġuridika jew kwalunkwe entità oħra, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħha, li tkun approvata f’konformità ma’ din id-Direttiva mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru sabiex twettaq verifiki statutorji u, fejn applikabbli, l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà;

4) 

“entità ta’ awditjar ta’ pajjiż terz” tfisser entità, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħha, li twettaq awditi tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew kkonsolidati, jew, fejn applikabbli, l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ta’ kumpanija inkorporata f’pajjiż terz, għajr entità li hija rreġistrata bħala ditta tal-awditjar fi kwalunkwe Stat Membru bħala konsegwenza tal-approvazzjoni f’konformità mal-Artikolu 3;

5) 

“awditur ta’ pajjiż terz” tfisser persuna fiżika li twettaq awditi tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew kkonsolidati jew, fejn applikabbli, l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ta’ kumpanija inkorporata f’pajjiż terz, għajr persuna li tkun irreġistrata bħala awditur statutorju fi kwalunkwe Stat Membru bħala konsegwenza tal-approvazzjoni f’konformità mal-Artikoli 3 u 44;

6) 

“awditur tal-grupp” tfisser l-awditur(i) statutorju/i jew il-kumpanija/i tal-verifika li jwettqu l-awditu statutorju tal-kontijiet ikkonsolidati jew, fejn applikabbli, l-aċċertament tar-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà;

▼B

7) 

network” tfisser l-istruttura akbar:

— 
li tkun immirata lejn il-koperazzjoni u li għaliha jappartjenu awditur statutorju jew kumpannija tal-verifika; u
— 
li tkun immirata b'mod ċar lejn il-qsim ta' profitti jew ta' spejjeż jew ikollha drittijiet ta' proprjetà, kontroll jew ġestjoni komuni, politika u proċeduri komuni ta' kontroll ta' kwalità, strateġija kummerċjali komuni, l-użu ta' marka kummerċjali komuni, jew parti sinifikattiva tar-riżorsi professjonali;
8) 

“affiljat ta' kumpannija tal-verifika” tfisser kwalunkwe intrapriża, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħha, li tkun konnessa ma' kumpannija tal-verifika permezz ta' drittijiet tal-proprjetà, kontroll jew ġestjoni komuni;

9) 

“rapport ta' verifika tal-kontijiet” tfisser ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 51(a) tad-Direttiva 78/660/KEE u fl-Artikolu 37 tad-Direttiva 83/349/KEE maħruġ mill-awditur statutorju jew mill-kumpannija tal-verifika;

▼M3

10) 

“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet maħturin bil-liġi li huma responsabbli għar-regolamentazzjoni u/jew is-sorveljanza ta' awdituri statutorji u ditta tal-awditjar jew ta' aspetti speċifiċi ta' dawn; ir-referenza għal “awtorità kompetenti” fl-Artikolu speċifiku tfisser referenza għall-awtorità responsabbli għall-funzjonijiet imsemmijin f'dak l-Artikolu;

▼M3 —————

▼B

12) 

“standards internazzjonali ta' l-accounting” tfisser l-Istandards Internazzjonali ta' l-Accounting (IAS), l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) u l-Interpretazzjonijiet relatati (l-interpretazzjonijiet SIC-IFRIC), l-emendi sussegwenti lil dawk l-istandards u interpretazzjonijiet relatati, standards futuri u interpretazzjonijiet relatati maħruġa jew adottati mill-Bord ta' l-Istandards Internazzjonali ta' l-Accounting (IASB);

▼M3

13) 

“entitajiet ta' interess pubbliku” tfisser:

(a) 

entitajiet regolati mid-dritt ta' Stat Membru li t-titoli trasferibbli tagħhom huma ammessi għan-negozjar f'suq regolat ta' kwalunkwe Stat Membru fis-sens tal-punt 14 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE;

(b) 

istituzzjonijiet ta' kreditu kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 2 ta' dik id-Direttiva;

(c) 

impriżi tal-assigurazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 91/674/KEE; jew

(d) 

entitajiet maħturin mill-Istati Membri bħala entitajiet ta' interess pubbliku, bħal pereżempju impriżi li jkunu ta' rilevanza pubblika sinifikattiva minħabba n-natura tan-negozju tagħhom, id-daqs tagħhom jew in-numru ta' impjegati tagħhom;

▼B

14) 

“koperattiva” tfisser Soċjetà Koperattiva Ewropea kif definita fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 tat-22 ta' Lulju 2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Koperattiva Ewropea (SCE) ( 2 ), jew kwalunkwe koperattiva oħra li għaliha tkun meħtieġa verifika statutorja skond il-liġi Komunitarja, bħal istituzzjonijiet ta' kreditu kif definiti fil-punt 1 ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2000/12/KE u intrapriżi ta' l-assigurazzjoni fis-sens ta' l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 91/674/KEE;

▼M3

15) 

“persuna li ma tipprattikax il-professjoni” tfisser kull persuna fiżika li, waqt l-involviment tagħha fit-tmexxija tas-sistema ta' sorveljanza pubblika u matul il-perijodu tat-tliet snin immedjatament qabel dak l-involviment, ma tkunx wettqet awditi statutorji, ma kellha l-ebda drittijiet għal vot f'ditta tal-awditjar, ma kinitx membru tal-korp amministrattiv, ta' ġestjoni jew superviżorju ta' ditta tal-awditjar u ma kinitx impjegata minn ditta tal-awditjar jew b'xi mod assoċjata ma' ditta tal-awditjar;

▼B

16) 

“soċju jew soċji essenzjali fil-verifika” tfisser:

(a) 

l-awditur jew awdituri statutorji maħtura minn kumpannija tal-verifika għal kompitu partikolari ta' verifika bħala l-persuna jew persuni primarjament responsabbli sabiex iwettqu l-verifika statutorja f'isem il-kumpannija tal-verifika; jew

(b) 

fil-każ ta' verifika ta' grupp, almenu l-awditur jew awdituri statutorji maħtura minn kumpannija tal-verifika bħala l-persuna jew persuni primarjament responsabbli sabiex iwettqu l-verifika statutorja fil-livell ta' grupp u l-awditur jew awdituri statutorji maħtura bħala l-persuna jew persuni primarjament responsabbli fil-livell ta' sussidjarji materjali; jew

(ċ) 

l-awditur jew awdituri statutorji li ffirmaw ir-rapport tal-verifika;

▼M4

16a) 

“sieħeb/sħab ewlieni/ewlenin tas-sostenibbiltà” tfisser:

(a) 

l-awditur(i) statutorju/i maħtur(a) minn kumpanija tal-verifika għal inkarigu ta’ aċċertament partikolari tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà bħala primarjament responsabbli għat-twettiq tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà f’isem il-kumpanija tal-verifika; jew

(b) 

fil-każ tal-aċċertament tar-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà tal-anqas l-awditur(i) statutorju/i maħtur(a) minn kumpanija tal-awditjar bħala primarjament responsabbli għat-twettiq tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà fil-livell tal-grupp u l-awditur(i) statutorju/i maħtur(a) bħala primarjament responsabbli fil-livell ta’ sussidjarji materjali; jew

(c) 

l-awditur(i) statutorju/i li jiffirma(w) (i)r-rapport ta’ aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà msemmi fl-Artikolu 28a;

▼M3

17) 

“impriżi ta' daqs medju” tfisser l-impriżi msemmijin fl-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );

18) 

“impriżi żgħar” tfisser l-impriżi msemmijin fl-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2013/34/UE;

19) 

“Stat Membru domiċiljari” tfisser Stat Membru li fih awditur statutorju jew ditta tal-awditjar tkun approvata skont l-Artikolu 3(1);

20) 

“Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru li fih awditur statutorju approvat mill-Istat Membru domiċiljari tiegħu jew tagħha j/tipprova j/tikseb approvazzjoni wkoll skont l-Artikolu 14, jew Stat Membru li fih ditta tal-awditjar approvata mill-Istat Membru domiċiljari tagħha tfittex li tiġi reġistrata jew tkun reġistrata skont l-Artikolu 3a;

▼M4

21) 

“rapportar dwar is-sostenibbiltà” tfisser rapportar dwar is-sostenibbiltà kif definit fl-Artikolu 2(18) tad-Direttiva 2013/34/UE;

22) 

“aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà” tfisser it-twettiq ta proċeduri li jirriżultaw fl-opinjoni espressa mill-awditur statutorju jew mid-ditta tal-awditjar f’konformità mal-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) u l-Artikolu 34(2) tad-Direttiva 2013/34/UE;

23) 

“fornitur indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament’ tfisser korp ta’ valutazzjoni tal-konformità akkreditat f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 )għall-attività speċifika ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fil-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2013/34/UE.

▼B



KAPITOLU II

'APPROVAZZJONI, EDUKAZZJONI KONTINWA U RIKONOXXIMENT REĊIPROKU

Artikolu 3

'L-approvazzjoni ta' awdituri statutorji u ta' kumpanniji tal-verifika

1.  
Il-verifiki statutorji għandhom jiġu mwettqa biss minn awdituri statutorji jew minn kumpanniji tal-verifika li jkunu approvati mill-Istat Membru li jesiġi l-verifika statutorja.
2.  
►M3  Kull Stat Membru għandu jaħtar lill-awtorità kompetenti biex tkun responsabbli mill-approvazzjoni ta' awdituri statutorji u ditta tal-awditjar. ◄

▼M3 —————

▼B

3.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu japprovaw bħala awdituri statutorji biss persuni fiżiċi li jissodisfaw ta' l-anqas il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 4 u 6 sa 10.
4.  

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu japprovaw biss bħala kumpanniji tal-verifika lil dawk l-entitajiet li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-persuni fiżiċi li jwettqu l-verifiki statutorji f'isem kumpannija tal-verifika għandhom jissodisfaw ta' l-anqas il-kondizzjonijiet imposti mill-Artikoli 4 u 6 sa 12 u għandhom ikunu approvati bħala awdituri statutorji fl-Istat Membru konċernat;

▼M3

(b) 

il-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot f'entità għandha tkun f'idejn id-ditti tal-awditjar li jkunu approvati fi kwalunkwe Stat Membru jew f'idejn persuni fiżiċi li jissodisfaw tal-anqas il-kondizzjonijiet imposti mill-Artikoli 4 u 6 sa 12. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li persuni fiżiċi bħal dawn iridu jkunu ġew approvati wkoll fi Stat Membru ieħor. Għall-iskop tal-awditu statutorju ta' kooperattivi, banek ta' tfaddil u entitajiet simili kif imsemmijin fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 86/635/KEE, sussidjarja jew suċċessur legali ta' kooperattiva, bank ta' tfaddil jew entità simili kif imsemmijin fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 86/635/KEE l-Istati Membri jistgħu jistipulaw dispożizzjonijiet speċifiċi oħrajn f'rabta mad-drittijiet tal-vot;

▼B

(ċ) 

il-maġġoranza – sa massimu ta' 75 % – tal-membri tal-korp amministrattiv jew ta' ġestjoni ta' l-entità għandha tkun magħmula minn kumpanniji tal-verifika li jkunu approvati fi kwalunkwe Stat Membru jew minn persuni fiżiċi li jissodisfaw ta' l-anqas il-kondizzjonijiet imposti mill-Artikoli 4 u 6 sa 12. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li tali persuni fiżiċi għandhom ikunu approvati wkoll fi Stat Membru ieħor. Fejn tali korp ma jkollux aktar minn żewġ membri, wieħed minn dawn il-membri għandu jissodisfa ta' l-anqas il-kondizzjonijiet f'dan il-punt;

(d) 

il-kumpannija għandha tissodisfa l-kondizzjoni imposta mill-Artikolu 4.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet addizzjonali biss jekk marbuta mal-punt (ċ). Tali kondizzjonijiet għandhom ikunu proporzjanali ma' l-għanijiet mixtieqa u ma għandhomx jeċċedu dak li huwa strettament meħtieġ.

▼M3

Artikolu 3a

Rikonoxximent tad-ditti tal-awditjar

1.  
B' deroga mill-Artikolu 3(1), ditta tal-awditjar li hija approvata fi Stat Membru għandha tkun intitolata li twettaq awditi statutorji fi Stat Membru ieħor dment li s-sieħeb ewlieni ta' awditjar li jwettaq l-awditu statutorju f'isem id-ditta tal-awditjar jikkonforma mal-punt (a) tal-Artikolu 3(4) fl-Istat Membru ospitanti.
2.  
Ditta tal-awditjar li tixtieq twettaq awditi statutorji fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru domiċiljari tagħha għandha tirreġistra mal-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ospitanti skont l-Artikoli 15 u 17.
3.  
L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ospitanti għandha tirreġistra d-ditta tal-awditjar jekk tkun sodisfatta li d-ditta tal-awditjar tkun reġistrata mal-awtorità kompetenti fl-Istat Membru domiċiljari. Fejn l-Istat Membru ospitanti jkun biħsiebu joqgħod fuq ċertifikat li jafferma r-reġistrazzjoni tad-ditta tal-awditjar fl-Istat Membru domiċiljari, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ospitanti tista' titlob li ċ-ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru domiċiljari ma għandux ikun ilu aktar minn tliet xhur li nħareġ. L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ospitanti għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru domiċiljari dwar ir-reġistrazzjoni tad-ditta tal-awditjar.

▼B

Artikolu 4

'Reputazzjoni tajba

L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jagħtu l-approvazzjoni biss lil persuni fiżiċi jew lil kumpanniji ta' reputazzjoni tajba.

Artikolu 5

'L-irtirar ta' l-approvazzjoni

1.  
L-approvazzjoni ta' awditur statutorju jew ta' kumpannija tal-verifika tista' tiġi rtirata jekk ir-reputazzjoni ta' dik il-persuna jew kumpannija tkun ġiet serjament kompromessa. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodu raġonevoli ta' żmien li fih jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' reputazzjoni tajba.
2.  
L-approvazzjoni ta' kumpannija tal-verifika għandha tiġi rtirata jekk xi waħda mill-kondizzjonijiet imposti fl-Artikolu 3(4) punti (b) u (ċ) ma għadhiex sodisfatta aktar. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal perjodu raġonevoli ta' żmien sabiex dawk ir-rekwiżiti jiġu sodisfatti.

▼M3

3.  
Fejn l-approvazzjoni ta' awditur statutorju jew ta' ditta tal-awditjar tiġi rtirata għal kwalunkwe raġuni, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari fejn l-approvazzjoni tkun ġiet irtirata għandha tikkomunika dak il-fatt u r-raġunijiet għall-irtirar lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-Istati Membri ospitanti fejn l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar wkoll tkun reġistrata skont l-Artikolu 3a, il-punt (c) tal-Artikolu 16(1), u l-punt (i) tal-Artikolu 17(1).

▼M4

Artikolu 6

Kwalifiki edukattivi

1.  
Bla preġudizzju għall-Artikolu 11, persuna fiżika tista’ tiġi approvata sabiex twettaq verifika statutorja biss wara li tkun laħqet il-livell meħtieġ għad-dħul fl-Università jew livell ekwivalenti, tkun imbagħad kompliet kors ta’ tagħlim teoretiku, tkun għamlet taħriġ prattiku u għaddiet minn eżami ta’ kompetenza professjonali fil-livell ta’ l-eżamijiet finali ta’ l-Università jew livell ekwivalenti, organizzat jew rikonoxxut mill-Istat Membru konċernat.
2.  
Persuna fiżika tista’, minbarra l-approvazzjoni biex twettaq awditi statutorji previsti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tiġi approvata biex twettaq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti speċifiċi addizzjonali tal-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(3), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 14(2) ta’ din id-Direttiva.
3.  
L-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 32 għandhom jikkooperaw ma’ xulxin bl-għan li tinkiseb konverġenza tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu. Meta jimpenjaw ruħhom f’tali kooperazzjoni, dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu żviluppi fil-verifika u fil-professjoni tal-verifika, u, b’mod partikolari, il-konverġenza li tkun diġà ntlaħqet mill-professjoni. Għandhom jikkooperaw mal-Kumitat ta’ Korpi Ewropej għas-Sorveljanza tal-Awditjar (CEAOB) u mal-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 sa fejn it-tali konverġenza tkun relatata mal-verifika statutorja u mal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku.

Artikolu 7

Eżami tal-kompetenza professjonali

1.  
L-eżami tal-kompetenza professjonali msemmi fl-Artikolu 6 għandu jiżgura l-livell meħtieġ ta’ konoxxenza teoretika tas-suġġetti relevanti għall-verifika statutorja tal-kontijiet u l-abbiltà fl-applikazzjoni ta’ din il-konoxxenza fil-prattika. Tal-anqas parti minn dak l-eżami għandha ssir bil-miktub.
2.  
Sabiex l-awditur statutorju jkun approvat ukoll biex iwettaq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, l-eżami tal-kompetenza professjonali msemmi fl-Artikolu 6 għandu jiżgura l-livell meħtieġ ta’ għarfien teoretiku tas-suġġetti rilevanti għall-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà u l-abbiltà ta’ applikazzjoni tat-tali għarfien fil-prattika. Tal-anqas parti minn dak l-eżami għandha ssir bil-miktub.

▼B

Artikolu 8

'Test tal-konoxxenza teoretika

1.  

It-test tal-konoxxenza teoretika inkluż fl-eżami għandu jkopri s-suġġetti li ġejjin b'mod partikolari:

(a) 

teorija u prinċipji ġenerali ta' l-accounting,

(b) 

rekwiżiti u standards legali li jirrigwardaw il-preparazzjoni tal-kontijiet annwali u konsolidati,

(ċ) 

standards internazzjonali ta' l-accounting,

(d) 

analiżi finanzjarja,

(e) 

accounting ta' l-ispejjeż u tal-ġestjoni,

(f) 

maniġġar tar-riskju u kontroll intern,

(g) 

il-verifika tal-kontijiet u kapaċitajiet professjonali,

(h) 

rekwiżiti legali u standards professjonali li jirrigwardaw il-verifika statutorja tal-kontijiet u l-awdituri statutorji,

▼M3

(i) 

standards internazzjonali ta' awditjar kif imsemmi fl-Artikolu 26;

▼B

(j) 

etika professjonali u indipendenza.

2.  

Għandu jkopri wkoll ta' l-anqas is-suġġetti li ġejjin sa fejn dawn ikunu relevanti għall-verifika:

(a) 

il-liġi tal-kumpanniji u t-tmexxija korporattiva,

(b) 

il-liġi tal-falliment u proċeduri simili,

(ċ) 

il-liġi fiskali,

(d) 

il-liġi ċivili u kummerċjali,

(e) 

il-liġi dwar is-sigurtà soċjali u l-liġi dwar l-impjiegi,

(f) 

l-informatika u s-sistemi tal-kompjuters,

(g) 

il-kummerċ, l-ekonomija ġenerali u finanzjarja,

(h) 

il-matematika u l-istatistika,

(i) 

il-prinċipjy bażiċi ta' l-amministrazzjoni finanzjarja ta' l-intrapriżi.

▼M3 —————

▼M4

3.  

Sabiex l-awditur statutorju jkun approvat ukoll biex iwettaq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, it-test tal-għarfien teoretiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkopri wkoll mill-inqas is-suġġetti li ġejjin:

(a) 

ir-rekwiżiti legali u l-istandards li jirrigwardaw il-preparazzjoni tar-rapportar annwali u kkonsolidat dwar is-sostenibbiltà;

(b) 

analiżi tas-sostenibbiltà;

(c) 

proċessi ta’ diliġenza dovuta fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà;

(d) 

rekwiżiti legali u standards ta’ aċċertament għar-rapportar dwar is-sostenibbiltà msemmija fl-Artikolu 26(a)

▼B

Artikolu 9

'Eżenzjonijiet

1.  
Bħala deroga mill-Artikoli 7 u 8, Stat Membru jista' jistipula li persuna li għaddiet minn eżami universitarju jew eżami ieħor ekwivalenti jew li jkollha lawrja universitarja jew kwalifika ekwivalenti f'wieħed jew aktar mis-suġġetti msemmija fl-Artikolu 8 tista' tiġi eżentata mit-test tal-konoxxenza teoretika fis-suġġetti koperti minn dak l-eżami jew minn dik il-lawrja.
2.  
B'deroga mill-Artikolu 7, Stat Membru jista' jipprovdi li d-detentur ta' lawrja universitarja jew ta' kwalifika ekwivalenti f'wieħed jew aktar mis-suġġetti msemmija fl-Artikolu 8 jistgħu jiġu eżentati mit-test ta' l-abbiltà li japplika fil-prattika l-konoxxenza teoretika tiegħu ta' tali suġġetti jekk huwa rċieva taħriġ prattiku f'dawk is-suġġetti li jkun attestat minn eżami jew diploma rikonoxxuti mill-Istat.

Artikolu 10

'Taħriġ prattiku

▼M3

1.  
Sabiex tkun żgurata l-kapaċità li tapplika l-għarfien teoretiku fil-prattika, li test tiegħu jkun inkluż fl-eżami, il-persuna li titħarreġ għandha tlesti minimu ta' taħriġ prattiku ta' tliet snin fost l-oħrajn fl-awditjar ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati jew dikjarazzjonijiet finanzjarji simili. Tal-inqas żewġ terzi ta' tali taħriġ prattiku għandu jsir ma' awditur statutorju jew ma' ditta tal-awditjar approvata fi kwalunkwe Stat Membru.

▼M4

Sabiex l-awditur statutorju jew it-trainee jkun approvat ukoll biex iwettaq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, mill-inqas tmien xhur tat-taħriġ prattiku msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun fuq l-aċċertament tar-rapportar annwali u kkonsolidat dwar is-sostenibbiltà jew fuq servizzi oħra relatati mas-sostenibbiltà.

▼B

2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-taħriġ kollu jitwettaq ma' persuni li jipprovdu garanziji adegwati fir-rigward tal-kapaċità tagħhom li jipprovdu taħriġ prattiku.

Artikolu 11

'Kwalifika permezz ta' esperjenza prattika fit-tul

L-Istati Membri jistgħu japprovaw persuna li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 bħala awditur statutorju, jekk din tista' turi:

(a) 

li għal 15-il sena kienet involuta f'attivitajiet professjonali li tawha esperjenza suffiċjenti fl-oqsma tal-finanzi, tal-liġi u ta' l-accounting u li għaddiet mill-eżami ta' kompetenza professjonali imsemmi fl-Artikolu 7, jew

(b) 

li għal seba' snin kienet involuta f'attivitajiet professjonali f'dawk l-oqsma u li, barra minn hekk, kellha t-taħriġ prattiku msemmi fl-Artikolu 10 u għaddiet mill-eżami ta' kompetenza professjonli msemmi fl-Artikolu 7.

▼M4

Artikolu 12

Taħriġ prattiku flimkien ma’ istruzzjoni teoretika

1.  
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-perjodi ta’ istruzzjoni teoretika fis-suġġetti msemmija fl-Artikolu 8(1) u 2, għandhom jgħoddu għall-perjodi ta’ attività professjonali msemmija fl-Artikolu 11, dment li tali istruzzjoni tkun attestata minn eżami rikonoxxut mill-Istat Membru. Tali istruzzjoni ma għandhiex tkun ta’ anqas minn sena, u ma tistax tnaqqas il-perjodu tal-attività professjonali b’aktar minn erba’ snin.
2.  
Il-perjodu ta’ attività professjonali kif ukoll it-taħriġ prattiku ma għandhomx ikunu iqsar mill-kors ta’ tagħlim teoretiku flimkien mat-taħriġ prattiku meħtieġa skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1).

▼M3

Artikolu 13

Edukazzjoni kontinwa

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awdituri statutorji jintalbu jieħdu sehem fi programmi xierqa ta' edukazzjoni kontinwa sabiex iżommu fuq livell għoli biżżejjed l-għarfien teoretiku, il-ħiliet u l-valuri professjonali tagħhom, u li n-nuqqas ta' rispett għar-rekwiżiti tal-edukazzjoni kontinwa jkun soġġett għal sanzjonijiet xierqa kif previst fl-Artikolu 30.

Artikolu 14

Approvazzjoni tal-awdituri statutorji minn Stat Membru ieħor

1.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu proċeduri għall-approvazzjoni ta' awdituri statutorji li ġew approvati fi Stati Membri oħra. Dawn il-proċeduri m'għandhomx imorru lil hinn mir-rekwiżit li persuna tlesti perijodu ta' adattament kif imsemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) jew tgħaddi minn test ta' kapaċità kif imsemmi fil-punti (h) ta' dik id-dispożizzjoni.
2.  
L-Istat Membru ospitanti għandu jiddeċiedi jekk l-applikant li qed ifittex approvazzjoni għandu jkun soġġett għal perijodu ta' adattament kif iddefinit fil-punt (g) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2005/36/KE jew test ta' kapaċità kif iddefinit fil-punt (h) ta' dik id-dispożizzjoni.

Il-perijodu ta' adattament ma għandux jaqbeż it-tliet snin u l-applikant għandu jkun soġġett għal valutazzjoni.

It-test ta' kapaċità għandu jsir b'waħda mil-lingwi permessi mir-regoli dwar il-lingwi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti konċernat. Għandu jkopri biss l-għarfien adegwat tal-awditur statutorju tal-liġijiet u r-regolamenti ta' dak l-Istat Membru ospitanti f'dak li jkun rilevanti għall-awditi statutorji.

▼M4

Sabiex l-awditur statutorju jkun approvat ukoll biex iwettaq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, it-test tal-aptitudni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkopri l-għarfien adegwat tal-awditur statutorju tal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istat Membru ospitanti sa fejn dan ikun rilevanti għall-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà.

▼M3

3.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw fi ħdan il-qafas tas-CEAOB bil-għan li tinkiseb konverġenza tar-rekwiżiti tal-perijodu ta' adattament u t-test ta' kapaċità. Għandhom itejbu t-trasparenza u l-prevedibilità tar-rekwiżiti. Għandhom jikkooperaw mas-CEAOB u mal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 sa fejn it-tali konverġenza tkun relatata ma' awditi statutorji ta' entitajiet ta' interess pubbliku.

▼M4

Artikolu 14a

Awdituri statutorji approvati jew rikonoxxuti qabel l-1 ta’ Jannar 2024 u persuni li jkunu għaddejjin mill-proċess ta’ approvazzjoni għal awdituri statutorji fl-1 ta’ Jannar 2024

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awdituri statutorji li jkunu approvati jew rikonoxxuti sabiex iwettqu verifiki statutorji qabel l-1 ta’ Jannar 2024 ma jkunux soġġetti għar-rekwiżiti tal-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(3), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 14(2).

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni li fl-1 ta’ Jannar 2024 ikunu għaddejjin mill-proċess ta’ approvazzjoni previst fl-Artikoli 6 sa 14 ma jkunux soġġetti għar-rekwiżiti tal-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(3), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 14(2) ta’ din id-Direttiva, dment li jtemmu l-proċess sal-1 ta’ Jannar 2026.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awdituri statutorji approvati qabel l-1 ta’ Jannar 2026 li jkunu jixtiequ jwettqu l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà jiksbu l-għarfien neċessarju dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà u l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, inkluż dwar is-suġġetti elenkati fl-Artikolu 8(3), permezz tal-edukazzjoni kontinwa msemmija fl-Artikolu 13.

▼B



KAPITOLU III

'REĠISTRAZZJONI

Artikolu 15

'Reġistru pubbliku

▼M3

1.  
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar jiddaħħlu f'reġistru pubbliku skont l-Artikoli 16 u 17. F'każijiet eċċezzjonali l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mir-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 16 dwar l-iżvelar biss sa fejn ikun meħtieġ biex tittaffa theddida imminenti u sinjifikattiva għas-sigurtà personali ta' kwalunkwe persuna.

▼B

2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull awditur statutorju u kumpannija tal-verifika jkunu identifikati fir-reġistru pubbliku permezz ta' numru individwali. L-informazzjoni tar-reġistrazzjoni għandha tinżamm fir-reġistru f'format elettroniku u għandha tkun aċċessibbli elettronikament għall-pubbliku.
3.  
Ir-reġistru pubbliku għandu wkoll ikun fih l-isem u l-indirizz ta' l-awtoritajiet kompetenti li jkunu responsabbli mill-approvazzjoni kif previst fl-Artikolu 3, mill-assigurazzjoni tal-kwalità kif previst fl-Artikolu 29, mill-investigazzjonijiet u mill-pieni imposti fuq awdituri statutorji u kumpanniji tal-verifika kif previst fl-Artikolu 30, u mis-sorveljanza pubblika kif previst fl-Artikolu 32.
4.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistru pubbliku jkun imħaddem kompletament sad-29 ta' Ġunju 2009.

Artikolu 16

'Reġistrazzjoni ta' awdituri statutorji

▼M4

1.  

Fir-rigward ta’ awdituri statutorji, ir-reġistru pubbliku għandu jkun fih tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-isem, l-indirizz u n-numru tar-reġistrazzjoni;

(b) 

jekk applikabbli, l-isem, l-indirizz, l-indirizz tal-website u n-numru tar-reġistrazzjoni tad-ditta jew ditti tal-awditjar li jimpjegaw lill-awditur statutorju, jew li magħhom huwa jkun assoċjat bħala soċju jew b’mod ieħor;

(c) 

jekk l-awditur statutorju huwiex approvat ukoll għat-twettiq tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà;

(d) 

ir-reġistrazzjoni(jiet) l-oħra kollha bħala awditur statutorju mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra u bħala awditur ma’ pajjiżi terzi, inkluż l-isem/ismijiet tal-awtorità(jiet) ta’ reġistrazzjoni, u, jekk applikabbli, in-numru/i ta’ reġistrazzjoni, u indikazzjoni ta’ jekk ir-reġistrazzjoni tikkonċernax l-awditu statutorju, l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, jew it-tnejn.

▼B

2.  
L-awdituri ta' pajjiż terz reġistrati skond l-Artikolu 45 għandhom jiġu indikati hekk b'mod ċar fir-reġistru u mhux bħala awdituri statutorji.

▼M4

Ir-reġistru għandu jindika jekk l-awdituri ta’ pajjiż terz kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu humiex reġistrati għat-twettiq tal-awditu statutorju, l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, jew it-tnejn li huma.

▼B

Artikolu 17

'Reġistrazzjoni tal-kumpanniji tal-verifika

1.  

Fir-rigward tal-kumpanniji tal-verifika, ir-reġistru pubbliku għandu jkun fih ta' l-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-isem, l-indirizz u n-numru tar-reġistrazzjoni;

(b) 

il-forma ġuridika;

(ċ) 

informazzjoni għall-finijiet ta' kuntatt, il-persuna prinċipali għall-finijiet ta' kuntatt u, fejn applikabbli, l-indirizz tal-websajt;

(d) 

l-indirizz ta' kull uffiċċju fl-Istat Membru;

▼M4

(e) 

l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-awdituri statutorji kollha impjegati minn jew assoċjati bħala sħab jew b’xi mod ieħor mad-ditta tal-awditjar, u indikazzjoni ta’ jekk humiex approvati wkoll għat-twettiq tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà

▼B

(f) 

l-ismijiet u l-indirizzi professjonali tal-proprjetarji u ta' l-azzjonisti kollha;

(g) 

l-ismijiet u l-indirizzi professjonali tal-membri kollha tal-korp amministrattiv jew ta' ġestjoni;

(h) 

jekk applikabbli, is-sħubija f'network u lista ta' l-ismijiet u l-indirizzi tal-kumpanniji membri u affiljati jew indikazzjoni tal-post fejn din l-informazzjoni tkun pubblikament disponibbli;

▼M4

(i) 

ir-reġistrazzjoni(jiet) l-oħra kollha bħala ditta tal-awditjar mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra u bħala entità ta’ verifika ma’ pajjiżi terzi, inkluż l-isem/ismijiet tal-awtorità(jiet) ta’ reġistrazzjoni, u, jekk applikabbli, in-numru/i ta’ reġistrazzjoni, u indikazzjoni ta’ jekk ir-reġistrazzjoni tikkonċernax l-awditu statutorju, l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, jew it-tnejn.

▼M3

(j) 

fejn applikabbli, jekk id-ditta tal-awditjar tkunx reġistrata skont l-Artikolu 3a(3).

▼B

2.  
L-entitajiet tal-verifika ta' pajjiżi terzi reġistrati skond l-Artikolu 45 għandhom jiġu indikati hekk b'mod ċar fir-reġistru u mhux bħala kumpanniji tal-verifika.

▼M4

Ir-reġistru għandu jindika jekk l-entitajiet tal-verifika ta’ pajjiż terz kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu humiex reġistrati għat-twettiq tal-awditu statutorju, l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, jew it-tnejn li huma.

▼B

Artikolu 18

'L-aġġornament ta' l-informazzjoni tar-reġistrazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awdituri statutorji u l-kumpanniji tal-verifika javżaw mingħajr dewmien żejjed lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli mir-reġistru pubbliku dwar kwalunkwe bidla fl-informazzjoni li tkun tinsab fir-reġistru pubbliku. Ir-reġistru għandu jkun aġġornat mingħajr dewmien wara n-notifika.

Artikolu 19

'Responsabbiltà għall-informazzjoni tar-reġistrazzjoni

L-informazzjoni provduta lill-awtoritajiet kompetenti relevanti skond l-Artikoli 16, 17 u 18 għandha tiġi firmata mill-awditur statutorju jew mill-kumpannija tal-verifika. Fejn l-awtorità kompetenti tipprovdi għall-għoti ta' l-informazzjoni b'mod elettroniku, dan jista' jseħħ pereżempju permezz ta' firma elettronika kif definita fil-punt 1 ta' l-Artikolu 2 tad-Direrttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar kwadru Komunitarju għall-firem elettroniċi ( 6 ).

Artikolu 20

'Lingwa

1.  
L-informazzjoni imdaħħla fir-reġistru pubbliku għandha tkun imfassla f'waħda mill-lingwi permessi mir-regoli tal-lingwa applikabbli fl-Istat Membru konċernat.
2.  
L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-informazzjoni tiddaħħal fir-reġistru pubbliku fi kwalunkwe lingwa jew lingwi uffiċjali oħra tal-Komunità. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li t-traduzzjoni ta' l-informazzjoni tkun ċertifikata.

Fil-każijiet kollha, l-Istat Membru konċernat għandu jiżgura li r-reġistru jindika jekk it-traduzzjoni hijiex ċertifikata jew le.



KAPITOLU IV

'ETIKA PROFESSJONALI, INDIPENDENZA, OĠĠETTIVITÀ, KONFIDENZJALITÀ U SEGRETEZZA PROFESSJONALI

Artikolu 21

▼M3

Etika u xettiċiżmu professjonali

▼B

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awdituri statutorji u l-kumpanniji tal-verifika kollha jkunu suġġetti għal prinċipji ta' etika professionali, li jkopru ta' l-anqas il-funzjoni tagħhom ta' interess pubbliku, l-integrità u l-oġġettività tagħhom, u l-kompetenza professjonali tagħhom u d-diliġenza dovuta minnhom.

▼M3

2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar iwettqu l-awditu statutorju, huma jħaddnu xettiċiżmu professjonali matul l-awditjar kollu, billi jirrikonoxxu l-possibilità ta' dikjarazzjoni skorretta materjali minħabba fatti jew imġiba li jindikaw irregolaritajiet, inklużi frodi jew żbalji, minkejja l-esperjenza fl-imgħoddi tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar tal-onestà u l-integrità tal-amministrazzjoni tal-entità awditjata u tal-persuni inkarigati mill-governanza tagħha.

L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandhom iħaddnu xettiċiżmu professjonali b'mod partikolari meta jirrieżaminaw stimi tal-amministrazzjoni marbuta ma' valuri ġusti, il-ħsara tal-assi, il-provvedimenti u l-fluss ta' flus kontanti fil-ġejjieni rilevanti għall-kapaċità tal-entità biex tkompli bħala negozju attiv.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “xettiċiżmu professjonali” tfisser attitudni li tinkludi rieda li persuna tistaqsi, il-ħila li tinnota kondizzjonijiet li jistgħu jindikaw possibilità ta' dikjarazzjoni skorretta minħabba żball jew frodi, u valutazzjoni kritika tal-evidenza tal-awditjar.

▼B

Artikolu 22

Indipendenza u oġġettività

▼M3

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta titwettaq awditu statutorju, awditur statutorju jew ditta tal-awditjar, u kwalunkwe persuna fiżika f'pożizzjoni li tista' tinfluwenza b'mod dirett jew indirett l-eżitu tal-awditu statutorju, tkun indipendenti mill-entità awditjata u ma tkunx involuta fit-teħid ta' deċiżjonijiet tal-entità awditjata.

Għandha tintalab indipendenza tal-inqas kemm matul il-perijodu kopert mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji li jkunu ser jiġu awditjati kif ukoll il-perjodu li matulu ssir l-awditu statutorju.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awditur statutorju jew ditta tal-awditjar tieħu l-passi raġonevoli kollha sabiex tiżgura li, meta twettaq awditu statutorju, l-indipendenza tagħha ma tkun affettwata minn ebda konflitt ta' interess eżistenti jew potenzjali jew relazzjoni ta' negozju jew ta' xorta oħra diretta jew indiretta li tinvolvi lill-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li tkun qed twettaq l-awditu statutorju u, fejn xieraq, in-netwerk, il-managers, l-awdituri, l-impjegati, kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitpoġġew għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar, jew kwalunkwe persuna b'konnessjoni diretta jew indiretta mal-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar b'kontroll.

L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar m'għandhomx iwettqu awditu statutorju jekk ikun hemm kwalunkwe theddida ta' awto rieżami, awtointeress, appoġġ, familjarità jew intimidazzjoni maħluqa minn relazzjonijiet finanzjarji, personali, kummerċjali, tal-impjieg jew relazzjonijiet oħra bejn:

— 
l-awditur statutorju, id-ditta tal-awditjar, in-netwerk tagħha, u kwalunkwe persuna fiżika f'pożizzjoni li tinfluwenza l-eżitu tal-awditu statutorju, u
— 
l-entità awditjata,

li abbażi tagħhom parti terza oġġettiva, raġonevoli u informata, meta tqis is-salvagwardji applikati, tikkonkludi li l-indipendenza tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar tkun kompromessa.

2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awditur statutorju, ditta tal-awditjar, is-sħab ewlenin tal-awditjar tagħhom, l-impjegati tagħhom, u kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitpoġġew għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll ta' tali awditur statutorju jew ditta tal-awditjar u li tkun involuta direttament f'attivitajiet ta' awditu statutorju, u persuni assoċjati mill-qrib magħhom fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/72/KE ( 7 ) ma jżommux u ma jkunux sidien ta' interess ta' benefiċċju materjali u dirett u ma jinvolvu ruħhom fl-ebda transazzjoni fi kwalunkwe strument finanzjarju maħruġ, iggarantit jew appoġġat b'xi mod ieħor minn entità li tkun ġiet awditjata fil-qasam tal-attivitajiet tagħhom ta' awditu statutorju, minbarra interessi li indirettament ikunu sidien tagħhom permezz ta' skemi diversifikati ta' investiment kollettiv, inklużi fondi ġestiti bħal fondi ta' pensjoni jew assigurazzjoni tal-ħajja.

▼B

3.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awditur statutorju jew kumpannija tal-verifika jirreġistraw fid-dokumenti tal-verifika l-perikli kollha sinifikattivi għall-indipendenza tagħhom, kif ukoll is-salvagwardji applikati sabiex inaqqsu dawk il-perikli.

▼M3

4.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni jew il-kumpanniji msemmijin fil-paragrafu 2 ma jiħdux sehem f'awditu statutorju ta' kwalunkwe entità awditjata partikolari jew b'xi mod ieħor jinfluwenzaw l-eżitu tagħha jekk huma:

(a) 

ikunu sidien ta' strumenti finanzjarji tal-entità awditjata, minbarra interessi li indirettament huma jkunu sidien tagħhom permezz ta' skemi diversifikati ta' investiment kollettiv;

(b) 

ikunu sidien ta' strumenti finanzjarji ta' kwalunkwe entità relatata ma' entità awditjata, li s-sjieda tagħhom tkun tista' tikkawża, jew hija ġeneralment perċepita bħala li tikkawża, konflitt ta' interess, minbarra interessi li huma jkunu indirettament sidien tagħhom permezz ta' skemi diversifikati ta' investiment kollettiv;

(c) 

kellhom impjieg, relazzjoni ta' negozju jew relazzjoni oħra ma' dik l-entità li tkun ġiet awditjata matul il-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 li tista' tikkawża, ġew ġeneralment tiġi pperċepita bħala li tikkawża, konflitt ta' interess.

▼M3

5.  
Il-persuni jew il-kumpanniji msemmijin fil-paragrafu 2 m'għandhomx jitolbu jew jaċċettaw rigali jew favuri ta' flus u mhux ta' flus mingħand l-entità awditjata jew kwalunkwe entità marbuta ma' entità awditjata ħlief f'każ li parti terza oġġettiva, raġonevoli u infurmata tqis il-valur tagħhom bħala trivjali jew irrilevanti.
6.  
Jekk, matul il-perijodu kopert mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji, entità awditjata tiġi akkwistata minn, amalgamata ma', jew takkwista entità oħra, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandha tidentifika u tevalwa kwalunkwe interess jew relazzjoni attwali jew reċenti, inkluż kwalunkwe servizz mhux tal-awditjar ipprovdut lil dik l-entità, li, meta jitqiesu s-salvagwardji disponibbli, jistgħu jikkompromettu l-indipendenza u l-ħila tal-awditur li jissokta bl-awditu statutorju wara d-data effettiva tal-amalgamazzjoni jew akkwist.

Kemm jista' jkun malajr, u fi kwalunkwe każ fi żmien tliet xhur, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandha tieħu dawk il-passi kollha li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jintemm kwalunkwe interess jew relazzjoni attwali li tista' tikkomprometti l-indipendenza tagħha u għandha, fejn possibbli, tadotta salvagwardji sabiex iddgħajjef kemm tista' kwalunkwe theddida għall-indipendenza tagħha li tista' tirriżulta minn interessi u relazzjonijiet preċedenti u attwali.

Artikolu 22a

Impjieg minn entitajiet awditjati ta' persuni li kienu awdituri statutorji jew ta' impjegati ta' awdituri statutorji jew ditta tal-awditjar

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awditur statutorju jew sieħeb ewlieni fl-awditjar li jwettaq awditu statutorju f'isem ditta tal-awditjar, qabel ma jkun għadda perijodu ta' mill-inqas sena, jew, fil-każ ta' awditu statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku, perijodu ta' sentejn minn meta huwa jkun waqaf jaqdi rwol ta' awditur statutorju jew sieħeb ewlieni fl-awditjar b'rabta mal-inkarigu tal-awditjar:

(a) 

ma jiħux pożizzjoni ewlenija ta' tmexxija fi ħdan l-entità awditjata;

(b) 

fejn applikabbli, ma jsirx membru tal-kumitat tal-awditjar tal-entità awditjata jew, fejn dan il-kumitat ma jkunx jeżisti, tal-korp li jwettaq funzjonijiet ekwivalenti għal kumitat tal-awditjar;

(c) 

isir membru mhux eżekuttiv tal-korp amministrattiv jew membru tal-korp superviżorju tal-entità awditjata.

2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjegati u sħab, għajr sħab ewlenin ta' awditjar ta' awditur statutorju jew ditta tal-awditjar, li jwettqu awditu statutorju, kif ukoll kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitpoġġew għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll ta' tali awditur statutorju jew ditta tal-awditjar ma jiħdux, meta dawn l-impjegati, sħab jew persuni fiżiċi oħra jiġu approvati bħala awdituri statutorji, kwalunkwe rwol imsemmi fil-punti (a), b) u (c) tal-paragrafu 1 qabel ma jkun għadda perijodu ta' mill-inqas sena minn meta kienu direttament involuti fl-inkarigu tal-awditu statutorju.

Artikolu 22b

Tħejjija għall-awditu statutorju u valutazzjoni tat-theddid għall-indipendenza

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel ma jaċċettaw jew ikomplu inkarigu għal awditu statutorju, awditur statutorju jew ditta tal-awditjar għandha tivvaluta u tiddokumenta dan li ġej:

— 
jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-Artikolu 22 ta' din id-Direttiva;
— 
jekk hemmx theddid għall-indipendenza tagħhom u għas-salvagwadji applikati biex dak it-theddid jiddgħajjef;
— 
jekk ikollhomx impjegati kompetenti, il-ħin u r-riżorsi meħtieġa biex iwettqu l-awditjar statutorju b'mod xieraq;
— 
jekk, fil-każ ta' ditta tal-awditjar, is-sieħeb prinċipali fl-awditjar ikunx approvat bħala awditur statutorju fl-Istat Membru li jkun qed jitlob l-awditu statutorju;

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu rekwiżiti simplifikati għall-awditi msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-punt 1 tal-Artikolu 2.

▼B

Artikolu 23

'Il-konfidenzjalità u s-segretezza professjonali

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni u d-dokumenti kollha li għalihom ikollhom aċċess l-awditur statutorju jew il-kumpannija tal-verifika meta jwettqu l-verifika statutorja jkunu protetti b'regoli adegwati ta' konfidenzjalità u ta' segretezza professjonali.

▼M3

2.  
Ir-regoli ta' kunfidenzjalità u ta' segretezza professjonali relatati ma' awdituri statutorji jew ma' ditta tal-awditjar ma għandhomx ixekklu l-infurzar tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru 537/2014.
3.  
Fejn awditur statutorju jew ditta tal-awditjar tiġi sostitwita b'awditur statutorju jew ditta tal-awditjar oħra, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar ta' qabel għandha tipprovdi aċċess lill-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar l-ġdida għall-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna l-entità awditjata u l-aħħar awditjar li jkun sar ta' dik l-entità.

▼B

4.  
Awditur statutorju jew kumpannija tal-verifika li ma jkunux għadhom jaħdmu fuq kompitu partikolari ta' verifika u persuna li kienet taħdem bħala awditur statutorju jew kumpannija li kienet twettaq verifiki tal-kontijiet fil-passat, għandhom jibqgħu suġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ta' dak ix-xogħol ta' verifika.

▼M3

5.  
Fejn awditur statutorju jew ditta tal-awditjar iwettqu awditu statutorju ta' impriża li hija parti minn grupp ta' impriżi li l-impriża prinċipali tiegħu tinsab f'pajjiż terz, ir-regoli dwar il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma jwaqqfux it-trasferiment mill-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar tad-dokumentazzjoni rilevanti li tikkonċerna l-ħidma ta' awditjar mwettqa għall-awditur tal-grupp li jinsab f'pajjiż terz jekk tali dokumentazzjoni tkun meħtieġa biex isir awditjar tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati tal-impriża prinċipali.

L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar li jwettqu awditu statutorju ta' impriża li tkun ħarġet titoli f'pajjiż terz jew li tagħmel parti minn grupp li joħroġ dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati statutorji f'pajjiż terz jistgħu jittrasferixxu biss dik id-dokumentazzjoni tal-awditjar jew dokumenti oħra relatati mal-awditjar ta' dik l-entità li huma jkollhom lill-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiżi terzi rilevanti taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47.

It-trasferiment tal-informazzjoni lill-awditur tal-grupp li jinsab pajjiż terz isir b'konformità mal-Kapitolu IV tad-Direttiva 95/46/KE u mar-regoli nazzjonali applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali.

▼B

Artikolu 24

'L-independenza u l-oġġettivita ta' awdituri statutorji li jwettqu l-verifika statutorja f'isem kumpanniji tal-verifika

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proprjetarji jew l-azzjonisti ta' kumpannija tal-verifika kif ukoll il-membri tal-korpi amministrattivi, ta' ġestjoni jew ta' sorveljanza ta' tali kumpannija, jew ta' kumpannija affiljata, ma jintervjenux fl-eżekuzzjoni tal-verifika statutorja fi kwalunkwe mod li jipperikola l-indipendenza u l-oġġettivita ta' l-awditur statutorju li jwettaq il-verifika statutorja f'isem il-kumpannija tal-verifika.

▼M3

Artikolu 24a

Organizzazzjoni interna ta' awdituri u ditta tal-awditjar

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jikkonformaw mar-rekwiżiti organizzattivi li ġejjin:

(a) 

id-ditta tal-awditjar tistabbilixxi politiki u proċeduri xierqa sabiex jiżguraw li s-sidien u l-azzjonisti tagħha kif ukoll il-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-kumpannija, jew ta' kumpannija affiljata, ma jintervjenux fit-twettiq ta' awditu statutorju b'xi mod li jippreġudika l-indipendenza u l-oġġettività tal-awditur statutorju li jwettaq l-awditu statutorju f'isem id-ditta tal-awditjar;

(b) 

awditur statutorju jew ditta tal-awditjar ikollhom proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi sodi, mekkaniżmi ta' kontroll intern tal-kwalità, proċeduri effikaċi għall-valutazzjoni tar-riskju, u arranġamenti effikaċi ta' kontroll u salvagwardja għal sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni;

Dawk il-mekkaniżmi ta' kontroll intern tal-kwalità għandhom ikunu ddisinnjati biex jiżguraw konformità ma' deċiżjonijiet u proċeduri f'kull livell tad-ditta tal-awditjar jew tal-istruttura ta' ħidma tal-awditur statutorju;

(c) 

awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jistabbilixxu politiki u proċeduri xierqa biex jiżguraw li l-impjegati tagħhom u kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tiegħu jew tagħhom jew taħt il-kontroll tagħhom u li huma involuti direttament fl-attivitajiet ta' awditu statutorju jkollhom għarfien u esperjenza xierqa għad-dmirijiet assenjati;

(d) 

awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jistabbilixxu politiki u proċeduri biex jiżguraw li l-esternalizzazzjoni ta' funzjonijiet importanti tal-awditjar ma ssirx b'tali mod li tiddebolixxi l-kwalità tal-kontroll intern tal-kwalità tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar u l-abilità tal-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw il-konformità tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar mal-obbligi stipulati f'din id-Direttiva u, fejn applikabbli, ir-Regolament (UE) Nru 537/2014;

(e) 

awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jistabbilixxu arranġamenti organizzattivi u amministrattivi xierqa u effettivi biex tipprevjeni,tidentifika, telimina jew tiġġestixxi u tiddivulga kwalunkwe theddida għall-indipendenza tagħhom kif imsemmija f'22, 22a u 22b;

(f) 

awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jistabbilixxu proċeduri u standards xierqa għat-twettiq ta' awditi statutorji ta' entitajiet ta' interess pubbliku, ikkowċjar, superviżjoni u rieżami ta' attivitajiet ta' impjegati u l-organizzazzjoni tal-istruttura tal-fajl tal-awditjar kif imsemmi fl-Artikolu 24b(5);

(g) 

awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jistabbilixxu sistema ta' kontroll intern tal-kwalità sabiex jiżguraw il-kwalità tal-awditu statutorju.

Is-sistema ta' kontroll tal-kwalità mill-inqas tkopri l-politiki u l-proċeduri deskritti fil-punt (f). Fil-każ ta' ditta tal-awditjar, ir-responsabilità tas-sistema interna ta' kontroll tal-kwalità taqa' fuq persuna li tkun kwalifikata bħala awditur statutorju;

(h) 

awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jużaw sistemi, riżorsi u proċeduri xierqa sabiex tiżgura kontinwità u regolarità fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu jew tagħha ta' awditu statutorju;

(i) 

awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jistabbilixxu wkoll arranġamenti organizzattivi u amministrattivi xierqa u effettivi għat-trattament u r-reġistrazzjoni ta' inċidenti li jkollhom, jew jista' jkollhom, konsegwenzi serji għall-integrità tal-attivitajiet tagħhom ta' awditu statutorju;

(j) 

awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jkollhom politiki adegwati ta' rimunerazzjoni, inkluż il-kondiviżjoni tal-qligħ, li jipprovdu inċentivi suffiċjenti ta' prestazzjoni sabiex jiżguraw il-kwalità tal-awditjar. B'mod partikolari, l-ammont ta' dħul li l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar tikseb mill-għoti ta' servizzi mhux ta' awditjar lill-entità li tiġi awditjata ma għandux jifforma parti mill-evalwazzjoni tal-prestazzjoni u l-kumpens ta' kwalunkwe persuna involuta fit-twettiq tal-awditjar jew li kapaċi tinfluwenzah.

(k) 

awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jissorveljaw u jevalwaw l-adegwatezza u l-effikaċja tas-sistemi, il-mekkaniżmi u arranġamenti interni ta' kontroll tal-kwalità stabbiliti tagħhom b'konformità ma' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, ir-Regolament (UE) Nru 537/2014 u jieħdu miżuri xierqa biex jindirizzaw kwalunkwe defiċenza. Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar b'mod partikolari għandhom iwettqu evalwazzjoni annwali tas-sistema interna ta' kontroll tal-kwalità, imsemmija fil-punt (g). Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar għandhom iżżomm rekords tas-sejbiet ta' dik l-evalwazzjoni u kwalunkwe miżura proposta biex tiġi mmodifikata s-sistema interna ta' kontroll tal-kwalità.

Il-politiki u l-proċeduri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu ddokumentati u kkomunikati lill-impjegati tal-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu rekwiżiti simplifikati għall-awditi msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-punt 1 tal-Artikolu 2.

Kwalunkwe esternalizzazzjoni ta' funzjoni tal-awditjar kif imsemmi fil-punt (d) ta' dan il-paragrafu ma taffettwax ir-responsabilità tal-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar lejn l-entità awditjata.

2.  
L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandhom iqisu l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha meta tikkonforma ma' dawn ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandhom ikunu jistgħu juru lill-awtorità kompetenti li l-politiki u proċeduri mfassla biex tinkiseb tali konformità huma proporzjonati għad-daqs u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar.

Artikolu 24b

Organizzazzjoni tal-ħidma

▼M4

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-awditu statutorju jsir minn ditta tal-awditjar, dik id-ditta tal-awditjar taħtar tal-inqas sieħeb ewlieni wieħed tal-awditjar. Id-ditta tal-awditjar għandha tipprovdi lis-sieħeb/sħab ewlieni/ewlenin tal-verifika b’riżorsi suffiċjenti u b’persunal li jkollu l-kompetenza u l-kapaċitajiet meħtieġa sabiex iwettaq id-dmirijiet tiegħu b’mod xieraq.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ssir minn ditta tal-awditjar, dik id-ditta tal-awditjar taħtar tal-anqas sieħeb ewlieni tas-sostenibbiltà wieħed, li jista’ jkun (wieħed mis-sħab ewlenin) is-sieħeb ewlieni tal-verifika. Id-ditta tal-awditjar għandha tipprovdi lis-sieħeb/sħab ewlieni/ewlenin tas-sostenibbiltà b’riżorsi suffiċjenti u b’persunal li jkollu l-kompetenza u l-kapaċitajiet meħtieġa biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu b’mod xieraq.

L-aċċertament tal-kwalità, tal-indipendenza u tal-kompetenza tal-awditjar u l-aċċertament għandha tkun il-kriterju ewlieni meta d-ditta tal-awditjar tagħżel is-sieħeb/sħab ewlieni/ewlenin tal-verifika u, fejn applikabbli, is-sieħeb/sħab ewlieni/ewlenin tas-sostenibbiltà li għandhom jinħatru.

Is-sieħeb/is-sħab ewlieni/ewlenin tal-verifika għandhom ikunu involuti b’mod attiv fit-twettiq tal-verifika statutorja. Is-sieħeb ewlieni tas-sostenibbiltà għandu jkun involut b’mod attiv fit-twettiq tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà.

▼M3

2.  
Meta jwettaq l-awditu statutorju, l-awditur statutorju għandu jiddedika biżżejjed ħin għall-inkarigu u jassenja biżżejjed riżorsi biex ikun jista' jaqdi jew tista' taqdi dmirijietu b'mod xieraq.

▼M4

2a.  
Meta jwettaq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, l-awditur statutorju għandu jiddedika biżżejjed ħin għall-inkarigu u għandu jassenja biżżejjed riżorsi li jippermettulu jaqdi dmirijietu b’mod xieraq.

▼M3

3.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jżommu rekords ta' kwalunkwe ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, tar-Regolament (UE) Nru 537/2014. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar minn dan l-obbligu fir-rigward ta' ksur żgħir. Awdituri statutorji u ditti tal-awditjar għandhom iżommu wkoll ir-rekords ta' kwalunkwe konsegwenza ta' kull ksur, inklużi l-miżuri meħuda biex jiġi indirizzat tali ksur u l-miżuri meħuda sabiex tiġi modifikata s-sistema tagħhom ta' kontroll tal-kwalità interna. Huma għandhom iħejju rapport annwali li jkun fih ħarsa ġenerali lejn kull tali miżura li tkun ittieħdet u tikkomunika dak ir-rapport internament.

Meta awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jitolbu parir minn esperti esterni, huma għandhom jiddokumentaw it-talba li saret u l-parir riċevut.

4.  

Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar għandhom iżommu rekord tal-kontijiet tal-klijenti. Rekord bħal dan jinkludi d-data li ġejja għal kull klijent tal-awditjar:

(a) 

l-isem, l-indirizz u s-sede tan-negozju;

▼M4

(b) 

fil-każ ta’ ditta tal-awditjar, l-isem/ijiet tas-sieħeb/sħab ewlieni/ewlenin tal-verifika u, fejn applikabbli, l-isem/ismijiet tas-sieħeb/sħab ewlieni/ewlenin tas-sostenibbiltà;

(c) 

it-tariffi mitlubin għall-verifika statutorja, it-tariffi mitlubin għall-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà u t-tariffi mitlubin għal servizzi oħrajn fi kwalunkwe sena finanzjarja.

▼M3

5.  
Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar għandhom joħolqu fajl tal-awditjar għal kull awditu statutorju.

L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandhom tal-inqas jiddokumentaw id-data reġistrata skont l-Artikolu 22b(1) ta' din id-Direttiva, u, fejn applikabbli, l-Artikoli 6 sa 8 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014.

L-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar għandhom iżommu kwalunkwe data u dokumenti oħrajn li jkunu importanti bħala sostenn tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 28 ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, l-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 u għall-monitoraġġ tal-konformità ma' din id-Direttiva u rekwiżiti legali oħrajn applikabbli.

Il-fajl tal-awditjar għandu jingħalaq mhux aktar tard minn 60 jum wara d-data tal-firma tar-rapport tal-awditjar msemmi fl-Artikolu 28 ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014.

▼M4

5a.  
Awditur statutorju jew kumpannija tal-verifika għandha toħloq fajl tal-aċċertament għal kull inkarigu ta’ aċċertament relatat mar-rapportar dwar is-sostenibbiltà.

L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandha tiddokumenta mill-anqas id-data reġistrata skont l-Artikolu 22b fir-rigward tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà.

L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandhom iżommu kwalunkwe data u dokument oħra li huma ta’ importanza b’appoġġ għar-rapport ta’ aċċertament imsemmi fl-Artikolu 28a u għall-monitoraġġ tal-konformità ma’ din id-Direttiva u ma’ rekwiżiti legali applikabbli oħra fir-rigward tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà.

Il-fajl tal-aċċertament għandu jingħalaq mhux aktar tard minn 60 jum wara d-data tal-iffirmar tar-rapport tal-aċċertament dwar ir-rapportar sostenibbli msemmi fl-Artikolu 28a

Meta l-istess awditur statutorju jwettaq il-verifika statutorja tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, il-fajl tal-aċċertament jista’ jiġi inkluż fil-fajl tal-verifika.

▼M3

6.  
►M4  L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandhom iżommu rekords ta’ kwalunkwe lment li jsir bil-miktub dwar il-prestazzjoni tal-awditi statutorji li jkunu twettqu u dwar il-prestazzjoni tal-inkarigi ta’ aċċertament relatati mar-rapportar dwar is-sostenibbiltà li jkunu twettqu. ◄
7.  
L-Istati Membri jistgħu jistipulaw rekwiżiti simplifikati fir-rigward tal-paragrafi 3 u 6 għall-awditi msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-punt 1 tal-Artikolu 2.

▼M4

Artikolu 25

Tariffi għall-verifika u l-aċċertament

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu istitwiti regoli adegwati sabiex jipprovdu li t-tariffi għall-verifiki statutorji u għall-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà:

(a) 

ma jkunux influwenzati jew determinati mill-forniment ta’ servizzi addizzjonali lill-entità li tkun soġġetta għal verifika statutorja jew aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà; u

(b) 

ma jistgħu jkunu bbażati fuq l-ebda forma ta’ kontinġenza.

▼M3

Artikolu 25a

L-ambitu tal-awditu statutorju

Mingħajr ħsara għar-rekwiżiti ta' rapportar kif imsemmija fl-Artikolu 28 ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, l-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014, l-ambitu tal-awditu statutorju ma jinkludix assigurazzjoni dwar il-vijabilità fil-ġejjieni tal-entità awditjata jew dwar l-effiċjenza jew l-effikaċja li biha l-korp maniġerjali jew dak amministrattiv jamministra jew ser jamministra l-affarijiet tal-entità.

▼M4

Artikolu 25b

Etika professjonali, indipendenza, oġġettività, kunfidenzjalità u segretezza professjonali fir-rigward tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà

Ir-rekwiżiti fl-Artikoli 21 sa 24a fir-rigward tal-verifika statutorja tar-rapporti finanzjarji għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà.

Artikolu 25c

Servizzi mhux tal-verifika pprojbiti f’każijiet fejn l-awditur statutorju jwettaq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ta’ entità ta’ interess pubbliku

1.  

Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li jwettqu l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ta’ entità ta’ interess pubbliku, jew kwalunkwe membru tan-network li minnu l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar tagħmel parti, ma għandhiex tipprovdi direttament jew indirettament lill-entità ta’ interess pubbliku li tkun is-suġġett tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, lill-impriża prinċipali tagħha jew lill-impriżi kkontrollati tagħha fl-Unjoni s-servizzi mhux tal-verifika pprojbiti msemmija fil-punti (b) u (c) u l-punti (e) sa (k) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 537/2014:

(a) 

fil-perjodu bejn il-bidu tal-perjodu soġġett għall-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà u l-ħruġ tar-rapport ta’ aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà; u

(b) 

fis-sena finanzjarja immedjatament qabel il-perjodu msemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu b’rabta mas-servizzi msemmija fil-punt (e) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 537/2014.

2.  
Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li twettaq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku u, fejn l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar tappartjeni għal network, kwalunkwe membru ta’ tali network, jista’ jipprovdi lill-entità ta’ interess pubbliku soġġetta għall-aċċertament ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà, lill-impriża prinċipali tagħha jew lill-impriżi kkontrollati tagħha servizzi mhux tal-verifika għajr is-servizzi mhux tal-verifika pprojbiti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew jekk applikabbli, is-servizzi mhux tal-verifika pprojbiti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 jew servizzi li l-Istati Membri jqisu li jirrappreżentaw theddida għall-indipendenza kif imsemmija fl-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament, soġġett għall-approvazzjoni tal-kumitat tal-verifika wara li jkun ivvalut kif xieraq it-theddid ta’ indipendenza u s-salvagwardji applikati f’konformità mal-Artikolu 22b ta’ din id-Direttiva.
3.  
Meta membru ta’ network li minnu jagħmlu parti l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar li twettaq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ta’ entità ta’ interess pubbliku jipprovdi s-servizzi mhux tal-verifika pprojbiti imsemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lil impriża inkorporata f’pajjiż terz ikkontrollata mill-entità ta’ interess pubbliku soġġetta għal aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar ikkonċernata għandha tivvaluta jekk l-indipendenza tal-membru tagħha tkunx kompromessa minn tali forniment ta’ servizzi mill-membru tan-network.

Jekk l-indipendenza tal-membru tagħha tkun affettwata, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandha tapplika salvagwardjisabiex timmitiga t-theddid ikkawżat mill-forniment ta’ servizzi mhux tal-verifika pprojbiti imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu f’pajjiż terz. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jistgħu jkomplu jwettqu l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà tal-entità ta’ interess pubbliku biss jekk jistgħu jiġġustifikaw, f’konformità mal-Artikolu 22b, li l-forniment ta’ tali servizzi ma jaffettwax il-ġudizzju professjonali tagħhom u r-rapport ta’ aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà.

Artikolu 25d

Irregolaritajiet

L-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 għandu japplika mutatis mutandis għal awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li twettaq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ta’ entità ta’ interess pubbliku.

▼B



KAPITOLU V

STANDARDS TAL-VERIFIKA U RAPPURTAR DWAR IL-VERIFIKA

▼M3

Artikolu 26

Standards tal-awditjar

1.  
L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar jwettqu l-awditi statutorji tal-kontijiet konformement ma' standards internazzjonali tal-awditjar adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafu 3.

L-Istati Membri jistgħu japplikaw standards, proċeduri jew rekwiżiti nazzjonali tal-awditjar ta' kontijiet dment li l-Kummissjoni ma tkunx adottat standard internazzjonali tal-awditjar ta' kontijiet li jkopri l-istess suġġett.

2.  
Għall-fini tal-paragrafu 1, “standards internazzjonali tal-awditjar” tfisser Standards Internazzjonali tal-Awditjar (ISAs), Standard Internazzjonali dwar il-Kontroll tal-Kwalità (ISQC 1) u Standards oħra relatati maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) permezz tal-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Aċċertament (IAASB), safejn huma rilevanti għall-awditu statutorju.
3.  
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta, permezz ta' atti delegati f'konformità mal-Artikolu 48a, l-istandards internazzjonali tal-awditjar msemmija fil-paragrafu 1 fil-qasam tal-prattika tal-awditjar, l-indipendenza u l-kontrolli interni tal-kwalità ta' awdituri statutorji u ta' ditta tal-awditjar għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dawk l-istandards fl-Unjoni.

Il-Kummissjoni tista' tadotta l-istandards internazzjonali tal-awditjar biss jekk:

(a) 

ikunu żviluppati skont il-proċess adatt, taħt sorveljanza pubblika u bi trasparenza, u jkunu ġeneralment aċċettati internazzjonalment;

(b) 

jikkontribwixxu livell għoli ta' kredibbiltà u kwalità għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew konsolidati f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2013/34/KE;

(c) 

jirriżultaw f'ġid komuni tal-Unjoni; u

(d) 

ma jemendaw l-ebda rekwiżit ta' din id-Direttiva u ma jissupplimentaw l-ebda rekwiżit tagħha minbarra dawk imsemmija fil-Kapitolu IV u l-Artikoli 27 u 28.

4.  

Minkejja t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jimponu proċeduri jew rekwiżiti tal-awditjar ta' kontijiet flimkien ma' standards internazzjonali tal-awditjar adottati mill-Kummissjoni, biss

(a) 

jekk dawk il-proċeduri jew ir-rekwiżiti tal-awditjar ikunu meħtieġa sabiex jagħtu effett lil rekwiżiti ġuridiċi nazzjonali marbuta mal-ambitu tal-awditi statutorji; jew

(b) 

safejn dan ikun meħtieġ biex iżidu l-kredibbiltà u l-kwalità tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-proċeduri jew ir-rekwiżiti tal-awditjar lill-Kummissjoni mill-inqas tliet xhur qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom jew, fil-każ ta' rekwiżiti li diġà jeżistu fil-ħin tal-adozzjoni ta' standard internazzjonali tal-awditjar, mhux aktar tard minn tliet xhur mill-adozzjoni tal-istandard internazzjonali rilevanti tal-awditjar.

5.  
Fejn Stat Membru jirrikjedi l-awditu statutorju ta' impriżi żgħar, jista' jipprevedi li l-applikazzjoni tal-istandards tal-awditjar imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun proporzjonata mal-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet ta' tali impriżi. L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri sabiex jiżguraw l-applikazzjoni proporzjonata ta' standards tal-awditjar għall-awditi statutorji ta' impriżi żgħar.

▼M4

Artikolu 26a

Standards tal-aċċertament għar-rapportar dwar is-sostenibbiltà

1.  
L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-awdituri statutorji u d-dittital-verifika jwettqu l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà f’konformità mal-istandards tal-aċċertament adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 3.
2.  
L-Istati Membri jistgħu japplikaw standards, proċeduri jew rekwiżiti nazzjonali tal-aċċertament dment li l-Kummissjoni ma tkunx adottat standard tal-aċċertament li jkopri l-istess suġġett.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-istandards, il-proċeduri jew ir-rekwiżiti tal-aċċertament nazzjonali lill-Kummissjoni tal-anqas tliet xhur qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom.

3.  
Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 48a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva, sabiex tipprovdi għall-istandards ta’ aċċertament limitat li jistabbilixxu l-proċeduri li l-awditur u d-ditta/i tal-awditjar għandhom iwettqu sabiex jaslu għall-konklużjonijiet tagħhom fuq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, inklużi l-ippjanar tal-impenji, il-kunsiderazzjoni tar-riskji u r-rispons għar-riskji u t-tip ta’ konklużjonijiet li għandhom jiġu inklużi fir-rapport ta’ aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, jew, fejn rilevanti, fir-rapport tal-verifika.

Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2028, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 48a sabiex tissuplimenta din id-Direttiva b’tali mod li tipprevedi standards għal raġonevoli ta’ aċċertament, wara valutazzjoni li tiddetermina jekk aċċertament raġonevoli jkunx fattibbli għall-awdituri u għall-impriżi. Filwaqt li jitqiesu r-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni, u għaldaqstant jekk ikun xieraq, dawk l-atti delegati għandhom jispeċifikaw id-data minn meta l-opinjoni msemmija fil-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) trid tkun ibbażata fuq inkarigu ta’ aċċertament raġonevoli li jkun ibbażat fuq dawk l-istandards raġonevoli ta’ aċċertament.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-istandards ta’ aċċertament imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi biss jekk:

(a) 

ikunu ġew żviluppati bi proċess ġust xieraq, b’sorveljanza pubblika u bi trasparenza;

(b) 

jikkontribwixxu livell għoli ta’ kredibbiltà u ta’ kwalità lir-rapportar annwali jew kkonsolidat dwar is-sostenibbiltà; u

(c) 

jikkontribwixxu għall-ġid pubbliku tal-Unjoni.

▼M3

Artikolu 27

Awditi statutorji ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każ ta' awditu statutorju tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati ta' grupp ta' impriżi:

(a) 

fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati, l-awditur tal-grupp għandu jerfa' r-responsabbiltà kollha għar-rapport tal-awditjar msemmi fl-Artikolu 28 ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 u fejn applikabbli, għar-rapport addizzjonali lill-kumitat tal-awditjar kif imsemmi fl-Artikolu 11 ta' dak ir-Regolament;

(b) 

l-awditur tal-grupp jevalwa l-ħidma tal-awditjar imwettqa minn kwalunkwe awditur ta' pajjiż terz jew minn awditur(i) statutorju/i u minn entità jew entitajiet tal-awditjar ta' pajjiż terz jew ditta/i tal-awditjar għall-fini tal-awditjar tal-grupp u jiddokumenta n-natura, iż-żmien u l-grad tal-involviment fil-ħidma mwettqa minn dawk l-awdituri, inkluż fejn applikabbli, ir-rieżami tal-awditur tal-grupp ta' partijiet rilevanti tad-dokumentazzjoni tal-awditjar ta' dawk l-awdituri;

(c) 

l-awditur tal-grupp jeżamina l-ħidma tal-awditjar mwettqa minn awditur(i) ta' pajjiż terz jew awditur(i) statutorju/i, u ta' entità jew entitajiet tal-awditjar ta' pajjiż terz jew ditta/i tal-awditjar għall-fini tal-awditjar tal-grupp u jiddokumentaha.

Id-dokumentazzjoni miżmuma mill-awditur tal-grupp għandha tkun tali li tippermetti lill-awtorità kompetenti rilevanti teżamina l-ħidma tal-awditur tal-grupp.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awditur tal-grupp għandu jesiġi l-qbil ta' awdituri ta' pajjiż terz, l-awdituri statutorji, l-entitajiet tal-awditjar ta' pajjiż terz jew tal-ditti tal-awditjar ikkonċernati għat-trasferiment tad-dokumentazzjoni rilevanti matul it-twettiq tal-awditjar tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati, bħala kondizzjoni tal-affidabbiltà mill-awditur tal-grupp dwar il-ħidma ta' dawk l-awdituri ta' pajjiż terz, awdituri statutorji, entitajiet tal-awditjar ta' pajjiż terz jew ditti tal-awditjar.

2.  
Fejn l-awditur tal-grupp ma jkunx jista' jikkonforma mal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, huwa jew hija għandu/ha jieħu/tieħu l-miżuri adatti u jinforma/tinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti.

Tali miżuri għandhom, kif adatt, jinkludu t-twettiq ta' ħidma addizzjonali ta' awditu statutorju, jew direttament inkella permezz tal-esternalizzazzjoni ta' tali kompiti, fis-sussidjarja rilevanti.

3.  
Fejn l-awditur tal-grupp ikun soġġett għal rieżami ta' assigurazzjoni tal-kwalità jew investigazzjoni fir-rigward tal-awditu statutorju tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati ta' grupp ta' impriżi, l-awditur tal-grupp, meta jintalab jagħmel dan, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti id-dokumentazzjoni rilevanti li huwa jżomm fir-rigward tal-ħidma tal-awditjar imwettqa rispettivament mill-awdituri ta' pajjiż terz, awdituri statutorji, entitajiet tal-awditjar ta' pajjiż terz jew ditti tal-awditjar rispettivi għall-fini tal-awditjar tal-grupp, inklużi kwalunkwe dokumenti ta' ħidma rilevanti għall-awditjar tal-grupp.

L-awtorità kompetenti tista' titlob dokumentazzjoni addizzjonali dwar il-ħidma tal-awditjar imwettqa minn kwalunkwe awditur statutorju jew ditta tal-awditjar għall-fini tal-awditjar tal-grupp għall-awtoritajiet kompetenti rilevanti skont l-Artikolu 36.

Fejn impriża prinċipali jew impriża sussidjarja ta' grupp ta' impriżi jiġi awditjat minn awditur jew awdituri jew entità jew entitajiet tal-awditjar minn pajjiż terz, l-awtorità kompetenti tista' titlob dokumentazzjoni addizzjonali dwar awditjar imwettqa minn kwalunkwe awditur jew awdituri ta' pajjiż terz jew entità jew entitajiet tal-awditjar ta' pajjiż terz mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti minn pajjiżi terzi permezz tal-arranġamenti ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 47.

B'deroga mit-tielet subparagrafu, fejn impriża prinċipali jew impriża sussidjarja ta' grupp ta' impriżi jiġi awditjat minn awditur jew awdituri jew entità jew entitajiet tal-awditjar minn pajjiż terz li ma jkollux arranġament ta' ħidma kif imsemmi fl-Artikolu 47, l-awditur tal-grupp, meta jintalab dan, ikun responsabbli wkoll mill-iżgurar ta' konsenja adegwata tad-dokumentazzjoni addizzjonali tal-ħidma tal-awditjar imwettqa minn awdituri ta' pajjiż terz jew entitajiet tal-awditjar, inklużi d-dokumenti ta' ħidma relevanti għall-awditjar tal-grupp. Sabiex tiġi żgurata tali konsenja, l-awditur tal-grupp għandu jżomm kopja ta' tali dokumentazzjoni, jew jiftiehem mal-awdituri ta' pajjiż terz jew mal-entitajiet tal-awditjar sabiex huwa jkun jista' jkollu aċċess mhux ristrett għal tali dokumentazzjoni kull meta jitlob li jagħmel dan, jew jieħu kwalunkwe azzjoni adatta oħra. Fejn id-dokumenti ta' ħidma tal-awditjar ma jistgħux jgħaddu minn pajjiż terz għall-awditur tal-grupp minħabba raġunijiet legali jew raġunijiet oħra, id-dokumentazzjoni miżmuma mill-awditur tal-grupp għandha tinkludi provi li huwa ħa l-proċeduri adatti sabiex ikollu aċċess għad-dokumentazzjoni tal-awditjar, u fil-każ ta' impediment li mhumiex legali li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-pajjiż terz konċernat, provi li jsostnu l-eżistenza ta' tali impediment.

▼M4

Artikolu 27a

Aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà kkonsolidat

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f’każ ta’ inkarigi ta’ aċċertament ta’ rapportar kkonsolidat dwar is-sostenibbiltà ta’ grupp ta’ impriżi:

(a) 

b’rabta mar-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà, l-awditur tal-grupp iġorr ir-responsabbiltà sħiħa għar-rapport ta’ aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà msemmi fl-Artikolu 28a;

(b) 

l-awditur tal-grupp jevalwa l-ħidma tal-aċċertament mwettqa minn kwalunkwe fornitur(i) indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament jew awditur(i) ta’ pajjiż terz jew minn awditur(i) statutorju/i jew minn entità/entitajiet ta’ awditjar minn pajjiż terz jew ditta/i tal-verifika għall-fini tal-aċċertament tar-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà u jiddokumenta n-natura, iż-żmien u l-grad tal-involviment tal-ħidma mwettqa minn dawk l-awdituri, inkluż fejn applikabbli, ir-rieżami tal-awditur tal-grupp ta’ partijiet rilevanti tad-dokumentazzjoni tal-aċċertament ta’ dawk l-awdituri; u

(c) 

l-awditur tal-grupp jirrieżamina x-xogħol fuq l-aċċertament mwettqa minn fornitur(i) indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament, awditur(i) ta’ pajjiżi terzi, awditur(i) statutorju/i u entità(jiet) ta’ awditjar minn pajjiżi terzi jew ditta/i tal-awditjar għall-fini tal-aċċertament tar-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà u jiddokumentah.

Id-dokumentazzjoni miżmuma mill-awditur tal-grupp għandha tkun tali li tippermetti lill-awtorità kompetenti rilevanti teżamina l-ħidma tal-awditur tal-grupp.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awditur tal-grupp għandu jesiġi l-qbil tal-fornitur(i) indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament, l-awditur(i) ta’ pajjiżi terzi, l-awditur(i) statutorji, l-entità/entitajiet ta’ awditjar minn pajjiż terz jew tad-ditta/i tal-awditjar kkonċernati għat-trasferiment tad-dokumentazzjoni rilevanti matul it-twettiq tal-aċċertament tar-rapportar kkonsolidat dwar is-sostenibbiltà, bħala kondizzjoni tal-affidabbiltà mill-awditur tal-grupp dwar il-ħidma ta’ da(w)k il-fornitur(i) indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament, awditur(i) ta’ pajjiżi terzi, awditur(i) statutorji, entità/entitajiet ta’ awditjar minn pajjiż terz jew ditta/i tal-awditjar.

2.  
Fejn l-awditur tal-grupp ma jkunx jista’ jikkonforma mal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, huwa għandu jieħu l-miżuri adatti u jinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti.

Tali miżuri għandhom, fejn adatt, jinkludu xogħol addizzjonali ta’ aċċertament, jew direttament inkella permezz tal-esternalizzazzjoni ta’ tali kompiti, fis-sussidjarja rilevanti.

3.  
Fejn l-awditur tal-grupp ikun soġġett għal rieżami ta’ aċċertament tal-kwalità jew investigazzjoni fir-rigward tal-aċċertament tar-rapportar kkonsolidat dwar is-sostenibbiltà ta’ grupp ta’ impriżi, l-awditur tal-grupp għandu, meta jintalab jagħmel dan, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti id-dokumentazzjoni rilevanti li huwa jżomm fir-rigward tal-ħidma tal-aċċertament mwettqa rispettivament mill-fornitur(i) indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament, awditur(i) ta’ pajjiżi terzi, awditur(i) statutorji, entità/entitajiet ta’ awditjar minn pajjiż terz jew ditta/i tal-awditjar għall-fini tal-inkarigu ta’ aċċertament tar-rapportar kkonsolidat dwar is-sostenibbiltà, inkluż kwalunkwe dokumenti ta’ ħidma rilevanti għall-aċċertament tar-rapportar kkonsolidat dwar is-sostenibbiltà.

L-awtorità kompetenti tista’ titlob dokumentazzjoni addizzjonali dwar il-ħidma ta’ aċċertament mwettqa minn kwalunkwe awditur(i) statutorju/i jew ditta/i tal-awditjar għall-fini tal-aċċertament tar-rapportar kkonsolidat dwar is-sostenibbiltà mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti skont l-Artikolu 36.

Fejn l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ta’ impriża prinċipali jew impriża sussidjarja ta’ grupp ta’ impriżi titwettaq minn awditur jew awdituri jew entità/entitajiet ta’ awditjar minn pajjiż terz, l-awtorità kompetenti tista’ titlob dokumentazzjoni addizzjonali dwar xogħol ta’ aċċertament mwettaq minn kwalunkwe awditur jew awdituri ta’ pajjiż terz jew entità/entitajiet ta’ awditjar minn pajjiż terz mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti minn pajjiżi terzi permezz tal-arranġament ta’ ħidma.

B’deroga mit-tielet subparagrafu, meta fornitur(i) indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament, awditur jew awdituri ta’ pajjiż terz jew entità jew entitajiet ta’ awditjar li ma jkollhom l-ebda arranġament ta’ ħidma jkunu wettqu l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ta’ impriża prinċipali jew ta’ impriża sussidjarja ta’ grupp ta’ impriżi, l-awditur tal-grupp għandu, meta jintalab, ikun responsabbli wkoll biex jiżgura l-konsenja xierqa tad-dokumentazzjoni addizzjonali dwar il-ħidma ta’ aċċertament mwettqa minn tali fornitur(i) indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament, awditur(i) ta’ pajjiżi terzi jew entità/entitajiet ta’ awditjar, inkluż id-dokumenti ta’ ħidma rilevanti għall- aċċertament tar-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà. Sabiex tiġi żgurata tali konsenja, l-awditur tal-grupp għandu jżomm kopja ta’ tali dokumentazzjoni, jew inkella jiftiehem mal-fornitur(i) indipendenti ta’ servizzi tal-aċċertament, mal-awditur(i) ta’ pajjiżi terzi jew mal-entità/entitajiet ta’ awditjar sabiex huwa jkun jista’ jkollu aċċess mhux ristrett għal tali dokumentazzjoni kull meta jitlob li jagħmel dan, jew jieħu kwalunkwe azzjoni adatta oħra. Fejn id-dokumenti ta’ ħidma tal-aċċertament ma jkunux jistgħu jgħaddu minn pajjiż terz għall-awditur tal-grupp minħabba raġunijiet legali jew raġunijiet oħra, id-dokumentazzjoni miżmuma mill-awditur tal-grupp għandha tinkludi provi li huwa jkun ħa l-passi adatti sabiex ikollu aċċess għad-dokumentazzjoni ta’ aċċertament, u fil-każ ta’ impedimenti li ma jkunux legali li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-pajjiż terz konċernat, provi li jsostnu l-eżistenza ta’ tali impediment.

▼M3

Artikolu 28

Rappurtar tal-awditjar

1.  
L-awditur(i) statutorju(i) jew id-ditta/i tal-awditjar għandha tippreżenta r-riżultati tal-awditu statutorju f'rapport tal-awditjar. Ir-rapport għandu jitħejja f'konformità mar-rekwiżiti tal-istandards tal-awditjar adottati mill-Unjoni jew l-Istat Membru konċernat, kif imsemmi fl-Artikolu 26.
2.  

Ir-rapport tal-awditjar għandu jsir bil-miktub u għandu:

(a) 

jidentifika l-entità li d-dikjarazzjonijiet annwali jew konsolidati tagħha huma soġġetti għall-awditu statutorju; jispeċifika d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew konsolidati u d-data u l-perijodu li huma jkopru; u jidentifika l-qafas ta' rappurtar finanzjarju li ġie applikat fit-tħejjija tagħhom;

(b) 

jinkludi deskrizzjoni tal-ambitu tal-awditu statutorju li għandu, bħala minimu, jidentifika l-istandards tal-awditjar li f'konformità magħhom twettqet l-awditu statutorju;

(c) 

jinkludi opinjoni tal-awditjar, li għandha tkun mhux kwalifikata, jew kwalifikata jew opinjoni negattiva u li għandha tindika b'mod ċar l-opinjoni tal-awditur(i) statutorju/i jew tal-ditta/i tal-awditjar dwar:

(i) 

jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jagħtux stampa veritiera u ġusta f'konformità mal-qafas rilevanti għar-rapportar finanzjarju, u,

(ii) 

fejn ikun il-każ, jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jkunux konformi mar-rekwiżiti statutorji.

Jekk l-awdituri statutorji jew id-ditti tal-awditjar ma jkunux kapaċi jesprimu opinjoni tal-awditjar, ir-rapport għandu jkollu ċaħda tal-opinjoni;

(d) 

jirreferi għal kwalunkwe kwistjoni oħra li fuqha l-awdituri statutorji jew id-ditti tal-awditjar xeħtu xi dawl permezz ta' enfasi mingħajr ma kkwalifikaw l-opinjoni tal-awditjar;

▼M4

(e) 

jinkludi opinjoni u dikjarazzjoni, li t-tnejn li huma għandhom ikunu bbażati fuq il-ħidma mwettqa matul l-awditjar, skont il-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2013/34/UE;

▼M3

(f) 

jipprovdi dikjarazzjoni dwar kwalunkwe inċertezza materjali marbuta ma' avvenimenti jew kondizzjonijiet li jistgħu jitfgħu dubju sinifikanti dwar il-kapaċità tal-entità li tkompli bħala negozju avvjat;

(g) 

jidentifika il-post fejn ikunu stabbiliti l-awdituri statutorji jew id-ditti tal-awditjar.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti addizzjonali marbuta mal-kontenut tar-rapport tal-awditu.

3.  
Fejn l-awditu statutorju tkun twettqet minn aktar minn awditur statutorju wieħed jew aktar minn ditta tal-awditjar waħda, l-awdituri statutorji jew id-ditti tal-awditjar għandhom jaqblu dwar ir-riżultati tal-awditu statutorju u jippreżentaw rapport u opinjoni konġunti. Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil, kull awditur statutorju jew ditta tal-awditjar għandhom jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom fil-paragrafu separat tar-rapport tal-awditjar u jagħtu r-raġuni tan-nuqqas ta' qbil.
4.  
Ir-rapport tal-awditjar għandu jiġi ffirmat u datat mill-awditur statutorju. Fejn ditta tal-awditjar twettaq l-awditu statutorju, ir-rapport tal-awditjar għandu jiġi ffirmat minn tal-inqas l-awdituri statutorji li wettqu l-awditu statutorju f'isem id-ditta tal-awditjar. Fejn ikunu tqabbdu aktar minn awditur statutorju wieħed jew ditta tal-awditjar waħda r-rapport tal-awditjar għandu jiġi ffirmat mill-awdituri statutorji kollha jew għall-inqas mill-awdituri statutorji li jwettqu l-awditu statutorju f'isem kull ditta tal-awditjar. F'ċirkostanzi eċċezzjonali l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li ma jkunx hemm l-obbligu li tali firma/firem tkun/ikunu żvelata/i lill-pubbliku jekk tali żvelar jista' jwassal għal theddida imminenti u sinifikattiva għas-sigurtà personali ta' kwalunkwe persuna.

Fi kwalunkwe każ, l-ismijiet tal-persuni involuti għandhom ikunu mgħarrfa lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

5.  
Ir-rapport tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4. Fir-rapportar dwar il-konsistenza tar-rapport dwar il-ġestjoni u tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kif meħtieġ mill-punt (e) tal-paragrafu 2, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandha tikkunsidra d-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati u r-rapport dwar il-ġestjoni konsolidat. Fejn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tal-impriża prinċipali jkunu mehmuża mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati, ir-rapporti tal-awdituri statutorji jew tad-ditti tal-awditjar meħtieġa minn dan l-Artikolu jistgħu jiġu kkombinati.

▼M4

Artikolu 28a

Rapport ta’ aċċertament dwar is-sostenibbiltà kkonsolidat

1.  
L-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar għandhom jippreżentaw ir-riżultati tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà f’rapport ta’ aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà. Dak ir-rapport għandu jitħejja f’konformità mar-rekwiżiti tal-istandards ta’ aċċertament adottati mill-Kummissjoni permezz tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 26a(3), jew, sa ma l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards ta’ aċċertament, f’konformità mal-istandards nazzjonali ta’ aċċertament, kif imsemmi fl-Artikolu 26a(2).
2.  

Ir-rapport ta’ aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà għandu jkun bil-miktub u għandu:

(a) 

jidentifika l-entità li r-rapportar annwali jew kkonsolidat tagħha dwar is-sostenibbiltà jkun is-suġġett tal-inkarigu ta’ aċċertament; jispeċifika r-rapportar dwar is-sostenibbiltà annwali jew ikkonsolidat u d-data u l-perjodu li jkopri; u jidentifika l-qafas ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà li jkun ġie applikat fit-tħejjija tiegħu;

(b) 

jinkludi deskrizzjoni tal-ambitu tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà li, bħala minimu, għandu jidentifika l-istandards tal-aċċertament li f’konformità magħhom tkun twettqet l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà;

(c) 

jinkludi l-opinjoni msemmija fil-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2013/34/UE.

3.  
Meta l-aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà titwettaq minn aktar minn awditur statutorju wieħed jew ditta tal-awditjar waħda, l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar għandhom jaqblu dwar ir-riżultati tal-aċċertament tar-rapportar dwar is- sostenibbiltà u jippreżentaw rapport u opinjoni konġunti. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, kull awditur statutorju jew ditta tal-awditjar għandha tippreżenta l-opinjonijiet tagħha f’paragrafu separat tar-rapport tal-aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà u tagħti r-raġuni tan-nuqqas ta’ qbil.
4.  
Ir-rapport ta’ aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà għandu jiġi ffirmat u datat mill-awditur statutorju li jkun qed iwettaq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà. Meta ditta tal-awditjar twettaq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, ir-rapport ta’ aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà għandu jkollu l-firma ta’ mill-inqas l-awditur(i) statutorju/i li jwettaq/jwettqu l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà f’isem id-ditta tal-awditjar. Fejn aktar minn awditur statutorju wieħed jew ditta tal-awditjar waħda tkun ġiet ingaġġata simultanjament, ir-rapport ta’ aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà għandu jiġi ffirmat mill-awdituri statutorji kollha jew mill-inqas mill-awdituri statutorji li jwettqu l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà f’isem kull ditta tal-awditjar. F’ċirkustanzi eċċezzjonali, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li ma jkunx hemm l-obbligu li tali firma/firem tkun/ikunu żvelata/i lill-pubbliku jekk tali divulgazzjoni tista’ twassal għal theddida imminenti u sinifikattiva għas-sigurtà personali ta’ kwalunkwe persuna.

Fi kwalunkwe każ, l-isem/(ijiet) tal-persuna/i involuti għandhom ikunu mgħarrfa lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

5.  
L-Istati Membri jistgħu jitolbu li, fejn l-istess awditur statutorju jwettaq l-awditjar statutorju tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, ir-rapport ta’ aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà jiġi inkluż bħala taqsima separata fir-rapport tal-awditjar.
6.  
Ir-rapport tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar dwar ir-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà għandu jkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 sa 5.

▼B



KAPITOLU VI

'ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ

Artikolu 29

'Sistemi ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità

1.  

Kull Stat Membr għandu jiżgura li l-awdituri statutorji u l-kumpanniji tal-verifika kollha jkunu suġġetti għal sistema ta' assigurazzjoni ta' kwalità li tilħaq ta' l-inqas il-kriterji li ġejjin:

▼M3

(a) 

is-sistema tal-assigurazzjoni tal-kwalità għandha tkun organizzata b'tali mod li tkun indipendenti mill-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar analizzati u tkun soġġetta għal sorveljanza pubblika;

▼B

(b) 

il-finanzjament tas-sistema ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità għandu jkun protett u liberu minn kwalunkwe influenza indebita eventwalment possibbli mill-awdituri statutorji jew mill-kumpanniji tal-verifika;

(ċ) 

is-sistema ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità għandha jkollha riżorsi adegwati;

▼M4

(d) 

il-persuni li jwettqu r-rieżamijiet tal-aċċertament tal-kwalità għandu jkollhom edukazzjoni professjonali adegwata u esperjenza rilevanti fl-awditorija statutorja u fir-rapportar finanzjarju u, fejn applikabbli, fir-rapportar dwar is-sostenibbiltà u fl-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà jew f’servizzi oħra relatati mas-sostenibbiltà, flimkien ma’ taħriġ speċifiku dwar ir-rieżamijiet tal-aċċertament tal-kwalità;

▼B

(e) 

l-għażla tar-reviżuri għal kompiti speċifiċi ta' reviżjoni għall-finijiet ta' l-assigurazzjoni ta' kwalità għandha sseħħ skond proċedura oġġettiva mfassla sabiex tiżgura li ma jkun hemm l-ebda konflitt ta' interessi bejn ir-reviżuri u l-awditur statutorju jew il-kumpannija tal-verifika suġġetti għar-reviżjoni;

▼M4

(f) 

il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rieżami tal-aċċertament tal-kwalità, appoġġat minn ittestjar adegwat tal-fajls tal-verifika magħżula u, fejn applikabbli, tal-fajls tal-aċċertament, għandu jinkludi valutazzjoni tal-konformità mal-istandards tal-verifika u r-rekwiżiti tal-indipendenza applikabbli u, fejn applikabbli, l-istandards tal-aċċertament u valutazzjoni tal-kwantità u l-kwalità tar-riżorsi minfuqa, tal-onorarji tal-awditjaru l-onorarji mitlubin għall-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà u tas-sistema interna tal-kontroll tal-kwalità tad-ditta tal-awditjar;

▼B

(g) 

ir-reviżjoni għall-finijiet ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità għandha tkun is-suġġett ta' rapport li jkun fih il-konklużjonijiet prinċipali tar-reviżjoni għall-finijiet ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità;

▼M4

(h) 

ir-rieżamijiet tal-aċċertament tal-kwalità għandhom isiru fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju u, fil-każ ta’ awdituri statutorji u ta’ ditti tal-awditjar li jwettqu verifiki statutorji kif iddefinit fil-punt 1(a) tal-Artikolu 2 u, fejn applikabbli, li jwettqu aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, tal-anqas kull sitt snin;

▼B

(i) 

ir-riżultati ġenerali tas-sistema ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità għandhom ikunu pubblikati kull sena;

(j) 

ir-rakkomandazzjonijiet tar-reviżjonijiet tal-kwalità għandhom jiġu applikati mill-awditur statutorju jew mill-kumpannija tal-verifika fi żmien raġonevoli;

▼M3

(k) 

ir-rieżamijiet ta' assigurazzjoni tal-kwalità għandhom ikunu adatti u proporzjonati fir-rigward tal-iskala u l-kumplessità tal-attività tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar rieżaminati.

▼B

Fil-każ li r-rakkomandazzjonijiet stipulati fil-punt (j) ma jiġux applikati, l-awditur statutorju jew il-kumpannija tal-verifika għandhom, jekk dan ikun applikabbli, ikunu suġġetti għas-sistema ta' azzjonijiet dixxiplinari jew ta' pieni skond l-Artikolu 30.

▼M3

2.  

Għall-fini tal-punt (e) tal-paragrafu 1, għall-inqas il-kriterji li ġejjin għandhom japplikaw għall-għażla tal-eżaminaturi:

▼M4

(a) 

ir-rieżaminaturi għandu jkollhom edukazzjoni professjonali adegwata u esperjenza rilevanti fl-awditorija statutorja u fir-rapportar finanzjarju u, fejn applikabbli, fir-rapportar dwar is-sostenibbiltà u fl-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà jew f’servizzi oħra relatati mas-sostenibbiltà, flimkien ma’ taħriġ speċifiku dwar ir-rieżamijiet tal-aċċertament tal-kwalità;

▼M3

(b) 

persuna ma titħalliex taġixxi bħala reviżur f'rieżami ta' assigurazzjoni tal-kwalità ta' awditur statutorju jew ta' ditta tal-awditjar sakemm ikunu għaddew mill-inqas tliet snin minn meta dik il-persuna waqfet tkun sħab jew impjegata ta', jew assoċjata mod ieħor ma', dak l-awditur statutorju jew dik id-ditta tal-awditjar;

(c) 

l-eżaminaturi għandhom jiddikjaraw li ma hemm l-ebda konflitt ta' interess bejniethom u bejn l-awditur statutorju u d-ditta tal-awditjar li jkunu ser jiġu rieżaminati.

▼M4

2a.  
Sal-31 ta’ Diċembru 2025, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw persuni li jwettqu rieżamijiet tal-aċċertament tal-kwalità relatati mal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà mir-rekwiżit li jkollhom esperjenza rilevanti fir-rapportar dwar is-sostenibbiltà u fl-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà jew f’servizzi oħra relatati mas-sostenibbiltà.

▼M3

3.  
Għall-fini tal-punt (k) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-awtoritajiet kompetenti, meta jwettqu rieżamijiet ta' assigurazzjoni tal-kwalità tal-awditi statutorji tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew konsolidati ta' impriżi ta' daqs medju u żgħar, jieħdu kont tal-fatt li l-istandards tal-awditi adottati f'konformità mal-Artikolu 26 jkunu mfassla b'mod proporzjonat mal-iskala u l-kumplessità tan-negozju tal-entità awditjata.

▼M3



KAPITOLU VII

INVESTIGAZZJONIJIET U SANZJONIJIET

Artikolu 30

Sistemi ta' investigazzjonijiet u ta' sanzjonijiet

▼M4

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm sistemi effettivi ta’ investigazzjonijiet u sanzjonijiet biex jidentifikaw, jikkoreġu u jimpedixxu l-eżekuzzjoni inadegwata tal-awditjar statutorju u l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà.
2.  
Mingħajr preġudizzju għar-reġimi ta’ responsabbiltà ċivili tagħhom, l-Istati Membri għandhom jipprevedu sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi fir-rigward tal-awdituri statutorji u tad-ditti tal-awditjar, fejn l-awditi statutorji jew l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ma jsirux f’konformità mad-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, u, fejn applikabbli, mar-Regolament (UE) Nru 537/2014.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal sanzjonijiet amministrattivi għal ksur li jkun diġà soġġett għad-dritt kriminali nazzjonali. F’dak il-każ, huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet rilevanti fid-dritt kriminali.

▼M3

3.  
L-Istati Membri għandhom jipprevedu li miżuri meħuda u sanzjonijiet imposti fir-rigward ta' awdituri statutorji u kumpanniji ta' awditi jkunu mgħarrfa b'mod adatt lill-pubbliku. Is-sanzjonijiet għandhom jinkludu l-possibbiltà tal-irtirar tal-approvazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li tali żvelar ma għandux ikollu fih data personali fis-sens tal-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 95/46/KE.
4.  
Sas-17 ta' Ġunju 2016 l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli msemmija fil-paragrafu 2 lill-Kummissjoni. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom.

Artikolu 30a

Setgħat ta' sanzjonar

1.  

L-Istati Membri għandhom jipprevedu awtoritajiet kompetenti li jkollhom is-setgħa li jieħdu u/jew jimponu għall-inqas il-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi li ġejjin għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, tar-Regolament (UE) Nru 537/2014:

(a) 

notifika li teħtieġ lill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur li tieqaf mill-imġiba u li tastjeni milli tirrepeti dik l-imġiba;

(b) 

dikjarazzjoni pubblika li tindika li l-persuna responsabbli u n-natura tal-ksur, ippubblikata fuq is-sit elettroniku tal-awtoritajiet kompetenti;

(c) 

projbizzjoni temporanja ta' mhux aktar minn durata ta' tliet snin, li tillimita lill-awditur statutorju, id-ditta tal-awditjar jew is-sħab ewlieni tal-awditjar milli jwettqu awditi statutorji u/jew jiffirmaw rapporti tal-awditjar;

▼M4

(ca) 

projbizzjoni temporanja, sa tliet snin, li tipprojbixxi lill-awditur statutorju, lill-ditta tal-awditjar jew lis-sieħeb ewlieni tas-sostenibbiltà milli jwettaq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà u/jew milli jiffirma rapporti ta’ aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà.

▼M3

(d) 

dikjarazzjoni li r-rapport tal-awditi ma jilħaqx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 28 ta' din id-Direttiva jew, fejn applikabbli, l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014;

▼M4

(da) 

dikjarazzjoni li r-rapport ta’ aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 28a ta’ din id-Direttiva;

▼M3

(e) 

projbizzjoni temporanja ta' mhux aktar minn durata ta' tliet snin, li tillimita lill-awditur statutorju, id-ditta tal-awditjar jew is-sħab ewlieni tal-awditjar milli jeżerċitaw funzjonijiet f'kumpanniji ta' awditi jew entitajiet ta' interess pubbliku;

(f) 

l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi pekunarji fuq persuni fiżiċi u ġuridiċi.

2.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżerċitaw is-setgħat tagħhom ta' sanzjonar f'konformità ma' din id-Direttiva u d-dritt nazzjonali fi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:

(a) 

direttament;

(b) 

f'kollaborazzjoni ma' awtoritajiet oħra;

(c) 

permezz ta' applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

3.  
L-Istati Membri jistgħu jikkonferixxu setgħat oħra lill-awtoritajiet kompetenti flimkien ma' dawk imsemmija fil-paragrafu 1.
4.  
B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jagħtu setgħat lill-awtoritajiet li jissorveljaw entitajiet ta' interess pubbliku, meta ma jkunux maħtura bħala l-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 537/2014, setgħat li jimponu sanzjonijiet għall-ksur ta' kompiti ta' rapportar provduti f'dak ir-Regolament.

Artikolu 30b

Applikazzjoni effettiva tas-sanzjonijiet

Meta jistabbilixxu regoli skont l-Artikolu 30, l-Istati Membri għandhom jesiġu li meta jiddeterminaw it-tip u l-livell ta' sanzjonijiet u miżuri amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inklużi, fejn ikun il-każ:

(a) 

il-gravità u t-tul ta' żmien tal-ksur;

(b) 

il-grad ta' responsabbiltà tal-persuna responsabbli;

(c) 

is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli, pereżempju kif indikat mill-fatturat totali tal-impriża responsabbli jew il-fatturat totali tal-impriża responsabbli jew id-dħul annwali totali tal-persuna responsabbli, jekk dik il-persuna tkun persuna fiżika;

(d) 

l-ammonti tal-qligħ iggwadanjat jew tat-telf evitat mill-persuna responsabbli, sa fejn dawn jistgħu jiġu determinati;

(e) 

il-livell ta' kooperazzjoni tal-persuna responsabbli mal-awtorità kompetenti;

(f) 

ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli.

Jista' jittieħed kont ta' fatturi addizzjonali mill-awtoritajiet kompetenti, fejn tali fatturi huma speċifikati fid-dritt nazzjonali.

Artikolu 30c

Pubblikazzjoni ta' sanzjonijiet u miżuri

1.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw fil-websajt uffiċjali tagħhom għall-inqas kwalunkwe sanzjoni amministrattiva imposta għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 li fir-rigward tagħhom id-drittijiet kollha ta' appell ikunu ġew eżawriti jew ikunu skadew mingħajr dewmien mhux dovut immedjatament wara li l-persuna ssanzjonata tkun ġiet informata dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità ta' persuna fiżika jew ġuridika li fuqha ġiet imposta s-sanzjoni.

Fejn l-Istati Membri jippermettu l-pubblikazzjoni ta' sanzjonijiet li huma soġġetti għal appell, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien mhux dovut, jippubblikaw ukoll fil-websajt uffiċjali tagħhom informazzjoni li tikkonċerna l-istatus u l-eżitu ta' kwalunkwe appell.

2.  

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw is-sanzjonijiet imposti fuq bażi anonima, u b'mod konformi mad-dritt nazzjonali, fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) 

fejn, fil-każ li s-sanzjoni tiġi imposta fuq persuna fiżika, jiġi ppruvat li l-pubblikazzjoni tad-data personali tkun sproporzjonata minn valutazzjoni obbligatorja li tkun saret qabel tal-proporzjonalità ta' tali pubblikazzjoni;

(b) 

fejn il-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni kriminali li tkun għadha għaddejja;

(c) 

fejn pubblikazzjoni toħloq ħsara sproporzjonata lill-istituzzjonijiet jew l-individwi involuti.

3.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni f'konformità mal-paragrafu 1 tkun għal żmien proporzjonat u għandha tibqa' fuq il-websajt uffiċjali għal minimu ta' perijodu ta' ħames snin wara li d-drittijiet kollha għal appell ikunu ġew eżawriti jew ikunu skadew.

Il-pubblikazzjoni ta' sanzjonijiet u ta' miżuri u ta' kwalunkwe dikjarazzjoni pubblika għandha tirrispetta d-drittijiet fundamentali kif stipulati fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li tali pubblikazzjoni jew kwalunkwe dikjarazzjoni pubblika ma għandhiex ikollha fiha data personali fis-sens tal-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 95/46/KE.

Artikolu 30d

Appell

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità kompetenti f'konformità ma' din id-Direttiva u mar-Regolament (UE) Nru 537/2014 ikunu soġġetti għal dritt ta' appell.

Artikolu 30e

Rapportar ta' ksur

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti mekkaniżmi effettivi sabiex jinkoraġġixxu r-rapportar ta' ksur ta' din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 lill-awtoritajiet kompetenti.
2.  

Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għall-inqas għandhom jinkludu:

(a) 

proċeduri speċifiċi għar-riċevuta ta' rapporti ta' ksur u s-segwitu tagħhom;

(b) 

protezzjoni ta' data personali dwar kemm il-persuna li rrapportat il-ksur issuspettat jew ikkonfermat kif ukoll il-persuna li tkun akkużata li wettqet, jew li allegatament wettqet dak il-ksur, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE;

(c) 

proċeduri adatti sabiex jiżguraw id-dritt tal-persuna akkużata li tiddefendi ruħha u li tinstema' qabel l-adozzjoni ta' deċiżjoni li tikkonċernaha u d-dritt li tfittex rimedju effettiv quddiem tribunal kontra kwalunkwe deċiżjoni jew miżura li tikkonċernaha.

3.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-awditjar jistabbilixxu proċeduri adatti għall-impjegati tagħhom sabiex dawn jirrapportaw ksur potenzjali jew ikkonfermat ta' din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 b'mod intern permezz ta' kanal speċifiku.

Artikolu 30f

Skambju ta' informazzjoni

1.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lis-CEAOB annwalment informazzjoni miġbura fir-rigward tal-miżuri, is-sanzjonijiet u l-multi amministrattivi kollha imposti f'konformità ma' dan il-kapitolu. Is-CEAOB għandha tippubblika dik l-informazzjoni f'rapport annwali.
2.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lis-CEAOB il-projbizzjonijiet temporanji kollha msemmija fil-punti (c) u (e) tal-Artikolu 30a(1).

▼B



KAPITOLU VIII

'SORVELJANZA PUBBLIKA U ARRANĠAMENTI REGOLATORJI BEJN L-ISTATI MEMBRI

Artikolu 32

'Il-prinċipji tas-sorveljanza pubblika

▼M3

1.  
L-Istati Membri għandhom jorganizzaw sistema effettiva ta' sorveljanza pubblika għall-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar bbażata fuq il-prinċipji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7, u għandhom jinnominaw awtorità kompetenti responsabbli minn tali sorveljanza.

▼B

2.  
L-awdituri statutorji u l-kumpanniji tal-verifika kollha għandhom ikunu suġġetti għas-sorveljanza pubblika.

▼M4

3.  
L-awtorità kompetenti għandha tkun irregolata minn persuni mhux prattikanti li jkollhom għarfien fl-oqsma rilevanti għall-awditerija statutorja, u, fejn applikabbli, għall-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà. Dawn għandhom jintgħażlu skont proċedura ta’ ħatra indipendenti u trasparenti.

▼M3

L-awtorità kompetenti tista' tqabbad persuni prattikanti jwettqu kompiti speċifiċi u tista' wkoll tingħata l-għajnuna minn esperti meta din tkun essenzjali għat-twettiq tajjeb tal-kompiti tagħha. F'tali każijiet, kemm il-persuni prattikanti kif ukoll l-esperti ma għandhom ikunu involuti fl-ebda teħid ta' deċiżjonijiet tal-awtorità kompetenti.

4.  

L-awtorità kompetenti għandu jkollha r-responsabbiltà finali fuq is-sorveljanza ta':

(a) 

l-approvazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar;

▼M4

(b) 

l-adozzjoni ta’ standards dwar l-etika professjonali, il-kontroll intern tal-kwalità tad-ditti tal-awditjar, l-awditjar u l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, ħlief meta dawk l-istandards jiġu adottati jew approvati minn awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra;

▼M3

(c) 

it-tkomplija tal-edukazzjoni;

(d) 

is-sistemi ta' assigurazzjoni tal-kwalità;

(e) 

is-sistemi dixxiplinarji investigattivi u amministrattivi.

▼M3

4a.  
L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti waħda jew aktar biex twettaq il-kompiti provduti f'din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti waħda biss li terfa' r-responsabbiltà finali għall-kompiti msemmija f'dan l-Artikolu minbarra għall-fini tal-awditu statutorju ta' kooperattivi, banek tat-tfaddil jew entitajiet simili kif imsemmi fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 86/635/KEE, jew ta' sussidjarja jew suċċessur leġittimu ta' kooperattiva, bank tat-tfaddil jew entità simili kif imsemmi fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 86/635/KEE.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bin-nomina tagħhom.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu organizzati b'tali mod li jiġu evitati l-konflitti ta' interess.

4b.  
L-Istati Membri jistgħu jiddelegaw jew iħallu lill-awtorità kompetenti tiddelega kwalunkwe kompiti tagħha lil awtoritajiet jew korpi maħturin jew awtorizzati mod ieħor mil-liġi biex iwettqu tali kompiti.

Id-delega għandha tispeċifika l-kompiti delegati u l-kondizzjonijiet li skonthom għandhom jitwettqu. L-awtoritajiet jew il-korpi għandhom jiġu organizzati b'tali mod li jiġu evitati konflitti ta' interess.

Fejn l-awtorità kompetenti tiddelega kompiti lil awtoritajiet jew korpi oħra, hija għandha tkun tista' tieħu lura l-kompetenzi delegati skont il-każ.

▼M3

5.  
L-awtorità kompetenti għandu jkollha d-dritt, fejn meħtieġ, li tibda u twettaq investigazzjonijiet marbuta mal-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar u d-dritt li tieħu l-azzjoni adatta.

Fejn awtorità kompetenti tingaġġa esperti biex iwettqu kompiti speċifiċi, hi għandha tiżgura li ma hemm l-ebda konflitt ta' interess bejn dawk l-esperti u l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar inkwistjoni. Tali esperti għandhom jikkonformaw mal-istess rekwiżiti ta' dawk previsti fil-punt (a) tal-Artikolu 29(2).

L-awtorità kompetenti hija mogħtija s-setgħat meħtieġa biex tkun tista' twettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha taħt din id-Direttiva.;

6.  
L-awtorità kompetenti għandha tkun trasparenti. Din għandha tinkludi l-pubblikazzjoni tal-programmi annwali ta' ħidma u r-rapporti tal-attività.
7.  
Is-sistema ta' sorveljanza pubblika għandha tkun iffinanzjata b'mod adatt u għandu jkollha riżorsi adatti biex tibda u twettaq investigazzjonijiet, kif imsemmi fil-paragrafu 5. Il-finanzjament tas-sistema ta' sorveljanza pubblika għandu jkun protett u liberu minn kwalunkwe influwenza indebita mill-awdituri statutorji jew id-ditti tal-awditjar.

▼B

Artikolu 33

'Koperazzjoni bejn is-sistemi tas-sorveljanza pubblika fil-livell Komunitarju

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti regolatorji għas-sistemi ta' sorveljanza pubblika jippermettu koperazzjoni effettiva fil-livell Komunitarju bejn l-attivitajiet ta' sorveljanza ta' l-Istati Membri. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri għandhom jaħtru entità waħda speċifikament responsabbli sabiex tiżgura l-koperazzjoni.

Artikolu 34

'Konoxxenza reċiproka ta' arranġamenti regolatorji bejn l-Istati Membri

1.  
L-arranġamenti regolatorji ta' l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-prinċipju tar-regolament skond is-sistema ta' regoli domestiċi u tas-sorveljanza mill-Istat Membru fejn l-awditur statutorju jew il-kumpannija tal-verifika jkunu approvati u fejn l-entità li tagħha ssir il-verifika tal-kontijiet ikollha l-uffiċċju reġistrat tagħha.

▼M3

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, id-ditti tal-awditjar approvati fi Stat Membru wieħed biex iwettqu servizzi ta' awditjar fi Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 3a għandhom ikunu soġġetti għal rieżami ta' assigurazzjoni tal-kwalità fl-Istat Membru domiċiljari u s-sorveljanza fl-Istat Membru ospitanti ta' kwalunkwe awditjar li twettaq hemmhekk.

▼M3

2.  
Fil-każ ta' awditu statutorju ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati, l-Istat Membru li jeħtieġ dak l-awditu statutorju ma jistax jimponix rekwiżiti addizzjonali marbuta mal-awditu statutorju fir-rigward tar-reġistrazzjoni, ir-rieżami ta' assigurazzjoni tal-kwalità, l-istandards tal-awditjar, l-etika professjonali u l-indipendenza ta' awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li twettaq awditu statutorju ta' sussidjarja stabbilita fi Stat Membru ieħor.
3.  
Fil-każ ta' kumpannija li t-titoli tagħha huma nnegozjati f'suq regolat fi Stat Membru li mhuwiex dak li fih l-kumpannija għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha, l-Istat Membru li fih huma nnegozjati t-titoli jista' ma jimponi l-ebda rekwiżit addizzjonali marbut mal-awditu statutorju fir-rigward tar-reġistrazzjoni, ir-rieżami ta' assigurazzjoni tal-kwalità, l-istandards tal-awditjar, l-etika professjonali u l-indipendenza ta' awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li jwettaq l-awditu statutorju tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew konsolidati ta' dik il-kumpannija.

▼M3

4.  
Fejn awditur statutorju jew ditta tal-awditjar tkun irreġistrata fi kwalunkwe Stat Membru b'konsegwenza tal-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 3 jew l-Artikolu 44 u dak l-awditur statutorju jew dik id-ditta tal-awditjar tipprovdi rapporti tal-awditjar dwar dikjarazzjonijiet finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 45(1), l-Istati Membru li fih l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar tkun irreġistrata għandu jissoġġetta lil dak l-awditur statutorju jew dik id-ditta tal-awditjar għas-sistemi tiegħu ta' sorveljanza, is-sistemi tiegħu ta' assigurazzjoni tal-kwalità u s-sistemi tiegħu ta' investigazzjoni u sanzjonijiet.

▼M3 —————

▼B

Artikolu 36

'Segretezza professjonali u koperazzjoni regolatorja bejn l-Istati Membri

▼M3

1.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri responsabbli mill-approvazzjoni, ir-reġistrazzjoni, l-assigurazzjoni tal-kwalità, l-ispezzjoni u d-dixxiplina, l-awtoritajiet kompetenti maħturin f'konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 u l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej rilevanti għandhom jikkooperaw ma' xulxin kull meta jinħtieġ għall-fini tat-twettiq tar-responsabbiltajiet u l-kompiti rispettivi tagħhom taħt din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 537/2014. L-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru għandhom jagħtu l-għajnuna lil awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra u lill-Awtoritajiet ta' Superviżjoni Ewropej rilevanti. B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu skambju ta' informazzjoni u jikkooperaw f'investigazzjonijiet marbuta mat-twettiq ta' awditi statutorji.

▼B

2.  
L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni kollha li jkunu impjegati jew li kienu impjegati ma' l-awtoritajiet kompetenti. L-informazzjoni koperta bl-obbligu tas-segretezza professjonali ma tistax tiġi żvelata lil kwalunkwe persuna jew awtorità oħra ħlief skond il-liġijiet, regolamenti jew proċeduri amministrattivi ta' Stat Membru.

▼M3

3.  
Il-paragrafu 2 ma għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali. Għaldaqstant l-informazzjoni skambjata tkun koperta mill-obbligu ta' segretezza professjonali, li għaliha huma soġġetti l-persuni impjegati jew dawk li kienu impjegati mill-awtoritajiet kompetenti. L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika wkoll għal kwalunkwe persuna oħra li lilha jkunu ġew iddelegati kompiti mill-awtoritajiet kompetenti marbuta mal-finijiet stabbiliti f'din id-Direttiva.

▼B

4.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, meta tkun mitluba, u mingħajr dewmien eċċessiv, jipprovdu kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-iskop imsemmi fil-paragrafu 1. Fejn meħtieġ, l-awtoritajiet kompetenti li jirċievu tali talba għandhom, mingħajr dewmien eċċessiv, jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiġbru l-informazzjoni meħtieġa. L-informazzjoni hekk provduta għandha tkun koperta bl-obbligu tas-segretezza professjonali li għalih ikunu suġġetti l-persuni impjegati jew li kienu impjegati qabel mill-awtoritajiet kompetenti li rċevew l-informazzjoni.

F'każ li l-awtorità kompetenti li tintalab tagħti l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx tista' tipprovdiha mingħajr dewmien eċċessiv hija għandha tagħti r-raġunijiet għal dan lill-awtorità kompetenti li titlob l-informazzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrifjutaw li jipproċedu fuq talba għal informazzjoni fejn:

(a) 

l-għoti ta' informazzjoni jista' jolqot ħażin is-sovranità, is-sigurtà jew l-ordni pubbliku ta' l-Istat rikjest jew tikser ir-regoli ta' sigurtà nazzjonali; jew

▼M3

(b) 

jkunu diġà nfetħu proċeduri ġudizzjarji fir-rigward tal-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru mitlub; jew

(c) 

tkun diġà ngħatat sentenza finali fir-rigward tal-istess azzjonijiet u l-istess persuni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru mitlub.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligi li għalihom huma soġġetti fil-proċeduri ġudizzjarji, l-awtoritajiet kompetenti jew l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej li jirċievu l-informazzjoni skont il-paragrafu 1 jistgħu jużawha biss għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom fl-ambitu ta' din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 u fil-kuntest ta' proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji marbuta b'mod speċifiku mal-eżerċizzju ta' dawk il-funzjonijiet.

▼M3

4a.  
L-Istati Membri jistgħu jippermettu lil awtoritajiet kompetenti jittrasmettu lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta' entitajiet ta' interess pubbliku, banek ċentrali, is-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u l-Bank Ċentrali Ewropew, fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji, u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, informazzjoni konfidenzjali intenzjonata għat-twettiq tal-kompiti tagħhom. Tali awtoritajiet jew korpi ma għandhomx jinżammu milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jinħtieġu sabiex iwettqu d-doveri tagħhom taħt ir-Regolament (UE) Nru 537/2014

▼B

5.  
Fejn l-awtorità kompetenti tikkonkludi li jkunu qegħdin jitwettqu jew twettqu attivitajiet li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, hija għandha tinnotifika dik il-konklużjoni bl-iktar mod speċifiku possibbli lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru l-ieħor. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru l-ieħor għandha tieħu l-azzjoni xierqa. Hija għandha tinforma bir-riżultat lill-awtorità kompetenti li ressqet in-notifika u, sa fejn ikun possibbli, bl-iżviluppi interim sinifikattivi.
6.  
L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' titlob ukoll li titwettaq investigazzjoni mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor, fit-territorju ta' dan ta' l-aħħar.

Hija tista' titlob ukoll li membri mill-persunal tagħha jitħallew jakkumpanjaw il-persunal ta' l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor matul l-investigazzjoni.

L-investigazzjoni għandha tkun suġġetta, matul it-twettiq kollu tagħha, għall-kontroll ġenerali ta' l-Istat Membru li fih tkun qiegħda sseħħ.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrifjutaw li jipproċedu fuq talba sabiex issir investigazzjoni kif previst fl-ewwel subparagrafu, jew fuq talba sabiex il-persunal tagħhom ikunu akkumpanjati minn persunal ta' awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor, kif previst fit-tieni subparagrafu, fejn:

▼M3

(a) 

tali investigazzjoni tista' taffettwa b'mod negattiv is-sovranità, is-sigurtà jew l-ordni pubbliku tal-Istat Membru mitlub l-informazzjoni jew tikser ir-regoli ta' sigurtà nazzjonali; jew

▼B

(b) 

ikunu diġà nbdew proċeduri ġudizzjarji fir-rigward ta' l-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet ta' l-Istat Membru rikjest; jew

(ċ) 

ikun diġà ngħata ġudizzju finali fir-rigward ta' tali persuni għall-istess azzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru rikjest.

▼M3 —————

▼M4

Artikolu 36a

Arranġamenti regolatorji bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà

Ir-rekwiżiti tal-Artikoli 34 u 36 fir-rigward tal-awditjar statutorju tar-rapporti finanzjarji għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà.

▼B



KAPITOLU IX

'ĦATRA U TNEĦĦIJA

Artikolu 37

'Ħatra ta' awdituri statutorji jew kumpanniji tal-verifika

1.  
L-awditur statutorju jew il-kumpannija tal-verifika għandhom jinħatru mil-laqgħa ġenerali ta' l-azzjonisti jew tal-membri ta' l-entità suġġetta għall-verifika.

▼M4

L-ewwel subparagrafu għandu japplika għall-ħatra tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar għal finijiet ta’ aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà.

▼B

2.  
L-Istati Membri jistgħu jippermettu sistemi jew modalitajiet alternattivi għall-ħatra ta' awditur statutorju jew ta' kumpannija tal-verifika dejjem jekk dawn is-sistemi jew modalitajiet ikunu mfassla sabiex jiżguraw l-indipendenza ta' l-awditur statutorju jew tal-kumpannija tal-verifika mill-membri eżekuttivi tal-korp amministrattiv jew ta' ġestjoni tal-kumpannija suġġetta għall-verifika.

▼M4

L-ewwel subparagrafu għandu japplika għall-ħatra tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar għal finijiet ta’ aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà.

▼M4

3.  
Kwalunkwe klawżola kuntrattwali li tirrestrinġi l-għażla mil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti jew tal-membri tal-entità awditjata skont il-paragrafu 1 għal ċerti kategoriji jew listi ta’ awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar fir-rigward tal-ħatra ta’ awditur statutorju jew ditti tal-awditjar partikolari biex iwettqu l-awditjar statutorju u, fejn applikabbli, l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ta’ dik l-entità għandha tkun ipprojbita. Kwalunkwe tali klawżola eżistenti għandha tkun nulla u bla effett.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonisti jew membri ta’ impriżi kbar soġġetti għall-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE, minbarra l-impriżi msemmija fil-punt (1)(a) tal-Artikolu 2 ta’ dik id-Direttiva, u li jirrappreżentaw aktar minn 5 % tad-drittijiet tal-vot jew 5 % tal-kapital tal-impriża, individwalment jew kollettivament, għandhom id-dritt li jressqu abbozz ta’ riżoluzzjoni li għandu jiġi adottat fil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti jew membri li teħtieġ li parti terza akkreditata li ma tappartjenix lill-istess ditta jew network tal-awditjar bħall-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar li twettaq l-awditjar statutorju jipprepara rapport dwar ċerti elementi tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà u li tali rapport ikun disponibbli għal-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti jew membri.

▼B

Artikolu 38

'It-tneħħija u r-riżenja ta' awdituri statutorji jew ta' kumpanniji tal-verifika

▼M4

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awdituri statutorji jew id-ditti tal-awdituri jkunu jistgħu jitneħħew biss fejn ikun hemm raġunijiet xierqa. Id-diverġenza tal-opinjonijiet dwar it-trattamenti kontabilistiċi, il-proċeduri tal-awditjar jew fejn applikabbli dwar il-proċeduri ta’ rapportar jew ta’ aċċertament dwar is-sostenibbiltà ma għandhiex tkun raġuni xierqa għat-tkeċċija.

▼B

2.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpannija suġġetta għall-verifika kif ukoll l-awditur statutorju jew il-kumpannija tal-verifika jinfurmaw l-awtorità jew l-awtoritajiet responsabbli mis-sorveljanza pubblika dwar it-tneħħija jew ir-riżenja waqt iż-żmien tal-ħatra u jagħtu spjegazzjoni xierqa tar-raġunijiet għal dan.

▼M4

L-obbligu li tingħata informazzjoni previst fl-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għall-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà.

▼M3

3.  

F'każ tal-awditu statutorju ta' entità ta' interess pubbliku, għandu jkun permissibbli għal

(a) 

l-azzjonisti, li jirrappreżentaw 5 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital azzjonarju,

(b) 

il-korpi l-oħra tal-entitajiet awditjati meta ddefiniti mil-leġislazzjoni nazzjonali, jew

(c) 

l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 32 ta' din id-Direttiva jew maħturin f'konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 jew, meta previst mil-liġi nazzjonali, mal-Artikolu 20(2), tar-Regolament (UE) Nru 537/2014.

li jressqu kawża quddiem qorti nazzjonali għat-tkeċċija tal-awdituri statutorji jew tal-ditti tal-awditjar fejn ikun hemm raġunijiet tajba biex jagħmlu dan.

▼M4

L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għall-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà.

▼M3



KAPITOLU X

KUMITAT TAL-AWDITJAR

Artikolu 39

Kumitat tal-awditjar

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull entità ta' interess pubbliku jkollha kumitat tal-awditjar. Il-kumitat tal-awditjar għandu jkun jew kumitat awtonomu jew kumitat tal-korp amministrattiv jew tal-korp superviżorju tal-entità awditjata. Għandu jkun magħmul minn membri mhux eżekuttivi tal-korp amministrattiv u/jew membri tal-korp superviżorju tal-entità awditjata u/jew membri maħtura mil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti tal-entità awditjata jew, għal entitajiet mingħajr azzjonisti, minn korp ekwivalenti.

Għall-inqas membru wieħed tal-kumitat tal-awditjar għandu jkollu kompetenza fil-kontabbiltà u/jew fl-awditjar.

Il-membri tal-kumitat kolleġjalment għandu jkollhom kompetenza rilevanti għas-settur li fih topera l-entità awditjata.

Il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat tal-awditjar għandha tkun indipendenti mill-entità awditjata. Il-President tal-kumitat tal-awditjar għandu jinħatar mill-membri tiegħu jew mill-korp superviżorju tal-entità awditjata u għandu jkun indipendenti mill-entità awditjata. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-President tal-kumitat tal-awditjar jiġi elett annwalment mil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti tal-entità awditjata.

2.  
B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li fil-każ ta' entitajiet ta' interess pubbliku li jilħqu l-kriterji stabbiliti fil-punti (f) u (t) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ), il-funzjonijiet assenjati lill-kumitat tal-awditjar jistgħu jitwettqu mill-korp amministrattiv jew superviżorju sħiħ, dment li fejn il-President ta' tali korp ikun membru eżekuttiv, huwa jew hija ma jkunx President filwaqt li tali korp ikun qed iwettaq il-funzjonijiet tal-kumitat tal-awditjar.

Fejn kumitat tal-awditjar jifforma parti mill-korp amministrattiv jew mill-korp superviżorju ta' entità awditjata f'konformità mal-paragrafu 1 l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li l-korp amministrattiv jew il-korp superviżorju kif ikun adatt iwettaq il-funzjonijiet tal-kumitat tal-awditjar għall-fini tal-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 537/2014.

3.  

B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-entitajiet ta' interess pubbliku li ġejjin ma jkunux meħtieġa jkollhom kumitat tal-awditjar:

(a) 

kwalunkwe entità ta' interess pubbliku li hija impriża sussidjarja fis-sens tal-punt 10 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2013/34/UE jekk dik l-entità tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1, 2 u 5 ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 11(1), l-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 16(5) tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 fil-livell ta' grupp;

(b) 

kwalunkwe entità ta' interess pubbliku li tkun UCITS kif iddefinita fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ) jew fond ta' investiment alternattiv (AIF) kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 );

(c) 

kwalunkwe entità ta' interess pubbliku li l-uniku skop kummerċjali tagħha huwa li taġixxi bħala emittent ta' titoli fuq il-bażi ta' assi kif iddefiniti fil-punt 5 tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 ( 11 );

(d) 

kwalunkwe istituzzjoni ta' kreditu fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE li l-ishma tagħha mhumiex ammessi għan-negozjar f'suq regolat ta' ebda Stat Membru fis-sens tal-punt 14 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE u li, b'mod kontinwu jew ripetut, ħarġet biss titoli ta' dejn ammessi għan-negozjar f'suq regolat, dment li l-ammont nominali totali ta' dawn it-titoli ta' dejn jibqa' taħt il-EUR 100 000 000  u li hija ma ppubblikatx prospett taħt id-Direttiva 2003/71/KE.

L-entitajiet ta' interess pubbliku msemmija fil-punt (c) għandhom jispjegaw lill-pubbliku r-raġunijiet għalfejn huma ma jqisux xieraq il-fatt li jkollhom jew kumitat tal-awditjar inkella korp amministrattiv jew superviżorju fdati bit-twettiq tal-funzjonijiet ta' kumitat tal-awditjar.

4.  
B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jesiġu jew jippermettu li entità ta' interess pubbliku ma jkollhiex kumitat tal-awditjar dment li jkollha korp jew korpi li jwettqu funzjonijiet ekwivalenti għal kumitat tal-awditjar, stabbiliti u li qed jiffunzjonaw skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membri li fih tkun irreġistrata l-entità li ser tiġi awditjata. F'tali każ l-entità għandha tiżvela liema korp iwettaq dawk il-funzjonijiet u kif inhuwa magħmul dak il-korp.

▼M4

4a.  
L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-funzjonijiet assenjati lill-kumitat tal-awditjar relatati mar-rapportar dwar is-sostenibbiltà u relatati mal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà jitwettqu mill-korp amministrattiv jew superviżorju kollu kemm hu jew minn korp iddedikat stabbilit mill-korp amministrattiv jew superviżorju.

▼M3

5.  
Fejn il-membri kollha tal-kumitat tal-awditjar huma membri tal-korp amministrattiv jew superviżorju tal-entità awditjata, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-kumitat tal-awditjar jkun eżentat mir-rekwiżiti ta' indipendenza stipulati fir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 1.
6.  

Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji, jew ta' membri oħra li huma maħtura mil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti tal-entità awditjata, il-kumitat tal-awditjar għandha, inter-alia:

▼M4

(a) 

jinforma lill-korp amministrattiv jew superviżorju tal-entità awditjata bl-eżitu tal-awditjar statutorju u, fejn applikabbli, bl-eżitu tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà u jispjega kif l-awditjar statutorju u l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà kkontribwew għall-integrità tar-rapportar finanzjarju u dwar is-sostenibbiltà rispettivament, u x’kien ir-rwol tal-kumitat tal-awditjar f’dak il-proċess;

(b) 

jimmonitorja l-proċess ta’ rapportar finanzjarju u, fejn applikabbli, dwar is-sostenibbiltà, inkluż il-proċess ta’ rapportar elettroniku kif msemmi fl-Artikolu 29d tad-Direttiva 2013/34/UE u l-proċess imwettaq mill-impriża sabiex tidentifika l-informazzjoni rrapportata skont l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà adottati skont l-Artikolu 29b ta’ dik id-Direttiva, u jissottometti rakkomandazzjonijiet jew proposti sabiex jiżgura l-integrità tagħhom;

(c) 

jimmonitorja l-effettività tas-sistemi interni tal-kontroll tal-kwalità u tal-immaniġġjar tar-riskji tal-impriża u, fejn applikabbli, l-awditjar intern tagħha, fir-rigward tar-rapportar finanzjarju u, fejn applikabbli, dwar is-sostenibbiltà tal-impriża, inkluż il-proċess ta’ rappurtar elettroniku tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 29d tad-Direttiva 2013/34/UE, mingħajr ma tinkiser l-indipendenza tiegħu;

(d) 

jimmonitorja l-awditjar statutorju tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u kkonsolidati u, fejn applikabbli, tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà annwali u kkonsolidat, b’mod partikolari, il-prestazzjoni tiegħu, filwaqt li jieħu kont ta’ kwalunkwe riżultat u konklużjoni mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 26(6) tar-Regolament (UE) Nru 537/2014;

(e) 

jeżamina u jimmonitorja l-indipendenza tal-awdituri statutorji jew id-ditti tal-awditjara f’konformità mal-Artikoli 22, 22a, 22b, 24a, 24b u 25b, 25c u 25d ta’ din id-Direttiva, u mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014, u b’mod partikolari kemm ikun adatt l-għoti ta’ servizzi mhux ta’ awditjar lill-entità awditjata f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament;

▼M3

(f) 

ikun responsabbli għall-proċedura dwar l-għażla tal-awditur(i) statutorju/i jew tal-ditta/i tal-awditjar u jirrakkomanda li l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar li tinħatar/jinħatru f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 minbarra meta tkun applikata d-dispożizzjoni tal-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 537/2014.

▼B



KAPITOLU XI

'ASPETTI INTERNAZZJONALI

Artikolu 44

'Approvazzjoni ta' awdituri minn pajjiżi terzi

1.  
L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu japprovaw, bil-kondizzjoni ta' reċiproċità, awditur minn pajjiż terz bħala awditur statutorju jekk il-persuna tkun ġabet provi li hija tikkonforma ma' rekwiżiti li jkunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikoli 4 u 6 sa 13.
2.  
L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14 qabel ma jagħtu approvazzjoni lil awditur minn pajjiż terz li jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 1.

Artikolu 45

'Reġistrazzjoni u sorveljanza ta' awdituri u entitajiet tal-verifika minn pajjiżi terzi

▼M4

1.  

L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru għandhom, f’konformità mal-Artikoli 15, 16 u 17 ta’ din id-Direttiva, jirreġistraw lil kull awditur u entità tal-awditjar minn pajjiż terz, fejn dak l-awditur jew dik l-entità tal-awditjar ta’ pajjiż terz tipprovdi rapport tal-awditjar li jikkonċerna d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew kkonsolidati, jew, fejn applikabbli, rapport tal-aċċertament li jikkonċerna r-rapportar dwar is-sostenibbiltà annwali jew kkonsolidat ta’ impriża inkorporata barra l-Unjoni li t-titoli trasferibbli tagħha jkunu ammessi għan-negozjar f’suq regolat ta’ dak l-Istat Membru, kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ) minbarra meta l-impriża inkwistjoni tkun esklużivament emittent ta’ titoli ta’ dejn pendenti li għalihom tapplika waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

tali titoli jkunu ġew ammessi għan-negozjar f’suq regolat fi Stat Membru, kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE qabel il-31 ta’ Diċembru 2010 u d-denominazzjoni tagħhom għal kull unità, fid-data tal-ħruġ, tkun tal-inqas EUR 50 000 jew, f’każ ta’ titoli ta’ dejn denominati f’munita oħra, ekwivalenti, fid-data tal-ħruġ, għal tal-inqas EUR 50 000 .

(b) 

tali titoli jkunu ammessi għan-negozjar f’suq regolat fi Stat Membru, kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE mill-31 ta’ Diċembru 2010 u d-denominazzjoni tagħhom għal kull unità, fid-data tal-ħruġ, tkun tal-inqas EUR 100 000 jew, f’każ ta’ titoli ta’ dejn denominati f’munita oħra, ekwivalenti, fid-data tal-ħruġ, għal tal-inqas EUR 100 000 .

▼B

2.  
Għandhom japplikaw l-Artikoli 18 u 19.
3.  
L-Istati Membri għandhom iżommu l-entitajiet tal-verifika u l-awdituri, minn pajjiżi terzi, reġistrati taħt is-sistema ta' sorveljanza tagħhom, is-sistema ta' assigurazzjoni ta' kwalità tagħhom u s-sistema ta' investigazzjonijiet u pieni tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw awdituri u entitajiet tal-verifika, minn pajjiżi terzi, reġistrati milli jkunu suġġetti għas-sistema ta' l-assigurazzjoni ta' kwalità tagħhom jekk sistema ta' assigurazzjoni ta' kwalità ta' Stat Membru ieħor jew ta' pajjiż terz, ġudikata bħala ekwivalenti skond l-Artikolu 46, tkun diġà wettqet eżami tal-kwalità ta' l-awditur jew ta' l-entità tal-verifika mill-pajjiż terz matul l-aħħar tliet snin.

▼M4

4.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 46, ir-rapporti tal-awditjar dwar il-kontijiet annwali jew il-kontijiet kkonsolidati jew, fejn applikabbli, ir-rapporti ta’ aċċertament dwar ir-rapportar annwali jew kkonsolidat dwar is-sostenibbiltà msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu maħruġa minn awdituri jew entitajiet tal-awditjar ta’ pajjiżi terzi li mhumiex irreġistrati fl-Istat Membru ma għandu jkollhom l-ebda effett legali f’dak l-Istat Membru.
5.  

Stat Membru jista’ jirreġistra entità ta’ awditjar ta’ pajjiż terz għall-fini tal-awditjar tar-rapporti finanzjarji biss jekk:

(a) 

il-maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv jew tal-ġestjoni tal-entità ta’ awditjar ta’ pajjiż terz tissodisfa rekwiżiti li jkunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 10, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1);

(b) 

l-awditur ta’ pajjiż terz li jwettaq l-awditjar f’isem l-entità ta’ awditjar ta’ pajjiż terz jissodisfa rekwiżiti li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 10, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(3), u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1);

(c) 

il-verifiki tad-dikjarazzjonietfinanzjarji annwali jew kkonsolidati msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jitwettqu f’konformità ma’ standards internazzjonali tal-awditjar kif imsemmi fl-Artikolu 26, kif ukoll mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 22, 22b u 25, jew ma’ standards u rekwiżiti ekwivalenti;

(d) 

l-entità tal-awditjar ta’ pajji terz tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha rapport annwali ta’ trasparenza li jinkludi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 jew tikkonforma ma’ rekwiżiti ta’ divulgazzjoni ekwivalenti.

Stat Membru jista’ biss jirreġistra entità ta’ awditjar ta’ pajjiż terz għal finijiet ta’ aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà jekk:

(a) 

il-maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv jew tal-ġestjoni tal-entità ta’ awditjar ta’ pajjiż terz tissodisfa rekwiżiti li jkunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 10;

(b) 

l-awditur ta’ pajjiż terz li jwettaq l- aċċertament f’isem l-entità ta’ awditjar ta’ pajjiż terz jissodisfa rekwiżiti li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 10;

(c) 

l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà annwali jew kkonsolidat imsemmi fil-paragrafu 1 titwettaq f’konformità mal-istandards ta’ aċċertament imsemmija fl-Artikolu 26a, kif ukoll mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 22, 22b, 25 u 25b, jew ma’ standards u rekwiżiti ekwivalenti;

(d) 

l-entità tal-awditjar ta’ pajjiż terz tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha rapport annwali ta’ trasparenza li jinkludi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 jew tikkonforma ma’ rekwiżiti ta’ divulgazzjoni ekwivalenti.

5a.  
Stat Membru jista’ biss jirreġistra awditur ta’ pajjiż terz għal finijiet ta’ awditjar ta’ rapporti finanzjarji jekk jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (b), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

Stat Membru jista’ biss jirreġistra awditur ta’ pajjiż terz għal finijiet ta’ aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà jekk jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (b), (c) u (d) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

6.  
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 u l-punt (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tiddeċiedi dwar l-ekwivalenza msemmija fih permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

L-Istati Membri jistgħu jivvalutaw l-ekwivalenza msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 u l-punt (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu dment li l-Kummissjoni ma tkunx ħadet tali deċiżjoni.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 48a biex tissupplimenta din id-Direttiva b’tali mod li tistabbilixxi l-kriterji ta’ ekwivalenza ġenerali li għandhom jintużaw fil-valutazzjoni ta’ jekk il-verifiki tar-rapporti finanzjarji u, fejn applikabbli, l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jitwettqux f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-awditjar kif definiti fl-Artikolu 26 u mal-istandards ta’ aċċertament għar-rapportar dwar is-sostenibbiltà msemmija fl-Artikolu 26a, rispettivament, u mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 22, 24 u 25. Tali kriterji, li jkunu applikabbli għall-pajjiżi terzi kollha, għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta jkunu qed jivvalutaw l-ekwivalenza fil-livell nazzjonali.

▼B

Artikolu 46

'Deroga f'każ ta' ekwivalenza

1.  
L-Istati Membri jistgħu ma japplikawx jew jimmodifikaw ir-rekwiżiti ta' l-Artikolu 45(1) u (3) fuq il-bażi ta' reċiproċità biss jekk dawn l-awdituri jew entitajiet tal-verifika minn pajjiż terz ikunu suġġetti għal sistemi ta' sorveljanza pubblika, ta' assigurazzjoni ta' kwalità u ta' investigazzjonijiet u pieni, fil-pajjiż terz, li jissodisfaw ir-rekwiżiti ekwivalenti għal dawk ta' l-Artikoli 29, 30 u 32.

▼M3

2.  
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tiddeċiedi dwar l-ekwivalenza msemmija fih permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). Ladarba l-Kummissjoni tirrikonoxxi l-ekwivalenza msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiddependu fuq tali ekwivalenza b'mod parzjali jew sħiħ u għaldaqstant ma japplikawx jew jimmodifikaw ir-rekwiżiti fl-Artikolu 45(1) u (3) b'mod parzjali jew sħiħ. L-Istati Membri jistgħu jivvalutaw l-ekwivalenza msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew jiddependu fuq il-valutazzjonijiet mwettqa minn Stati Membri oħra sakemm il-Kummissjoni ma tkunx ħadet tali deċiżjoni. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżit ta' ekwivalenza msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, tista' tħalli lill-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar konċernati jkomplu l-attivitajiet tagħhom tal-awditjar f'konformità mar-rekwiżiti tal-Istat Membru relevanti matul il-perijodu adatt ta' transizzjoni.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 48a bil-għan li tistabbilixxi kriterji ta' ekwivalenza ġenerali, fuq il-bażi tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 29, 30 u 32, li għandhom jintużaw meta jiġi vvalutat jekk is-sorveljanza pubblika, l-assigurazzjoni tal-kwalità, l-investigazzjoni u s-sistemi ta' sanzjonijiet ta' pajjiż terz ikunux ekwivalenti għal dawk tal-Unjoni. Tali kriterji ġenerali għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta jivvalutaw l-ekwivalenza fil-livell nazzjonali fin-nuqqas ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-pajjiż terz konċernat.

▼B

3.  

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni:

(a) 

il-valutazzjonijiet tagħhom ta' l-ekwivalenza prevista fil-paragrafu 2; u

(b) 

l-elementi prinċipali ta' l-arranġamenti koperattivi tagħhom ma' sistemi ta' pajjiżi terzi ta' sorveljanza pubblika, ta' l-assigurazzjoni ta' kwalità u ta' investigazzjonijiet u pieni, fuq il-bażi tal-paragrafu 1.

Artikolu 47

'Koperazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti minn pajjiżi terzi

▼M3

1.  

L-Istati Membri jistgħu jippermettu t-trasferiment lill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż terz ta' dokumenti ta' ħidma ta' awditjar jew ta' dokumenti oħra li jkunu f'idejn l-awdituri statutorji jew id-ditti tal-awditjar bl-approvazzjoni tagħhom, u dikjarazzjonijiet ta' spezzjoni jew ta' investigazzjonijiet marbuta mal-awditi inkwistjoni dment li:

(a) 

dawk id-dokumenti ta' ħidma ta' awditjar jew dokumenti oħra marbuta ma' awditi ta' kumpanniji li ħarġu titoli f'dak il-pajjiż terz jew li jifformaw parti minn grupp li joħroġ dikjarazzjonijiet finanzjarji statutorji konsolidati f'dak il-pajjiż terz;

▼B

(b) 

it-trasferiment iseħħ permezz ta' l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak il-pajjiż terz u fuq talba tagħhom;

(ċ) 

l-awtoritajiet kompetenti ta' dak il-pajjiż terz konċernat jissodisfaw ir-rekwiżiti li jkunu ġew dikjarati adegwati skond il-paragrafu 3;

(d) 

ikun hemm arranġamenti tax-xogħol fuq il-bażi ta' reċiproċità miftiehma bejn l-awtoritajiet kompetenti konċernati;

(e) 

it-trasferiment ta' data personali lil pajjiż terz tkun konformi mal-Kapitolu IV tad-Direttiva 95/46/KE.

2.  

L-arranġamenti tax-xogħol imsemmija fil-paragrafu 1 punt (d) għandhom jiżguraw li:

(a) 

tingħata ġustifikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-iskop tat-talba għall-karti tax-xogħol tal-verifika u għal dokumenti oħrajn;

(b) 

il-persuni impjegati jew li kienu impjegati qabel mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz li jirċievu informazzjoni ikunu suġġetti għall-obbligu tas-segretezza professjonali;

▼M3

(ba) 

il-protezzjoni tal-interess kummerċjali tal-entità awditjata, inkluża l-propjetà industrijali u intellettwali tagħha ma tixxekkilx;

▼B

(ċ) 

l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikunu jistgħu jużaw karti tax-xogħol tal-verifika u dokumenti oħra biss għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom tas-sorveljanza pubblika, ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità u ta' l-investigazzjonijiet li jissodisfaw rekwiżiti ekwivalenti għal dawk fl-Artikoli 29, 30 u 32;

(d) 

it-talba minn awtorità kompetenti ta' pajjiż terz għall-karti tax-xogħol tal-verifika jew dokumenti oħra miżmuma mill-awditur statutorju jew kumpannija tal-verifika tista' tiġi rifjutata:

— 
fejn l-għoti ta' dawk il-karti jew dokumenti tax-xogħol jolqtu ħażin is-sovranità, is-sigurtà jew l-ordni pubbliku tal-Komunità jew l-Istat Membru rikjest, jew

▼M3

— 
fejn ikunu diġà nbdew proċeduri ġudizzjarji fir-rigward tal-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru mitlub,
— 
fejn tkun diġà nqatgħet sentenza finali fir-rigward tal-istess azzjonijiet u dwar l-istess awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru mitlub.
3.  
Sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tiddeċiedi dwar l-adegwatezza msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 48a bil-għan li tistabbilixxi kriterji ta' adegwatezza ġenerali li f'konformità magħhom l-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi jistgħux jiġu rikonoxxuti bħala adatti sabiex jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fl-iskambju ta' dokumenti tal-ħidma tal-awditjar u dokumenti oħra f'idejn awdituri statutorji u ditta tal-awditjar. Il-kriterji ġenerali ta' adegwatezza għandhom ikunu bbażati fuq ir-rekwiżiti tal-Artikolu 36 jew fuq riżultati funzjonali essenzjalment ekwivalenti relatati ma' skambju dirett ta' dokumenti ta' ħidma tal-awditjar jew dokumenti oħra f'idejn awdituri statutorji jew ditta tal-awditjar.

▼B

4.  

F'każijiet eċċezjonali u b'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-awdituri statutorji u l-kumpanniji tal-verifika approvati minnhom li jittrasferixxu l-karti tax-xogħol tal-verifika u dokumenti oħra direttament lill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż terz, sakemm:

(a) 

ikunu nbdew investigazzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti f'dak il-pajjiż terz;

(b) 

it-trasferiment ma jkunx f'konflitt ma' l-obbligi li magħhom l-awdituri statutorji u l-kumpanniji tal-verifika għandhom jikkonformaw fir-rigward tat-trasferiment tal-karti tax-xogħol tal-verifika u ta' dokumenti oħra lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż tagħhom;

(ċ) 

ikun hemm arranġamenti tax-xogħol ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' dak il-pajjiż terz li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru aċċess dirett u reċiproku għall-karti tax-xogħol tal-verifika u għal dokumenti oħra tal-kumpanniji tal-verifika ta' dak il-pajjiż terz;

(d) 

l-awtorità kompetenti rikjedenti tal-pajjiż terz tavża bil-quddiem l-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta' l-awditur statutorju jew tal-kumpannijatal-verifika b'kull talba diretta għall-informazzjoni, u tindika r-raġunijiet għaliha;

(e) 

ikunu rispettati l-kondizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 2.

▼M3 —————

▼B

6.  
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-arranġamenti tax-xogħol imsemmija fil-paragrafi 1 u 4.



KAPITOLU XII

'DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

Artikolu 48

'Proċedura ta' kumitat

▼M3

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat (minn hawn 'il quddiem imsemmi “il-Kumitat”). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ).
2.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

▼M1

2a.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

▼M1

3.  
Sal-31 ta’ Diċembru 2010, u, wara din id-data, ta’ l-anqas kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw is-setgħat ta’ implimentazzjoni u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iffunzjonar ta’ dawk is-setgħat. Dak ir-rapport għandu jeżamina, partikularment, il-ħtieġa li l-Kummissjoni tipproponi emendi għal din id-Direttiva, sabiex tiżgura l-ambitu xieraq tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. Il-konklużjoni dwar jekk hemmx il-ħtieġa ta' emenda jew le għandha tiġi akkumpanjata minn dikjarazzjoni dettaljata ta' raġunijiet għal din il-konklużjoni. Jekk meħtieġ, ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva biex temenda id-dispożizzjonijiet li jagħtu setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

▼M3

Artikolu 48a

Eżerċizzju tad-delega

1.  
Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2.  
Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 26(3), 45(6), 46(2) u 47(3) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mis-16 ta' Ġunju 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi ta' żmien identiċi, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

▼M4

Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 26a(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien indeterminat.

▼M4

3.  
Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 26(3), l-Artikolu 26a(3), l-Artikolu 45(6), l-Artikolu 46(2) u l-Artikolu 47(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

▼M3

4.  
Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifikaha fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

▼M4

5.  
Att delegat adottat skont l-Artikolu 26(3), l-Artikolu 26a(3), l-Artikolu 45(6), l-Artikolu 46(2) jew l-Artikolu 47(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill matul perjodu ta’ erba’ xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼M3 —————

▼B

Artikolu 50

'Tħassir tad-Direttiva 84/253/KEE

Id-Direttiva 84/253/KEE għandha titħassar b'effett mid-29 ta' Ġunju 2006. Ir-riferenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jiftehmu bħala riferenzi għal din id-Direttiva.

Artikolu 51

'Dispożizzjoni transitorja

L-awdituri statutorji jew il-kumpanniji tal-verifika li jkunu approvati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri skond id-Direttiva 84/253/KEE qabel id-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 53(1), għandhom jitqiesu bħala approvati skond din id-Direttiva.

Artikolu 52

'Armonizzazzjoni minima

L-Istati Membri li jesiġu l-verifika statutorja jistgħu jimponu rekwiżiti aktar stretti, sakemm ma jkunx previst b'mod ieħor minn din id-Direttiva.

Artikolu 53

'Traspożizzjoni

1.  
Qabel id-29 ta' Ġunju 2008 l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan minnufih.
2.  
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjoniet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza referenzafil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif għandha ssir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
3.  
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 54

'Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 55

'Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.



( 1 ) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

( 2 ) ĠU L 207, 18.8.2003, p. 1.

( 3 ) Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

( 4 ) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

( 5 ) Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22).

( 6 ) ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.

( 7 ) Direttiva tal-Kummissjoni 2004/72/KE tad-29 ta' April 2004 li timplementa d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jirrigwarda l-prattiċi aċċettati tas-suq, id-definizzjoni tal-informazzjoni interna b'relazzjoni mad-derivattivi dwar il-kommoditajiet, it-tħejjija ta' listi ta' persuni nterni, in-notifika tat-transazzjonijiet tal-amministraturi u n-notifika ta' transazzjonijiet suspettużi (ĠU L 162, 30.4.2004, p. 70).

( 8 ) Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64).

( 9 ) Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewroepw u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

( 10 ) Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

( 11 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 tad-29 ta' April 2004 li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti u kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b'referenza u l-pubblikazzjoni ta' prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami (ĠU L 149, 30.4.2004, p. 1).

( 12 ) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

( 13 ) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Top