This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02002D0621-20100130
Decision of the Secretaries-General of the European Parliament, the Council and the Commission, the Registrar of the Court of Justice, the Secretaries-General of the Court of Auditors, the Economic and Social Committee and the Committee of the Regions, and the Representative of the European Ombudsman of 25 July 2002 on the organisation and operation of the European Communities Personnel Selection Office (2002/621/EC)
Consolidated text: Id-Deċiżjoni tas-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, is-Segretarjat Ġenerali tal-Qorti ta' l-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-Kumitat tar-Reġjuni, u r-Rappreżentant ta' l-Ombudsman Ewropew tal-25 ta' Lulju 2002 dwar l-organizzazzjonijiet u l-ħidma ta' l-Uffiċċju għas-selezzjoni tal-persunal tal-Komunitajiet Ewropej (2002/621/KE)
Id-Deċiżjoni tas-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, is-Segretarjat Ġenerali tal-Qorti ta' l-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-Kumitat tar-Reġjuni, u r-Rappreżentant ta' l-Ombudsman Ewropew tal-25 ta' Lulju 2002 dwar l-organizzazzjonijiet u l-ħidma ta' l-Uffiċċju għas-selezzjoni tal-persunal tal-Komunitajiet Ewropej (2002/621/KE)
2002D0621 — MT — 30.01.2010 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
ID-DEĊIŻJONI TAS-SEGRETARJAT ĠENERALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL, IL-KUMMISSJONI, IR-REĠISTRATUR TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA, IS-SEGRETARJAT ĠENERALI TAL-QORTI TA' L-AWDITURI, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI, IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI, U R-RAPPREŻENTANT TA' L-OMBUDSMAN EWROPEW tal-25 ta' Lulju 2002 dwar l-organizzazzjonijiet u l-ħidma ta' l-Uffiċċju għas-selezzjoni tal-persunal tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 197, 26.7.2002, p.56) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
L 26 |
24 |
30.1.2010 |
ID-DEĊIŻJONI TAS-SEGRETARJAT ĠENERALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL, IL-KUMMISSJONI, IR-REĠISTRATUR TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA, IS-SEGRETARJAT ĠENERALI TAL-QORTI TA' L-AWDITURI, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI, IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI, U R-RAPPREŻENTANT TA' L-OMBUDSMAN EWROPEW
tal-25 ta' Lulju 2002
dwar l-organizzazzjonijiet u l-ħidma ta' l-Uffiċċju għas-selezzjoni tal-persunal tal-Komunitajiet Ewropej
(2002/621/KE)
IS-SEGRETARJAT ĠENERALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL, IL-KUMMISSJONI, IR-REĠISTRATUR TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA, IS-SEGRETARJAT ĠENERALI TAL-QORTI TA' L-AWDITURI, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI, IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI, U R-RAPPREŻENTANT TA' L-OMBUDSMAN EWROPEW,
Wara li kkunsidraw ir-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komuitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta' l-impieg ta' l-impjegati l-oħra ta' l-Komunitajiet Ewropej, kif stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 ( 1 ),
Wara li kkunsidraw id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti ta' l-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Ombudsman ta' l-25 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi l-Uffiċċju tas-Selezzjoni tal-Persunal tal-Komunitajiet u partikolarment l-Artikolu 5 tiegħu ( 2 ),
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal, l-istituzzjonijiet għandhom isibu mezz biex jiżguraw illi r-reklutaġġ huwa wieħed dirett lejn sigurtà ta' servizzi mingħand uffiċjali ta' livell għoli ta' kompetenza, effiċjenza u integrità, rekrutati skond bażi ġeografika l-iktar miftuħa possibbli fost ic-ċittadini ta' l-Istati Membri tal-Komunitajiet, mingħajr ebda distinzzjoni ta' razza, politika, twemmin filosofiku jew reliġjuż, sess jew orjentazzjonijiet sesswali u mingħajr referenza għall-istat matrimonjali tagħhom jew is-sitwazzjoni familjari. |
(2) |
It-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 1(1) ta' l-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal jistabbilixxi ir-responsabbilità komuni tal-Kumitat Konġunt u it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 3 ta' l-Anness juri il-mod tal-ħatra tal-membri tal-bord bil-għan li jiġu organizzati kompetizzjonijiet miftuħa, |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-kompiti ta' l-uffiċċju
1. L-uffiċċju għandu jorganizza kompetizzjonijiet miftuħa bil-għan li jiġu garantiti lill-istituzjonijiet tal-Kominatajiet Ewropej, is-servizzi ta' l-uffiċjali fl-aħjar kondizzjonijiet professjonali u finanzjarji. L-Uffiċċju għandu joħloq lista riservata li tgħin l-istituzzjoni, fir-reklutaġġ ta' persunal bi kwalifiki għolja skond il-bżonnijiet determinati mill-istess istituzzjonijiet.
2. Iktar fid-dettal, il-kompiti ta' l-uffiċċju għandhom ikunu li:
(a) jorganizza kompetizzjonijiet ġenerali fuq it-talba ta' l-istituzzjonijiet individwali, bl-iskop li jinħolqu listi riservati għall-kandidati tajba biex jinħatru uffiċjali. Il-Kompetizzjoni għandha tiġi organizzata skond ir-Regolamenti tal-Persunal, fuq il-bażi ta' kriterja armonizzata stabbiliti fl-Artikolu 6(ċ) u skond il-programm ta' ħidma approvat mil-Bord Amministrattiv;
(b) jikkopera fil-qrib ma' l-istituzzjonijiet bil-għan li ssir stima tal-bżonnijiet futuri indikati mill-istituzzjonijiet kif ukoll jipprepara u jimplimenta l-programm ta' kompetizzjoni sabiex jintlaħqu dawn il-bżonnijiet fiż-żmien opportun.
(ċ) jiżviluppa metodi u teknika ta' selezzjoni skond prassi tajba u skond profili ta' abilita‘ kif rikjesti mill-istituzzjonijiet f'diversi kategoriji tal-persunal;
(d) jamministra u jikkontrolla l-użu tal-listi riservati stabbiliti abbażi ta' kompetizzjoni bejn l-istituzzjonijiet;
(e) jippreżenta, kull sena, rapporti dwar l-attivitajiet ta' kull sena lil istituzzjonijiet.
Artikolu 2
Responsabilita ta' l-istituzzjonijiet
L-awtorita li għandha l-poter li tinnomina f'kull istituzzjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni ta' l-uffiċċju numru suffiċjenti ta' membri, eżaminaturi u inviġilaturi tal-bord tas-selezzjoni, abbażi ta' kwota approvata mill-Bord ta' l-amminsitrazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(i), sabiex tiffaċilita il-proċeduri ta' selezzjoni skond l-Artikolu 3 ta' l-Anness III tar-Regolamenti tal-Personal.
Artikolu 3
Servizzi oħra
1. Fuq qbil bejn id-Direttur ta' l-Uffiċċju u kull qasam, uffiċċju jew aġenzija oħra, l-Uffiċċju jista' jorganizza proċeduri ta' selezzjoni ta' persunal li jistgħu jiġu mpjegat mill-istess oqsma, uffiċji jew aġenziji. Qabel ma l-qbil jiġi finalizzat, id-Direttur ta' l-Uffiċċju għandu jfittex l-approvazzjoni tal-Bord ta' l-amministrazzjoni. Dan il-qbil għandu jinkludi arranġamenti finanzjarji li jirrigwardaw servizzi mogħtija mill-uffiċċju.
2. Fejn ikun rikjest, l-uffiċċju jista' jagħti appoġġ tekniku għall-kompetizzjoni interna organizzata mill-istituzzjonijiet, oqsma, uffiċji u aġenziji individwali.
3. Fuq talba ta' l-istituzzjonijiet individwali, l-uffiċċju għandu jorganizza proċedura ta' selezzjoni għal impjegati l-oħra, bil-għan li jinħolqu listi riservati għall-kandidati tajba u/jew databases minn fejn l-istituzzjonijiet individwali jistgħu jirrekrutaw impjegati oħra.
4. Dawn l-attivitajiet għandhom jiġu nklużi fil-programm ta' ħidma ta' l-Uffiċċju skond l-Artikolu 6(f), sakemm it-talba hija ppreżentata fiż-żmien opportun mill-istitizzjoni partikolari.
Artikolu 4
L-Ilmenti u t-talbiet
1. Id-Direttur ta' l-Uffiċċju għandu jeżerċita il-poteri kkonferiti mill-awtorita li għandha l-poter li tinnomina taħt l-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward ta' kull talba jew ilment li għandhom x'jaqsmu mal-ħidma ta' l-Uffiċċju.
2. Fil-każ ta' dawn l-ilmenti, id-Direttur ta' l-uffiċċju li jixtieq japprova uffiċjalment id-deċiżjoni oriġinali għandu jikkonsulta l-President tal-Bord ta' l-amministrazzjoni.
3. L-uffiċċju għandu jirrispondi t-talba ta' l-Ombudsman Ewropew li tirrigwarda dak kollu li jaqa' fir-responsabbilita' taħt din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Il-Bord ta' l-amministrazzjoni
1. Għandu jittwaqqaf Bord ta' l-amministrazzjoni għall-uffiċċju, li jikkonsisti f'membru maħtur minn kull istituzzjoni u tliet rappreżentati tal-persunal bl-istat ta' osservaturi b'kunsens komuni tal-kumintati tal-persunal ta' l-istituzzjonijiet.
2. Il-Bord ta' l-amministrazzjoni għandu jaħtar President fost il-membri tiegħu, b'vot ta' maġġoranza sempliċi.
3. Il-Bord ta' l-amministrazzjoni għandu jaddotta ir-Regolamenti tal-Proċedura permezz ta' maġġoranza sempliċi wara li dawn jgħaddu lill-istituzzjonijiet.
4. Il-Bord ta' l-amministrazzjoni għandu jilħaq l-inizjattivi tal-President jew it-talbiet ta' wieħed mill-membri tiegħu.
5. Fejn il-Bord ta' l-amministrazzjoni jieħu deċizjoni b'maġġoranza sempliċi, l-istituzzjonijiet kollha għandhom vot wieħed. Fejn il-voti huma marbuta, il-President għandu vot deċiżiv.
6. Fejn il-Bord ta' l-amministrazzjoni Board jieħu deċiżjoni b'maġġoranza kwalifikata, il-voti assenjati l-istituzzjonijiet għandu ikun skond il-mod li ġej: Il-Kummissjoni, 18-il vot; il-Parlament Ewropew, seba' voti; il-Kunsill, seba' voti; il-Qorti tal-Ġustizzja, tlett voti; Qorti ta' l-Awdituri, żewġ voti; Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, żewġ voti; Il-Kumitat tar-Reġjuni, żewġ voti, l-Ombudsman Ewropew, vot wieħed. Il-maġġoranza kwalifikata għandu tkun 24 voti espressi favur.
Artikolu 6
Kompiti tal-Bord ta' l-amministrazzjoni
Għall-interess komuni ta' l-istituzjonijiet, il-Bord ta' l-amministrazzjoni għandu:
(a) fuq maġġoranza kwalifikata, japprova r-regoli li jirregolaw il-ħidma ta' l-uffiċċju;
(b) fuq maġġoranza sempliċi fuq il-proposti tal-President ta' l-Uffiċċju, japprova l-istruttura ta' l-organizazzjonijiet ta' l-uffiċċju;
(ċ) fuq maġġoranza kwalifikata fuq il-proposti tal-President ta' l-uffiċċju, skond il-Qbil li għandu milħuq bejn is-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, is-Segretarjat Ġenerali tal-Qorti ta' l-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni u r-rappreżentant tal-Ombudsman Ewropew dwar il-prinċipji komuni għal politika ta' selezzjoni u reklutaġġ, kif ukoll dwar il-prinċipji għal amministrazzjoni tal-listi riservati, flimkien ma' d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal, japprova il-prinċipji li jirregolaw il-politika tas-selezzjoni li l-Uffiċċju għandu jimxi magħha;
(d) fuq maġġoranza sempliċi taħt il-proċedura ta' l-istima finanzjarja, bbażata fuq abbozz tal-President ta' l-Uffiċċju, jagħmel ukoll stima ta' l-introjtu u l-ispiżi ta' l-Uffiċċju u jibgħathom lill-Kummissjoni bil-għan li jsiru l-istimi ta' l-introjtu u l-ispiżi tal-Kummissjoni; filwaqt li fl-istess ħin għandu jipproponi lill-Kummissjoni, skond ma jkun hemm bżonn, xi aġġustamenti fil-pjan ta' stabbilizzazzjoni ta' l-Uffiċċju. lill-Kummissjoni;
(e) fuq maġġoranza sempliċi, japprova ir-rati u it-tipi ta' spejjeż għal servizzi, addizzjonali li l-Uffiċċju jista' jagħmel, bi ħlas, lill-istituzjonijiet, oqsma, uffiċji u aġenziji, u l-kondizzjonijiet taħt liema l-uffiċċju jista' jagħmilhom;
(f) b'unanimita' fuq il-proposti tal-President ta' l-Uffiċċju, japprova l-programm ta' ħidma, u partikolarment l-iskeda u l-kalendarju tal-Kompetizzjoni li ser tkun imtella'. Il-programm ta' ħidma għandu jkopri ukoll is-servizzi li ma jirrigwardawx il-kompetizzjoni miftuħa, kif organizzata għall-istituzzjonijiet, oqsma, uffiċji u aġenziji;
(g) fuq maġġoranza kwalifikata abbazi ta' abbozz preparat mill-President ta' l-Uffiċċju, japprova rapport amministrattiv annwali li jkopri kull intestatur ta' l-introjtu u l-ispejjeż individwali li jirrigwarda il-prestazzjonijiet tax-xogħol u s-servizzi mogħtija mill-Uffiċċju. Qabel 1 ta' Mejju ta' kull sena, l-Uffiċċju għandu jibgħat lill-istituzzjonijiet ir-rapport finanzjarju, magħmul fid-dawl ta' kontijiet analitiċi, tas-sena preċedenti;
(h) fuq maġġoranza sempliċi, japprova b'mod imparzjali, l-iskompożizzjoni bilanċjata tad-divarji u ta' l-ispejjeż diretti li għandhom jitħallsu fuq l-għanijiet analitiċi lill-istituzzjonijiet individwali u jaġġorna kull tlett snin;
(i) fuq maġġoranza sempliċi, abażi tal-ħtiġijiet tar-reklutati, jaqbel mar-regoli billi kull istituzzjoni tisselezzjona numru adegwat ta' membri tal-bord, eżaminaturi u inviġilaturi għad-dispożizzjoni ta' l-uffiċċju;
(j) fuq maġġoranza sempliċi japprova l-kunidizzjonijiet sabiex l-uffiċċju jkun jista' jidderoga lill-istituzzjonijiet sabiex jorganizzaw il-Kompetizzjoni proprja tagħhom, skond l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjonijiet ta' l-Istituzzjonijiet.
Artikolu 7
Ħatra ta' l-impjegati
1. L-uffiċċju għandu jiġi amministrat minn Kap maħtur mill-Kumissjoni wara li l-Bord Amministrattiv b'maġġoranza sempliċi ikun ħareġ opinjoni favorevoli. L-Bord Amministrattiv għandu jkun involut mill-qrib fil-proċeduri ta' qabel ma ssir il-ħatra tal-Kap ta' l-Uffiċċju, u partikolarment fl-abbozz tan-nota tal-postijiet tax-xogħol battala u l-kunsiderazzjonijiet ta' l-applikanti.
2. Il-Kap ta' l-uffiċċju għandu jkun l-Awtorita' maħtura għall-impjegati ta' l-uffiċcju.
3. Il-Kummissjoni, għal dak li jirrigwarda il-Kap ta' l-uffiċċju, u l-Kap ta' l-uffiċċju, għal dak li jirrigwarda l-impjeti f'isem minn ġie maħtur, għandhom jinfurmaw il-Bord Amministrattiv dwar il-ħatriet, il-kuntratti milħuqa, l-għoti ta' promozzjonijiet u ta' proċeduri dixxiplinari meħudha kontra uffiċjali jew impjegati oħra.
4. L-uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità kollha għandhom jiġu nfurmati dwar ilpostijiet tax-xogħol battala fl-uffiċċju hekk kif l-Awtorita' maħtura tiddeċidi li timla' dawn il-postijiet battala.
4a. Għat-twettiq tal-kompiti taħt is-superviżjoni tal-uffiċjali jew aġenti temporanji, l-Uffiċċju jista’ jagħmel rikors għall-aġenti b’kuntratt skont l-Artikolu 3 a(1)(c), tal-kundizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropej. Ir-rikors għall-aġenti b’kuntratt se jsir fil-limiti previsti mill-baġit annwali tal-Uffiċċju, fuq il-bażi tal-istima preliminari tad-dħul u l-infiq kif imwaqqfa qabel mill-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-EPSO.
5. Il-Kap ta' l-uffiċċju għandu jinħatar għall-perjodu ta' ħames snin, liema perjodu jista' jiġi mġedded.
Artikolu 8
Il-Kompiti tal-Kap ta' l-uffiċċju; l-amministrazzjoni ta' l-impjegati
1. Il-Kap ta' l-uffiċċju għandu jkun responsabbli għat-tmexxija uniformi ta' l-uffiċċju. WFl-ambitu tar-responsabbilitaċ ta' l-Bord Amministrattiv, il-Kap għandu jmexxi taħt l-awtorita' ta' l-istess Bord. Huwa għandu jipprovdi għas-servizzi sekretarjali għall-Bord Amministrattiv, u għandu jirrapporta l-prestazzjoni tad-dmirijiet tiegħu lill-istess Bord, kif ukoll għandu jagħti s-suġġerimenti għat-tmexxija uniformi ta' l-uffiċċju.
2. Il-proċeduri amministrattivi dwar l-amministrazzjoni ta' kuljum tal-persunal, bħal ma huma is-salarji, leave u mard, assigurazzjoni għal-inċidenti u għall-pensjoni, għandhom jittieħdu taħt il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-uffiċjali u impjegati oħra tal-Kummissjoni. Din il-lista m'għandiex tkun waħda limitata u l-uffiċċju jista' jestendi din il-lista sabiex tinkludi oqsma oħra bi qbil mal-Kummissjoni.
Artikolu 9
Affarijiet Finanzjarji
1. L-approprjazzjonijiet allokati lill-uffiċċju, liema ammont totali għandu jiġi inkluż f'titolu separat ta' l-estimi jiġifieir taħt it-taqsima tal-budget li jirrigwarda l-Kummissjoni, għandu jiġi elenkat fid-dettal fl-Anness fl-istess taqsima. Dan l-Anness għandu jieħu l-forma ta' prospett ta' l-introjtu u n-nefqa, suddiviż bl-istess mod fit-taqsimiet tal-budget.
2. Il-pjan li jistabbilixxi l-uffiċċju għandu jkun anness mal-pjan li jistabbilixxi il-Kummissjoni.
3. Abbażi tal-prospett tal-Bord Amministrattiv, il-Kummissjoni għandha, għal dak li jirrigwarda l-approprjazzjonijiet ta' l-uffiċċju kif inklużi fl-Anness, tiddelega l-poteri ta' awtorizzazzjoni lill-Kap ta' l-uffiċċju u għandha tistabbilixxi l-limiti u l-kondizzjonijiet li japplikaw għal din id-deroga tal-poteri. Fit-tmiem tas-sena finanzjarja l-Bord Amministrattiv għandu jinforma l-awtorita' tal-budget dwar l-iskomposizzjoni ta' l-ammonti miksuba fil-prospett għas-servizzi żejda pprovduta uffiċċju, taħt it-titolu tal-budget fl-Anness.
4. Il-kontijiet ta' l-uffiċċju għandu jittieħdu skond ir-regoli u l-metodi tal-kontijiet stabbiliti mill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni. L-uffiċċju għandu jżomm kontijiet ta' l-introjtu separati mill-kontijiet tal-ħlas għas-servizzi pprovduti.
Artikolu 10
Reviżjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta wara perjodu ta' tlett snin wara li l-uffiċċju jiġi stabbilit.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
Din id-deċiżjoni għandha tiġi fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
( 1 ) ĠU L 56, ta' l-4.3.1968, p. 1.
( 2 ) Ara paġna 53 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.