EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01997R1255-20070105

Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1255/97 tal-25 ta’ Ġunju 1997 dwar kriterji tal-Komunità għal postijiet ta' kontroll u li jemenda l-pjan ta’ rotta msemmi fl-Anness tad-Direttiva 91/628/EEC

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/1255/2007-01-05

1997R1255 — MT — 05.01.2007 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru. 1255/97

tal-25 ta’ Ġunju 1997

dwar kriterji tal-Komunità għal ►M2  postijiet ta' kontroll ◄ u li jemenda l-pjan ta’ rotta msemmi fl-Anness tad-Direttiva 91/628/EEC

(ĠU L 174, 2.7.1997, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1040/2003 Ta tal-11 ta’ Ġunju 2003

  L 151

21

19.6.2003

►M2

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru. 1/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004

  L 3

1

5.1.2005




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru. 1255/97

tal-25 ta’ Ġunju 1997

dwar kriterji tal-Komunità għal ►M2  postijiet ta' kontroll ◄ u li jemenda l-pjan ta’ rotta msemmi fl-Anness tad-Direttiva 91/628/EEC



IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE tad-19 ta’ Novembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ annimali matul it-trasport u li jemenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 14 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi d-Direttiva 91/628/KEE tistabbilixxi, sabiex ittejjeb il-benessri ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali ttrasportati, rekwiżiti dwar ħinijiet massimi tal-vjaġġ li warajh l-annimali jridu jitħattu, jintemgħu u mogħtija l-ilma u jitħallew jistrieħu għall-inqas għal 24 siegħa qabel ma jkomplu jivvjaġġaw;

Billi dawn il-waqfiet obbligatorji fit-trasport fit-tul ta’ annimali ser isiru fil-postijiet għall-waqfien;

Billi huwa neċessarju li jiġu stabbiliti kriterji applikabbli fil-Komunità li jridu jintlaħqu minn postijiet għal waqfien sabiex jiġu żgurati l-aħjar kondizzjonijiet ta’ benessri għall-annimali li jgħaddu minnhom kif ukoll sabiex jipprovdu għall-affarijiet inċidentali ta’ saħħa ta’ annimali;

Billi, sabiex jiġi ffaċilitat il-kontroll ta’ l-operazzjoni ta’ ►M2  postijiet ta' kontroll ◄ u l-mezzi tat-trasport u l-annimali li jgħaddu minnhom, huwa neċessarju li jsiru disposizzjonijiet għaż-żamma ta’ reġistri u materji amministrattivi oħra;

Billi, sabiex tiżgura li l-annimali ttrasportati jkomplu l-vjaġġ tagħhom fl-aħjar kondizzjonijiet għall-benessri tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti jridu jiżguraw li huma kapaċi li jagħmlu dan;

Billi, sakemm ikun hemm miżuri li jimponu ħlas Komunitarju għall-infiq li sar minn eżaminazzjoni tal-veterinarju sabiex jiġi żgurat jekk l-annimali humiex kapaċi li jkomplu l-vjaġġ tagħħhom, irid ikun stipulat li l-Istati Membri jistgħu, b’konformità mar-regoli ġenerali tat-Trattat, jimponu din l-ispiża għal min qed jagħmel din l-attività;

Billi biex tiġi żgurata konformità ma’ ċerti regoli applikabbli għall- ►M2  postijiet ta' kontroll ◄ , il-pjan ta’ rotta msemmi fil-Kapitolu VIII ta’ l-Anness tad-Direttiva 91/628/KEE irid jiġi rranġat għad-disposizzjonijiet il-ġodda;

Billi huwa importanti li bħala l-ewwel pass jitwaqqfu r-regoli għall- ►M2  postijiet ta' kontroll ◄ biex jakkomodaw annimali b’difirhom f’biċċa waħda domestiċi u annimali domestiċi ta’ l-ispeċi ta’ l-ifrat, tan-ngħaġ u tal-ħnieżer jew qżieqeż;

Billi l-Kumitat Xjentifiku ta’ Veterinarji rrakomanda ċerti rekwiżiti minimi għall- ►M2  postijiet ta' kontroll ◄ , li ttieħed akkont tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

▼M2

1.  Postijiet ta' kontroll huma postijiet fejn l-annimali jiġu mserrħa mill-anqas għal 12-il-siegħa jew iżjed skond il-punt 1.5. jew 1.7(b) tal-Kapitolu V ta' l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru. 1/2005 ( 2 ).

▼B

2.  Il- ►M2  postijiet ta' kontroll ◄ imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu konformi mal-kriterji Komunitarji stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tad-Direttivi 64/432/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE u 91/628/KEE għandhom japplikaw kif neċessarju.

▼M2

Artikolu 3

1.  L-awtorità kompetenti għandha tapprova u toħroġ numru ta' approvazzjoni għal kull post ta' kontroll. Tali approvazzjoni tista' tkun limitata għal speċi partikolari jew għal ċerti kategoriji ta' annimali u status ta' saħħa. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-lista ta' postijiet ta' kontroll approvati u bi kwalunkwe aġġornament.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni wkoll bl-arranġamenti dettaljati b'applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(2), b'mod partikolari l-perijodu ta' użu bħala postijiet ta' kontroll u l-iskop doppju ta' postijiet approvati.

2.  Postijiet ta' kontroll għandhom ikunu elenkati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru. 1/2005 fuq proposta mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat.

3.  L-Istati Membri jistgħu jipproponu post ta' kontroll biex jiġi elenkat biss ladarba l-awtorità kompetenti tkun ivverifikat li jikkonforma mal-ħtiġiet rilevanti u approvatu. Għall-fini ta' tali approvazzjoni, l-awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 2(6) tad-Direttiva 90/425/KEE għandha tiżgura li l-postijiet ta' kontroll jissodisfaw il-ħtiġiet kollha fl-Anness I għal dan ir-Regolament; barra minn dan, tali postijiet ta' kontroll għandhom:

(a) ikunu lokalizzati fiż-żona li mhix soġġetta għal projbizzjoni jew restrizzjonijiet skond il-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti;

(b) ikunu taħt il-kontroll ta' veterinarju uffiċjali li għandu jiżgura, inter alia, konformità mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament;

(ċ) joperaw f'konformità mar-regoli Komunitarji kollha dwar is-saħħa ta' l-annimali, il-moviment ta' l-annimali u l-protezzjoni ta' l-annimali fil-mument tal-qatla;

(d) jiġu sottomessi għal spezzjoni regolari, mill-inqas darbtejn fis-sena, biex jiġi aċċertat li l-ħtiġiet għal approvazzjoni jkomplu jiġu sodisfatti.

4.  Stat Membru jkollu, f'każijiet serji, b'mod partikolari għal raġunijiet ta' saħħa jew trattament xieraq ta' l-annimali, jissospendi l-użu ta' post ta' kontroll li jinsab fit-territorju tiegħu. Għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar tali sospensjoni u dwar ir-raġunijiet li wasslu għaliha. Is-sospensjoni ta' l-użu tal-post ta' kontroll tista' titneħħa biss wara notifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar ir-raġunijiet.

5.  IL-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru. 1/2005, tista' tissospendi l-użu ta' post ta' kontroll jew tirtiraħ mil-lista tagħha, jekk kontrolli fuq il-post imwettqa mill-esperti tal-Kummissjoni kif imsemmija fl-Artikolu 28 ta' dak ir-Regolament jindikaw nuqqas ta' konformità mal-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti.

▼M1

Artikolu 4

1.   ►M2  postijiet ta' kontroll ◄ għandhom jintużaw biss biex jirċievu l-annimali li jieqfu hemm, jagħtuhom ikel, xorb u kura, u jħalluhom jistrieħu.

2.  Madankollu, permezz tad-deroga mil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu japprovaw ukoll bħala ►M2  postijiet ta' kontroll ◄ il-bini kollu ta’ ċentri ta’ laqgħat kif imfissra fl-Artikolu 2(o) tad-Direttiva 64/432/KEE u fl-Artikolu 2(b)(3) tad-Direttiva 91/68/KEE sakemm jikkonformaw mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u tal-punt A.4 ta’ l-Anness I ma’ dan ir-Regolament matul il-perijodu kollu li jintuża bħala post ta’ waqfien.

3.  Annimali jistgħu jkunu preżenti fl-istess ħin f’post ta’ waqfien biss jekk:

(a) għandhom l-istess statut ċċertifikat ta’ saħħa, li jinkludu fejn xieraq, kull garanzija addizzjonali mogħtija skond il-leġislazzjoni tal-Komunità; u

(b) l-istatut ta’ saħħithom hu ċċertifikat;

(i) jew skond il-ħtiġiet applikabbli għall-kategorija ta’ l-annimali ta’ l-ispeċi kkonċernata kif stabbiliti fil-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità miżżla fl-Anness A mad-Direttiva 90/425/KEE.

Fejn mhux ipprovdut bil-ħtiġiet ta’ saħħa ta’ l-annimali rispettivi, ċertifkazzjoni addizzjonali għandu jiggarantixxi li l-annimali baqgħu minn ta’ l-inqas 21 ġurnata f’ażjenda waħda, jew mit-twelid fl-ażjenda oriġinali, jekk l-annimali għandhom inqas minn 21 ġuranta, qabel ma ntbagħtu minn dik l-ażjeda jew direttament jew għaddew minn ċentru ta’ laqgħat approvat u, fil-każ ta’ nagħaġ u mogħoż, jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 2b(4) tad-Direttiva 91/68/KEE; or

(ii) fil-każ ta’ annimali bovini jew ħnieżer iddestinati biex jiġu esportati lejn pajjiż terz fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 93/444/KEE; ( 3 )

(ċ) jagħmlu parti mill-kategorija ta’ l-annimali li għalihom hu approvat il-post ta’ waqfien.

▼M2

4.  L-awtorità kompetenti tal-post tat-tluq għandha tinnotifika l-movimenti ta' l-annimali li jgħaddu minn postijiet ta' kontroll permezz tas-sistema ta' skambju ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 90/425/KEE.

▼B

Artikolu 5

Is-sid jew il-persuna fiżika jew legali li tmexxi post ta’ waqfien għandha tkun responsabbli għall-konformità mad-disposizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament u, għal dak l-għan, għandhom ikunu obbligati:

(a) li jħallu dawk l-annimali biss li kienu ċċertifikati jew identifikati skond il-liġi Komunitarja rilevanti, b’riferenza partikolari għad-disposizzjonijiet msemmijin fl-Artikolu 3(3). Għal dan l-għan, hu għandu jiċċekkja jew iqabbad oħrajn biex jiċċekkjaw is-saħħa jew dokumenti oħrajn ta’ l-ispeċi jew kategoriji kkonċernati u b’mod mhux sistematiku jeżamina u jagħmel marki ta’ identifikazzjoni fuq l-annimali;

▼M1 —————

▼B

(ċ) li jiżguraw li l-annimali li joqogħdu fil- ►M2  postijiet ta' kontroll ◄ jingħataw x’jieklu u jkunu misqijja fil-ħin xieraq skond l-ispeċi u li jingħataw għal dan l-għan kwantitajiet xierqa ta’ ikel u xorb;

(d) li jagħtu kura lill-annimali li joqogħdu fil- ►M2  postijiet ta' kontroll ◄ u, fejn ikun meħtieġ, jieħdu l-passi neċessarji kollha sabiex jiġi żgurat il-benessri tagħhom u konformi mar-rekwiżiti dwar is-saħħa ta’ l-annimali;

(e) li jsejħu veterinarju jekk ikun hemm bżonn

 li jagħti t-trattament xieraq lill-annimali li jsiru ma jifilħux jew iweġġgħu meta jkunu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, u

 fejn ikun hemm bżonn, li jinqatlu dawn l-annimali, jitneħħew skond id-Direttiva 93/119/KEE;

(f) li jużaw impjegati li għandhom il-kapaċità xierqa, tagħlim u kompetenza professjonali u li ħadu, għal dan l-għan, taħriġ speċifiku jew fl-impriża jew minn għaqda ta’ taħriġ jew għandhom esperjenza prattika ekwivalenti li tikkwalifikahom biex jimmaniġjaw u, jekk neċessarju, jamministraw kura xierqa għall-annimali kkonċernati;

(g) li jieħdu l-passi neċessarji biex jiżguraw li kull min jimmaniġja annimali fil- ►M2  postijiet ta' kontroll ◄ jikkonforma mad-disposizzjonijiet dwar il-benessri ta’ l-annimali rilevanti;

▼M1

(h) l-awtorità kompetenti għandha tiġi mgħarrfa fi żmien ġurnata wara t-tluq tal-kunsinna bl-informazzjoni stabbilita fil-punt C.7 ta’ l-Anness I. Dik l-informazzjoni għandha tinżamm reġistrata jew imqiegħda f’bażi ta’ informazzjoni, għandha tinħażen u tinżamm disponibbli għall-awtorità kompetenti minn ta’ l-inqas għal tliet snin;

▼B

(i) li jinformaw lill-awtorità kompetenti fl-ewwel opportunità ta’ xi irregolaritajiet li jindunaw bihom.

▼M2

Artikolu 6

1.  Qabel ma l-annuimali jħallu l-post ta' kontroll, il-veterinarju uffiċjali jew kwalunkwe veterinarju magħżul għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti għandu jikkonferma fil-ġurnal tal-vjaġġ kif imsemmi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru. 1/2005 li l-annimali huma b'saħħithom biex ikomplu l-vjaġġ tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li infiq magħmul bħala riżultat tal-kontroll veterinarju għandu jitħallas mill-operatur konċernat.

2.  Ir-regoli li jirrelataw ma' l-iskambju ta' messaġġi bejn l-awtoritajiet biex ikun hemm konformità mal-ħtiġiet ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru. 1/2005

Artikolu 6a

Dan ir-Regolament għandu jiġi emendat mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, fuq proposta mill-Kummissjoni, b'mod partikolari bil-ħsieb li jiġi adattat għall-progress teknoloġiku u xjentifiku, ħlief fir-rigward ta' kwalunkwe emendi għall-Anness li tkun neċessarja biex jiġi adattat għas-sitwazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali li tista' tiġi adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005

▼M1

L-Artikolu 6b

►M2  L-Istati Membri għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru. 1/2005 biex jippenalizzaw kwalunkwe ksur tad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu implimentati. ◄ L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2004 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti li taffetwahom.

▼B

L- Artikolu 7

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 1999.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




▼M2

ANNESS

KRITERJI KOMUNITARJI GĦAL POSTIJIET TA' KONTROLL

A.   MIŻURI TA' SAĦĦA U IĠENE

1. Kull post ta' kontroll irid

(a) ikun lokalizzat, iddisinjat, mibni u mħaddem biex jiżgura bio-sigurtà biżżejjed biex jipprevjeni t-tixrid ta' mard serju li jittieħed lejn azjendi oħra u bejn kunsinni ta' annimali konsekuttivi li jgħaddu minn dawn il-postijiet;

(b) ikun mibni, mgħammar u mħaddem biex jiżgura li proċeduri ta' tindif u disinfezzjoni jistgħu jiġu mwettqa. Faċilità għall-ħasil tal-lorijiet għandu jiġi pprovdut fuq il-post. Tali faċilitajiet iridu jkunu operativi f'kull tip ta' temp;

(ċ) ikun imnaddaf u disinfettat qabel u wara kull użu, kif meħtieġ mill-veterinarju uffiċjali.

2. Il-persunal u t-tagħmir li jkollu kuntatt ma' l-annimali milqugħa għandhom ikunu dedikati esklussivament għall-post konċernat sakemm ma kienux soġġetti għal proċedura ta' tindif u disinfezzjoni wara li kellhom kuntatt ma' l-annimali jew il-ħmieġ jew l-awrina tagħhom. B'mod partikolari l-persuna inkargata bil-kontroll tal-post għandha tipprovdi tagħmir nadif u ħwejjeġ protettivi li għandhom jinżammu esklussivament għall-użu ta' kwalunkwe persuna li tidħol fil-post ta' kontroll, u għandha tipprovdi tagħmir xieraq li jkun disponibbli għat-tindif u d-disinfettar ta' l-oġġetti msemmija hawn fuq.

3. il-materjal għall-mifrex għandu jitneħħa meta kunsinna ta' annimali tiġi mċaqalqa minn magħlaq u, wara l-operazzjonijiet ta' tindif u disinfettar previsti fil-punt 1(ċ), għandu jiġi sostitwit b'materjal ta' friex ġdid.

4. Il-mifrex, il-ħmieġ u l-awrina ta' l-annimali ma għandhomx jiġu miġbura mill-post sakemm ma kienux soġġetti għal trattament xieraq sabiex jiġi evitat it-tixrid ta' mard ta' l-annimali.

5. Waqfiet sanitarji xierqa bejn żewġ kunsinni konsekuttivi ta' annimali għandhom jiġu rispettati u jekk xieraq adattati skond jekk jiġu minn reġjun, żona jew kumpartiment simili. B'mod partikolari, postijiet ta' kontroll għandhom jiġu komletament svojtati minn annimali għal perijodu ta' mill-inqas 24 siegħa wara użu massimu ta' 6 ijiem u wara li twettqu l-operazzjonijiet ta' tindif u ta' disinfettar, u qabel il-wasla ta' kwalunkwe kunsinna ġdida.

6. Qabel ma jaċċettaw annimali, il-postijiet ta' kontroll għandhom:

(a) ikunu bdew l-operazzjonijiet ta' tindif u disinfettar fi żmien 24 siegħa wara t-tluq ta' l-annimali kollha li nżammew hemm qabel skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(3) ta' dan ir-Regolament;

(b) ikunu baqgħu mingħajr annimali sakemm l-operazzjoni ta' tindif u disinfettar tkun twettqet b'mod sodisfaċjenti għall-veterinarju uffiċjali.

▼B

B.   KOSTRUZZJONIJIET U FAĊILITAJIET

▼M2

1. Barra mid-disposizzjonijiet tal-Kapitoli I u III ta' l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru. 1/2005 li japplikaw għal mezzi ta' trasport għat-tgħabija u l-ħatt ta' annimali, kull post ta' kontroll irid ikollu tagħmir u faċilitajiet xierqa disponibbli għat-tgħabbija u l-ħatt ta' annimali mill-mezzi ta' trasport. B'mod partikolari, tali tagħmir u faċilitajiet irid ikollhom kisja ma' l-art kontra ż-żlieq u, jekk neċessarju, ikunu mgħammra bi protezzjoni laterali. Pontijiet, rampi u gangwejs iridu jiġu mgħammra bi ġnub, barrikati jew xi mezz ieħor ta' protezzjoni biex l-annimali ikunu prevenuti milli jaqgħu minn fuqhom. Rampi ta' tgħabbija u ħatt għandhom ikollhom l-inqas inklinazzjoni possibbli. Il-postijiet ta' passaġġ irid ikollhom kisi ta' l-art li jimminimizza r-riskju ta' żlieq u jkunu mibnija b'mod li jimminimizza r-riskju li l-annimali jweġġgħu. Attenzjoni partikolari trid tittieħed biex jiġi żgurat li l-ebda spazju jew tarġa sinifikanti ma jkunu permessi bejn l-art tal-vettura u r-rampa jew ir-rampa u l-art taż-żona ta' ħatt li jeħtieġu li l-annimali jkollhom jaqbżu jew li probabbilment jikkawsawhom jiżolqu jew jitfixxlu f'saqajhom.

▼B

2. Il-faċilitajiet kollha użati għall-akkomodazzjoni ta’ l-annimali fil- ►M2  postijiet ta' kontroll ◄ għandu:

(a) ikollhom xi ħaġa li tgħatti l-art li tnaqqas ir-riskju li jiżolqu u li ma tikkawżax ħsara lill-annimali;

(b) ikunu msaqqfa u jkollhom protezzjoni fil-ġnub xierqa li tipproteġi lill-annimali minn kondizzjonijiet ta’ temp ħazin;

(ċ) ikollhom faċilitajiet addattati għaż-żamma, spezzjoni fejn ikun neċessarju, fejn jingħataw l-ikel u jiġu misqijja l-annimali u jinżammu l-affarijiet ta’ l-ikel ta’ l-annimali;

(d) wara li tittieħed il-kapaċità li jżommu in konsiderazzjoni, ikollhom ventilazzjoni xierqa u drenaġġ għall-ispeċi ta’ annimali akkomodati;

(e) ikollhom dawl naturali jew artifiċjali f’livell suffiċjenti li jippermettu spezzjoni ta’ l-annimali f’kull ħin. Jekk ikun neċessarju, dawl sekondarju jrid ikun disponibbli;

(f) ikollu makkinarju biex jixxekklu annimali li jkollhom bżonn jixxekklu. Dan ix-xkiel irid isir b’mod li ma jikkawżax uġiegħ jew sofferenzi lill-annimali u li tippermetilhom li jieklu, jixorbu jew jimteddu mingħajr diffikultà;

(g) ikollhom, għall-ispeċi kkonċernati, spazju suffiċjenti għall-annimali biex jimteddu fl-istess ħin u li jkunu jistgħu jmorru għall-ikel u x-xorb tagħhom;

(h) ikollhom ħażna suffiċjenti ta’ affarijiet ta’ l-irqad. Dan il-materjal għandu jitpoġġa f’kull post magħluq skond il-bżonnijiet ta’ kull speċi jew kategorija ta’ l-annimal akkomodat;

(i) ikunu magħmulin u miżmumin b’tali mod li jevitaw li l-annimali jiġu f’kuntatt ma’ oġġett li jaqta’ jew li hu perikoluż jew wiċċ imkisser li jista’ jweġġagħhom.

3. Postijiet tal-waqfien irid ikollhom faċilitajiet addattati għall-akkomodazzjoni separata ta’ l-annimali li huma morda, imweġġgħin jew li għandhom bżonn attenzjoni individwali.

4. Postijiet tal-waqfien ser ikollhom faċilitajiet addatti għal dawk il-persuni kollha li għandhom in-negozju tagħhom fil-, u li jużaw il-post.

5.  ►M2  postijiet ta' kontroll ◄ għandu jkollhom arranġamenti xierqa għall-ħażna u t-tneħħija ta’ fdalijiet u għall-ħażna ta’ annimali mejtin, sakemm jitneħħew u jiġu distrutti skond id-Direttiva 90/667/KEE ( 4 ).

C.   Ċ. OPERAZZJONIJIET

1. Annimali għandhom jinħattu mingħajr dewmien wara li jaslu. Jekk id-dewmien ma jkunx jista’ jiġi evitat, madankollu, wara li jittieħed kont tal-kondizzjonijiet tat-temp u perjodu ta’ stennija, l-annimali għandhom jingħataw l-aħjar kondizzjonijiet għall-benessri tagħhom.

2. Matul it-tagħbija u l-ħatt, trid tingħata attenzjoni sabiex l-annimali ma jitbeżżgħux, ma jiġux eċitati jew trattati ħażin, u jrid jiġi żgurat li ma jitwaqqgħux. Annimali ma jistgħux jintrefgħu jew jitkaxkru mir-ras, qrun, widnejn, saqajn, denb jew suf jew ikunu mmaniġjati b’tali mod li jikkawżalhom uġiegħ u sofferenzi bla bżonn. Fejn ikun hemm bżonn, għandhom jitmexxew individwalment.

3. Għat-tmexxija ta’ l-annimali madwar il-faċilitajiet:

(a) passaġġi tal-mogħdija jridu jkunu rranġati sabiex jittieħed vantaġġ tat-tendenzi tal-merħla ta’ l-annimali;

(b) strumenti maħsuba għall-gwida ta’ annimali għandhom jintużaw biss għal dak l-għan. Użu ta’ strumenti li jamministraw xokkijiet elettriċi għandhom sakemm huwa possibli jiġu evitati u f’kull każ jistgħu jintużaw biss għall-baqar adulti u qżieqeż li ma jkunux iridu jimxu, bil-kondizzjoni li x-xokkijiet ma jdumux aktar minn żewġ sekondi, huma spazjati kif jixraq u li l-annimali għandhom spazju quddiemhom fejn jimxu. Dawn ix-xokkijiet jistgħu jingħataw biss lill-muskoli tan-naħa ta’ wara;

(ċ) annimali ma jistgħux jissawtu, lanqas tista’ tiġi applikata pressjoni lil xi parti tal-ġisem li hija partikolarment sensittiva. B’mod partikolari, ma jistax jitgħaffeġ, jew jitgħawweġ jew jinkiser id-denb ta’ annimali u ma jistgħux jinqabdulhom għajnejhom. Ma jistgħux jingħataw daqqiet ta’ ponn jew ta’ sieq lill-annimali;

(d) persuni li jimmaniġġjaw lill-annimali fil- ►M2  postijiet ta' kontroll ◄ ma jistax ikollhom fil-pussess tagħhom jew jużaw niggieża jew għodod oħra bit-truf ippuntati. Bsaten jew għodod oħra maħsuba biex jiggwidaw lill-annimali jistgħu jintużaw sakemm dawn jiġu applikati fuq il-ġisem ta’ l-annimal mingħajr ma’ jikkawżawlu xi ferita jew uġiegħ bla bżonn.

4. Annimali li jaslu wara li jkunu suġġetti għal temperaturi għoljin f’temp umdu jridu jitħallew sabiex jiffriskaw b’mezzi xierqa mill-aktar fis.

5. Meta l-annimali jingħataw x’jieklu u x’jixorbu, dan irid isir b’tali mod li jiżgura li kull annimal akkomodat fil-post ta’ waqfien jista’ jkollu ta’ l-inqas ilma nadif u ikel u xorb suffiċjenti matul il-waqfa tiegħu u għat-tul ta’ żmien tal-vjaġġ tiegħu għall-post ta’ waqfien li jkun imiss. ►M2  postijiet ta' kontroll ◄ ma jistgħux jirċievu annimali bi bżonnijiet speċjali ta’ ikel, bħal għoġol li jkollhom bżonn ikel likwidu, sakemm dawn ma jkunux attrezzati tajjeb u jkollhom ħaddiema li jistgħu jissodisfaw dawn il-bżonnijiet.

6. Il-kondizzjoni u l-istat ta’ l-annimali ser ikunu eżaminati minn membru impjegat tal-post tal-waqfien mal-wasla tagħhom fil-post tal-waqfien u ta’ l-inqas darba kull 12-il siegħa matul il-waqfa tagħhom fil-post ta’ waqfien.

7. Ir-reġistru msemmi fl-Artikolu 5(h) ta’ din id-Direttiva għandu jkollu din l-informazzjoni li ġejja:

(a) data u l-ħin tat-tlestija tal-ħatt u l-bidu ta’ tagħbija mill-ġdid ta’ kull kunsinja;

(b) data u dewmien tal-qirda għal raġunijiet ta’ saħħa kif imsemmi fil-punt A (4) ta’ dan l-Anness;

(ċ) numru(i) taċ-ċertifikati tas-saħħa ta’ l-annimali għal kull kunsinja;

(d) kull rimarki neċċessarji dwar is-saħħa jew il-kondizzjoni tal-benessri ta’ l-annimali u speċjalment:

 il-partikolaritajiet u numru ta’ annimali li nstabu mejta fil-mument ta’ ħatt fil-post ta’ waqfien jew li mietu matul il-waqfa tagħhom,

 il-partikolaritajiet u numru ta’ annimali li kienu misjuba li huma mweġġgħin serjament fil-mument ta’ ħatt jew matul il-waqfa tagħhom, jew li jitqiesu li mhumiex kapaċi għal iktar ivvjaġġar;

(e) l-ismijiet u l-indirizzi ta’ min qiegħed jittrasporta u s-sewwieq u n-numri ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi tagħhom.

▼M2 —————



( 1 ) ĠU L 340, 11.12.1991, p. 17. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/29/KEE (ĠU L 148, 30.6.1995, p. 52).

( 2 ) ĠU L 3, 5.1.2005.

( 3 ) ĠU L 208, tad-19.8.93, p. 34.

( 4 ) ĠU L 363, 27.12.1990, p. 51. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1994.

Top