Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0423

    Kawża C-423/23, Secab: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fl-10 ta’ Lulju 2023 – Secab Soc. coop. vs Autorità di Regolazione per Energia Reti e Ambiente (ARERA), Gestore dei servizi energetici (GSE) SpA

    ĠU C 321, 11.9.2023, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.9.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 321/30


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fl-10 ta’ Lulju 2023 – Secab Soc. coop. vs Autorità di Regolazione per Energia Reti e Ambiente (ARERA), Gestore dei servizi energetici (GSE) SpA

    (Kawża C-423/23, Secab)

    (2023/C 321/37)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Secab Soc. coop.

    Konvenuti: Autorità di Regolazione per Energia Reti e Ambiente (ARERA), Gestore dei servizi energetici (GSE) SpA

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 5(4) tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (riformulazzjoni) (1), il-premessi 3 u 12 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni) (2), il-premessi 27, 28, 29, 39, l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1854 tas-6 ta’ Ottubru 2022 dwar intervent ta’ emerġenza biex jiġu indirizzati l-prezzijiet għoljin tal-enerġija1854 (3), jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tidentifika limitu fuq id-dħul tas-suq miksub mill-bejgħ ta’ elettriku bil-modalitajiet previsti mill-Artikolu 15a tad-Digriet Liġi Nru 4 tas-27 ta’ Jannar 2022 li ma jiggarantixxix lill-produtturi ż-żamma ta’ 10 % mid-dħul ’il fuq mill-istess limitu?

    2)

    L-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2019/944, il-premessi 2, 3 u 12 tad-Direttiva 2018/2001, il-premessi 27, 28, 29, 39, l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 8(2)(b) u (c) tar-Regolament 2022/1854, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tidentifika limitu fuq id-dħul tas-suq miksub mill-bejgħ ta’ elettriku bil-modalitajiet previsti mill-Artikolu 15 tad-Digriet Liġi Nru 4 tas-27 ta’ Jannar 2022 li ma tippreżervax u ma tinċentivax l-investimenti fis-settur tal-enerġija rinnovabbli?

    3)

    Il-premessa 3 tad-Direttiva 2018/2001, il-premessi 27 u 41, l-Artikolu 7(1)(h)(i) u (j), l-Artikolu 8(1)(a) u (d) u (2) tar-Regolament 2022/1854, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tidentifika limitu fuq id-dħul tas-suq miksub mill-bejgħ ta’ elettriku bil-modalitajiet previsti mill-Artikolu 15 tad-Digriet Liġi Nru 4 tas-27 ta’ Jannar 2022 li ma tipprevedi ebda limitu speċifiku għad-dħul miksub mill-bejgħ ta’ elettriku prodott minn faħam iebes u lanqas ma tipprevedi regolamentazzjoni ddifferenzjata b’rabta mid-diversi sorsi ta’ produzzjoni?


    (1)   ĠU 2019, L 158, p. 125.

    (2)   ĠU 2018, L 328, p. 82, u r-rettifiki fil-ĠU 2020, L 311, p. 11, ĠU 2021, L 224, p. 42, u ĠU 2022, L 41, p. 37.

    (3)   ĠU 2022, L 261, p. 1.


    Top