Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0275

    Kawża T-275/15: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2015 – Hmicho vs Il-Kunsill

    ĠU C 294, 7.9.2015, p. 71–72 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 294/71


    Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2015 – Hmicho vs Il-Kunsill

    (Kawża T-275/15)

    (2015/C 294/86)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Samir Hmicho (Poole, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: V. Davies, Solicitor, u T. Eicke, QC)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2013 L 147, p. 14) u/jew id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/383, tas-6 ta’ Marzu 2015, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2015 L 64, p. 41), u/jew id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/784, tad-19 ta’ Mejju 2015, li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2015 L 124, p. 13), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent;

    tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2012 L 16, p. 1) u/jew ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/375, tas- 6 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2015 L 124, p. 1) u/jew ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/780, tad-19 ta’ Mejju 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2015 L 64, p. 10), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent;

    tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill, inkluża fl-ittra tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2015, bir-referenza SGS15/06024, li tikkonferma d-denominazzjoni tar-rikorrent u “temenda l-informazzjoni dwar [ir-rikorrent] kif tidher fid-Deċiżjoni u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill”;

    tordna lill-Unjoni Ewropea tikkumpensa lir-rikorrent;

    tordna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

    L-ewwel motiv huwa bbażat fuq nuqqas ta’ bażi legali għall-miżuri restrittivi kontrih u/jew fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni peress li ma hemmx rabta raġonevoli bejnu u l-individwi koperti mill-miżuri restrittivi adottati mill-Unjoni, jiġifieri dawk li qiegħdin jibbenefikaw mir-reġim Sirjan jew li qiegħdin isostnuh.

    It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/255/PESK, 2015/383 u 2015/784, ir-Regolamenti tal-Kunsill Nruo36/2012, Nruo2015/375 u Nru 2015/780 u/jew id-deċiżjoni tal-20 ta’ Mejju 2015 jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent kif protetti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u/jew mill-Konvenzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem inklużi d-dritt tar-rikorrent għad-dinjità tal-bniedem, id-dritt għal amministrazzjoni tajba, inklużi d-drittijiet tad-difiża, l-obbligu ta’ motivazzjoni u preżunzjoni tal-innoċenza, id-dritt għal rimedju effettiv u għal smigħ xieraq, id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għal-libertà tal-intrapriża u d-dritt ta’ proprjetà tiegħu.


    Top