Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022AP0131

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Mejju 2022 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-estensjoni tal-perjodu ta' applikazzjoni tal-mekkaniżmu tar-reverse charge fakultattiv fir-rigward ta' provvisti ta' ċerti oġġetti u servizzi suxxettibbli għall-frodi u tal-Mekkaniżmu ta' Reazzjoni Rapida kontra l-frodi tal-VAT (COM(2022)0039 – C9-0053/2022 – 2022/0027(CNS))

ĠU C 465, 6.12.2022, p. 209–209 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 465, 6.12.2022, p. 183–183 (GA)

6.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 465/209


P9_TA(2022)0131

Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (VAT): l-estensjoni tal-perjodu ta' applikazzjoni tal-mekkaniżmu tar-reverse charge fakultattiv fir-rigward ta' provvisti ta' ċerti oġġetti u servizzi suxxettibbli għall-frodi u tal-Mekkaniżmu ta' Reazzjoni Rapida kontra l-frodi tal-VAT *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Mejju 2022 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-estensjoni tal-perjodu ta' applikazzjoni tal-mekkaniżmu tar-reverse charge fakultattiv fir-rigward ta' provvisti ta' ċerti oġġetti u servizzi suxxettibbli għall-frodi u tal-Mekkaniżmu ta' Reazzjoni Rapida kontra l-frodi tal-VAT (COM(2022)0039 – C9-0053/2022 – 2022/0027(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(2022/C 465/19)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2022)0039),

wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0053/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0128/2022),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-effetti tal-mekkaniżmu tar-reverse charge qabel kwalunkwe estensjoni ulterjuri tal-perjodu ta' applikazzjoni tiegħu;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Top