This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020XC0330(03)
Communication from the Commission Guidelines concerning the exercise of the free movement of workers during COVID-19 outbreak 2020/C 102 I/03
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COVID-19 Linji Gwida rigward l-eżerċitar tal-moviment liberu tal-ħaddiema 2020/C 102 I/03
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COVID-19 Linji Gwida rigward l-eżerċitar tal-moviment liberu tal-ħaddiema 2020/C 102 I/03
C/2020/2051
ĠU C 102I, 30.3.2020, p. 12–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CI 102/12 |
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
COVID-19 Linji Gwida rigward l-eżerċitar tal-moviment liberu tal-ħaddiema
(2020/C 102 I/03)
Il-kriżi tal-Covid-19 wasslet għall-introduzzjoni ta’ miżuri bla preċedent fost l-Istati Membri tal-UE, inkluż l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ kontrolli fil-fruntieri interni tagħhom.
Il-Linji Gwida għall-miżuri ta’ ġestjoni tal-fruntieri biex tiġi protetta s-saħħa u tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-oġġetti u tas-servizzi essenzjali (1) stabbilew il-prinċipji għal approċċ integrat għall-ġestjoni effettiva tal-fruntieri biex tiġi protetta s-saħħa pubblika filwaqt li tiġi ppreservata l-integrità tas-suq intern. Skont il-paragrafu 23 tal-Linji Gwida, l-Istati Membri għandhom jippermettu u jiffaċilitaw il-qsim tal-ħaddiema bejn il-fruntieri, b’mod partikolari iżda mhux biss dawk li jaħdmu fil-kura tas-saħħa u fis-settur tal-ikel, u f’servizzi essenzjali oħra (eż. il-kura tat-tfal, il-kura tal-anzjani, il-persunal kritiku għall-utilitajiet) biex jiżguraw attività professjonali kontinwa.
Filwaqt li jistgħu jkunu ġġustifikati restrizzjonijiet għad-dritt tal-moviment liberu tal-ħaddiema għal raġunijiet ta’ politika pubblika, ta’ sigurtà pubblika jew ta’ saħħa pubblika, dawn iridu jkunu neċessarji, proporzjonati u bbażati fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.
Il-ħaddiema li jaħdmu bejn il-fruntieri, il-ħaddiema stazzjonati (2) kif ukoll il-ħaddiema staġjonali jgħixu f’pajjiż iżda jaħdmu f’ieħor. Ħafna minnhom huma kruċjali għall-Istati Membri ospitanti tagħhom, pereżempju għas-sistema tal-kura tas-saħħa, għall-forniment ta’ servizzi essenzjali oħra inkluż l-installazzjoni u l-manutenzjoni tat-tagħmir mediku u tal-infrastruttura medika, jew għall-iżgurar tal-forniment tal-oġġetti. Għalhekk huwa kruċjali li jkun hemm approċċ koordinat fil-livell tal-UE li jiffaċilita l-ħajja ta’ dawn il-ħaddiema sabiex ikunu jistgħu jaqsmu l-fruntieri interni.
Wara s-sejħa tal-Kunsill Ewropew (3) lill-Kummissjoni biex tindirizza s-sitwazzjoni tal-ħaddiema li jaqsmu l-fruntieri u dawk staġjonali li jeħtieġ li jkunu jistgħu jkomplu bl-attivitajiet essenzjali filwaqt li jevitaw li tkompli l-imxija tal-virus, u minbarra l-Linji Gwida għall-miżuri ta’ ġestjoni tal-fruntieri biex tiġi protetta s-saħħa u tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-oġġetti u tas-servizzi essenzjali, b’mod partikolari l-paragrafu 23 tagħhom, il-Linji Gwida deskritti hawn taħt jistiednu lill-Istati Membri jieħdu miżuri speċifiċi li jiżguraw approċċ koordinat fil-livell tal-UE (4). Dan huwa b’rabta mal-ħaddiema msemmija hawn fuq, b’mod partikolari l-ħaddiema li jkollhom bżonn jaqsmu l-fruntieri sabiex jaslu fil-post tax-xogħol tagħhom minħabba li jeżerċitaw okkupazzjonijiet kritiċi billi jwettqu attivitajiet relatati ma’ servizzi essenzjali. Dan għandu japplika wkoll f’każijiet fejn il-ħaddiema msemmija hawn fuq jużaw Stat Membru biss bħala pajjiż ta’ tranżitu sabiex jaslu fi Stat Membru ieħor. Dawn il-Linji Gwida huma mingħajr preġudizzju għall-miżuri speċifiċi deskritti fil-Komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Korsiji Ħodor (5) jew fil-Linji Gwida dwar l-Iffaċilitar tal-Operazzjonijiet tal-Merkanzija bl-Ajru matul it-tifqigħa tal-COVID-19 (6).
L-Istati Membri għandhom jittrattaw lill-persuni li jaħdmu għal rashom u li jeżerċitaw l-okkupazzjonijiet kritiċi elenkati f’dawn il-Linji Gwida bl-istess mod.
Ħaddiema li jeżerċitaw okkupazzjonijiet kritiċi
1. |
F’xi partijiet tal-UE, b’mod partikolari fir-reġjuni tal-fruntiera, il-ħaddiema li jaħdmu bejn il-fruntieri jeżerċitaw okkupazzjonijiet kritiċi li għalihom il-moviment bla xkiel bejn il-fruntieri huwa essenzjali. Ir-restrizzjonijiet introdotti mill-Istati Membri b’rabta mal-qsim tal-fruntieri tagħhom jistgħu jwasslu għal diffikultajiet addizzjonali jew saħansitra jfixklu l-isforzi fil-ġlieda kontra l-kriżi tal-Covid-19. |
2. |
Il-moviment liberu kontinwu tal-ħaddiema kollha b’okkupazzjonijiet kritiċi huwa essenzjali, inkluż dak tal-ħaddiema li jaħdmu bejn il-fruntieri u dak tal-ħaddiema stazzjonati. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-ħaddiema jidħlu fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti u jkollhom aċċess bla xkiel għall-post tax-xogħol tagħhom, b’mod partikolari jekk jeżerċitaw waħda mill-okkupazzjonijiet li ġejjin (7):
|
3. |
Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu proċeduri speċifiċi, li ma jkunux ta’ piż u li jkunu rapidi, għall-punti ta’ qsim tal-fruntieri bi fluss regolari ta’ ħaddiema li jaħdmu bejn il-fruntieri u dawk stazzjonati, biex jiġi żgurat passaġġ bla xkiel għalihom. Dan jista’ jsir pereżempju, fejn ikun xieraq, permezz ta’ korsiji apposta fil-fruntieri li jistgħu jużaw dawn il-ħaddiema jew permezz ta’ stickers speċifiċi rikonoxxuti mill-Istati Membri ġirien sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għat-territorju tal-Istat Membru tal-impjieg. Din il-ġimgħa l-Kummissjoni se tikkonsulta b’urġenza wkoll lill-Kumitat Tekniku dwar il-Libertà ta’ Moviment għall-Ħaddiema sabiex tidentifika l-aqwa prattiki li jistgħu jiġu estiżi għall-Istati Membri kollha, sabiex dawn il-ħaddiema jkunu jistgħu jeżerċitaw l-okkupazzjonijiet kruċjali tagħhom mingħajr xkiel żejjed. |
Skrinjar tas-saħħa
4. |
L-iskrinjar tas-saħħa għall-ħaddiema stazzjonati u għal dawk li jaħdmu bejn il-fruntieri jrid isir bl-istess kundizzjonijiet bħal fil-każ ta’ ċittadini li jeżerċitaw l-istess okkupazzjonijiet. |
5. |
Jista’ jsir skrinjar tas-saħħa qabel jew wara l-fruntieri, skont l-infrastruttura disponibbli, biex jiġi żgurat li t-traffiku ma jeħilx. L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw bejniethom biex l-iskrinjar tas-saħħa jsir fuq naħa waħda biss tal-fruntiera, sabiex ma jkunx hemm xogħol doppju u jiġu evitati l-perjodi ta’ stennija. Il-kontrolli u l-iskrinjar tas-saħħa ma għandhomx jirrikjedu li l-ħaddiema joħorġu mill-vetturi, u fil-prinċipju għandhom ikunu bbażati fuq il-kejl elettroniku tat-temperatura tal-ġisem. Normalment, il-ħaddiema ma għandhomx isirulhom iktar minn tliet kontrolli tat-temperatura fl-istess jum. F’każ li l-ħaddiem ikollu d-deni u l-awtoritajiet tal-fruntieri jqisu li ma għandux jitħalla jkompli l-vjaġġ, il-ħaddiem għandu jkollu aċċess għal kura tas-saħħa xierqa bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru tal-impjieg. L-informazzjoni dwar din il-persuna għandha tiġi kondiviża mal-Istat Membru ġar ikkonċernat. |
6. |
Għall-ħaddiema tat-trasport imsemmija fil-paragrafu 19 tal-Komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Korsiji Ħodor, japplikaw il-miżuri speċifiċi tal-iskrinjar tas-saħħa msemmija f’dawk il-Linji Gwida. |
Ħaddiema oħra
7. |
L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-ħaddiema li jaħdmu bejn il-fruntieri jkomplu jaqsmu l-fruntieri tagħhom biex jaslu fil-post tax-xogħol tagħhom jekk ix-xogħol fis-settur ikkonċernat ikun għadu permess fl-Istat Membru ospitanti. |
8. |
F’sitwazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal bidla fl-Istat Membru tal-assigurazzjoni tal-ħaddiem (10), l-Istati Membri għandhom jużaw l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (11) bil-ħsieb li jżommu l-istess kopertura tas-sigurtà soċjali li kellu l-ħaddiem ikkonċernat. Sabiex japplika għal din l-eċċezzjoni, l-impjegatur irid iressaq talba lil dak l-Istat Membru li l-ħaddiem jirrikjedi li jkun soġġett għal-leġiżlazzjoni tiegħu. |
Ħaddiema staġjonali
9. |
Xi setturi tal-ekonomija, b’mod partikolari s-settur agrikolu, jiddependu ferm f’diversi Stati Membri fuq il-ħaddiema staġjonali minn Stati Membri oħra. Sabiex jirrispondu għan-nuqqas ta’ ħaddiema f’dawn is-setturi bħala riżultat tal-kriżi, l-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar il-ħtiġijiet differenti tagħhom, pereżempju permezz ta’ kanali stabbiliti tal-Kumitat Tekniku dwar il-Libertà ta’ Moviment għall-Ħaddiema. Ta’ min ifakkar li f’ċerti ċirkostanzi l-ħaddiema staġjonali fl-agrikoltura jwettqu funzjonijiet kritiċi marbuta mal-ħsad, mat-tħawwil jew mal-ħarsien tar-raba’. F’sitwazzjoni bħal din, l-Istati Membri għandhom jittrattaw lil dawk il-ħaddiema bl-istess mod bħall-ħaddiema li jeżerċitaw l-okkupazzjonijiet kritiċi msemmija hawn fuq. Bl-istess mod, l-Istati Membri għandhom jippermettu lil ħaddiema bħal dawn ikomplu jaqsmu l-fruntieri tagħhom biex jaħdmu jekk ix-xogħol fis-settur ikkonċernat ikun għadu permess fl-Istat Membru ospitanti. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw ukoll il-ħtieġa li l-impjegaturi jipprevedu protezzjoni adegwata tas-saħħa u tas-sikurezza. |
10. |
Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu proċeduri speċifiċi biex jiżguraw passaġġ bla xkiel għal dawn il-ħaddiema, u se tuża wkoll il-Kumitat Tekniku dwar il-Libertà ta’ Moviment għall-Ħaddiema biex tidentifika l-aqwa prattiki li jistgħu jiġu estiżi għall-Istati Membri kollha sabiex dawn il-ħaddiema jkunu jistgħu jeżerċitaw l-okkupazzjonijiet kruċjali tagħhom mingħajr xkiel żejjed. |
(1) C(2020) 1753 final
(2) Ħaddiema li jintbagħtu jaħdmu temporanjament fi Stat Membru differenti minn dak ta’ min jimpjegahom sabiex jagħtu servizz.
(3) Il-Paragrafu 4 tad-Dikjarazzjoni konġunta tal-Membri tal-Kunsill Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2020.
(4) Il-Gwida dwar l-implimentazzjoni tar-restrizzjoni temporanja ta’ vvjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE, dwar il-faċilitazzjoni ta’ arranġamenti ta’ tranżitu għar-ripatrijazzjoni taċ-ċittadini tal-UE, u dwar l-effetti tal-politika dwar il-viżi C (2020)2050 final, fiha miżuri relatati mal-ħaddiema li jaħdmu bejn il-fruntieri u dawk staġjonali u li ġejjin minn pajjiż terz.
(5) C(2020) 1897 final.
(6) C(2020) 2010 final
(7) Il-kategoriji jsegwu l-klassifikazzjoni ESCO (il-Klassifikazzjoni Ewropea ta’ Ħiliet, Kompetenzi, Kwalifiki u Impjiegi) li hija l-klassifikazzjoni multilingwi Ewropea tal-Ħiliet, tal-Kompetenzi, tal-Kwalifiki u tal-Impjiegi. Ara https://ec.europa.eu/esco/portal/howtouse/21da6a9a-02d1-4533-8057-dea0a824a17a
(8) Ara gwida speċifika ulterjuri dwar il-ħaddiema tat-trasport f’C(2020) 1897 final – Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Korsiji Ħodor skont il-Linji Gwida għall-miżuri ta’ ġestjoni tal-fruntieri biex tiġi protetta s-saħħa u tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-oġġetti u tas-servizzi essenzjali.
(9) Is-sewwieqa tal-muturi, imma biss meta jittrasportaw il-provvisti mediċi, l-apparati mediċi jew it-tagħmir ta’ protezzjoni personali.
(10) F’każ ta’ pluriattività f’żewġ Stati Membri, meta ħaddiem li jaħdem bejn il-fruntieri attwalment ikun jaħdem kemm fl-Istat Membru tal-impjieg kif ukoll fl-Istat Membru tar-residenza, u jkun assigurat fl-Istat Membru tal-impjieg minħabba li l-attività tiegħu fl-Istat Membru tar-residenza mhijiex sostanzjali, u jaqbeż il-limitu ta’ 25 % tal-ħin tax-xogħol bħala riżultat tal-miżuri ta’ kwarantina meħuda minn ċerti Stati Membri.
(11) Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali.