This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013JC0028
Joint Proposal for a COUNCIL REGULATION amending Regulation (EU) No 36/2012 concerning restrictive measures in view of the situation in Syria
Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
/* JOIN/2013/028 final - 2013/0417 (NLE) */
Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja /* JOIN/2013/028 final - 2013/0417 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI (1)
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012
tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl
tas-sitwazzjoni fis-Sirja daħħal fis-seħħ
id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK[1]. Id-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2012/739/PESK[2]
ħassret u ssostitwiet id-Deċiżjoni 2011/782/PESK.
Fl-1 ta' Ġunju 2013 skadiet
id-Deċiżjoni 2012/739/PESK. Ħaditilha postha
d-Deċiżjoni 2013/255/PESK li tapplika sal-1 ta' Ġunju 2014. (2)
Jeħtieġ li jiġi ċċarat li
għandha tingħata deroga mill-iffriżar ta’ fondi jew riżorsi
ekonomiċi meħtieġa għal assistenza umanitarja biss jekk
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jiġu rilaxxati
lin-Nazzjonijiet Uniti ħalli din l-assistenza tingħata skont il-Pjan
ta’ Rispons għall-Assistenza Umanitarja bejn in-NU u s-Sirja. Meta jitqiesu
t-talbiet għall-awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom
iqisu l-prinċipji umanitarji kif stabbiliti fil-Kunsens Ewropew dwar
l-Għajnuna Umanitarja. (3)
Jeħtieġ ukoll li tiġi prevista
deroga mill-projbizzjoni tal-iffinanzjar u tal-assistenza finanzjarja relatata
mal-attivitajiet imwettqa mill-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi
Kimiċi (OPCW) skont il-paragrafu 10 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill
tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2118(2013). (4)
Jeħtieġ ukoll li tiġi prevista
projbizzjoni fir-rigward tal-oġġetti li jikkostitwixxu wirt kulturali
Sirjan li tneħħew illegalment mis-Sirja bil-għan li jiġi
ffaċilitat ir-radd lura ta’ dawn l-oġġetti lis-sidien
leġittimi tagħhom b'mod sikur. (5)
Teħtieġ aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex
jiġu implimentati dawn il-miżuri. Ir-Rappreżentant Għoli
tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u
l-Kummissjoni Ewropea jipproponu li r-Regolament (UE) Nru 36/2012
jiġi emendat skont dan. 2013/0417 (NLE) Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012
dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 215
tiegħu, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar
miżuri restrittivi kontra s-Sirja[3],
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta
tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u
l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea, Billi: (1) Fil-… ta' Diċembru 2013,
il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/.../PESK li temenda
d-Deċiżjoni 2013/255/PESK. (2) Għandha tingħata
deroga mill-projbizzjoni tal-iffinanzjar u tal-assistenza finanzjarja relatata
ma' ċerti oġġetti u teknoloġija fir-rigward ta'
attivitajiet imwettqa mill-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi
Kimiċi (OPCW) skont il-paragrafu 10 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill
tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2118(2013). (3) Jeħtieġ li
jiġu previsti miżuri restrittivi addizzjonali sabiex jiġi
ffaċilitat ir-radd lura ta' oġġetti li jikkostitwixxu wirt
kulturali Sirjan li tneħħew illegalment mis-Sirja lill-proprjetarji
leġittimi tagħhom b'mod sikur. (4) Għandha tingħata
deroga mill-iffriżar ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi
meħtieġa għal assistenza umanitarja biss jekk il-fondi jew
ir-riżorsi ekonomiċi jiġu rilaxxati lin-Nazzjonijiet Uniti
ħalli din l-assistenza tingħata skont il-Pjan ta’ Rispons
għall-Assistenza Umanitarja bejn in-NU u s-Sirja. Meta jitqiesu t-talbiet
għall-awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu
l-prinċipji umanitarji kif stabbiliti fil-Kunsens Ewropew dwar
l-Għajnuna Umanitarja. (5) Dawn il-miżuri
jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, b'mod
partikulari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi
tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hemm
bżonn ta' azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu
implimentati. (6) Ir-Regolament (UE)
Nru 36/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa
emendat kif ġej: (1) Jiddaħħal
l-Artikolu 3b li ġej: “Artikolu 3b L-Artikolu 3a ma japplikax
għad-dispożizzjoni tal-iffinanzjar jew tal-assistenza finanzjarja
relatata mal-importazzjoni jew it-trasport ta' armi kimiċi identifikati
mid-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi
Kimiċi (OPCW), konsistentement mal-għan tal-Konvenzjoni dwar
il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Ħażna u
l-Użu ta' Armi Kimiċi u dwar il-Qerda tagħhom (Konvenzjoni dwar
l-Armi Kimiċi), li seħħet skont il-paragrafu 10 tar-Riżoluzzjoni
tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2118(2013).” (2) Jiddaħħal
l-Artikolu 11c li ġej: “Artikolu 11c 1. Huwa pprojbit li jiġu impurtati,
esportati, trasferiti, jew li jiġu pprovduti servizzi ta' senserija
relatati mal-importazzjoni, l-esportazzjoni jew it-trasferiment ta',
oġġetti ta' proprjetà kulturali Sirjana u oġġetti oħra
li għandhom importanza arkeoloġika, storika, kulturali, xjentifika
rari jew reliġjuża, inklużi dawk elenkati fl-Anness XI,
jekk dawn ikunu ttieħdu illegalment mis-Sirja, b'mod partikulari jekk: (i) dawn l-oġġetti jagħmlu parti
integrali mill-kollezzjonijiet pubbliċi elenkati fl-inventarji ta'
mużewijiet, arkivji jew kollezzjoni ta' konservazzjoni ta' libreriji
Sirjani, jew mill-inventarji ta' istituzzjonijiet reliġjużi Sirjani,
jew (ii) ikun hemm suspetti raġonevoli li
l-oġġetti ttieħdu mis-Sirja mingħajr il-kunsens
tal-proprjetarju leġittimu tagħhom jew ittieħdu mis-Sirja bi
ksur tal-liġi Sirjana jew tal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Protezzjoni
tal-Wirt Kulturali u Naturali Dinji. 2. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma
tapplikax jekk jintwera li l-oġġetti qed jintbagħtu lura lejn
is-Sirja bil-għan li jintraddu lura lis-sidien leġittimi tagħhom
b'mod sikur.” (3) Fl-Artikolu 16, il-paragrafu (f)
jiġi sostitwit b'dan li ġej: “(f) meħtieġa għal skopijiet
umanitarji, bħat-twassil jew l-iffaċilitar tat-twassil ta’
assistenza, inklużi provvisti mediċinali, ikel, ħaddiema
umanitarji u assistenza relatata, u sakemm il-fondi jew ir-riżorsi
ekonomiċi jkunu rilaxxati lin-Nazzjonijiet Uniti għall-fini
tal-ħruġ jew l-iffaċilitar tat-twassil ta’ assistenza fis-Sirja
skont il-Pjan ta’ Rispons għall-Assistenza Umanitarja bejn in-NU u
s-Sirja, jew evakwazzjonijiet mis-Sirja;” (4) L-Anness ta’ dan ir-Regolament
jiżdied bħala l-Anness XI. Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol
fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier
tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK
tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar miżuri restrittivi kontra
s-Sirja li tħassar id-Deċiżjoni 2011/273/PESK (ĠU
L 319, 2.12.2011, p. 56). [2] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK
tad-29 ta' Novembru 2011 dwar miżuri restrittivi kontra
s-Sirja li tħassar id-Deċiżjoni 2011/782/PESK (ĠU
L 330, 30.11.2011, p. 21). [3] ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.