This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006PC0910
Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council amending Directive 2004/39/EC relating to markets in financial instruments as regards the implementing powers conferred on the Commission
Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Li temenda d-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni
Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Li temenda d-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni
/* KUMM/2006/0910 finali - COD 2006/0305 */
Proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill Li temenda d-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni /* KUMM/2006/0910 finali - COD 2006/0305 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 22.12.2006 KUMM(2006) 910 finali 2006/0305 (COD) Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Li temenda d-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (preżentata mill-Kummissjoni) 2006/0305 (COD) Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Li temenda d-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 47(2) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat, Billi: (1) Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE[3] tistipula li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni[4]. (2) Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li introduċiet proċedura regolatorja bl-iskrutinju sabiex tiġi użata għal miżuri ta' implimentazzjoni ta' applikabilità ġenerali li jfittxu li jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inkluż bit-tneħħija ta’ xi wħud minn dawn l-elementi jew billi jiżdiedu elementi ġodda mhux essenzjali. (3) F'konformità ma' l-istqarrija konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni[5] dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, strumenti li huma diġà fis-seħħ għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli. Dik l-istqarrija tindika lista ta' strumenti li għandhom jiġu aġġustati b'urġenza, inkluża d-Direttiva 2004/39/KE. (4) B'mod partikolari għandu jingħata lill-Kummissjoni l-poter li tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/39/KE sabiex tieħu f'kunsiderazzjoni l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' dik id-Direttiva. B'mod aktar partikolari, dawk il-miżuri huma mfassla sabiex jadattaw definizzjonijiet jew jimmodifikaw il-firxa ta' l-eżenzjonijiet, sabiex jelaboraw fuq, jew jissupplimentaw, id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva dwar obbligi organizzattivi jew kundizzjonijet ta' l-operat imposti fuq ditti ta' l-investiment jew istituzzjonijiet ta' kreditu u sabiex iżidu speċifikazzjonijiet dettaljati dwar l-obbligi tat-trasparenza ta' wara l-kummerċ imposti fuq il-varji postijiet tan-negozjati taħt dik id-Direttiva. Billi dawk il-miżuri huma ta' firxa ġenerali u mfassla biex jemendaw/iħassru l-elementi li mhumiex essenzjali tad-Direttiva 2004/39/KE u jissupplimentawha biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali li għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. (5) Id-Direttiva 2004/39/KE stipulat restrizzjoni taż-żmien għall-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. Fl-istqarrija konġunta tagħhom dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ddikjaraw li d-Deċiżjoni 2006/512/KE tipprovdi soluzzjoni orizzontali u sodisfaċenti għax-xewqa tal-Parlament Ewropew li janalizza l-implimentazzjoni ta' l-istrumenti adottati taħt il-proċedura ta' kodeċiżjoni u li, f'konformità ma' dan, il-poteri ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni mingħajr limitu ta' żmien. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddikjaraw ukoll li huma se jiżguraw li l-proposti mmirati għat-tħassir tad-dispożizzjonijiet fl-istrumenti li jipprovdu għal limitu ta' żmien għad-delega ta' poteri ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni jiġu adottati malajr kemm jista' jkun. Wara l-introduzzjoni tal-proċedura regolatorja bl-iskrutinju, id-dispożizzjoni li tistabbilixxi dak il-limitu ta' żmien fid-Direttiva 2004/39/KE għandha titħassar. (6) Id-Direttiva 2004/39/KE għandha għalhekk tiġi emendata f'dan is-sens. (7) Ladarba l-emendi li għandhom isiru għad-Direttiva 2004/39/KE huma aġġustamenti ta' natura teknika li jirrigwardaw biss il-proċeduri tal-kumitati, huma ma jeħtiġux traspożizzjoni mill-Istati Membri. Għalhekk, mhux meħtieġ li jiġu inklużi dispożizzjonijiet dwar dan, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 2004/39/KE hija emendata kif ġej: 1. L-Artikolu 2(3) huwa emendat kif ġej: (a) it-termini “filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2)” huma mħassra; (b) is-sentenza li ġejja hija miżjuda: “Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 64(2).” 2. L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej: (a) fil-punt (2) tal-paragrafu 1, it-termini “filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2)” huma mħassra: (b) il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej: (i) it-termini “filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2)” huma mħassra; (ii) is-subparagrafu li ġej huwa miżjud: “Il-miżuri msemmija fil-punt (2) tal-paragrafu 1 u fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inkluż billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2a) ”. 3. L-Artikolu 13(10) huwa emendat kif ġej: (a) it-termini “skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2)” huma mħassra; (b) is-sentenza li ġejja hija miżjuda: “Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 64(2).” 4. L-Artikolu 15(3) huwa emendat kif ġej: (a) fl-ewwel u t-tieni subparagrafi t-termini “skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2)” huma mħassra; (b) is-subparagrafu li ġej huwa miżjud: “Il-miżuri msemmija fl-ewwel u t-tieni u t-tielet subparagrafi, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva inkluż billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2a)”. 5. L-Artikolu 18(3) huwa emendat kif ġej: (a) it-termini “skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2)” huma mħassra; (b) is-subparagrafu li ġej huwa miżjud: “Il-miżuri msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2a). ” 6. L-Artikolu 19(10) huwa emendat kif ġej: (a) it-termini “skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2)” huma mħassra; (b) is-subparagrafu li ġej huwa miżjud: “Il-miżuri msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2a). ” 7. L-Artikolu 21(6) huwa emendat kif ġej: (a) it-termini “skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2)” huma mħassra; (b) is-subparagrafu li ġej huwa miżjud: “Il-miżuri msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2a). ” 8. L-Artikolu 22(3) huwa emendat kif ġej: (a) it-termini “skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2)” huma mħassra; (b) is-subparagrafu li ġej huwa miżjud: “Il-miżuri msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2a). ” 9. L-Artikolu 24(5) huwa emendat kif ġej: (a) it-termini “skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2)” huma mħassra; (b) is-subparagrafu li ġej huwa miżjud: “Il-miżuri msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2a). ” 10. L-Artikolu 25(7) huwa emendat kif ġej: (a) it-termini “skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2)” huma mħassra; (b) is-sentenza li ġejja hija miżjuda: “Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 64(2).” 11. L-Artikolu 27(7) huwa emendat kif ġej: (a) it-termini “skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2)” huma mħassra; (b) is-subparagrafu li ġej huwa miżjud: “Il-miżuri msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2a). ” 12. L-Artikolu 28(3) huwa emendat kif ġej: (a) it-termini “skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2)” huma mħassra; (b) is-subparagrafu li ġej huwa miżjud: “Il-miżuri msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2a). ” 13. L-Artikolu 29(3) huwa emendat kif ġej: (a) fl-ewwel subparagrafu t-termini “skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2)” huma mħassra; (b) is-subparagrafu li ġej huwa miżjud: “Il-miżuri msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2a). ” 14. L-Artikolu 30(3) huwa emendat kif ġej: (a) fl-ewwel subparagrafu t-termini “skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2)” huma mħassra; (b) is-subparagrafu li ġej huwa miżjud: “Il-miżuri msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2a). ” 15. L-Artikolu 40(6) huwa emendat kif ġej: (a) it-termini “skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2)” huma mħassra; (b) is-subparagrafu li ġej huwa miżjud: “Il-miżuri msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2a). ” 16. L-Artikolu 44(3) huwa emendat kif ġej: (a) it-termini “skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2)” huma mħassra; (b) is-subparagrafu li ġej huwa miżjud: “Il-miżuri msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2a). ” 17. L-Artikolu 45(3) huwa emendat kif ġej: (a) it-termini “skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2)” huma mħassra; (b) is-subparagrafu li ġej huwa miżjud: “Il-miżuri msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2a). ” 18. L-Artikoli 56(5) u 58(4) huma emendati kif ġej: (a) it-termini “skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2)” huma mħassra; (b) is-sentenza li ġejja hija miżjuda: “Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 64(2)”. 19. L-Artikolu 64 huwa emendat kif ġej: (a) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.” (b) il-paragrafu 3 huwa mħassar Artikolu 2 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-[…] jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea . Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] ĠU C , , p. . [2] ĠU C , , p. . [3] ĠU L 145, 30. 4. 2004, p.1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2006/31/KE (ĠU L 114, 27.4.2006, p.60). [4] ĠU L 184, 17.7.1999, p.23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p.11). [5] ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1