EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R2007

Regolament ta’ implimentazzjoni tal-kummissjoni (UE) 2020/2007 tat-8 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 f’dak li għandu x’jaqsam mal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-dekanol, 1,4-dimetilnaftalina, 6-benżiladenina, aċekinoċil, Adoxophyes orana granulovirus, sulfat tal-aluminju, amisulbrom, Aureobasidium pullulans (ir-razez DSM 14940 u DSM 14941), ażadiraktin, Bacillus pumilus QST 2808, benalaksil-M, bixafen, bupirimat, ir-razza O tal-Candida oleophila, klorantraniliprol, fosfonat tad-disodju, ditijanon, dodina, emamektin, flubendiammid, fluwometuron, fluksapirossad, flutriafol, eżitijażoss, imazamox, ipkonażol, isossaben, aċidu L-assorbiku, kubrit tal-ġir, żejt tal-larinġ, ir-razza FE9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus, pendimethalin, penflufen, pentijopirad, fosfonati tal-potassju, prosulfuron, Pseudomonas sp. ir-razza DSMZ 13134, piridalil, pirjofenon, pirossulam, kinimerak, aċidu S-abxissiku, sedaxane, sintofen, tijosulfat tal-fidda u s-sodju, spinetoram, spirotetramat, Streptomyces lydicus tar-razza WYEC 108, tau-fluvalinat, tebufenożur, tembotrion, tijenkarbażon, valifenalat, fosfidu taż-żingu

C/2020/8569

ĠU L 414, 9.12.2020, p. 10–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/2007/oj

9.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 414/10


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2007

tat-8 ta’ Diċembru 2020

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 f’dak li għandu x’jaqsam mal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-dekanol, 1,4-dimetilnaftalina, 6-benżiladenina, aċekinoċil, Adoxophyes orana granulovirus, sulfat tal-aluminju, amisulbrom, Aureobasidium pullulans (ir-razez DSM 14940 u DSM 14941), ażadiraktin, Bacillus pumilus QST 2808, benalaksil-M, bixafen, bupirimat, ir-razza O tal-Candida oleophila, klorantraniliprol, fosfonat tad-disodju, ditijanon, dodina, emamektin, flubendiammid, fluwometuron, fluksapirossad, flutriafol, eżitijażoss, imazamox, ipkonażol, isossaben, aċidu L-assorbiku, kubrit tal-ġir, żejt tal-larinġ, ir-razza FE9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus, pendimethalin, penflufen, pentijopirad, fosfonati tal-potassju, prosulfuron, Pseudomonas sp. ir-razza DSMZ 13134, piridalil, pirjofenon, pirossulam, kinimerak, aċidu S-abxissiku, sedaxane, sintofen, tijosulfat tal-fidda u s-sodju, spinetoram, spirotetramat, Streptomyces lydicus tar-razza WYEC 108, tau-fluvalinat, tebufenożur, tembotrion, tijenkarbażon, valifenalat, fosfidu taż-żingu

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusa approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 filwaqt li l-Parti B tistabbilixxi s-sustanzi attivi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u l-Parti E tistabbilixxi s-sustanzi attivi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala kandidati għas-sostituzzjoni.

(2)

L-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi 1-dekanol, 6-benżiladenina, aċekinoċil, sulfat tal-aluminju, amisulbrom, ir-razza O tal-Candida oleophila, klorantraniliprol, ditijanon, dodina, emamektin, flubendiammid, fluwometuron, flutriafol, eżitijażoss, imazamox, ipkonażol, isossaben, aċidu L-assorbiku, kubrit tal-ġir, żejt tal-larinġ, ir-razza FE 9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus, pendimethalin, prosulfuron, kinimerak, aċidu S-abxissiku, sintofen, tijosulfat tal-fidda u s-sodju, spinetoram, spirotetramat, tau-fluvalinat, tebufenożur, tembotrion, tijenkarbażon, valifenalat u fosfidu taż-żingu se jiskadu bejn it-30 ta’ April 2024 u l-31 ta’ Ottubru 2024. Madankollu, peress li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 (3) se japplika għal dawk is-sustanzi attivi u se javvanza d-data tas-sottomissjoni tad-dossier b’mod li jappoġġa t-tiġdid tal-approvazzjoni bi 3 xhur, jeħtieġ li tiġi prevista estensjoni qasira tal-perjodi ta’ approvazzjoni rispettivi tagħhom biex tinżamm id-data tas-sottomissjoni tad-dossier kif meħtieġ skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (4) peress li l-applikanti jeħtieġu ż-żmien biex iħejju u jissottomettu d-dossiers fil-format meħtieġ.

(3)

Barra minn hekk, għall-emamectin, mill-informazzjoni pprovduta mill-applikant jidher li kien hemm dewmien fit-tħejjija tad-dossier tat-tiġdid minħabba l-pandemija tal-COVID-19, minkejja l-aħjar sforzi tal-applikant biex itaffi tali dewmien. L-Istat Membru relatur maħtur għall-emamektin, in-Netherlands, eċċezzjonalment qabel li jaċċetta s-sottomissjoni tal-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni kif meħtieġ mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 sat-30 ta’ Novembru 2021. Għalhekk, il-perjodu ta’ approvazzjoni tal-emamectin għandu jiġi estiż filwaqt li jitqies ukoll dan il-perjodu addizzjonali.

(4)

Barra minn hekk, għall-klorantraniliprol, mill-informazzjoni pprovduta mill-applikant jidher li kien hemm dewmien fit-tħejjija tal-applikazzjoni għat-tiġdid minħabba l-pandemija tal-COVID-19, minkejja l-aħjar sforzi tal-applikant biex itaffi tali dewmien. L-Istat Membru relatur maħtur għall-klorantraniliprol, l-Irlanda, eċċezzjonalment qabel li jaċċetta s-sottomissjoni tal-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni kif meħtieġ mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 sal-31 ta’ Diċembru 2021. Għalhekk, il-perjodu ta’ approvazzjoni tal-klorantraniliprol jenħtieġ li jiġi estiż ukoll billi jitqies dan il-perjodu addizzjonali.

(5)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C/2018/3434 (5) stabbiliet programm ta’ ħidma li jiġbor flimkien sustanzi attivi simili u jistabbilixxi prijoritajiet abbażi ta’ tħassib dwar is-sikurezza għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jew għall-ambjent.

(6)

Sabiex tkun żgurata distribuzzjoni bilanċjata tar-responsabbiltajiet u l-ħidma fost l-Istati Membri li jaġixxu bħala relaturi u korelaturi u b’kont meħud tar-riżorsi meħtieġa għall-valutazzjoni u t-teħid ta’ deċiżjonijiet, jixraq li jiġu estiżi l-perjodi ta’ approvazzjoni ta’ ċerti sustanzi attivi kif stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C/2018/3434. Jenħtieġ li l-perjodi ta’ approvazzjoni għal 1,4-dimetilnaftalina, Adoxophyes orana granulovirus, Aureobasidium pullulans (ir-razez DSM 14940 u DSM 14941), Bacillus pumilus QST 2808, benalaksil-M, Pseudomonas sp. ir-razza DSMZ 13134, piridalil, pirjofenon, pirossulam u Streptomyces lydicus tar-razza WYEC 108 jiġu estiżi b’sena. Għall-istess raġunijiet, jixraq li l-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi bixafen, ir-razza O tal-Candida oleophila, fosfonat tad-disodju, fluxapiroxad, ir-razza FE 9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus, penflufen, pentijopirad, fosfonati tal-potassju u sedaxane jiġu estiżi b’sena sa tliet snin, rispettivament.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

(8)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward ta’ każijiet fejn ma titressaq l-ebda applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740 fi żmien 3 snin qabel id-data ta’ skadenza rispettiva stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni terġa’ ddaħħal id-data ta’ skadenza kif kienet qabel l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew tistabbilixxiha fl-eqreb data possibbli minn hemm ’il quddiem.

(9)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, meta l-Kummissjoni se tadotta Regolament li jipprevedi l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li l-kriterji għall-approvazzjoni mhumiex issodisfati, il-Kummissjoni se tistabbilixxi d-data ta’ skadenza fl-istess data kif kienet qabel l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament jew fid-data tal-adozzjoni tar-Regolament dment li l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx, skont liema data hi l-aktar tard. Rigward il-każijiet meta l-Kummissjoni tadotta Regolament li jipprevedi t-tiġdid ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tistabblixxi, kif ikun xieraq skont iċ-ċirkostanzi, l-eqreb data ta’ applikazzjoni possibbli.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvat (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 tal-20 ta’ Novembru 2020 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (ĠU L 392, 23.11.2020, p. 20).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ġunju 2018 dwar l-istabbiliment ta’ programm ta’ ħidma għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi li jiskadu fl-2022, fl-2023 u fl-2024 skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. C/2018/3434 final. (ĠU C 195, 7.6.2018, p. 20).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:

Il-Parti A hija emendata kif ġej:

(1)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 311, kinimerak, id-data tat-30 ta’ April 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Lulju 2024.

(2)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 314, fosfidu taż-żingu, id-data tat-30 ta’ April 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Lulju 2024.

(3)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 317, 6-benżiladenina, id-data tal-31 ta’ Mejju 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Awwissu 2024.

(4)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 323, dodina, id-data tal-31 ta’ Mejju 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Awwissu 2024.

(5)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 328, tau-fluvalinat, id-data tal-31 ta’ Mejju 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Awwissu 2024.

(6)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 330, bupirimat, id-data tal-31 ta’ Mejju 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Awwissu 2024.

(7)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 333, 1-benżiladenina, id-data tal-31 ta’ Mejju 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Awwissu 2024.

(8)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 334, isossaben, id-data tal-31 ta’ Mejju 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Awwissu 2024.

(9)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 335, fluwometuron, id-data tal-31 ta’ Mejju 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Awwissu 2024.

(10)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 341, sintofen, id-data tal-31 ta’ Mejju 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Awwissu 2024.

(11)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 343, ażadiraktin, id-data tal-31 ta’ Mejju 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Awwissu 2024.

(12)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 345, kubrit tal-ġir, id-data tal-31 ta’ Mejju 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Awwissu 2024.

(13)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 346, sulfat tal-aluminju, id-data tal-31 ta’ Mejju 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Awwissu 2024.

(14)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 350, tebufenożur, id-data tal-31 ta’ Mejju 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Awwissu 2024.

(15)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 351, ditijanon, id-data tal-31 ta’ Mejju 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Awwissu 2024.

(16)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 352, eżitijażoss, id-data tal-31 ta’ Mejju 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Awwissu 2024.

(17)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 353, flutriafol, id-data tal-31 ta’ Mejju 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Awwissu 2024.

Il-Parti B hija emendata kif ġej:

(1)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 24, fluksapirossad, id-data tal-31 ta’ Diċembru 2022 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Mejju 2025.

(2)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 26, Adoxophyes orana granulovirus, id-data tal-31 ta’ Jannar 2023 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Jannar 2024.

(3)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 37, ir-razza O tal-C andid a oleophila, id-data tat-30 ta’ Settembru 2023 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Diċembru 2024.

(4)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 39, ir-razza FE 9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus, id-data tat-30 ta’ Settembru 2023 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Diċembru 2024.

(5)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 40, fosfonati tal-potassju, id-data tat-30 ta’ Settembru 2023 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Jannar 2026.

(6)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 43, bixafen, id-data tat-30 ta’ Settembru 2023 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Mejju 2025.

(7)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 48, sedaxane, id-data tal-31 ta’ Jannar 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Mejju 2025.

(8)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 49, emamektin, id-data tat-30 ta’ April 2024 hija sostitwita bid-data tat-30 ta’ Novembru 2024.

(9)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 50, Pseudomonas sp. ir-razza DSMZ 13134, id-data tal-31 ta’ Jannar 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Jannar 2025.

(10)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 52, Aureobasidium pullulans (ir-razez DSM 14940 u DSM 14941), id-data tal-31 ta’ Jannar 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Jannar 2025.

(11)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 53, pirjofenon, id-data tal-31 ta’ Jannar 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Jannar 2025.

(12)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 54, fosfonat tad-disodju, id-data tal-31 Jannar 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Jannar 2026.

(13)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 55, penflufen, id-data tal-31 ta’ Jannar 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Mejju 2025.

(14)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 56, żejt tal-larinġ, id-data tat-30 ta’ April 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Lulju 2024.

(15)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 57, pentijopirad, id-data tat-30 ta’ April 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Mejju 2025.

(16)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 58, benalaksil-M, id-data tat-30 ta’ April 2024 hija sostitwita bid-data tat-30 ta’ April 2025.

(17)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 59, tembotrion, id-data tat-30 ta’ April 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Lulju 2024.

(18)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 60, spirotetramat, id-data tat-30 ta’ April 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Lulju 2024.

(19)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 61, pirossulam, id-data tat-30 ta’ April 2024 hija sostitwita bid-data tal-30 ta’ April 2025.

(20)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 62, klorantraniliprol, id-data tat-30 ta’ April 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Diċembru 2024.

(21)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 63, tijosulfat tal-fidda u s-sodju, id-data tat-30 ta’ April 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Lulju 2024.

(22)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 64, piridalil, id-data tat-30 ta’ Ġunju 2024 hija sostitwita bid-data tat-30 ta’ Ġunju 2025.

(23)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 68, 1,4-dimetilnaftalina, id-data tat-30 ta’ Ġunju 2024 hija sostitwita bid-data tat-30 ta’ Ġunju 2025.

(24)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 69, amisulbrom, id-data tat-30 ta’ Ġunju 2024 hija sostitwita bid-data tat-30 ta’ Settembru 2024.

(25)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 65, aċidu S-abxissiku, id-data tat-30 ta’ Ġunju 2024 hija sostitwita bid-data tat-30 ta’ Settembru 2024.

(26)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 66, aċidu L-assorbiku, id-data tat-30 ta’ Ġunju 2024 hija sostitwita bid-data tat-30 ta’ Settembru 2024.

(27)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 67, spinetoram, id-data tat-30 ta’ Ġunju 2024 hija sostitwita bid-data tat-30 ta’ Settembru 2024.

(28)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 70, valifenalat, id-data tat-30 ta’ Ġunju 2024 hija sostitwita bid-data tat-30 ta’ Settembru 2024.

(29)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 71, tijenkarbażon, id-data tat-30 ta’ Ġunju 2024 hija sostitwita bid-data tat-30 ta’ Settembru 2024.

(30)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 72, aċekinoċil, id-data tal-31 ta’ Awwissu 2024 hija sostitwita bid-data tat-30 ta’ Novembru 2024.

(31)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 73, ipkonażol, id-data tal-31 ta’ Awwissu 2024 hija sostitwita bid-data tat-30 ta’ Novembru 2024.

(32)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 74, flubendiammid, id-data tal-31 ta’ Awwissu 2024 hija sostitwita bid-data tat-30 ta’ Novembru 2024.

(33)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 75, Bacillus pumilus QST 2808, id-data tal-31 ta’ Awwissu 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Awwissu 2025.

(34)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 79, Streptomyces lydicus tar-razza WYEC 108, id-data tal-31 ta’ Diċembru 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Diċembru 2025.

Il-Parti E hija emendata kif ġej:

(1)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 6, prosulfuron, id-data tat-30 ta’ April 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Lulju 2024.

(2)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 7, pendimethalin, id-data tal-31 ta’ Awwissu 2024 hija sostitwita bid-data tat-30 ta’ Novembru 2024.

(3)

Fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, l-entrata 8, imazamox, id-data tal-31 ta’ Ottubru 2024 hija sostitwita bid-data tal-31 ta’ Jannar 2025.


Top