This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R1751
Council Implementing Regulation (EU) 2017/1751 of 25 September 2017 implementing Regulation (EU) No 36/2012 concerning restrictive measures in view of the situation in Syria
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1751 tal-25 ta' Settembru 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1751 tal-25 ta' Settembru 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
ĠU L 246, 26.9.2017, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
26.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 246/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1751
tal-25 ta' Settembru 2017
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
(2) |
L-informazzjoni marbuta ma' erba' persuni u entità waħda li tinsab fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandha tiġi aġġornata. |
(3) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
M. MAASIKAS
ANNESS
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif ġej:
1. |
Fil-Parti A (‘Persuni’), l-entrati li ġejjin huma sostitwiti kif ġej:
|
2. |
Fil-Parti B (‘Entitajiet’), l-entrata li ġejja hija sostitwita kif ġej:
|