EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1880

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1880 tad-29 ta' Settembru 2016 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina

ĠU L 289, 25.10.2016, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1880/oj

Related international agreement

25.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1880

tad-29 ta' Settembru 2016

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-5 ta' Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti permezz ta' ftehim fil-livell tal-Unjoni.

(2)

F'isem l-Unjoni, il-Kummissjoni nnegozjat ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (il-“Ftehim”) f'konformità mal-mekkaniżmi u d-direttivi stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2003.

(3)

Fit-23 ta' Novembru 2013, il-Ftehim ġie ffirmat f'isem l-Unjoni suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f'data aktar 'il quddiem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/35/UE (2).

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (3) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina lill-persuna jew persuni mogħtija s-setgħa li jipproċedu f'isem l-Unjoni Ewropea, sabiex jagħmlu n-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim li tesprimi l-kunsens tal-Unjoni Ewropea biex tintrabat bil-Ftehim.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

P. ŽIGA


(1)  Kunsens tat-12 ta' April 2016 (għad mhuwiex ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/35/UE tal-10 ta' Mejju 2012 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina dwar ċerti aspetti tas- servizzi tal-ajru (ĠU L 21, 24.1.2014, p. 1).

(3)  Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 21, 24.1.2014, p. 2 flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.


Top