This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R1198
Commission Delegated Regulation (EU) No 1198/2014 of 1 August 2014 supplementing Council Regulation (EC) No 1217/2009 setting up a network for the collection of accountancy data on the incomes and business operation of agricultural holdings in the European Union
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1198/2014 tal- 1 ta' Awwissu 2014 li jissupplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1198/2014 tal- 1 ta' Awwissu 2014 li jissupplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea
ĠU L 321, 7.11.2014, p. 2–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 07/11/2014
7.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 321/2 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1198/2014
tal-1 ta' Awwissu 2014
li jissupplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(1), 5(a)(1) u 5(b)(2) u l-Artikoli (3) u 8(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, ir-Regolament (UE) Nru 1318/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) emenda r-Regolament (KE) Nru 1217/2009 sabiex ikun allinjat mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tal-qafas ġuridiku ġdid li rriżulta minn dak l-allinjament, għandhom jiġu adottati ċerti regoli permezz ta' atti delegati u ta' implimentazzjoni. Ir-regoli eżistenti, stabbiliti mill-Kummissjoni biex jimplementaw ir-Regolament (KE) Nru 1217/2009, għandhom jiġu sostitwiti bir-regoli l-ġodda. Għaldaqstant, huwa xieraq li jitħassru r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1242/2008 (3), (UE) Nru 1291/2009 (4), u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 385/2012 (5). |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1217/2009 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta Regolamenti delegati li jistabbilixxu r-regoli marbuta mad-dejta għad-determinazzjoni tad-dħul u l-analiżi kummerċjali ta' azjendi agrikoli. L-att delegat għandu jistabbilixxi b'mod partikolari regoli għall-iffissar tal-valuri ta' limitu li jiddelimitaw il-qasam tal-istħarriġ, għat-tfassil ta' pjanijiet għall-għażla ta' azjendi, għall-iffissar tal-perjodu ta' referenza għall-produzzjonijiet standard, għad-determinazzjoni tat-tipi ta' biedja ġenerali u prinċipali u għad-determinazzjoni tal-gruppi ewlenin tad-dejta dwar prospetti ta' biedja li għandha tinġabar, kif ukoll ir-regoli ġenerali li għandhom jiġu segwiti f'dan ir-rigward. |
(3) |
Il-valuri ta' limitu li jiddelimitaw il-qasam tal-istħarriġ għandhom jippermettu l-kisba ta' riżultati rappreżentattivi fil-qasam tal-istħarriġ. Il-valuri ta' limitu għandhom jimmassimizzaw il-proporzjon kostijiet-benefiċċji u għandhom jiġu determinati bil-għan li l-qasam tal-istħarriġ ikun jinkludi azjendi li jirrappreżentaw l-akbar sehem possibbli ta' produzzjoni agrikola, żona agrikola u xogħol agrikolu ta' dawk l-azjendi b'orjentazzjoni kummerċjali. |
(4) |
Il-pjan ta' għażla għandu jinkludi għadd minimu ta' elementi li juru kif kampjun rappreżentattiv ikun magħżul, biex b'hekk l-istħarriġ ikun jilħaq l-objettivi tan-netwerk tad-dejta tal-kontabiiltà agrikola. |
(5) |
Il-produzzjonijiet standard huma bbażati fuq dejta medja tul ċertu perjodu ta' referenza. Il-valuri tagħhom għandhom jiġu aġġornati regolarment biex dawn ikunu jqisu x-xejriet ekonomiċi sabiex it-tipoloġija tkun tista' tibqa' tiġi applikata b'mod sinifikanti. Il-frekwenza tal-aġġornament għandha tkun marbuta mas-snin li fihom isiru l-istħarriġiet tal-Unjoni dwar l-istruttura tal-azjendi agrikoli. |
(6) |
It-tipi ta' biedja ġenerali u prinċipali jieħtieġ li jitranġaw b'tali mod li gruppi omoġenji ta' azjendi jkunu jistgħu jinġabru flimkien bi grad ikbar jew iżgħar ta' aggregazzjoni u li s-sitwazzjonijiet ta' gruppi ta' azjendi jkunu jistgħu jitqabblu. |
(7) |
Id-dejta rrapportata fil-prospetti tal-biedja għandha tippermetti li tittieħed stampa tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet fir-rigward tal-fatturi ta' produzzjoni, li jiġi vvalutat il-livell ta' dħul tal-biedja, u li jiġu riflessi l-kundizzjonijiet tekniċi, ekonomiċi u soċjali tal-azjendi involuti. Il-gruppi ewlenin tad-dejta tal-kontabilità li għandha tinġabar u r-regoli ġenerali għall-ġbir ta' informazzjoni għandhom ikunu determinati għal dak l-għan. |
(8) |
Ir-regoli stipulati fir-Regolament għandhom japplikaw mis-sena fiskali 2015 għan-Netwerk tad-Dejta tal-Kontabilità Agrikola u mill-istħarriġ tal-2016 għall-istħarriġ tal-Unjoni dwar l-istruttura tal-azjendi agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jissupplimentaw ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 għall-iskop ta' kalkolu annwali tad-dħul u analiżi kummerċjali tal-azjendi agrikoli permezz tan-netwerk ta' informazzjoni tal-kontabilità tal-Unjoni. Dawk ir-regoli huma marbuta ma':
(a) |
il-limitu msemmi fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009; |
(b) |
il-pjan imsemmi fl-Artikolu 5(a)(1) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009; |
(c) |
il-“perjodu ta' referenza” msemmi fl-Artikolu 5(b)(2) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009; |
(d) |
it-tipi ta' biedja msemmija fl-Artikolu 5(b)(3) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009; |
(e) |
il-metodi ta' ġbir tad-dejta tal-kontabilità msemmija fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009. |
Artikolu 2
Limitu
Il-limitu msemmi fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 għandu jiżgura li l-qasam tal-istħarriġ jirrappreżenta l-akbar sehem possibbli ta' produzzjoni agrikola, żona agrikola u xogħol agrikolu, ta' impriżi b'orjentazzjoni kummerċjali.
Artikolu 3
Il-pjan għall-għażla
Il-pjan għall-għażla tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet li għandu jitfassal minn kull Stat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 5(a)(1) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009, għandu jinkludi elementi li jiżguraw il-kisba ta' kampjun rappreżentattiv tal-kontabilità tal-qasam tal-istħarriġ. B'mod partikolari, il-pjan għandu:
(a) |
ikun ibbażat fuq l-iktar sorsi ta' referenzi statistiċi reċenti; |
(b) |
jispjega l-proċedura għat-tqassim tal-qasam tal-istħarriġ skont id-diviżjonijiet elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 kif ukoll skont it-tipi ta' biedja u l-klassijiet ta' daqs ekonomiku kif imsemmija fl-Artikolu 5(b)(1) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009; |
(c) |
jipprovdi analiżi tal-azjendi fil-qasam tal-istħarriġ skont it-tipi ta' biedja u l-klassijiet ta' daqs ekonomiku kif imsemmija fl-Artikolu 5(b)(1) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 li jikkorrispondi tal-inqas mat-tipi prinċipali; |
(d) |
jindika metodi statistiċi għad-determinazzjoni tar-rata tal-għażla magħżula għal kull saff, il-proċeduri għall-għażla tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet u l-għadd ta' azjendi li jippreżentaw il-kontijiet li għandhom jintgħażlu għal kull saff adottat. |
Artikolu 4
Perjodu ta' referenza għall-produzzjoni standard
Għall-għanijiet tal-kalkolu tal-produzzjonijiet standard għall-istħarriġ tal-Unjoni dwar l-istruttura tal-azjendi agrikoli għas-sena N, kif imsemmi fl-Artikolu 5(b)(2) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009, il-perjodu ta' referenza jikkonsisti f'ħames snin suċċessivi mis-sena N-5 sas-sena N-1.
Il-produzzjonijiet standard għandhom jiġu ddeterminati bl-użu ta' dejta medja bażika kkalkulata fuq il-perjodu ta' referenza stabbilit fl-ewwel paragrafu u huma magħrufa bħala “produzzjonijiet standard N-3”. Dawn il-produzzjonijiet standard N-3 għandhom jiġu aġġornati biex iqisu x-xejriet ekonomiċi mill-inqas kull meta jsir stħarrig tal-Unjoni dwar l-istruttura tal-azjendi agrikoli.
Artikolu 5
Tipi ta' biedja ġenerali u prinċipali
It-tipi ta' biedja ġenerali u prinċipali u l-korrispondenza bejniethom, imsemmija fl-Artikolu 5(b)(3) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009, huma speċifikati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Il-prospett ta' biedja
Il-gruppi ewlenin tad-dejta tal-kontabilità li għandha tinġabar u r-regoli ġenerali għall-ġbir ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 huma speċifikati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 7
Revoki
Ir-Regolamenti (KE) Nru 1242/2008 u (UE) Nru 1291/2009 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 385/2012 humarevokati b'effett mill-1 ta' Jannar 2015.
Madankollu, għan-Netwerk tad-Dejta tal-Kontabilità Agrikola, ir-Regolamenti msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom ikomplu japplikaw għas-snin fiskali ta' qabel is-sena fiskali 2015.
Ir-Regolament (KE) Nru 1242/2008 għandu jibqa' japplika għall-istħarriġiet tal-Unjoni dwar l-istruttura tal-azjendi agrikoli sal-2013, inkluż għall-istħarriġ għal dik is-sena.
Artikolu 8
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-sena fiskali 2015 għan-Netwerk tad-Dejta tal-Kontabilità Agrikola u mill-istħarriġ tal-2016 għall-istħarriġ tal-Unjoni dwar l-istruttura tal-azjendi agrikoli.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Awwissu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 328, 15.12.2009, p. 27.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1318/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea (ĠU L 340, 17.12.2013, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1242/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi tipoloġija Komunitarja għal azjendi agrikoli (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 3).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1291/2009 tat-18 ta' Diċembru 2009 li jikkonċerna l-għażla tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet bl-iskop li jiddeterminaw l-introjtu tal-azjendi agrikoli (ĠU L 347, 24.12.2009, p. 14).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 385/2012 tat-30 ta' April 2012 dwar il-prospett tal-biedja li għandu jintuża għall-iskop li jiġu ddeterminati l-introjti tal-azjendi agrikoli u li tiġi analizzata l-ħidma kummerċjali ta' tali azjendi (ĠU L 127, 15.5.2012, p. 1).
ANNESS I
It-tipi ta' biedja ġenerali u prinċipali u l-korrispondenza bejniethom
Tip ta' biedja ġenerali |
Deskrizzjoni |
Tip ta' biedja prinċipali |
Deskrizzjoni |
1. |
Uċuħ tar-raba' speċjalizzati |
15. |
ċereali, żrieragħgħall-għasir taż-żejt u għelejjel li fihom il-proteini speċjalizzati |
16. |
It-tkabbir ġenerali ta' għelejjel tar-raba' |
||
2. |
Ortikultura speċjalizzata |
21. |
Ortikultura speċjalizzata ta' ġewwa |
22. |
Ortikultura speċjalizzata ta' barra |
||
23. |
Ortikultura oħra |
||
3. |
Għelejjel permanenti speċjalizzati |
35. |
Vinji speċjalizzati |
36. |
Frott u frott taċ-ċitru speċjalizzat |
||
37. |
Żebbuġ speċjalizzat |
||
38. |
Diversi għelejjel permanenti flimkien |
||
4. |
Bhejjem li jirgħu speċjalizzati |
45. |
Trobbija ta' bhejjem tal-ħalib speċjalizzata |
46. |
Bovini speċjalizzati — trobbija u tismin |
||
47. |
Bovini — tal-ħalib, trobbija u tismin flimkien |
||
48. |
Nagħaġ, mogħoż u bhejjem oħra li jirgħu |
||
5. |
Granivori speċjalizzati |
51. |
Ħnieżer speċjalizzati |
52. |
Pollam speċjalizzat |
||
53. |
Diversi granivori flimkien |
||
6. |
Tkabbir ta' għelejjel imħallta |
61. |
Tkabbir ta' għelejjel imħallta |
7. |
Azjendi ta' trobbija mħallta |
73. |
Bhejjem imħallta, primarjament bhejjem li jirgħu |
74. |
Bhejjem imħallta, primarjament granivori |
||
8. |
Għelejjel imħallta — bhejjem |
83. |
Uċuħ tar-raba' tal-għelieqi — bhejjem li jirgħu flimkien |
84. |
Diversi għelejjel u bhejjem flimkien |
||
9. |
Azjendi li mhumiex ikklassifikati |
90. |
Azjendi li mhumiex ikklassifikati |
ANNESS II
Prospett tal-biedja — gruppi ewlenin tad-dejta tal-kontabilità li għandha tinġabar
— |
Informazzjoni ġenerali dwar l-azjenda, bħal informazzjoni relatata maż-żona, l-istatus, it-tip u l-klassifikazzjoni. |
— |
Tip ta' okkupazzjoni: informazzjoni fil-qosor relatata mat-tipi ta' okkupazzjoni taż-żoni tal-art agrikola użati mill-azjenda. |
— |
Xogħol: dejta li tikkaratterizza x-xogħol tal-azjenda, bħall-għadd ta' persuni li jaħdmu fl-azjenda agrikola, il-ħin kemm dawn idumu jaħdmu u t-tip ta' inkarigu. |
— |
Assi: dejta li tiddeskrivi l-assi tal-azjenda, maqsuma f'kategoriji, użata fl-operat tagħha matul is-sena fiskali. |
— |
Kwoti u drittijiet oħra: informazzjoni relatata mal-kwoti u drittijiet oħra marbuta mal-operazzjoni tal-azjenda fis-sena fiskali. |
— |
Dejn: dejta relatata mal-pożizzjoni tad-dejn tal-azjenda fis-sena fiskali. |
— |
Taxxa fuq il-valur miżjud: dejta relatata mal-applikazzjoni tas-sistemi ta' taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tal-azjenda. |
— |
Inputs: dejta relatata ma' inputs użati fil-produzzjoni tal-azjenda, bħalma huma spejjeż speċifiċi u spejjeż ġenerali, għall-produzzjoni fis-sena fiskali. |
— |
Prodotti tar-raba': dejta li tagħti dettalji tal-produzzjoni u l-użu ta' għelejjel fl-azjenda. |
— |
Produzzjoni ta' bhejjem: dejta li tagħti dettalji tal-produzzjoni u l-użu ta' bhejjem fl-azjenda. |
— |
Prodotti mill-annimali u servizzi: dejta li tagħti dettalji tal-produzzjoni u l-użu ta' prodotti mill-annimali u servizzi fl-azjenda. |
— |
Attivitajiet oħra bi skop ta' qligħ relatati direttament mal-azjenda agrikola: dejta relatata mal-attivitajiet kollha li mhumiex xogħol agrikolu, relatati direttament mal-azjenda u li għandhom impatt ekonomiku u fejn jintużaw ir-riżorsi (żona, bini, makkinarju, prodotti agrikoli, eċċ.) jew il-prodotti tal-azjenda. |
— |
Sussidji: sussidji ta' informazzjoni dettaljata li waslet fl-azjenda waqt is-sena ta' kontabilità. |
Prospett tal-biedja — regoli ġenerali għall-ġbir tad-dejta
(a) |
Is-sena fiskali ta' 12-il xahar konsekuttiv imsemmija fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 għandha tintemm fil-perjodu ta' bejn il-31 ta' Diċembru u t-30 ta' Ġunju biż-żewġ dati inklużi. |
(b) |
Id-dejta mogħtija fil-prospett tal-biedja għandha tittieħed minn kontijiet li jikkonsistu f'entrati li jkunu saru sistematikament u regolarment matul is-sena fiskali. |
(c) |
Id-dejta fil-prospett tal-biedja għandha tingħata f'valuri finanzjarji, f'euro jew f'unitajiet ta' munita nazzjonali, b'miżuri fiżiċi ta' piż, volum, erja, numri, kif ukoll f'unitajiet oħra jew indikazzjonijiet korrispondenti. |
(d) |
Id-dejta tal-kontabbiltà għandha tiġi espressa f'termini monetarji mingħajr VAT. |
(e) |
Id-dejta tal-kontabbiltà mogħtija f'termini monetarji għandha tkun espressa mingħajr ma jitqiesu l-għotjiet u s-sussidji li jkunu dokumentati separatament. Għotjiet u sussidji jfissru kull forma ta' għajnuna diretta minn fondi pubbliċi li rriżultaw f'irċevuta speċifika. |