This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013L0034
Directive 2013/34/EU of the European Parliament and of the Council of 26 June 2013 on the annual financial statements, consolidated financial statements and related reports of certain types of undertakings, amending Directive 2006/43/EC of the European Parliament and of the Council and repealing Council Directives 78/660/EEC and 83/349/EEC Text with EEA relevance
Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19–76
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 28/05/2024
29.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/19 |
DIRETTIVA 2013/34/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-26 ta' Ġunju 2013
dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 50(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Din id-Direttiva tieħu kont tal-programm ta’ regolamentazzjoni aħjar tal-Kummissjoni, u b' mod partikolari, tal-Komunikazzjoni bl-isem "Regolamentazzjoni Intelliġenti fl-Unjoni Ewropea" li għandha l-għan li tfassal u twassal regolamentazzjoni tal-ogħla kwalità filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, u jiġi żgurat li l-piżijiet amministrattivi jkunu proporzjonali mal-benefiċċji tagħhom. Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem “Aħseb l-Ewwel Żgħir” Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa", adottata f’Ġunju 2008 u riveduta fi Frar 2011 tirrikonoxxi r-rwol ċentrali tal-impriżi żgħar u medji (SMEs) fl-ekonomija tal-Unjoni u għandha l-għan li ttejjeb l-approċċ ġenerali għall-intraprenditorija u tankra l-prinċipju “aħseb l-ewwel żgħir” fit-tfassil tal-politika mir-regolamentazzjoni għas-servizz pubbliku. Il-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta’ Marzu 2011 laqgħa l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta l-"Att tas-Suq Uniku" bi provvedimenti għall-ħolqien tat-tkabbir u l-impjiegi, li jwasslu għal riżultati tanġibbli għaċ-ċittadini u n-negozji. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem“Att dwar is-Suq Uniku” adottat f’April 2011 jipproponi li jissimplifika ir-Raba' Direttiva tal- Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju tal-1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji (3) u s-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju ta' l-1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati (4) (id-Direttivi dwar il-Kontabbiltà) fir-rigward tal-obbligi għall-informazzjoni finanzjarja u jnaqqas il-piżijiet amministrattivi, partikolarment għall-SMEs. "L-istrateġija Ewropa 2020" għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv għandha l-għan li tnaqqas il-piżijiet amministrattivi u ttejjeb l-ambjent tan-negozju, b' mod partikolari għall-SMEs, u biex tippromwovi l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs. Il- Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta' Marzu 2011 appella wkoll li l-piż regolatorju ġenerali, partikolarment għall-SMEs, jitnaqqas kemm fuq livell tal-Unjoni kif ukoll fuq livell nazzjonali u ssuġġerixxa miżuri għaż-żieda fil-produttività, bħat-tneħħija tal-burokrazija u t-titjib fil-qafas regolatorju għall-SMEs. |
(2) |
Fit-18 ta’ Diċembru 2008, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar ir-rekwiżiti ta’ kontabbiltà fir-rigward ta’ kumpanniji żgħar u medji, partikolarment il-mikroentitajiet (5), li tiddikjara li d-Direttivi dwar il-Kontabbiltà ħafna drabi huma ta’ piż kbir għal kumpanniji żgħar u medji, u partikolarment għall-mikroentitajiet, u talab lill-Kummissjoni biex tkompli bl-isforzi tagħha biex tirrevedi dawk id-Direttivi. |
(3) |
Il-koordinazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirrigwardaw il-preżentazzjoni u l-kontenut tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u tar-rapporti dwar il-ġestjoni, il-bażijiet ta’ kalkolu użati fihom u l-pubblikazzjoni tagħhom fir-rigward ta’ ċerti tipi ta' impriżi b’responsabbiltà limitata hija ta’ importanza speċjali għall-protezzjoni tal-azzjonisti, tal-membri u tal-partijiet terzi. F’dawk l-oqsma hija neċessarja koordinazzjoni simultanja għal tali tipi ta’ impriżi għaliex, minn naħa, xi impriżi joperaw f’aktar minn Stat Membru wieħed u, min-naħa l-oħra, tali tipi ta’ impriżi ma joffru l-ebda salvagwardji lil partijiet terzi lil hinn mill-ammonti tal-assi netti tagħhom. |
(4) |
Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali għandhom diversi għanijiet u ma jipprovdux sempliċement informazzjoni lil investituri fis-swieq kapitali iżda jispjegaw ukoll transazzjonijiet magħmula fil-passat u jtejbu l-governanza korporattiva. Il-leġislazzjoni dwar il-kontabbiltà tal-Unjoni teħtieġ tikseb bilanċ adatt bejn l-interessi tad-destinatarji tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-interess tal-impriżi li r-rekwiżiti tar-rapportar ma joħolqux piż żejjed bla bżonn fuq l-impriża. |
(5) |
Il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandu jinkludi ċerti soċjetajiet b' responsabbiltà limitata bħal kumpanniji pubbliċi u privati ta' responsabbiltà limitata. Barra minn hekk, hemm għadd sostanzjali ta' soċjetajiet u soċjetajiet limitati li l-membri kollha tagħhom b'responsabbiltà illimitata huma kostitwiti jew bħala kumpanniji pubbliċi jew bħala kumpanniji privati b’responsabilità limitata, u għalhekk tali soċjetajiet għandhom ikunu soġġetti għall-miżuri ta’ koordinazzjoni ta’ din id-Direttiva. Din id-Direttiva għandha tiżgura wkoll li tali soċjetajiet jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha, fejn il-membri ta' soċjetà mhumiex kostitwiti bħala kumpanniji privati jew pubbliki b' responsabbiltà limitata fil-fatt ikollhom responsabbiltà limitata għall-obbligi tas-soċjetà peress li dik ir-responsabbiltà tkun limitata b'impriżi oħrajn fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.L-esklużjoni ta' impriżi li m'għandhomx skop ta' qligħ mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva hi konsistenti mal-għan tagħha, f'konformità mal-punt (g) tal-Artikolu 50(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
(6) |
Il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandu jkun ibbażat fuq prinċipji u għandu jiżgura li ma jkunx possibbli għal impriża li teskludi lilha nfisha minn dak il-kamp ta' applikazzjoni billi toħloq struttura ta' grupp li jkun fih saffi multipli ta' impriżi stabbiliti fl-Unjoni jew barra l-Unjoni. |
(7) |
Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw biss sal-punt li ma jkunux inkonsistenti ma', jew ikkontradetti minn, dispożizzjonijiet għar-rappurtar finanzjarju ta' ċerti tipi ta' impriżi jew dispożizzjonijiet li jirrigwardaw id-distribużżjoni tal-kapital ta' impriża li jkunu stipulati f'atti leġislattivi eżistenti oħrajn fis-seħħ adottati minn istitużżjoni waħda jew aktar tal-Unjoni. |
(8) |
Barra minn hekk, huwa meħtieġ li, fuq il-livell tal-Unjoni, jiġu stabbiliti rekwiżiti legali minimi ekwivalenti fil-livell tal-Unjoni fir-rigward tal-ammont ta' informazzjoni finanzjarja li għandha tkun disponibbli għall-pubbliku minn impriżi li jkunu f’kompetizzjoni ma’ xulxin. |
(9) |
Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali għandhom jitħejjew fuq bażi prudenti u jagħtu stampa vera u ġusta tal-assi u l-passivi ta’ impriża, il-pożizzjoni finanzjarja u l-qligħ jew it-telf tagħha. Huwa possibbli li, f'każijiet eċċezzjonali, dikjarazzjoni finanzjarja ma tagħtix tali stampa vera u ġusta fejn id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jkunu applikati. F'każijiet bħal dawn, l-impriżi għandhom ma japplikawx tali dispożizzjonijiet sabiex tingħata stampa vera u ġusta. L-Istati Membri għandhom jitħallew jiddefinixxu tali każijiet eċċezzjonali u jistabbilixxu r-regoli speċjali rilevanti li għandhom japplikaw f'dawk il-każijiet. Dawk il-każijiet eċċezzjonali għandhom jinftehmu li huma biss transazzjonijiet ferm mhux tas-soltu u sitwazzjonijiet mhux tas-soltu u, pereżempju, m'għandhomx jirrigwardaw setturi speċifiċi sħaħ. |
(10) |
Din id-Direttiva għandha tiżgura li r-rekwiżiti għal impriżi żgħar ikunu ġeneralment armonizzati fl-Unjoni kollha. Din id-Direttiva hi bbażata fuq il-prinċipju "aħseb l-ewwel żgħir". Sabiex jiġu evitati piżijiet amministrattivi sproporzjonati fuq dawk l-impriżi, l-Isati Membri għandhom jitħallew jesiġu biss ftit divulgazzjonijiet permezz ta' noti li huma addizzjonali għan-noti mandatorji. Madankollu, fil-każ ta' sistema ta' filing waħda, l-Istati Membri jistgħu f'ċerti każijiet jesiġu numru limitat ta' divulgazzjonijiet addizzjonali meta dawn ikunu espliċitament rikjesti mil-leġislazzjoni fiskali nazzjonali tagħhom u jkunu strettament meħtieġa għall-finijiet ta' ġbir ta' taxxa. Għandu jkun possibbli li l-Istati Membri jimponu rekwiżiti fuq impriżi medji u kbar li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi stipulati f'din id-Direttiva. |
(11) |
Fejn din id-Direttiva tħalli lill-Istati Membri jimponu rekwiżiti addizzjonali, pereżempju, fuq impriżi żgħar, dan ifisser li l-Istati Membri jistgħu jużaw din l-alternattiva kompletament jew parzjalment billi jesiġu inqas minn dak permess mill-alternattiva. Bl-istess mod, fejn din id-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri jużaw eżenzjoni, pereżempju għal impriżi żgħar, dan ifisser li l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lil tali mpriżi kompletament jew parzjalment. |
(12) |
L-impriżi żgħar, medji u kbar għandhom jiġu ddefiniti u distinti b’referenza għat-total tal-karta tal-bilanċ, il-fatturat nett u n-numru medju ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja, minħabba li dawk il-kriterji tipikament jipprovdu evidenza oġġettiva tad-daqs ta’ impriża. Madankollu, fejn impriża prinċipali (parent) mhijiex qed tħejji dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għall-grupp, l-Istati Membri għandhom jitħallew jieħdu passi li huma jqisu neċessarji biex jesiġu li impriża bħal din tiġi kklassifikata bħala impriża akbar billi jiġi ddeterminat id-daqs tagħha u l-kategorija li tirriżulta fuq bażi kkonsolidata jew aggregata. Fejn Stat Membru japplika wieħed jew akatr mill-eżenzjonijiet fakultattivi jew dawk kollha għall-mikroimpriżi, il-mikroimpriżi għandhom jiġu ddefiniti wkoll b'referenza għat-total tal-karta tal-bilanċ, il-fatturat nett u n-numru medju ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja. L-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati jiddefinixxu kategoriji separati għal impriżi medji u kbar fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom jekk l-impriżi medji jkunu soġġetti għall-istess rekwiżiti bħall-impriżi kbar. |
(13) |
Il-mikroimpriżi għandhom riżorsi limitati biex jikkonformaw mar-rekwiżiti regolatorji impenjattivi. Fejn ma jkunx hemm regoli speċifiċi għall-mikroimpriżi, ir-regoli li japplikaw għall-impriżi żgħar japplikaw għalihom. Dawk ir-regoli jpoġġu fuqhom piżijiet amministrattivi li huma sproporzjonati għad-daqs tagħhom u huma għalhekk, relattivament iżjed onerużigħall-iżgħar impriżi. Għalhekk, għandu jkun possibbli li l-Istati Membri jeżentaw lill-mikroimpriżi minn ċerti obbligi li japplikaw għal impriżi żgħar li jimponu fuqhom piżijiet amministrattiv eċċessivi. Madankollu, il-mikroimpriżi xorta għandhom ikunu soġġetti għal kull obbligu nazzjonali li jżommu reġistri li juru t-transazzjonijiet kummerċjali u l-pożizzjoni finanzjarja tagħhom. Barra minn hekk, l-impriżi ta’ investiment u l-impriżi holding finanzjarji għandhom jiġu esklużi mill-benefiċċji tas-simplifikazzjonijiet applikabbli għall-mikroimpriżi. |
(14) |
L-Istati Membri għandhom iqisu l-kundizzjonijiet u l-ħtiġijiet speċifiċi tas-swieq proprji meta jkunu qed jieħdu deċiżjoni dwar jekk jew kif jimplimentaw sistema distinta għall-mikroimpriżi fil-kuntest ta' din id-Direttiva. |
(15) |
Il-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tista' tkun ta' piż għall-mikroimpriżi. Fl-istess ħin, jeħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw il-konformità ma’ din id-Direttiva. Għaldaqstant, l-Istati Membri li jkunu qed jagħmlu użu mill-eżenzjonijiet għall-mikroimpriżi previsti f' din id-Direttivagħandhom ikunu permessi jeżentaw lill-mikroimpriżi minn rekwiżit ġenerali ta' pubblikazzjoni, bil-kundizzjoni li l-informazzjoni fuq il-karta tal-bilanċ tiġi ffajljata debitament, f'konformità mal-liġi nazzjonali, ma' mill-inqas awtorità kompetenti maħtura waħda u li l-informazzjoni tintbagħat lir-reġistru kummerċjali, sabiex tkun tista’ tinkiseb kopja jekk issir applikazzjoni. F’dawn il-każijiet, ma għandux japplika l-obbligu stipulat f'din id-Direttiva li jiġi ppubblikat kwalunkwe dokument tal-kontabbiltà skont l-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti (6). |
(16) |
Biex tiġi żgurata l-iżvelar ta’ informazzjoni komparabbli u ekwivalenti, il-prinċipji ta’ rikonoxximent u ta’ kalkolu għandhom jinkludu l-bażijiet tan-negozju avvjat, tal-prudenza u tal-akkumulazzjonijiet. M'għandhiex tkun permessa tpaċija bejn l-entrati tal-assi u l-passivi u l-entrati ta' introjtu u nefqa u l-komponenti tal-assi u tal-passivi għandhom jiġu valwati separatament. Madankollu, f'każijiet speċifiċi, l-Istati Membri għandhom jitħallew jippermettu jew jesiġu mill-impriżi li jwettqu tpaċija bejn entrati ta’ assi u ta’ passivi u bejn entrati ta' introjtu u nefqa. Il-preżentazzjoni tal-entrati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandha tqis ir-realtà ekonomika jew is-sustanza kummerċjali tat-transazzjoni jew l-arranġament sottostanti. L-Istati Membri, madankollu, għandhom ikunu permessi jeżentaw lill-impriżi milli japplikaw dak il-prinċipju. |
(17) |
Il-prinċipju ta’ materjalità għandu jirregola r-rikonoxximent, il-kalkolu, il-preżentazzjoni, l-iżvelar u l-konsolidazzjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji. Skont il-prinċipju tal-materjalità, l-informazzjoni li titqies bħala immaterjali tista' pereżempju tiġi aggregata fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji. Madankollu, jekk entrata waħda tista' titqies bħala immaterjali, l-entrati immaterjali ta' natura simili jistgħu flimkien jitqiesu materjali. L-Istati Membri għandhom ikunu permessi jillimitaw l-applikazzjoni mandatorja tal-prinċipju tal-materjalità għall-preżentazzjoni u l-iżvelar. Il-prinċipju tal-materjalità m'għandu jaffettwa l-ebda obbligu nazzjonali biex jinżammu rekords kompleti li juru t-transazzjonijiet kummerċjali u l-pożizzjoni finanzjarja. |
(18) |
L-entrati rikonoxxuti fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-prinċipju tal-prezz tax-xiri jew tal-ispiża tal-produzzjoni sabiex tiġi żgurata l-affidabilità tal-informazzjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jitħallew jippermettu jew jeħtieġu li l-impriżi jerġgħu jevalwaw l-assi fissi sabiex tkun tista’ tiġi pprovduta informazzjoni aktar rilevanti lill-utenti tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji. |
(19) |
Il-ħtieġa għal komparabilità tal-informazzjoni finanzjarja madwar l-Unjoni titlob li l-Istati Membri jippermettu sistema ta’ kontabbiltà b’valur ġust għal ċerti strumenti finanzjarji. Barra minn hekk, is-sistemi ta’ kontabbiltà b’valur ġust jipprovdu informazzjoni li tista’ tkun ta’ aktar rilevanza għall-utenti tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji milli informazzjoni bbażata fuq il-prezz tax-xiri jew l-ispiża tal-produzzjoni. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-adozzjoni ta' sistema ta’ kontabbiltà b’valur ġust mill-impriżi kollha jew klassijiet ta' impriża, għajr għall-mikroimpriżi li jkunu qed jagħmlu użu mill-eżenzjonijiet previsti f'din id-Direttiva, fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u kkonsolidati jew, jekk l-Istat Membru jagħżel hekk, fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati biss. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ikunu permessi jew jeħtieġu kontabbiltà b’valur ġust għall-assi, minbarra għall-istrumenti finanzjarji. |
(20) |
Numru limitat ta' formati għall-karta tal-bilanċ huwa neċessarju biex jippermetti lill-utenti tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji jqabblu aħjar il-pożizzjoni finanzjarja tal-impriżi fi ħdan l-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jesiġu l-użu ta' wieħed minn dawn il-formati għall-karta tal-bilanċ u għandhom jitħallew joffru għażla minn fost il-formati permessi. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jippermettu jew li jeħtieġu lill-impriżi jimmodifikaw il-format u jippreżentaw karta tal-bilanċ li tiddistingwi bejn l-entrati kurrenti u mhux kurrenti. Għandu jiġi permess format għall-kont tal-qligħ u t-telf li juri n-natura tal-ispejjeż u format għall-kont tal-qligħ u t-telf li juri l-funzjoni tal-ispejjeż. L-Istati Membri għandhom jesiġu l-użu ta' format wieħed għall-kont tal-qligħ u t-telf u għandhom jiġu permessi biex joffru għażla minn fost il-formati permessi. L-Istati Membri għandhom ukoll ikunu jistgħu jippermettu lill-impriżi jippreżentaw dikjarazzjoni tal-prestazzjoni minflok kont tal-qligħ u t-telf imħejjija skont wieħed mill-formati permessi. Jistgħu wkoll ikunu disponibbli simplifikazzjonijiet tal-formati meħtieġa għall-impriżi żgħar u medji. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jirrestrinġu l-formati tal-karta tal-bilanċ u tal-kont tal-qligħ u t-telf jekk ikun meħtieġ għall-iffajljar elettroniku tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji. |
(21) |
Għal raġunijiet ta’ komparabilità, għandu jiġi pprovdut qafas komuni għar-rikonoxximent, il-kalkolu u l-preżentazzjoni fost l-oħrajn ta’ aġġustamenti fuq il-valur, avvjament, provvedimenti, ħażniet ta’ merkanzija u assi funġibbli, u introjtu u nefqa ta’ daqs eċċezzjonali jew ta’ inċidenza. |
(22) |
Ir-rikonoxximent u l-kalkolu ta' xi entrati fid-dikjarazzjonijiet finanzjajri huma bbażati fuq stimi, ġudizzji u mudelli aktar milli fuq stampa eżatta. Bħala riżultat tal-inċertezzi inerenti f'attivitajiet kummerċjali, ċerti entrati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji ma jistgħux jiġu kkalkolati bi preċiżjoni iżda jistgħu jiġu stmati biss. L-istima tinvolvi ġudizzji bbażati fuq l-aktar informazzjoni riċenti u affidabbli.L-użu ta' stimi huwa parti essenzjali mit-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji. Dan huwa speċjalment minnu fil-każ ta’ provvedimenti, li min-natura tagħhom huma aktar inċerti mill-biċċa l-kbira tal-entrati l-oħrajn tal-karta tal-bilanċ. L-istimi għandhom ikunu bbażati fuq ġudizzju prudenti tal-amministrazzjoni tal-impriża u kkalkulati fuq bażi oġġettiva, ssuplimentati b' esperjenza ta' transazzjonijiet simili u, f'xi każijiet, anki rapporti minn esperti indipendenti. L-evidenza kkunsidrata għandha tinkludi kull evidenza addizzjonali pprovduta minn avvenimenti wara d-data -tal-karta tal-bilanċ. |
(23) |
L-informazzjoni ppreżentata fil-karta tal-bilanċ u fil-kont tal-qligħ u t-telf għandha tiġi ssupplimentata b’divulgazzjonijiet permezz ta’ noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji. L-utenti ta’ dikjarazzjonijiet finanzjarji ġeneralment ikollhom ħtieġa limitata ta’ informazzjoni supplimentari minn impriżi żgħar, u tista' tinvolvi spejjeż kbar għall-impriżi ż-żgħar biex jiġbru flimkien dik l-informazzjoni supplimentari. Għalhekk reġim ta’ divulgazzjoni limitata għall-impriżi ż-żgħar huwa ġustifikat. Madankollu, meta mikroimpriża jew impriża żgħira tħoss li jkun ta’ benefiċċju li tipprovdi divulgazzjonijiet addizzjonali tat-tipi meħtieġa mill-impriżi medji u kbar, jew divulgazzjonijiet oħrajn mhux previsti f'din id-Direttiva, hi m'għandhiex tinżamm milli tagħmel dan. |
(24) |
L-iżvelar fir-rigward tal-politika tal-kontabbiltà huwa wieħed mill-elementi ewlenin tan-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji. Tali divulgazzjonijiet għandhom jinkludu b'mod partikolari l-bażi ta' kalkolu applikata għal diversi elementi, dikjarazzjoni dwar il-konformità ta' dawk il-linji politiċi kontabilistiċi mal-kunċett ta' impriża avvjata u kwalunkwe tibdil sinifikanti fil-politika tal-kontabbiltà adottata. |
(25) |
Ġeneralment, l-utenti ta’ dikjarazzjonijiet finanzjarji mħejjija minn impriżi medji u kbar għandhom ħtiġijiet aktar sofistikati. Għalhekk, f’ċerti oqsma għandhom jiġu pprovduti divulgazzjonijiet ulterjuri. L-eżenzjoni minn uħud mill-obbligi ta’ żvelar fejn tali żvelari hiuwa ġustifikat meta jkun ta’ preġudizzju għal ċerti persuni jew għall-impriża. |
(26) |
Ir-rapport ta' ġestjoni u r-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat huma elementi importanti tar-rappurtar finanzjarju. Għandha tiġi pprovduta analiżi ġusta tal-iżvilupp tan-negozju u tal-pożizzjoni tiegħu, b'mod konsistenti mad-daqs u l-kumplessità tan-negozju. L-informazzjoni ma għandhiex tkun ristretta għall-aspetti finanzjarji tan-negozju tal-impriża, u għandu jkun hemm analiżi tal-aspetti ambjentali u soċjali tan-negozju meħtieġa għall-għarfien tal-iżvilupp, il-prestazzjoni jew il-pożizzjoni tal-impriża. Fil-każijiet fejn ir-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat u r-rapport ta' ġestjoni tal-impriża prinċipali jiġu ppreżentati f’rapport wieħed, jista’ jkun xieraq li ssir enfasi akbar fuq dawk il-kwistjonijiet li jkunu sinifikanti għall-impriżi inklużi fil-konsolidament b'mod kollettiv.Madankollu, wara li jitqies il-piż potenzjali fuq l-impriżi żgħar u medji, ikun xieraq li jiġi dispost li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħżlu li jirrinunzjaw għall-obbligu li jipprovdu informazzjoni mhux finanzjarja fir-rapport ta' ġestjoni ta’ dawn l-impriżi. |
(27) |
L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jeżentaw l-impriżi żgħar mill-obbligu li jħejju rapport dwar il-ġestjoni bil-kundizzjoni li tali impriżi jinkludu, fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji, id-data li tirrigwarda l-akkwiżizzjoni tal-ishma proprji msemmija fl-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2012/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta' kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar il-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (7). |
(28) |
Peress li l-impriżi kkwotati jista' jkollhom rwol prominenti fl-ekonomiji li fihom joperaw, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar id-dikjarazzjoni ta' governanza korporattiva għandhom japplikaw għall-impriżi li t-titoli trasferibbli tagħhom huma ammessi għan-negozjar f'suq irregolat. |
(29) |
Ħafna impriżi huma sidien ta’ impriżi oħra u l-għan tal-koordinazzjoni tal-leġislazzjoni li tirregola dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati hu li jiġu protetti l-interessi li jeżistu f'kumpanniji b’kapital ta' azzjonarju. Għandhom jitħejjew dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati sabiex l-informazzjoni finanzjarja dwar dawn l-impriżi tkun tista’ titwassal lill-membri u lil partijiet terzi. Il-liġi nazzjonali li jirregola d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għandu għalhekk jiġi kkoordinat sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ komparabbiltà u ekwivalenza fl-informazzjoni li l-impriżi għandhom jippubblikaw fl-Unjoni. Madankollu, minħabba n-nuqqas ta' prezz ta' transazzjoni milħuq taħt kondizzjonijiet normali tas-suq, li l-Istati Membri jitħallew jippermettu trasferimenti intragrupp tal-interessi ta' parteċipazzjoni, l-hekk imsejħa transazzjonijiet ta' kontroll komuni, li jiġu kkontabilizzati bl-użu tal-metodu ta' kontabbiltà msejjaħ kondiviżjoni ta' interessi fejn il-valur skont il-kotba ta' ishma miżmuma f'inpriża inklużi f'konsolidament jiġu paċuti mal-perċentwali korrispondenti ta' kapital biss. |
(30) |
Fid-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE kien hemm rekwiżit biex jitħejjew dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għal gruppi f'każijiet fejn jew l-impriża prinċipali jew waħda jew aktar mill-impriżi sussidjarji kienu stabbiliti bħala waħda mit-tipi ta' impriżi elenkati fl-Anness I jew l-Anness II ta' din id-Diretiva. L-Istati Membri kellhom l-għażla li jeżentaw l-impriżi prinċipali mir-rekwiżit biex iħejju kontijiet ikkonsolidati f'każijiet fejn l-impriża prinċipali ma kenitx tat-tip elenkat fl-Anness I jew l-Anness II. F'din id-Direttiva huma biss l-impriżi prinċipali tat-tipi elenkat fl-Anness I jew f'ċerti ċirkostanzi, l-Anness II li huma meħtieġa jħejju dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati iżda ma tipprekludix lill-Istati Membri milli jestendu l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva biex jiġu koperti dawk is-sitwazzjonijiet ukoll. Għalhekk, fis-sustanza, m'hemm l-ebda bidla, għaliex kien qabel, u għadu f'idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu jekk jirrikjedux lill-impriżi li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jħejju d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati. |
(31) |
Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għandhom jippreżentaw l-attivitajiet ta’ impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha bħala entità ekonomika waħda (grupp). L-impriżi kkontrollati mill-impriża prinċipali għandhom jitqiesu bħala impriżi sussidjarji. Il-kontroll għandu jkun ibbażat fuq min ikollu l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot, imma jista’ jeżisti kontroll ukoll fejn ikun hemm ftehim mal-azzjonisti jew mal-membri sħab. F’ċerti ċirkustanzi l-kontroll jista’ jiġi effettivament eżerċitat meta l-impriża prinċipali jkollha minoranza tal-ishma jew l-ebda sehem fis-sussidjarja. L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jirrikjedu li l-impriżi li ma jkunux soġġetti għall-kontroll, iżda li jiġu ġestiti fuq bażi unifikata, jew li jkollhom korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju komuni, jiġu inklużi fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati. |
(32) |
Impriża sussidjarja li hija stess tkun impriża prinċipali għandha tħejji d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jeżentaw lil tali impriża prinċipali mill-obbligu li tħejji dawn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati f’ċerti ċirkostanzi, bil-kundizzjoni li l-membri tagħha u l-partijiet terzi jkunu protetti biżżejjed. |
(33) |
Gruppi żgħar għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jħejju dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati billi l-utenti ta’ rapporti finanzjarji ta’ impriżi żgħar m’għandhomx ħtiġijiet sofistikati ta’ informazzjoni u t-tħejjija ta’ rapporti finanzjarji kkonsolidati flimkien mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tal-impriża prinċipali u tas-sussidjarja tista' tinvolvi ħafna spejjeż. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeżentaw gruppi medji mill-obbligu li jħejju dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għall-istess raġuni ta' kost/benefiċċju sakemm xi waħda mill-impriżi affiljati ma tkunx entità ta' interess pubbliku. |
(34) |
Il-konsolidament jeħtieġ l-inkorporazzjoni sħiħa tal-assi u l-passivi u tal-introjtu u n-nefqa tal-gruppi ta' impriżi, l-iżvelar separat tal-interessi nonkontrollanti fil-karta kkonsolidata tal-bilanċi fi ħdan il-kapital u r-riżervi u l-iżvelar separat tal-interessi nonkontrollanti fil-qligħ u t-telf tal-grupp fil-kontijiet ikkonsolidati tal-qligħ u t-telf. Madankollu, għandhom isiru l-korrezzjonijiet neċessarji biex jiġu eliminati l-effetti tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-impriżi kkonsolidati. |
(35) |
Il-prinċipji applikabbli ta’ rikonoxximent u ta’ kalkolu fit-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali għandhom japplikaw ukoll fit-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li d-disposizzjonijiet ġenerali u l-prinċipji ddikjarati f' din id-Direttiva jiġu applikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali b'mod differenti mir-rapporti finanzjarji kkonsolidati. |
(36) |
L-impriżi assoċjati għandhom jiġu inklużi fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati permezz tal-metodu tal-ekwità. Id-dispożizzjonijiet dwar il-kalkolu tal-impriżi assoċjati għandhom fis-sustanza jibqgħu l-istess bħal fid-Direttiva 83/349/KEE, u l-metodi permessi taħt dik id-Direttiva jistgħu jibqgħu jiġu applikati. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu wkoll jippermettu jew jesiġu li impriża ġestita b'mod konġunt tkun ikkonsolidata b'mod proporzjonali fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati. |
(37) |
Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għandhom jinkludu l-iżvelarkollha permezz ta’ noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji għall-impriżi inklużi fil-konsolidament meħuda flimkien. L-ismijiet, l-uffiċċji reġistrati u l-interess tal-grupp fil-kapital tal-impriżi għandhom jiġu żvelati wkoll fir-rigward tas-sussidjarji, l-impriżi assoċjati, l-impriżi ġestiti b'mod konġunt u l-interessi ta’ parteċipazzjoni. |
(38) |
Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tal-impriżi kollha li għalihom tapplika din id-Direttiva għandhom jiġu ppubblikati skont id-Direttiva 2009/101/KE. Madankollu huwa xieraq li jiġi previst li f’dan il-qasam jistgħu jingħataw ċerti derogi għal impriżi żgħar u medji. |
(39) |
L-Istati Membri huma mħeġġa ferm li jiżviluppaw sistemi ta’ pubblikazzjoni elettronika li jippermettu lill-impriżi jippreżentaw id-data kontabilistika, inklużi d-dikjarazzjonijiet finanzjarji statutorji, darba waħda biss u f’forma li tippermetti li diversi utenti jaċċessaw u jużaw id-data faċilment. Fir-rigward tar-rapportar tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji, il-Kummissjoni hi mħeġġa tesplora mezzi għal format elettroniku armonizzat. Sistemi bħal dawn, madankollu, m’għandhomx ikunu ta' piż għall-impriżi żgħar u medji. |
(40) |
Il-Membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji ta’ impriża għandhom, bħala rekwiżit minimu, ikunu kollettivament responsabbli għall-impriża sabiex iħejju u jippubblikaw id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u r-rapporti ta' ġestjoni. L-istess approċċ għandu japplika wkoll għall-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-impriżi li jħejju d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati. Dawk il-korpi jaġixxu fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilhom mil-liġi nazzjonali. Dan ma għandux jimpedixxi lill-Istati Membri milli jmorru lil hinn u jagħmlu provvediment għal responsabbiltà diretta lejn l-azzjonisti jew anke lejn partijiet interessati oħra. |
(41) |
Ir-responsabilità għat-tħejija u l-pubblikazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u ta’ dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati kif ukoll ta’ rapporti dwar il-ġestjoni u rapporti dwar il-ġestjoni kkonsolidati hija bbażata fuq il-liġi nazzjonali. Għandhom japplikaw regoli xierqa ta’ responsabilità, kif stabbiliti minn kull Stat Membru taħt il-liġi nazzjonali tiegħu, għall-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-impriżi. L-Istati Membri għandhom jitħallew jiddeterminaw il-livell tar-responsabbiltà. |
(42) |
Sabiex jippromwovu proċessi kredibbli ta’ rappurtar finanzjarju madwar l-Unjoni, il-membri tal-korp f'impriża responsabbli mit-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-impriża għandhom jiżguraw li l-informazzjoni finanzjarja inkluża fid-dikjarazzjoni finanzjarja annwali tal-impriża u fid-dikjarazzjoni finanzjarja kkonsolidata tal-grupp jagħtu stampa vera u ġusta. |
(43) |
Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għandhom jiġu verifikati. Ir-rekwiżit li opinjoni tal-awditjar għandha tiddikjara jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati jew annwali jagħtux stampa vera u ġusta skont il-qafas rilevanti dwar ir-rappurtar finanzjarju ma għandux jiftiehem bħala li huwa restrizzjoni tal-ambitu ta’ dik l-opinjoni imma li jiċċara l-kuntest li fih tiġi espressa. Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tal-impriżi ż-żgħar m’għandhomx ikunu koperti minn dan l-obbligu ta’ verifika, minħabba li l-verifika tista' tkun ta’ piż amministrattiv sinifikanti għal dik il-kategorija ta’ impriżi, filwaqt li għal ħafna impriżi żgħar l-istess persuni huma kemm azzjonisti kif ukoll il-maniġment u, għalhekk, għandhom ħtieġa limitata għal aċċertament minn terza parti dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji. Madankollu, din id-Direttiva ma għandhiex timpedixxi lill-Istati Membri milli jimponu verifika fuq l-impriżi żgħar tagħhom, b'kont meħud tal-kundizzjonijiet u l-ħtiġijiet speċifiċi ta' impriżi żgħar u l-utenti tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom. Barra minn hekk huwa aktar xieraq li l-kontenut tar-rapport tal-verifika jiġi definit fid-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati (8). Għaldaqstant dik id-Direttiva għandha tiġi emendata kif xieraq. |
(44) |
Sabiex isir provvediment għal trasparenza mtejba tal-pagamenti magħmula lill-gvernijiet, impriżi kbar u entitajiet ta’ interess pubbliku li jkunu attivi fl-industrija estrattiva jew fil-ħsad tal-foresti primarji (9) għandhom jiżvelaw pagamenti materjali magħmula lill-gvernijiet fil-pajjiżi fejn joperaw f'rapport separat fuq bażi annwali. Tali impriżi huma attivi f'pajjiżi rikki fir-riżorsi naturali, partikolarment minerali, żejt, gass naturali u foresti primarji. Ir-rapport għandu jinkludi t-tipi ta’ pagamenti komparabbli għal dawk żvelati minn impriża li tipparteċipa fl-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi (EITI). L-inizjattiva hija wkoll komplementari għall-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni Ewropea (UE FLEGT) u d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (10) li jeħtieġ li l-kummerċjanti tal-prodotti tal-injam jeżerċitaw diliġenza dovuta sabiex jiġi pprevenut li jidħol injam illegali fis-suq tal-Unjoni. |
(45) |
Ir-rapport għandu jservi biex jgħinu lill-gvernijiet ta’ pajjiżi rikki fir-riżorsi fl-implimentazzjoni tal-prinċipji u kriterji tal-EITI u jirrapportaw liċ-ċittadini tagħhom il-pagamenti li tali gvernijiet jirċievu mill-impriżi attivi fl-industrija estrattiva jew ħassada ta' foresti primarji li joperaw fil-ġuriżdizzjoni tagħhom. Ir-rapport għandu jinkorpora l-iżvelar abbażi tal-pajjiż u tal-proġett Proġett għandu jkun definit bħala l-attivitajiet operazzjonali li huma rregolati minn kuntratt wieħed, liċenzja waħda, kera waħda, konċessjoni waħda jew ftehimiet legali simili u jiffurmaw il-bażi għal obbligi ta' pagament ma' gvern. Minkejja dan, jekk għadd ta' tali ftehimiet bħal dawn huma interkonnessi sostanzjalment, dan għandu jitqies bħala proġett. Ftehimiet legali ‧interkonnessi sostanzjalment‧ għandhom jinftiehmu bħala sett ta' kuntratti, liċenzji, kirjiet jew konċessjonijiet operazzjonalment u ġeografikament integrati jew ftehimiet relatati b'termini sostanzjalment simili li huma ffirmati ma' gvern, li jagħtu bidu għal obbligi ta' pagament. Tali ftehimiet jistgħu jistgħu jiġu rregolati min kuntratt wieħed, impriża konġunta, ftehim dwar kondiviżjoni tal-produzzjoni, jew ftehim legali ġenerali ieħor. |
(46) |
Mhuwiex neċessarju li xi pagament, sew jekk isir bħala pagament uniku jew bħala serje ta' pagamenti relatati, jittieħed inkonsiderazzjoni fir-rapport jekk ikun taħt EUR 100 000 f'sena finanzjarja. Dan ifisser li fil-każ ta' xi arranġament li jipprevedi pagamenti perijodiċi jew ħlasijiet bin-nifs (eż. pagamenti tal-kera), l-impriża għandha tikkunsidra l-ammont ikkombinat tal-pagamenti perijodiċi relatati jew il-ħlasijiet bin-nifs tal-pagamenti relatati sabiex jiġi determinat jekk il-livell limitu tal-materjalità jkunx intlaħaq, u għaldaqstant, jekk hijiex meħtieġa divulgazzjoni. |
(47) |
Impriżi attivi fl-industrija estrattiva jew fil-qtugħ tas-siġar tal-foresti primarji m'għandhomx jiġu rikjesti jaqsmu u jallokaw pagamenti fuq bażi ta' proġetti fejn il-pagamenti jsiru fir-rigward tal-obbligi imposti fuq l-impriżi fil-livell ta' entità pjuttost milli fil-livell ta' proġett. Pereżempju, jekk impriża għandha iktar minn proġett wieħed f'pajjiż ospitanti, u l-gvern ta' dak il-pajjiż jimponi taxxa korporattiva fuq id-dħul fuq l-impriża fir-rigward tad-dħul tal-impriża fil-pajjiż kollu, u mhux fir-rigward ta' proġett jew operazzjoni partikolari fil-pajjiż, l-impriża tista' tiżvela l-pagament jew pagamenti ta' taxxa fuq id-dħul li jirriżulta mingħajr ma jiġi speċifikat proġett partikolari assoċjat mal-pagament. |
(48) |
Impriża attiva fl-industrija estrattiva jew fil-qtugħ tas-siġar tal-foresti primarji ġeneralment mhix obbligata tiżvela dividendi mħallsa lil gvern bħala azzjonista komuni jew ordinarja ta' dik l-impriża sakemm id-dividend jitħallas lill-gvern taħt l-istess termini bħal lil azzjonisti oħra. Madankollu, l-impriża ser tkun meħtieġa li tiżvela kwalunkwe dividendi mħallsin minflok drittijiet tal-produzzjoni jew drittijiet dovuti għall-użu ta' proprjetà. |
(49) |
Sabiex jiġi indirizzat il-potenzjal għal evażjoni tar-rekwiżiti ta' żvelar, din id-Direttiva għandha tispeċifika li l-pagamenti għandhom jiġu żvelati fir-rigward tas-sustanza tal-attivitià jew il-pagament kkonċernati. Għalhekk, l-impriża m' għandhiex tkun tista' tevita l-iżvelar, pereżempju, billi tiġi kkaratterizzata mill-ġdid attività li altrimenti tkun koperta b'din id-Direttiva. Barra minn hekk, pagamenti jew attivitajiet m'għandhomx jinqasmu jew jiġu kkombinati b'mod artifiċjali bil-ħsieb li ssir evażjoni għal tali rekwiżiti ta' divulgazzjoni. |
(50) |
Sabiex ikunu aċċertati ċ-ċirkostanzi li fihom l-impriżi għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżiti ta' rapportar previsti fil-Kapitolu 10, is-setgħa għall-adozzjoni ta' atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-kriterji li għandhom jiġu applikati, meta jkun qed jiġi vvalutat jekk ir-rekwiżiti ta' rapportar ta' pajjiżi terzi humiex ekwivalenti għar-rekwiżiti ta' dak il-Kapitolu. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq il-livell tal-għarfien espert. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(51) |
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 46(1), għandhom jingħataw lill-Kummissjoni setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (11). |
(52) |
Ir-reġim ta’ rapportar għandu jkun soġġett għal rieżami u rappport mill-Kummissjoni fi żmien tliet snin mill-iskadenza għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva mill-Istati Membri. Dak ir-rieżami għandu jqis l-effikaċja tas-sistema u jqis l-iżviluppi internazzjonali, inklużi kwistjonijiet ta’ kompetittività u ta' sigurtà tal-enerġija. Ir-rieżami għandu jikkunsidra wkoll l-estensjoni tar-rekwiżiti ta' rappurtar għal setturi tal-industrija addizzjonali u jekk ir-rapport għandux jiġi awditjat.Barra minn hekk, ir-rieżami għandu jieħu kont tal-esperjenza ta' min jikkompila u juża l-informazzjoni dwar il-pagamenti u jqis jekk ikunx xieraq li tiġi inkluża informazzjoni addizzjonali dwar il-pagamenti bħar-rati ta’ taxxa effettivi u d-dettalji tar-riċevent bħal informazzjoni dwar kontijiet bankarji. |
(53) |
F'konformità mal-konklużjonijiet tas-Summit tal-G8 f'Deauville f'Mejju 2011 u sabiex jiġu promossi kondizzjonijiet u opportunajiet indaqs għal kulħadd fil-livell internazzjonali ekwivalenti, il-Kummissjoni għandha tkompli tħeġġeġ lis-sħab internazzjonali kollha biex jintroduċu rekwiżiti simili rigward ir-rappurtar dwar pagamenti lill-gvernijiet. Il-ħidma kontinwa fuq l-istandard internazzjonali tal-kontabbiltà hija partikolarment importanti f'dan il-kuntest. |
(54) |
Sabiex jittieħed kont tal-bidliet futuri fil-liġijiet tal-Istati Membri u fil-leġislazzjoni tal-Unjoni rigward it-tipi ta’ kumpaniji, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE sabiex jiġu aġġornati l-listi ta’ impriżi li jinsabu fl-Annessi I u II ta' din id-Direttiva. L-użu ta’ atti delegati huwa meħtieġ ukoll biex jiġu adattati l-kriterji tad-daqs tal-impriża, peress li biż-żmien l-inflazzjoni tnaqqar il-valur reali tagħhom. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq il-livell tal-għarfien espert. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(55) |
Billi l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-iffaċilitar ta’ investimenti transfruntieri u t-titjib tal-komparabilità madwar l-Unjoni kollha u l-kunfidenza pubblika fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji u fir-rapporti permezz ta’ divulgazzjonijiet speċifiċi mtejba u konsistenti, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ din Direttiva, jintlaħqu aħjar fuq livell ta’ Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta provvedimenti, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
(56) |
Din id-Direttive tissostitwixxi d-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE. Għalhekk dawk id-Direttivi għandhom jiġu mħassra. |
(57) |
Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti partikolarment mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
(58) |
Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti spjegattivi tat-28 ta' Settembru 2011, l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jakkumpanjaw, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri tat-traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar fejn jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti tad-Direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti tat-traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li t-trażmissjoni ta’ tabelli ta' korrelazzjoni hi ġustifikata, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU 1
KAMP TA' APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET U KATEGORIJI TA' IMPRIŻI U GRUPPI
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
1. Il-miżuri ta’ koordinazzjoni preskritti f’din id-Direttiva għandhom japplikaw għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tat-tipi ta’ kumpanniji elenkati:
(a) |
fl-Anness I; |
(b) |
fl-Anness II, fejn il-membri kollha diretti jew indiretti tal-impriża li jkollhom responsabilità illimitata, fil-fatt, għandhom responsabbiltà limitata, minħabba li dawk il-membri li huma:
|
2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni f'perijodu ta' żmien raġonevoli bil-bidliet fit-tipi ta' impriżi fil-liġi nazzjonali tagħhom li jistgħu jaffettwaw il-korrettezza tal-Anness I jew l-Anness II. F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadatta, permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 49, il-listi ta’ impriżi inklużi fl-Anness I u II.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. |
‧Entitajiet ta' interess pubbliku‧ tfisser impriżi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 1 li huma
|
(2) |
‧interess ta' parteċipazzjoni‧ tfisser id-drittijiet fil-kapital ta’ impriżi oħra, rappreżentati jew le permezz ta’ ċertifikati, li, bil-ħolqien ta' rabta durabbli ma’ dawk l-impriżi, ikunu maħsuba sabiex jikkontribwixxu għall-attivitajiet tal-impriża li jkollha dawk id-drittijiet. Is-sehem f'parti mill-kapital ta’ impriża oħra hija kkunsidrata li tikkostitwixxi interess ta' parteċipazzjoni, meta din taqbeż limitu ta' perċentwali stabbilit mill-Istati Membri li huwa anqas jew ekwivalenti għal 20 %; |
(3) |
‧parti relatata‧ għandha l-istess tifsira bħal dik fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabbiltà (15); |
(4) |
‧assi fissi‧ tfisser dawk l-assi li huma maħsuba biex jintużaw fuq bażi kontinwa għall-attivitajiet tal-impriża; |
(5) |
‧fatturat nett‧ tfisser l-ammonti derivati mill-bejgħ ta’ prodotti u l-forniment ta’ servizzi wara li jitnaqqsu l-iskonti fuq il-bejgħ u t-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi oħra direttament marbuta mal-fatturat; |
(6) |
‧prezz tax-xiri‧ tfisser il-prezz pagabbli u kwalunkwe spiża inċidentali nieqes kwalunkwe tnaqqis inċidentali fl-ispiża tal-akkwist; |
(7) |
‧Spiża tal-produzzjoni‧ tfisser il-prezz tax-xiri ta’ materja prima, konsumabbli u spejjeż oħra attribwibbli direttament għall-oġġett inkwistjoni. L-Istati Membri għandhom jippermettu jew jesiġu l-inklużjoni ta' proporzjon raġonevoli ta' spejjeż tal-operat fissi jew varjabbli attribwibbli indirettament għall-oġġett inkwistjoni sal-punt li jirrigwardaw il-perijodu ta' produzzjoni. L-ispejjeż ta' distribuzzjoni ma għandhomx jiġu inklużi; |
(8) |
‧aġġustament fil-valur‧ tfisser l-aġġustamenti maħsuba sabiex jieħdu kont tal-bidliet fil-valur ta’ assi individwali stabbiliti fid-data tal-karta tal-bilanċ, sew jekk il-bidla tkun finali kif ukoll jekk le; |
(9) |
‧impriża prinċipali‧ tfisser impriża li tikkontrolla jew li finalment tikkontrolla impriża sussidjarja waħda jew aktar; |
(10) |
‧impriża sussidjarja‧ tfisser impriża li tkun ikkontrollata minn impriża prinċipali, inkluż kwalunkwe impriża sussidjarja ta’ impriża prinċipali aħħarija; |
(11) |
‧grupp‧ tfisser impriża prinċipali u l-impriżi sussidjarji tagħha kollha; |
(12) |
‧impriżi affiljati‧ tfisser kwalunkwe żewġ impriżi jew aktar fi grupp; |
(13) |
‧impriża assoċjata‧ tfisser impriża li fiha impriża oħra jkollha interess ta' parteċipazzjoni, u li l-impriża l-oħra teżerċita influwenza sinifikanti fuq il-politiki operattivi u finanzjarji tagħha. Impriża titqies li teżerċita influwenza sinifikanti fuq impriża oħra meta jkollha 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f’dik l-impriża l-oħra; |
(14) |
‧impriżi ta' investiment‧ tfisser:
|
(15) |
‧impriżi holding finanzjarji‧ tfisser impriżi li l-uniku għan tagħhom hu li jakkwistaw holdings f'impriżi oħrajn u li jamministraw dawn il-holdings u jagħmlu qligħ minnhom, mingħajr ma jinvolvu lilhom infushom direttament jew indirettament fl-amministrazzjoni ta' dawk l-impriżi, mingħajr preġudizzju għal-liġiijiet tal-azzjonisti; |
(16) |
‧materjali‧ tfisser l-istatus tal-informazzjoni li l-ommissjoni jew id-dikjarazzjoni ħażina tagħha tista' b'mod raġonevoli tkun mistennija tinfluenza d-deċiżjonijiet li jagħmlu l-utenti abbażi tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-impriża. Il-materjalità tal-entrati individwali għandha tiġi vvalutata fil-kuntest ta' entrati simili oħrajn. |
Artikolu 3
Kategoriji ta' impriżi u gruppi
1. Meta japplikaw waħda jew akatr mill-possibilitajiet fl-Artikolu 36, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu mikroimpriżi bħala impriżi li fil-karti tal-bilanċ tagħhom id-dati ma jaqbżux il-limiti ta' lanqas ta' tnejn minn dawn it-tliet kriterji li ġejjin:
(a) |
total tal-karta tal-bilanċ: EUR 350 000; |
(b) |
fatturat nett: EUR 700 000; |
(c) |
medja ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: 10. |
2. Impriżi żgħar ikunu impriżi li fil-karti tal-bilanċ tagħhom id-dati ma jaqbżux il-limiti ta’lanqas ta' tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:
(a) |
total tal-karta tal-bilanċ: EUR 4 000 000; |
(b) |
fatturat nett: EUR 8 000 000; |
(c) |
medja ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: 50. |
L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu limiti li jaqbżu l-limiti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu. Madankollu, il-limiti ma għandhomx jaqbżu EUR 6 000 000 għat-total tal-karta tal-bilanċ u EUR 12 000 000 għall-fatturat nett.
3. Impriżi medji għandhom ikunu impriżi li mhumiex mikroimpriżi jew impriżi żgħar u li fid-dati tal-karta tal-bilanċ tagħhom ma jaqbżux il-limiti ta’lanqas ta’ tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:
(a) |
total tal-karta tal-bilanċ: EUR 20 000 000; |
(b) |
fatturat nett: EUR 40 000 000; |
(c) |
medja ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: 250. |
4. Impriżi kbar għandhom ikunu impriżi li fid-dati tal-karta tal-bilanċ tagħhom jaqbżu ta’lanqas tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:
(a) |
total tal-karta tal-bilanċ: EUR 20 000 000; |
(b) |
fatturat nett: EUR 40 000 000; |
(c) |
medja ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: 250. |
5. Gruppi żgħar għandhom ikunu gruppi li jikkonsistu f'impriżi prinċipali u sussidjarji li huma inklużi f'konsolidament u li, fuq bażi kkonsolidata, ma jaqbżux il-limiti ta’lanqas ta’ tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin fid-data tal-karta tal-bilanċ tal-impriża prinċipali:
(a) |
total tal-karta tal-bilanċ: EUR 4 000 000; |
(b) |
fatturat nett: EUR 8 000 000; |
(c) |
medja ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: 50. |
L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu limiti li jaqbżu l-limiti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu. Madankollu, il-limiti ma għandhomx jaqbżu EUR 6 000 000 għat-total tal-karta tal-bilanċ u EUR 12 000 000 għall-fatturat nett.
6. Gruppi medji għandhom ikunu gruppi li mhumiex gruppi żgħar, li jikkonsistu f'impriżi prinċipali u sussidjarji li huma inklużi f'konsolidament u li, fuq bażi kkonsolidata, ma jaqbżux il-limiti ta’lanqas ta’ tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin fid-data tal-karta tal-bilanċ tal-impriża prinċipali:
(a) |
total tal-karta tal-bilanċ: EUR 20 000 000; |
(b) |
fatturat nett: EUR 40 000 000; |
(c) |
medja ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: 250. |
7. Gruppi kbar għandhom ikunu gruppi li jikkonsistu f'impriżi prinċipali u sussidjarji li huma inklużi f'konsolidament u li, fuq bażi kkonsolidata, ma jaqbżux il-limiti ta’lanqas ta’ tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin fid-data tal-karta tal-bilanċ tal-impriża prinċipali:
(a) |
total tal-karta tal-bilanċ: EUR 20 000 000; |
(b) |
fatturat nett: EUR 40 000 000; |
(c) |
medja ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: 250. |
8. L-Istati Membri għandhom jippermettu t-tpaċija msemmija fl-Artikolu 24(3) u li kwalunkwe eliminazzjoni bħala konsegwenza tal-Artikolu 24(7) ma tiġix affettwata, meta jiġu kkalkulati l-limiti fil-paragrafi 5 sa 7 ta' dan l-Artikolu. F’każijiet bħal dawn, il-limiti għat-total tal-karta tal-bilanċ u l-kriterji għall-fatturat nett għandhom jiżdiedu b’20 %.
9. Fil-każ ta’ dawk l-Istati Membri li ma adottawx l-euro, l-ammont fil-munita nazzjonali ekwivalenti għall-ammonti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 7 għandu jkun dak li jinkiseb billi tiġi applikata r-rata tal-kambju ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe Direttiva li tistabbilixxi dawk l-ammonti.
Għall-iskopijiet ta' konverżjoni fil-muniti nazzjonali ta' dawk l-Istati Membri li ma adottawx il-euro, l-ammonti f'euro speċifikati fil-paragrafi 1, 3, 4, 6 u 7 jistgħu jiżdiedu jew jitnaqqsu b'mhux aktar minn 5 % sabiex jiġu prodotti ammonti għal-liġi fil-muniti nazzjonali.
10. Meta fid-data tal-karta tal-bilanċ tagħha, impriża jew grupp jaqbeż jew ma jibqax jaqbeż il-limiti ta’ tnejn mit-tliet kriterji stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 7, dak il-fatt għandu jaffettwa l-applikazzjoni tad-derogi previsti f’din id-Direttiva fil-każ biss jekk iseħħ f’sentejn finanzjarji konsekuttivi.
11. It-total tal-karta tal-bilanċ imsemmi fil-paragrafi 1 sa 7 ta' dan l-Artikolu għandu jikkonsisti mill-valur totali tal-assi f'A sa E taħt ‧Assi‧ fil-format stabbilit fl-Anness III jew tal-assi f'A sa E fil-format stabbilit fl-Anness IV.
12. Fil-kalkolu tal-limiti fil-paragrafi 1 sa 7, l-Istati Membri jistgħu jesiġu l-inklużjoni ta' introjtu minn sorsi oħrajn għall-impriżi li għalihom ma jkunx rilevanti "l-fatturat nett". L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-impriżi prinċipali jikkalkulaw il-limiti tagħhom fuq bażi kkonsolidata aktar milli fuq bażi individwali. L-Istati Membri jistgħu wkoll jesiġu li l-impriżi affiljati jikkalkulaw il-limiti tagħhom fuq bażi kkonsolidata jew aggregata fejn tali impriżi jkunu ġew stabbiliti għall-uniku skop li jiġi evitat ir-rappurtar ta' ċerta informazzjoni.
13. Sabiex tagħmel aġġustament għall-effetti tal-inflazzjoni, il-Kummissjoni għandha terġa' teżamina mill-inqas kull ħames snin u, fejn adatt, temenda, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 49, il-limiti msemmija fil-paragrafi 1 sa 7 ta’ dan l-Artikolu, billi tqis il-miżuri ta’ inflazzjoni kif ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
KAPITOLU 2
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U PRINĊIPJI
Artikolu 4
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali għandhom jikkostitwixxu unità waħda komposta u għall-impriżi kollha għandhom jinkludu, bħala minimu, il-karta tal-bilanċ, il-kont tal-qligħ u t-telf u n-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-impriżi minbarra l-impriżi ż-żgħar jinkludu dikjarazzjonijiet oħra fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali flimkien mad-dokumenti msemmija fl-ewwel subparagrafu.
2. Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali għandhom jitħejjew b’mod ċar u skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
3. Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali għandhom jagħtu stampa vera u ġusta tal-assi, l-passivi, il-pożizzjoni finanzjarja, u l-qligħ jew it-telf tal-impriża. Meta l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva ma tkunx biżżejjed biex tinkiseb stampa vera u ġusta tal-assi, il-passivi, il-pożizzjoni finanzjarja u tal-qligħ jew it-telf tal-impriża, għandha tingħata tali informazzjoni addizzjonali fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji li tkun meħtieġa biex tikkonforma ma' dak ir-rekwiżit.
4. Meta f’każijiet eċċezzjonali l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva tkun inkompatibbli mal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 3, dik id-dispożizzjoni għandha tiġi diżapplikata sabiex tingħata stampa vera u ġusta tal-assi, il-passivi, il-pożizzjoni finanzjarja u tal-qligħ jew it-telf. Id-diżapplikazzjoni ta' kwalunkwe tali dispożizzjoni għandha tiġi żvelata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji flimkien ma’ spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliha u tal-effett tagħha fuq l-assi, il-passivi, il-pożizzjoni finanzjarja u l-qligħ u t-telf tal-impriża.
L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu l-każijiet eċċezzjonali inkwistjoni u jistabbilixxu r-regoli speċjali rilevanti, li għandhom jappikaw f'dawk il-każijiet.
5. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-impriżi minbarra l-impriżi ż-żgħar jiżvelaw l-informazzjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tagħhom li tkun supplimentari għal dik meħtieġa skont din id-Direttiva.
6. B'deroga mill-paragrafu 5, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lill-impriżi żgħar jippreparaw, jiżvelaw u jippublikaw informazzjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, sakemm kwalunkwe tali informazzjoni tinġabar f'sistema ta' filing waħda u r-rekwiżit ta' divulgazzjoni jkun jinsab fil-leġislazzjoni fiskali nazzjonali għall-finijiet stretti ta' ġbir ta' taxxa. L-informazzjoni meħtieġa f'konformità ma' dan il-paragrafu għandha tiġi inkluża fil-parti rilevanti tad-dikjrazzjonijiet finanzjajri.
7. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa skont il-paragrafu 6 mat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva u meta jintroduċu fil-liġi nazzjonali rekwiżiti ġodda skont il-paragrafu 6.
8. L-Istati Membri li jużaw soluzzjonijiet elettroniċi għall-iffaljar u l-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali għandhom jiżguraw li impriżi żgħar ma jkunux meħtieġa jippubblikaw, skont il-Kapitolu 7, l-iżvelarj addizzjonali meħtieġa mil-leġislazzjoni fiskali nazzjonali, kif imsemmi fil-paragrafu 6.
Artikolu 5
Żvelar ġenerali
Id-dokument li jkun fih id-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandu jiddikjara l-isem tal-impriża u l-informazzjoni kif preskritt fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/101/KE.
Artikolu 6
Prinċipji ġenerali għar-rappurtar finanzjarju
1. L-entrati ppreżentati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u kkonsolidati għandhom jiġu rikonoxxuti u kkalkolati skont il-prinċipji ġenerali li ġejjin:
(a) |
l-impriża għandha titqies li qiegħda tmexxi n-negozju tagħha bħala wieħed avvjat; |
(b) |
il-politiki kontabilistiċi u l-bażijiet ta’ kalkolu għandhom jiġu applikati b’mod konsistenti minn sena finanzjarja għall-oħra; |
(c) |
ir-rikonoxximent u l-kalkolu għandhom isiru b'mod prudenti, u partikolarment:
|
(d) |
l-ammonti rikonoxxuti fil-karta tal-bilanċ u fil-kont tal-qligħ u t-telf għandhom jiġu kkomputati fuq bażi tad-dovuti; |
(e) |
il-karta tal-bilanċ tal-ftuħ għal kull sena finanzjarja għandha tikkorrispondi mal-karta tal-bilanċ tal-għeluq għas-sena finanzjarja preċedenti; |
(f) |
il-komponenti tal-entrati tal-assi u l-passivi għandhom jiġu valwati separatament; |
(g) |
kull tpaċija bejn entrati ta’ assi u ta’ passivi, jew bejn entrati ta’ introjtu u nefqa, għandha tiġi pprojbita; |
(h) |
l-entrati fil-kont tal-qligħ u t-telf u fil-karta tal-bilanċ għandhom jiġu kkontabilizzati u ppreżentati b'kont meħud tas-sustanza tat-transazzjoni jew tal-arranġament konċernat; |
(i) |
l-entrati rikonoxxuti fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom jiġu kkalkolati skont il-prinċipju tal-prezz tax-xiri jew tal-ispiża tal-produzzjoni; u |
(j) |
m'hemmx l-obbligu li r-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva fir-rigward tar-rikonoxximent, il-kalkolu, il-preżentazzjoni, l-iżvelar u l-konsolidament jiġu rispettati meta l-effett tal-konformità magħhom tkun immaterjali. |
2. Minkejja l-punt (g) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, f'każijiet speċifiċi, jippermettu jew jesiġu li l-impriżi jwettqu tpaċija bejn l-entrati tal-assi u tal-passivi, jew bejn l-entrati tal-introjtu u tan-nefqa dment li l-ammonti li jkunu paċuti jiġu speċifikati bħala ammonti grossi fin-noti għad-dikjarazzjoni finanzjarja.
3. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impriżi mir-rekwiżiti tal-punt (h) tal-paragrafu 1.
4. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-kamp ta' applikazzjoni tal-punt (j) tal-paragrafu 1 għall-preżentazzjoni u l-iżvelar.
5. Minbarra dawk l-ammonti rikonoxxuti skont il-punt (c)(ii) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu r-rikonoxximent tal-passivi prevedibbli u t-telf potenzjali kollu li jirriżultaw matul is-sena finanzjarja konċernata jew matul sena finanzjarja preċedenti, anki jekk dawn il-passivi jew telf isiru magħrufin biss bejn id-data tal-karta tal-bilanċ u d-data li fiha titħejja l-karta tal-bilanċ.
Artikolu 7
Bażi alternattiva għall-kalkolu tal-assi fissi skont ammonti rivalutati
1. B'deroga mill-punt (i) tal-Artikolu 6(1), l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu fir-rigward tal-impriżi kollha jew ta' kwalunkwe klassi ta' impriża l-kalkolu tal-assi fissi skont ammonti rivalutati. Fejn il-liġi nazzjonali jipprevedi l-bażi ta' rivalutazzjoni tal-kalkolu, dan għandu jiddefinixxi l-kontenut u l-limiti tagħha u r-regoli għall-applikazzjoni tagħha.
2. Meta jiġi applikat il-paragrafu 1, l-ammont tad-differenza bejn il-kalkolu fuq bażi tal-prezz tax-xiri jew tal-ispiża tal-produzzjoni u l-kalkolu fuq bażi ta’ rivalutazzjoni għandu jiddaħħal fil-karta tal-bilanċ fir-riżerva ta’ rivalutazzjoni taħt ‧Kapital u riżervi‧.
Ir-riżerva ta’ rivaltazzjoni tista' tiġi kapitalizzata kollha jew f'parti fi kwalunkwe ħin.
Ir-riżerva ta’ rivalutazzjoni għandha titnaqqas meta l-ammonti trasferiti għal dik ir-riżerva ma jkunux għadhom meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-bażi ta’ rivalutazzjoni tal-kontabbiltà. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li jirregolaw l-applikazzjoni tar-riżerva ta’ rivalutazzjoni, bil-kundizzjoni li t-trasferimenti għall-kont tal-qligħ u t-telf mir-riżerva ta’ rivalutazzjoni jistgħu jsiru biss meta l-ammonti trasferiti jkunu ddaħħlu bħala spiża fil-kont tal-qligħ u t-telf jew jirriflettu żidiet fil-valur li effettivament ġew realizzati. L-ebda parti tar-riżerva ta’ rivalutazzjoni ma tista’ tiġi distribwita, direttament jew indirettament, sakemm ma tkunx tirrappreżenta qligħ effettivament realizzat.
Ħlief kif previst skont it-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, ir-riżerva ta’ rivalutazzjoni ma tistax titnaqqas.
3. L-aġġustamenti tal-valur għandhom jiġu kkalkulati kull sena fuq il-bażi tal-ammont rivalutat. Madankollu, b’deroga mill-Artikoli 9 u 13, l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li l-ammont biss tal-aġġustamenti tal-valur li jsiru b'riżultat tal-bażi ta' kalkolu tal-prezz tax-xiri jew tal-ispiża tal-produzzjoni jintwera taħt l-entrati rilevanti fil-formati stabbiliti fl-Annessi V u VI u li d-differenzi b’riżultat tal-kalkolu fuq bażi ta’ rivalutazzjoni skont dan l-Artikolu jintwerew b’mod separat fil-formati.
Artikolu 8
Bażi alternattiva għall-kalkolu tal-valur ġust
1. B’deroga mill-punt (i) tal-Artikolu 6(1) u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu:
(a) |
l-Istati Membri għandhom jippermettu jew jesiġu fir-rigward tal-impriżi kollha jew ta' kwalunkwe klassi ta' impriża, il-kalkolu ta’ strumenti finanzjarji, inklużi strumenti finanzjarji derivati, skont il-valur ġust; u |
(b) |
l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu fir-rigward tal-impriżi kollha jew kwalunkwe klassi ta' impriża, il-kalkolu ta’ kategoriji speċifikati ta’ assi minbarra strumenti finanzjarji skont ammonti determinati b’referenza għall-valur ġust. |
Tali permess jew rekwiżit jista' jkun limitat għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati.
2. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, kuntratti bbażati fuq prodotti bażiċi li jagħtu waħda mill-partijiet kontraenti d-dritt li tħallas bi flus kontanti jew b’xi strument finanzjarju ieħor għandhom ikunu ikkunsidrati bħala strumenti finanzjarji derivati, ħlief meta tali kuntratti:
(a) |
ikunu saru biex jissodisfaw, u għadhom jissodisfaw, ir-rekwiżiti ta' xiri, bejgħ jew użu previsti tal-impriża fil-mument li jkunu saru u wara; |
(b) |
mill-bidu tagħhom kienu indikati bħala kuntratti bbażati fuq prodotti bażiċi; u |
(c) |
ikunu mistennija li jitħallsu mal-konsenja tal-prodott bażiku. |
3. Il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu japplika biss għall-passivi li ġejjin:
(a) |
passivi li jinżammu bħala parti minn portafoll ta’ negozju; u |
(b) |
strumenti finanzjarji derivati. |
4. Il-kalkolu skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 ma għandux japplika għal dawn li ġejjin:
(a) |
strumenti finanzjarji nonderivati miżmuma sal-maturità; |
(b) |
self u riċevibbli li oriġinaw mill-impriża u mhux miżmuma għal skopijiet ta' negozjar; u |
(c) |
interessi f’sussidjarji, impriżi assoċjati u impriżi konġunti, strumenti ta' ekwità maħruġa mill-impriża, kuntratti għal korrispettiv kontinġenti f’kombinament ta’ negozju, u strumenti finanzjarji oħra b’karatteristiċi speċjali tali li l-istrumenti, skont dak li huwa ġeneralment aċċettat, jiġu kkontabilizzati b’mod differenti minn strumenti finanzjarji oħra. |
5. B'deroga mill-punt (i) tal-Artikolu 6(1), l-Istati Membri jistgħu fir-rigward ta’ kwalunkwe assi u passivi li jikkwalifikaw bħala entrati iħħeġġjati taħt sistema ta’ kontabbiltà ta' hedge tal-valur ġust, jew ta' porzjonijiet identifikati ta’ dawn l-assi jew passivi, jippermettu kalkolu skont ammont speċifikat rikjest taħt dik is-sistema.
6. B'deroga mill-paragrafi 3 u 4, l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu r-rikonoxximent, il-kalkolu u l-iżvelar ta’ strumenti finanzjarji f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002.
7. Il-valur ġust skont dan l-Artikolu għandu jiġi ddeterminat b’riferiment għal wieħed mill-valuri li ġejjin:
(a) |
fil-każ ta' strumenti finanzjarji li għalihom ikun jista’ jiġi faċilment identifikat suq affidabbli, il-valur tas-suq. Meta l-valur tas-suq ma jkunx faċilment identifikabbli għal strument iżda jkun jista’ jiġi identifikat għall-komponenti tiegħu jew għal strument simili, il-valur tas-suq jista’ jiġi derivat minn dak tal-komponenti tiegħu jew tal-istrument simili; |
(b) |
fil-każ tal-istrumenti finanzjarji li għalihom ma jkunx jista’ jiġi faċilment identifikat suq affidabbli, valur li jirriżulta minn mudelli u tekniki ta’ valwazzjoni ġeneralment aċċettati, sakemm tali mudelli u tekniki ta’ valwazzjoni jiżguraw approssimazzjoni raġonevoli tal-valur tas-suq. |
L-istrumenti finanzjarji li ma jistgħux jiġu kkalkolati b’mod affidabbli b'ebda mill-metodi deskritti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, għandhom jitkejlu skont il-prinċipju tal-prezz tax-xiri jew tal-ispiża tal-produzzjoni sa fejn ikun possibbli kalkolu fuq dik il-bażi.
8. Minkejja l-punt (c) tal-Artikolu 6(1), meta strument finanzjarju jiġi kkalkolat bil-valur ġust, bidla fil-valur għandha tiġi inkluża fil-kont tal-qligħ u telf, ħlief fil-każijiet li ġejjin, fejn tali bidla għandha tiġi inkluża direttament f'riżerva tal-valur ġust:
(a) |
l-isrument ikkontabilizzat ikun strument ta' iħħeġġjar taħt sistema ta’ kontabbiltà għall-iħħeġġjar li tippermetti li l-bidla kollha jew parti minnha fil-valur ma tintweriex fil-kont tal-qligħ u t-telf; jew |
(b) |
il-bidla fil-valur tirrigwarda differenza fil-kambju b’riżultat ta’ entrata monetarja li tifforma parti mill-investiment nett ta’ impriża f’entità barranija. |
L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jirrikjedu bidla fil-valur ta’ assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ, minbarra strument finanzjarju derivat. Dik ir-riżerva tal-valur ġust għandha tiġi aġġustata meta l-ammonti li jidhru fiha ma jkunux aktar meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu.
9. Minkejja l-punt (a) tal-Artikolu 6(1), l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li fir-rigward tal-impriżi kollha jew ta’ kwalunkwe klassi ta’ impriża, meta l-assi għajr l-istrumenti finanzjarji jiġu kkalkolati bil-valur ġust, il-bidla fil-valur għandha tiġi inkluża fil-kont tal-qligħ u t-telf.
KAPITOLU 3
KARTA TAL-BILANĊ U KONT TAL-QLIGĦ U T-TELF
Artikolu 9
Dispożizzjonijiet ġenerali li jikkonċernaw il-karta tal-bilanċ u l-kont tal-qliegħ u t-telf
1. Il-format tal-karta tal-bilanċ u tal-kont tal-qligħ u t-telf, ma għandux jinbidel minn sena finanzjarja għall-oħra. Devjazzjonijiet minn dak il-prinċipju għandhom, madankollu, jiġu permessi f’każijiet eċċezzjonali sabiex tingħata stampa vera u ġusta tal-assi, l-passivi, il-pożizzjoni finanzjarja u l-qligħ u t-telf tal-impriża. Kwalunkwe tali devjazzjoni u r-raġunijiet għaliha għandhom jiġu dżvelati fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
2. Fil-karta tal-bilanċ u fil-kont tal-qligħ u t-telf l-entrati stipulati fl-Annessi III sa VI għandhom jintwerew separatament fl-ordni indikata. L-Istati Membri għandhom jippermettu subdiviżjoni aktar dettaljata ta' dawk l-entrati għandha tiġi permessa, soġġett għall-konformità mal-formati preskritti. L-Istati Membri għandhom jippermettu ż-żieda ta' of subtotali u ta' entrati ġodda, sakemm il-kontenut tagħhom ma jkunx kopert minn xi waħda mill-entrati fil-formati preskritti. L-Istati Membri jistgħu jesiġu subdiviżjoni bħal din jew subtotali jew entrati ġodda.
3. Il-format, in-nomenklatura u t-terminoloġija tal-entrati fil-karta tal-bilanċ u fil-kont tal-qligħ u t-telf li huma preċeduti b' numri Għarab għandhom jiġu adattati meta n-natura speċjali ta’ impriża titlob dan. L-Istati Membri jistgħu jesiġu tali adattamenti għal impriżi li jagħmlu parti minn settur ekonomiku partikolari.
L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jirrikjedu li l-entrati fil-karta tal-bilanċ u fil-kont tal-qligħ u t-telf li huma preċeduti minn numri Għarab jiġu kkombinati meta jkunu immaterjali fl-ammont għall-finijiet li jagħtu stampa vera u ġusta tal-assi, l-passivi, il-pożizzjoni finanzjarja, u l-qligħ jew it-telf tal-impriżajew meta tali kombinament iwassal għal aktar ċarezza, dment li l-entrati hekk ikkombinati jiġu ttrattati separatament fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
4. B'deroga mill-paragrafi (2) u (3) ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-ħila tal-impriża li tiddevja mill-formati stipulati fl- Annessi III sa VI sal-punt meħtieġ biex id-dikjarazzjonijiet finanzjarji jistgħu jiġu ffajljati elettronikament.
5. Fir-rigward ta' kull entrata fil-karta tal-bilanċ u fil-kont tal-qligħ u t-telf, iċ-ċifra għas-sena finanzjarja li jirreferu għaliha l-karta tal-bilanċ u l-kont tal-qligħ u t-telf u ċ-ċifra li tirrigwarda l-entrata korrispondenti għas-sena finanzjarja preċedenti għandhom jintwerew. Meta dawk iċ-ċifri ma jkunux komparabbli, l-Istati Membri jistgħu jesiġu li tiġi aġġustata ċ-ċifra għas-sena finanzjarja preċedenti. Kwalunkwe każ ta’ nonkomparabbiltà jew kwalunkwe aġġustament taċ-ċifri għandu jiġi żvelat, bi spjegazzjonijiet, fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
6. L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu l-adattament tal-format tal-karta tal-bilanċ u tal-kont tal-qligħ u t-telf sabiex tiġi inkluża l-approprjazzjoni tal-qligħ jew it-trattament tat-telf.
7. Fir-rigward tat-trattament ta' interessi ta' parteċipazzjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali:
(a) |
L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li l-interessi ta' parteċipazzjoni jiġu kkontabilizzati bl-użu tal-metodu tal-ekwità kif previst fl-Artikolu 27, billi jittieħed kont tal-aġġustamenti essenzjali b’riżultat tal-karatteristiċi partikolari tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali meta mqabbla mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati; |
(b) |
L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li l-proporzjon tal-qligħ jew tat-telf attribwibbli lill-interess ta' parteċipazzjoni jiġi rikonoxxut fil-kont tal-qligħ u t-telf biss sal-limitu tal-ammont li jikkorrispondi ma’ dividendi diġà riċevuti jew li l-ħlas tagħhom jista’ jintalab; u |
(c) |
meta l-profitt attribwibbli lill-interess ta’ parteċipazzjoni u rikonoxxut fil-kont tal-qligħ u t-telf jaqbeż l-ammont ta’ dividendi diġà riċevuti jew li l-ħlas tagħhom jista’ jintalab, l-ammont tad-differenza għandu jitpoġġa f’riżerva li ma tistax titqassam lill-azzjonisti. |
Artikolu 10
Preżentazzjoni tal-karta tal-bilanċ
Għall-preżentazzjoni tal-karta tal-bilanċ, l-Istati Membri għandhom jippreskrivu waħda jew iż-żewġ formati li jinsabu fl- Annessi III u IV. Jekk Stat Membru jippreskrivi ż-żewġ formati, huwa jista' jippermetti li l-impriżi jagħżlu liema wieħed mill-formati preskritti ser jadottaw.
Artikolu 11
Preżentazzjoni alternattiva tal-karta tal-bilanċ
L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li l-impriżi, jew li ċerti klassijiet ta’ impriżi, jippreżentaw entrati fuq bażi ta’ distinzjoni bejn entrati kurrenti u entrati mhux kurrenti f’format differenti minn dak stipulat fl-Annessi III u IV, bil-kundizzjoni li l-informazzjoni li tingħata tkun mill-anqas ekwivalenti għal dik li għandha tiġi pprovduta skont l-Annessi III u IV.
Artikolu 12
Dispożizzjonijiet speċjali dwar ċerti entrati fil-karta tal-bilanċ
1. Meta assi jew passiv jirrigwarda aktar minn entrata waħda fil-format, ir-relazzjoni tiegħu mal-entrati l-oħra għandha tiġi żvelata jew taħt l-entrata fejn tidher jew fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
2. L-ishma proprji u l-ishma f’impriżi affiljati għandhom jintwerew biss taħt l-entrati preskritti għal dak il-għan.
3. Huwa l-għan li għalih ikunu maħsuba li jiddetermina jekk assi partikolari jintwerewx bħala assi fissi jew assi kurrenti.
4. Id-drittijiet għal beni immobbli u drittijiet simili oħra kif iddefiniti mil-liġi nazzjonali għandhom jintwerew taħt ‧Art u bini‧.
5. Il-prezz tax-xiri jew l-ispiża tal-produzzjoni jew l-ammont rivalutat, fejn japplika l-Artikolu 7(1), ta' assi fissi b'utilità ekonomika limitata biż-żmien għandhom jitnaqqsu b'aġġustamenti tal-valur ikkalkulati b'mod li jamortizzaw il-valur ta' tali assi sistematikament matul iż-żmien tal-utilità ekonomika tagħhom.
6. L-aġġustamenti fil-valur ta' assi fissi għandhom ikunu soġġetti għal dan li ġej:
(a) |
L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li jsiru aġġustamenti fil-valur fir-rigward ta’ assi finanzjarji fissi, b'mod li jiġu valutati skont il-valur l-aktar baxx li jrid jiġi attribwit lilhom fid-data tal-karta tal-bilanċ; |
(b) |
għandhom isiru aġġustamenti fil-valur fir-rigward ta’ assi fissi, sew jekk l-utilità ekonomika tagħhom tkun limitata biż-żmien kif ukoll jekk le, b'mod li jiġu valutati skont il-valur aktar baxx li jrid jiġi attribwit lilhom fid-data tal-karta tal-bilanċ jekk ikun mistenni li t-tnaqqis fil-valur tagħhom ser ikun permanenti; |
(c) |
l-aġġustamenti fil-valur imsemmijin fil-punti (a) u (b) għandhom jiġu rreġistrati fil-kont tal-qligħ u t-telf u dżvelati separatament fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji jekk ma kinux intwerew separatament fil-kont tal-qligħ u t-telf; |
(d) |
il-kalkolu skont il-valur l-aktar baxx ta' dawk previsti fil-punti (a) u (b) ma jistax jibqa' jsir jekk ir-raġunijiet li għalihom ikunu saru l-aġġustamenti fil-valur ma jibqgħux japplikaw, din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għal aġġustamenti fil-valur li jsiru fir-rigward ta’ avvjament. |
7. Aġġustamenti fil-valur għandhom isiru fir-rigward ta' assi kurrenti bil-ħsieb li dawn jintwerew skont il-valur l-aktar baxx tas-suq jew, f'ċirkostanzi partikolari, b'valur ieħor aktar baxx li għandu jiġi attribwit lilhom fid-data tal-karta tal-bilanċ.
Il-kalkolu skont il-valur l-aktar baxx previst fl-ewwel subparagrafu ma jistax jibqa' jsir jekk ir-raġunijiet li għalihom kienu saru l-aġġustamenti tal-valur ma jkunux għadhom japplikaw.
8. L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li l-imgħax fuq kapital imsellef biex jiffinanzja l-produzzjoni ta’ assi fissi jew kurrenti jiġi inkluż fl-ispejjeż tal-produzzjoni sakemm dan jirrigwarda l-perijodu ta' produzzjoni. Kwalunkwe applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għandha tiġi dżvelata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
9. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-prezz tax-xiri jew l-ispiża tal-produzzjoni ta’ inventarji ta’ oġġetti tal-istess kategorija u l-entrati funġibbli kollha inklużi l-investimenti jiġu kkalkulati jew fuq il-bażi ta’ prezzijiet medji peżati, fuq il-bażi tal-metodu ‘joħroġ li daħal l-ewwel’ (FIFO), il-metodu ‧l-ewwel tal-aħħar‧ (LIFO), jew metodu li ġeneralment jirrifletti l-aħjar prattiki ġeneralment aċċettati.
10. Meta l-ammont għandu jitħallas lura minħabba dejn li jkun ikbar mill-ammont riċevut, l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jitolbu li d-differenza tintwera bħala assi. Hi għandha tintwera separatament fil-karta tal-bilanċ jew fin-noti tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji. L-ammont ta' dik id-differenza għandu jiġi kkanċellat b'ammont raġonevoli kull sena u kkanċellat kompletament mhux iktar tard miż-żmien tal-ħlas lura tad-dejn.
11. L-assi intanġibbli għandhom jiġu kkanċellati matul il-perijodu tal-utilità ekonomika tal-assi intanġibbli.
F'każijiet eċċezzjonali fejn il-perijodu tal-avvjament u l-ispejjeż tal-iżvilupp ma jistgħux jiġu stmati b'mod affidabbli, tali assi għandhom jiġu amortizzati f'perijodu massimu stabbilit mill-Istat Membru. Dak il-perijodu massimu ma għandux ikun iqsar minn ħames snin u ma għandux jeċċedi l-għaxar snin. Spjegazzjoni tal-perijodu li matulu jkun ikkanċellat l-avvjament tiġi pprovduta fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
Meta l-liġi nazzjonali tawtorizza l-inklużjoni tal-ispejjeż tal-iżvilupp taħt ‧Assi‧ u l-ispejjeż tal-iżvilupp ma jkunux ġew amortizzati għal kollox, l-Istati Membri għandhom jesiġu li ma ssir l-ebda distribuzzjoni ta' profitti sakemm l-ammont tar-riżervi disponibbli għad-distribuzzjoni u l-qligħ riportat ma jkunx mill-inqas ugwali għal dak tal-ispejjeż mhux amortizzati.
Meta l-liġi nazzjonali tawtorizza l-inklużjoni ta' spejjeż ta' formazzjoni taħt ‧Assi‧, dawn għandhom jiġu amortizzati f'perijodu massimu ta' ħames snin. F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jesiġu li t-tielet subparagrafu japplika mutatis mutandis għall-ispejjeż ta' formazzjoni.
F’każijiet eċċezzjonali l-Istati Membri jistgħu jippermettu derogi mit-tielet u mir-raba' subparagrafi. Dawn id-derogi u r-raġunijiet għalihom għandhom jiġu dżvelati fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
12. Id-dispożizzjonijiet għandhom ikopru passivi li n-natura tagħhom tkun definita b’mod ċar u li fid-data tal-karta tal-bilanċ hu probabbli li ser jiġu inkorsi, jew ċertament li ser jiġu inkorsi iżda li m'hemmx ċertezza dwar l-ammont tagħhom jew id-data meta ser iseħħu.
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ukoll il-ħolqien ta’ provvedimenti maħsuba biex ikopru spejjeż li n-natura tagħhom tkun ddefinita b’mod ċar u li fid-data tal-karta tal-bilanċ ikunu probabbli li ser jiġu inkorsi, jew ċertament li ser jiġu inkorsi iżda li m'hemmx ċertezza dwar l-ammont tagħhom jew id-data meta ser iseħħu.
Fid-data tal-karta tal-bilanċ, provvediment għandu jirrappreżenta l-aħjar stima tal-ispejjeż li jkunu probabbli li jsiru, jew fil-każ ta’ passivi, tal-ammont meħtieġ biex jissodisfa dak il-passiv. Ma għandhomx jintużaw provvedimenti biex jiġu aġġustati l-valuri tal-assi.
Artikolu 13
Preżentazzjoni tal-kont tal-qligħ u t-telf
1. Għall-preżentazzjoni tal-kont tal-qliegħ u t-telf, l-Istati Membri għandhom jippreskrivu waħda jew iż-żewġ formats stipulati fl-Annessi V u VI. Jekk Stat Membru jippreskrivi ż-żewġ formati, jista’ jippermetti lill-impriżi li jagħżlu liema mill-formati preskritti jadottaw.
2. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4(1), l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li l-impriżi, jew xi klassijiet ta’ impriżi, jippreżentaw dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom minflok il-preżentazzjoni tal-entrati ta’ profitt u telf skont l-Annessi V u VI, bil-kundizzjoni li l-informazzjoni mogħtija tkun tal-anqas ekwivalenti għal dik meħtieġa fl-Annessi V u VI.
Artikolu 14
Simplifikazzjonijiet għall-impriżi żgħar u medji
1. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-impriżi żgħar iħejju karti tal-bilanċ imqassra li juru biss dawk l-entrati fl-Annessi III u IV preċeduti mill-ittri u n-numri Rumani, u jiżvelaw separatament:
(a) |
l-informazzjoni rikjesta f’parentesi f’D (II) taħt ‘Assi’ u C taħt ‧Kapital, riżervi u passivi‧ tal-Anness III, iżda f'forma aggregata għal kull wieħed; jew |
(b) |
l-informazzjoni rikjesta f'parentesi f'D (II) tal-Anness IV. |
2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-impriżi ż-żgħar u medji li jfasslu rapporti tal-introjtu mqassra fi ħdan il-limiti li ġejjin:
(a) |
fl-Anness V, l-entrati 1 sa 5 jistgħu jiġu kkombinati taħt entrata waħda msejħa ‧Qligħ jew telf gross‧; |
(b) |
fl-Anness VI, l-entrati 1, 2, 3 u 6 jistgħu jiġu kkombinati taħt entrata waħda msejħa ‧Qligħ jew telf gross‧. |
KAPITOLU 4
NOTI GĦAD-DIKJARAZZJONIJIET FINANZJARJI
Artikolu 15
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar in-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji
Meta n-noti għall-karta tal-bilanċ u l-kont tal-qligħ u t-telf jiġu ppreżentati skont dan il-Kapitolu, in-noti għandhom jiġu ppreżentati skont l-ordni tal-entrati kif ippreżentati fil-karta tal-bilanċ u fil-kont tal-qligħ u t-telf.
Artikolu 16
Kontenut tan-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji li jirrigwardaw l-impriżi kollha
1. Fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji l-impriżi kollha, flimkien mal-informazzjoni meħtieġa taħt dispożizzjonijiet oħra ta’ din id-Direttiva, għandhom jiżvelaw l-informazzjoni fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-politiki tal-kontabbiltà adottati; |
(b) |
fejn l-assi fissi jiġu kkalkolati skont l-ammonti rivalutati, tabella li turi:
|
(c) |
fejn l-istrumenti finanzjarji u/jew l-assi għajr għal strumenti finanzjarji jiġu kkalkolati skont valur ġust:
|
(d) |
l-ammont totali ta’ kwalunkwe impenn finanzjarju, garanzija jew kontinġenza li ma jkunux inklużi fil-karta tal-bilanċ, u indikazzjoni tan-natura u l-forma ta’ kwalunkwe garanzija ta’ valur li ġiet ipprovduta; kwalunkwe impenn li jirrigwarda pensjonijiet u impriżi affiljati jew assoċjati għandu jiġi dżvelat separatament; |
(e) |
l-ammont ta’ antiċipazzjonijietelf u krediti mogħtija lill-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji, b’indikazzjonijiet tar-rati tal-imgħax, il-kundizzjonijiet ewlenin u kull ammont ripagat jew imħassar jew irrinunzjat, kif ukoll impenji li saru għan-nom tagħhom permezz ta’ garanziji ta’ kwalunkwe tip, b’indikazzjoni tat-total għal kull kategorija; |
(f) |
l-ammont u n-natura ta’ elementi individwali ta’ introjtu jew infiq li huma ta’ daqs jew inċidenza eċċezzjonali; |
(g) |
l-ammonti dovuti mill-impriża li jkunu dovuti u jkunu pagabbli wara aktar minn ħames snin kif ukoll id-djun kollha tal-impriża koperti minn garanzija ta’ valur mogħtija mill-impriża, b’indikazzjoni tan-natura u l-forma tal-garanzija; u |
(h) |
in-numru medju ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja. |
2. L-Istati Membri jistgħu jesiġu mutatis mutandis li impriżi żgħar għandhom jiżvelaw l-informazzjoni kif rikjest fil-punti (a), (m), (p), (q) u (r) tal-Artikolu 17(1).
Għall-għanijiet tal-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu, l-informazzjoni rikjesta fil-punt (p) tal-Artikolu 17(1) għandha tkun limitata għan-natura u l-iskop kummerċjali tal-arranġamenti msemmija f'dak il-punt.
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu, l-iżvelar tal-informazzjoni rikjesta fil-punt (r) tal-Artikolu 17(1) għandha tkun limitata għat-transazzjonijiet li saru mill-partijiet elenkati fir-raba' subparagrafu ta' dak il-punt.
3. L-Istati Membri ma għandhomx jesiġu divulgazzjoni għall-impriżi żgħar lil hinn minn dak li hu rikjest jew permess minn dan l-Artikolu.
Artikolu 17
Divulgazzjonijiet addizzjonali għall-impriżi medji u kbar u għall-entitajiet ta’ interess pubbliku
1. Fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji l-impriżi medji u kbar u l-entitajiet ta’ interess pubbliku, minbarra l-informazzjoni rikjesta taħt l-Artikolu 16 u kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ din id-Direttiva, għandhom jiżvelaw l-informazzjoni fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:
(a) |
għad-diversi entrati ta’ assi fissi:
|
(b) |
jekk l-assi fissi jew kurrenti jkunu s-suġġett ta’ aġġustamenti fil-valur għal raġunijiet ta’ tassazzjoni biss, l-ammont tal-aġġustamenti u r-raġunijiet għaliex saru; |
(c) |
meta l-istrumenti finanzjarji jiġu kkalkolati skont il-prezz tax-xiri jew l-ispiża tal-produzzjoni:
|
(d) |
l-ammont tal-emolumenti mogħtija fir-rigward tas-sena finanzjarja lill-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji minħabba r-responsabbiltà tagħhom u kwalunkwe impenn li jirriżulta jew li jsir fir-rigward tal-pensjonijiet tal-irtirar għall-membri ta' qabel ta’ dawk il-korpi, b’indikazzjoni tat-total għal kull kategorija ta' korp. L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjoni mir-rekwiżit li tiġi żvelata tali informazzjoni meta l-iżvelar tagħha tagħmilha possibbli li tiġi identifikata l-pożizzjoni finanzjarja ta’ membru speċifiku ta’ tali korp; |
(e) |
in-numru medju ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja, skont il-kategorija u, jekk ma jiġux żvelati separatament fil-kont tal-qligħ u t-telf, l-ispejjez għall-persunal fir-rigward tas-sena finanzjarja, skont il-pagi u s-salarji, spejjeż tas-sigurtà soċjali u spejjeż tal-pensjonijiet; |
(f) |
meta provvediment għal taxxa differita jiġi rikonoxxut fil-karta tal-bilanċ, il-bilanċi tat-taxxa differita fi tmiem is-sena finanzjarja, u l-moviment f'dawk il-bilanċi matul is-sena finanzjarja; |
(g) |
l-isem u l-uffiċċju reġistrat ta’ kull impriża li fiha l-impriża, jew hija stess jew permezz ta’ persuna li taġixxi f’isimha stess iżda għan-nom tal-impriża, għandha interess ta' parteċipazzjoni, b'indikazzjoni tal-proporzjon tal-kapital miżmum, l-ammont tal-kapital u tar-riżervi, u l-qligħ jew it-telf għall-aħħar sena finanzjarja tal-impriża konċernata li għaliha jkunu ġew adottati d-dikjarazzjonijiet finanzjarji; l-informazzjoni dwar il-kapital u r-riżervi u l-qligħ jew it-telf tista’ titħalla barra meta l-impriża konċernata ma tippubblikax il-karta tal-bilanċ tagħha u ma tkunx ikkontrollata mill-impriża. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-informazzjoni li għandha tiġi żvelata skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt tieħu l-forma ta’ dikjarazzjoni iffaljata skont l-Artikolu 3(1) u (3) tad-Direttiva 2009/101/KE; l-ffaljar ta’ tali dikjarazzjoni għandu jiġi żvelat fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji. L-Istati Membri jistgħu jippermettu wkoll li l-informazzjoni titħalla barra meta n-natura tagħha tkun tali li tkun ta’ preġudizzju serju għal kull impriża li għaliha tirreferi. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dawk l-omissjonijiet soġġett għal awtorizzazzjoni anmministrattiva jew ġudizzjarja minn qabel. Kull ommissjoni bħal din għandha tiġi żvelata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji; |
(h) |
in-numru u l-valur nominali jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, il-valur ta' parità kontabilistiku tal-ishma sottoskritti matul is-sena finanzjarja fil-limiti tal-kapital awtorizzat, mingħajr preġudizzju, fir-rigward tal-ammont ta’ dak il-kapital, għall-punt (e) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE jew għall-punti (c) u (d) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/30/UE; |
(i) |
meta hemm iktar minn klassi waħda ta' ishma, in-numru u l-valur nominali jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, il-valur ta' parità kontabilistiku għal kull klassi; |
(j) |
l-eżistenza ta’ kwalunkwe ċertifikat ta’ parteċipazzjoni, dejn obbligazzjonarju konvertibbli, warrants, opzjonijiet jew titoli jew drittijiet simili, b’indikazzjoni tan-numru u d-drittijiet li jagħtu. |
(k) |
l-isem, l-uffiċċju prinċipali jew reġistrat u l-forma ġuridika ta’ kull waħda mill-impriżi li tagħhom l-impriża tkun membru b’responsabilità illimitata; |
(l) |
l-isem u l-uffiċċju reġistrat tal-impriża li tħejji d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tal-akbar korp ta’ impriżi li l-impriża tagħmel parti minnu bħala impriża sussidjarja; |
(m) |
l-isem u l-uffiċċju reġistrat tal-impriża li tħejji d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tal-iżgħar korp ta’ impriżi li l-impriża tagħmel parti minnu bħala impriża sussidjarja u li tkun inkluża wkoll fil-korp ta’ impriżi li saret referenza għalih fil-punt (l); |
(n) |
il-post fejn jistgħu jinkisbu kopji tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati li għalihom saret referenza fil-punti (l) u (m) bil-kondizzjoni li dawn ikunu disponibbli; |
(o) |
l-approprjazzjoni proposta tal- qligħ jew it-trattament tat-telf, jew fejn applikabbli, l-approprjazzjoni tal-qligħ jew it-trattament tat-telf; |
(p) |
in-natura u l-iskop tan-negozju ta' l-arranġamenti tal-impriża li ma jkunux inklużi fil-karta tal-bilanċ, u l-impatt finanzjarju fuq l-impriża ta' dawk l-arranġamenti, sakemm ir-riskji jew benefiċċji li jirriżultaw minn tali arranġamenti jkunu materjali u sa fejn id-divulgar ta' tali riskji jew benefiċċji jkun meħtieġ sabiex tiġi evalwata l-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża; |
(q) |
in-natura u l-effetti finanzjarji ta’ avvenimenti materjali li jseħħu wara d-data tal-karta tal-bilanċ li mhumiex riflessi fil-kont tal-qligħ u t-telf jew fil-karta tal-bilanċ; u |
(r) |
it-transazzjonijiet mill-impriża li jkunu saru ma’ partijiet relatati, inkluż l-ammont ta’ dawn it-transazzjonijiet, in-natura tar-relazzjoni tal-parti relatata u informazzjoni oħra dwar it-transazzjonijiet meħtieġa sabiex wieħed jifhem il-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża. L-informazzjoni dwar transazzjonijiet individwali tista’ tiġi aggregata skont in-natura tagħhom ħlief meta tkun meħtieġa informazzjoni separata sabiex wieħed jifhem l-effetti ta’ transazzjonijiet ma’ partijiet relatati fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża. L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li jiġu żvelati biss it-transazzjonijiet ma' partijiet relatati li ma jkunux ġew konklużi taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li t-transazzjonijiet magħmula bejn membru wieħed jew aktar ta' grupp ma jiġux żvelati, sakemm is-sussidjarji li jkunu parti għat-transazzjoni jkunu kompletament proprjetà ta' tali membru. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li impriża medja tillimita l-iżvelar ta' transazzjonijiet ma' partijiet relatati għal transazzjonijiet li jsiru ma':
|
2. L-Istati Membri ma għandhomx ikunu meħtieġa japplikaw il-punt (g) tal-paragrafu 1 għal impriża li tkun impriża prinċipali rregolata mil-liġijiet nazzjonali tagħhom fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
meta l-impriża li fiha dik l-impriża prinċipali ikollha interess ta' parteċipazzjoni għall-finijiet tal-punt (g) tal-paragrafu 1 tkun inkluża fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati mħejjija minn dik l-impriża prinċipali, jew fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati ta’ korp akbar ta’ impriżi kif imsemmi fl-Artikolu 23(4); |
(b) |
meta dak l-interess ta' parteċipazzjoni jkun ġie ttrattat minn dik l-impriża prinċipali fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tagħha skont l-Artikolu 9(7), jew fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati mħejjija minn dik l-impriża prinċipali skont l-Artikolu 27(1) sa (8). |
Artikolu 18
Divulgazzjonijiet addizzjonali għall-impriżi kbar u l-entitajiet ta’ interess pubbliku
1. Fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji l-impriżi kbar u l-entitajiet ta’ interess pubbliku, minbarra l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 16 u 17 u kull dispożizzjoni oħra ta’ din id-Direttiva, jiżvelaw informazzjoni fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-fatturat nett maqsum skont il-kategorija ta’ attività u skont is-swieq ġeografiċi sa fejn dawk il-kategoriji u swieq ivarjaw sostanzjalment minn xulxin, b'kont meħud tal-mod kif ikunu organizzati l-bejgħ ta’ prodotti u l-forniment ta' servizzi; u |
(b) |
il-total ta’ tariffi għas-sena finanzjarja mitluba minn kull awditur statutorju jew ditta tal-verifika għall-verifika statutorja tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, u t-total ta’ tariffi mitluba minn kull awditur statutorju jew ditta tal-verifika għal servizzi oħra ta’ assigurazzjoni, għal servizzi ta’ konsulenza fiskali u għal servizzi oħra li mhumiex relatati mal-verifika. |
2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 titħalla barra meta l-iżvelar ta’ dik l-informazzjoni ikun ta’preġudizzju serju għall-impriża. L-Istati Membri jistgħu jissubordinaw dawn l-ommissjonijiet għal awtorizzazzjoni amministrattiva jew ġudizzjarja minn qabel. Kull ommissjoni bħal din għandha tiġi dżvelata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
3. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-punt (b) tal-paragrafu 1 ma għandux japplika għad-dikjarazzjonijiet finanzjajri annwali ta' impriża fejn dik l-impriża tkun inkluża fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji meħtieġa li jitfasslu taħt l-Artikolu 22, sakemm tali informazzjoni tingħata fin-noti mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati.
KAPITOLU 5
RAPPORT TA' ĠESTJONI
Artikolu 19
Kontenut tar-rapport ta' ġestjoni
1. Ir-rapport ta' ġestjoni għandu jinkludi analiżi xierqa tal-iżvilupp u l-prestazzjoni tan-negozju tal-impriża u tal-pożizzjoni tagħha, flimkien ma’ deskrizzjoni tar-riskji u l-inċertezzi prinċipali li tiffaċċja.
L-analiżi għandha tkun analiżi bilanċjata u komprensiva tal-żvilupp u l-prestazzjoni tan-negozju tal-impriża u tal-pożizzjoni tagħha, b’mod konsistenti mad-daqs u l-kumplessità tan-negozju.
Sal-punt meħtieġ biex wieħed jifhem l-iżvilupp, il-prestazzjoni jew il-pożizzjoni tal-impriża, l-analiżi għandha tinkludi kemm indikaturi finanzjarji ewlenin tal-prestazzjoni u, jekk ikun il-każ, indikaturi mhux finanzjarji rilevanti għan-negozju partikolari, fosthom informazzjoni li tirrigwarda kwistjonijiet ambjentali u dwar l-impjegati. Meta jipprovdi l-analiżi, ir-rapport ta' ġestjoni, fejn adatt, għandu jinkludi referenzi għal, u spjegazzjonijiet ulterjuri dwar, l-ammonti rrappurtati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali.
2. Ir-rapport ta' ġestjoni għandu jagħti wkoll indikazzjoni ta’:
(a) |
l-iżvilupp probabbli tal-impriża fil-futur; |
(b) |
attivitajiet fil-kamp tar-riċerka u l-iżvilupp; |
(c) |
l-informazzjoni dwar l-akkwisti ta' ishma proprji preskritta mill-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2012/30/UE; |
(d) |
l-eżistenza ta' fergħat tal-impriża; u |
(e) |
fir-rigward tal-użu ta’ strumenti finanzjarji mill-impriża u fejn materjali għall-valutazzjoni tal-assi, il-passivi, il-pożizzjoni finanzjarja u l-qligħ jew it-telf tagħha:
|
3. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impriżi żgħar mill-obbligu li jħejju rapporti dwar il-ġestjoni, sakemm huma jesiġu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2012/30/UE dwar l-akkwist mill-impriża ta' ishma proprji tingħata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
4. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impriżi żgħar u medji mill-obbligu stabbilit fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 sal-punt li dan jirrigwarda informazzjoni mhux finanzjarja.
Artikolu 20
Dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva
1. Impriżi msemmija fil-punt (1)(a) tal-Artikolu 2 għandhom jinkludu dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva fir-rapport ta' ġestjoni tagħha. Dik id-dikjarazzjoni għandha tiġi inkluża bħala taqsima speċifika tar-rapport ta' ġestjoni u għandha tinkludi mill-anqas l- informazzjoni li ġejja:
(a) |
referenza għal dan li ġej, fejn applikabbli:
Meta ssir referenza għal kodiċi ta’ governanza korporattiva msemmi fil-punti (i) jew (ii), l-impriża għandha tindika wkoll fejn it-testi rilevanti jkunu pubblikament disponibbli. Meta ssir referenza għall-informazzjoni msemmija fil-punt (iii), l-impriża għandha tagħmel id-dettalji tal-prattiki ta’ governanza korporattiva tagħha pubblikament disponibbli; |
(b) |
meta impriża, skont il-liġi nazzjonali, ma ssegwix il-kodiċi ta’ governanza korporattiva msemmi fil-punti (a)(i) jew (ii), spjegazzjoni mill-impriża dwar liema partijiet tal-kodiċi ta’ governanza korporattiva ma tkunx segwiet u r-raġunijiet għal dan; meta l-impriża tkun iddeċidiet li ma tirreferi għall-ebda dispożizzjoni tal-kodiċi ta’ governanza korporattiva msemmi fil-punti (a)(i) jew (ii), hija għandha tispjega r-raġunijiet tagħha għal dan; |
(c) |
deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tas-sistemi ta’ kontroll intern u tal-ġestjoni tar-riskji fir-rigward tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju; |
(d) |
l-informazzjoni rikjesta mill-punti (c), (d), (f), (h) u (i) tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar offerti ta' xiri (16), fejn l-impriża tkun soġġetta għal dik id-Direttiva; |
(e) |
sakemm l-informazzjoni ma tkunx diġà prevista kompletament fil-liġi nazzjonali, deskrizzjoni tal-operat tal-laqgħa tal-azzjonisti u s-setgħat prinċipali tagħha u deskrizzjoni tad-drittijiet tal-azzjonisti u kif dawn jistgħu jiġu eżerċitati; u |
(f) |
il-kompożizzjoni u l-operat tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija u ta' sorveljanza u l-kumitati tagħhom. |
2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-informazzjoni rikjesta mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu titqiegħed:
(a) |
f’rapport separat ippubblikat flimkien mar-rapport ta' ġestjoni fil-mod speċifikat fl-Artikolu 30; jew |
(b) |
f'dokument li jkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-impriża, li għalih ikun hemm referenza fir-rapport ta' ġestjoni. |
Dak ir-rapport separat jew dak id-dokument imsemmi fil-punti (a) u (b), rispettivament, jista' jagħmel referenza trasversali għar-rapport ta' ġestjoni, meta l-informazzjoni riskjesta mill-punt (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tkun disponibbli f'dak ir-rapport ta' ġestjoni.
3. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-verifika għandhom jesprimu opinjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) rigward l-informazzjoni ppreparata taħt il-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u għandhom jivverifikaw jekk l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b), (e) u (f) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tkunx ingħatat.
4. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw impriżi, imsemmija fil-paragrafu 1, li jkunu ħarġu biss titoli li mhumiex ishma ammessi għan-negozjar f’suq regolat, fis-sens tal-punt (14) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, mill-applikazzjoni tal-punti (a), (b), (e) u (f) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sakemm dawn l-impriżi ma jkunux ħarġu ishma li jkunu nnegozjati f’faċilità multilaterali tan-negozjar, fis-sens tal-punt (15) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE.
KAPITOLU 6
DIKJARAZZJONIJIET FINANZJARJI U RAPPORTI KKONSOLIDATI
Artikolu 21
Ambitu tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji u rapporti kkonsolidati
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, impriża prinċipali l-impriżi sussidjarji tagħha kollha jkunu impriżi li għandhom jiġu kkonsolidati meta l-impriża prinċipali tkun impriża li għaliha japplikaw il-miżuri ta’ koordinazzjoni preskritti b'din id-Direttiva in virtù tal-Artikolu 1(1).
Artikolu 22
Ir-rekwiżit li jitħejjew dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati
1. Stat Membru għandu jesiġi li kull impriża rregolata bil-liġi nazzjonali tiegħu tħejji dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u rapport ta' ġestjoni kkonsolidat jekk dik l-impriża (impriża prinċipali):
(a) |
għandha maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f'impriża oħra (impriża sussidjarja); |
(b) |
għandha d-dritt li taħtar jew tneħħi maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv, ta' tmexxija jew ta' sorveljanza ta' impriża oħra (impriża sussidjarja) u hija fl-istess ħin azzjonista jew membru ta' dik l-impriża; |
(c) |
għandha d-dritt li teżerċita influwenza dominanti fuq impriża (impriża sussidjarja) li tagħha hija azzjonista jew membru, minħabba kuntratt li sar ma' dik l-impriża jew minħabba klawsola fil-memorandum jew l-artikoli ta' assoċjazzjoni, meta l-liġi li tirregola dik l-impriża sussidjarja tippermetti li tista' tiġi soġġetta għal dawk il-kuntratti jew klawsoli. Stat Membru mhuwiex obbligat jippreskrivi li impriża prinċipali għandha tkun azzjonista jew membru tal-impriża sussidjarja tagħha. Dawk l-Istati Membri li l-liġijiet tagħhom ma jipprevedux tali kuntratti jew klawsoli ma għandhomx jintalbu japplikaw din id-dispożizzjoni; jew |
(d) |
hija azzjonist jew membru ta' impriża, u:
|
L-Istati Membri għandhom jippreskrivu għall-inqas l-arranġamenti msemmija fil-punt (ii) Dawn jistgħu jissoġġettaw l-applikazzjoni tal-punt (i) għar-rekwiżit li d-drittijiet tal-vot jirrappreżentaw mill-inqas 20 % tat-total.
Madankollu, il-punt (i) m'għandux japplika meta parti terza jkollha l-liġiijiet imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c) fir-rigward ta' dik l-impriża.
2. Barra mill-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jesiġu li kull impriża rregolata bil-liġi nazzjonali tagħhom għandha tħejji dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u rapport ta' ġestjoni kkonsolidat jekk:
(a) |
dik l-impriża (impriża prinċipali) għandha s-setgħa li teżerċita, jew fil-fatt teżerċita, influwenza dominanti jew kontroll fuq impriżi oħra (l-impriża sussidjarja); jew |
(b) |
dik l-impriża (impriża prinċipali) u impriża oħra (l-impriża sussidjarja) huma ġestiti fuq bażi unifikata mill-impriża prinċipali. |
3. Għall-finijiet tal-punti (a), (b) u (d) tal-paragrafu 1, id-drittijet tal-vot u d-drittijiet ta' ħatra u tneħħija ta' kull impriża sussidjarja oħra kif ukoll dawk ta' kull persuna li taġixxi f'isimha stess iżda għan-nom tal-impriża prinċipali jew ta' impriża sussidjarja oħra għandhom jiżdiedu ma' dawk tal-impriża prinċipali.
4. Għall-finijiet tal-punti (a), (b) u (d) tal-paragrafu 1, id-drittijiet imsemmijin fil-paragrafu 3 għandhom jitnaqqsu bid-drittijiet:
(a) |
marbutin ma' azzjonijiet miżmumin għan-nom ta' persuna li la hija l-impriża prinċipali u lanqas sussidjarja ta' dik l-impriża prinċipali; jew |
(b) |
marbutin ma' azzjonijiet:
|
5. Għall-finijiet tal-punti (a) u (d) tal-paragrafu 1, it-total tal-jeddijiet għall-vot tal-azzjonisti jew membri fl-impriża sussidjarja għandhom jitnaqqsu bil-jeddijiet għall-vot li jmorru mal-ishma miżmuma minn dik l-impriża nnifisha, minn impriża sussidjarja ta' dik l-impriża jew minn persuna li taġixxi f'isimha stess iżda għan-nom ta' dawk l-impriżi.
6. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23(9) impriża prinċipali u l-impriżi sussidjarji tagħha kollha huma impriżi li għandhom jiġu kkonsolidati irrispettivament minn fejn jinsabu l-uffiċċji reġistrati ta’ dawk l-impriżi sussidjarji.
7. Mingħajr preġudizzju għal dan l-Artikolu u għall-Artikoli 21 u 23, Stat Membru jista’ jesiġi li kull impriża regolata bil-liġi nazzjonali tagħha tħejji dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u rapport ta' ġestjoni kkonsolidat jekk:
(a) |
dik l-impriża u waħda jew aktar impriżi oħrajn li ma jkunux relatati magħha kif deskritt fil-paragrafi 1 jew 2, huma ġestiti fuq bażi unifikata skont:
|
(b) |
il-korpi amministrattivi, ta' tmexxija jew ta' sorveljanza ta’ dik l-impriża u ta’ impriża waħda jew aktar oħrajn li ma jkunux relatati magħha, kif deskritt fil-paragrafi 1 jew 2, jikkonsistu fil-maġġoranza tal-istess persuni fil-kariga matul is-sena finanzjarja u sakemm jitħejjew id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati. |
8. Meta tiġi eżerċitata l-għażla tal-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 7, l-impriżi deskritti f’dak il-paragrafu u l-impriżi sussidjarji kollha tagħhom għandhom jiġu kkonsolidati, meta impriża waħda jew aktar minn dawk l-impriżi tkun stabbilita bħala waħda mit-tipi ta’ impriża elenkati fl-Anness I jew fl-Anness II.
9. Il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 23(1), (2), (9) u (10) u l-Artikoli 24 sa 29 għandhom japplikaw għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat imsemmi fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, soġġett għall-modifiki li ġejjin:
(a) |
ir-referenzi għall-impriżi prinċipali għandhom jiġu interpretati li jirreferu għall-impriżi kollha speċifikati fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu; u |
(b) |
mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 24(3), l-entrati ‧kapital‧, ‧kont tal-premium azzjonarju‧, ‧riżerva tar-rivalutazzjoni‧, ‧riżervi‧, ‧qligħ jew telf riportat‧, u ‧qligħ jew telf għas-sena finanzjarja‧, li għandhom jiddaħħlu fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji ikkonsolidati għandhom ikunu l-ammonti kkombinati attribwibbli għal kull waħda mill-impriżi speċifikati fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu. |
Artikolu 23
Eżenzjonijiet mill-konsolidazzjoni
1. Gruppi żgħar għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jħejju dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u rapport ta' ġestjoni kkonsolidat, ħlief meta impriża assoċjata tkun entità ta’ interess pubbliku.
2. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw gruppi ta' daqs medju mill-obbligu li jħejju dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u rapport ta' ġestjoni kkonsolidat, ħlief meta impriża assoċjata tkun entità ta’ interess pubbliku.
3. Minkejja l-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, fil-każijiet li ġejjin, Stat Membru għandu jeżenta mill-obbligu ta' tħejjija ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u rapport ta' ġestjoni kkonsolidat kwalunkwe impriża prinċipali (l-impriża eżentata) irregolata mil-liġi nazzjonali tagħha li hija wkoll impriża sussidjarja, inkluż entità ta' interess pubbliku sakemm din l-entità ta' interess pubbliku ma taqax taħt il-punt (1)(a) tal-Artikolu 2, jekk l-impriża prinċipali tagħha stess tkun irregolata mil-liġi ta' Stat Membru u:
(a) |
l-impriża prinċipali tal-impriża eżentata jkollha l-ishma kolla tal-impriża eżentata. L-ishma f'dik l-impriża eżentata miżmumin minn membri tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija jew ta' sorveljanza tagħha minħabba obbligu legali jew obbligu fil-memorandum jew l-artikoli ta' assoċjazzjoni tagħha għandhom jiġu injorati għal dan l-iskop; jew |
(b) |
l-impriża prinċipali tal-impriża eżentata jkolla 90 % jew iżjed tal-ishma tal-impriża eżentata u l-azzjonisti jew il-membri rimanenti tal-impriża eżentata jkunu approvaw l-eżenzjoni. |
4. L-eżenzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 3 għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
l-impriża eżentata u, mingħajr ħsara għall-paragrafu 9, l-impriżi sussidjarji kollha tagħha jiġu kkonsolidati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’ korp akbar ta’ impriżi, li l-impriża prinċipali tagħhom tkun irregolata mil-liġi ta’ Stat Membru; |
(b) |
id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati msemmijin fil-punt (a) u r-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat tal-korp akbar ta’ impriżi għandhom jitħejjew mill-impriża prinċipali ta' dak il-korp, skont il-liġi tal-Istat Membru li jirregola dik l-impriża prinċipali skont din id-Direttiva jew skont l-istandards internazzjonali kontabbilistiċi adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002; |
(c) |
fir-rigward tal-impriża eżentata, għandhom jiġu ppubblikati d-dokumenti li ġejjin fil-mod preskritt bil-liġi tal-Istat Membru li jirregola dik l-impriża eżentata skont l-Artikolu 30.
Dak l-Istat Membru jista' jesiġi li d-dokumenti msemmijin fil-punti (i), (ii) u (iii) għandhom jiġu ppubblikati fil-lingwa uffiċjali tiegħu u li kwalunkwe traduzzjoni tagħhom tkun iċċertifikata; |
(d) |
in-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tal-impriża eżentata jiżvelaw dan li ġej:
|
5. Fil-każijiet li mhumiex koperti mill-paragrafu 3, Stat Membru jista’, mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, jeżenta mill-obbligu ta' tħejjija ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u rapport ta' ġestjoni kkonsolidat lil kull impriża prinċipali (l-impriża eżentata) regolata mil-liġi nazzjonali tagħha li tkun ukoll impriża sussidjarja, inkluż entità ta' interess pubbliku sakemm dik l-entità ta' interess pubbliku ma taqax taħt il-punt (1)(a) tal-Artikolu 2, li l-impriża prinċipali tagħha tkun regolata bil-liġi ta' Stat Membru, sakemm il-kondizzjonijiet kollha stipulati fil-paragrafu 4 jiġu ssodisfati u sakemm ukoll:
(a) |
li l-azzjonisti jew il-membri tal-impriża eżentata li jkollhom proporzjon minimu tal-kapital sottoskritt ta’ dik l-impriża ma jkunux talbu t-tħejjija ta’ dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati mill-anqas sitt xhur qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja; |
(b) |
il-proporzjon minimu msemmi fil-punt (a) ma jkunx ogħla mil-limiti li ġejjin:
|
(c) |
l-Istat Membru ma jissubordinax l-eżenzjoni għal:
|
6. Stat Membru jista’ jissubordina l-eżenzjonijiet previsti fil-paragrafi 3 u 5 għall-iżvelar ta’ informazzjoni addizzjonali, f’konformità ma’ din id-Direttiva, fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati msemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 4, jew f'appendiċi għalihom, jekk dik l-informazzjoni tkun rikjesta minn impriżi regolati mil-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru li jkunu obbligati li jħejju dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u li qegħdin fl-istess ċirkostanzi.
7. Il-paragrafi 3 sa 6 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru dwar it-tħejjija ta’ dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati jew rapporti ta' ġestjoni kkonsolidati sa fejn dawk id-dokumenti jkunu rikjesti:
(a) |
għall-informazzjoni tal-impjegati jew tar-rappreżentanti tagħhom; jew |
(b) |
minn awtorità amminstrattiva jew ġudizzjarja għall-iskopijiet proprji. |
8. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2, 3 u 5 ta’ dan l-Artikolu, Stat Membru li jipprevedi eżenzjonijiet taħt il-paragrafi 3 u 5 ta' dan l-Artikolu, jista’ wkoll jeżenta mill-obbligu tat-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u rapport ta' ġestjoni kkonsolidat lil kull impriża prinċipali (l-impriża eżentata) regolata mil-liġi nazzjonali tiegħu li tkun ukoll impriża sussidjarja, inkluż entità ta' interess pubbliku sakemm din l-entità ta' interess pubbliku ma taqax taħt il-punt 1(a) tal-Artikolu 2, impriża prinċipali li ma tkunx regolata mil-liġi ta’ Stat Membru, jekk ikunu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
l-impriża eżentata u, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 9, l-impriżi sussidjarji tagħha kollha jkunu kkonsolidati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’ korp akbar ta’ impriżi; |
(b) |
id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati imsemmijin fil-punt (a) u, fejn adatt, ir-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat jitħejjew:
|
(c) |
id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati msemmijin fil-punt (a) ikunu ġew ivverifikati minn awditur statutorju wieħed jew iktar jew ditta tal-verifika waħda jew aktar awtorizzati biex jivverifikaw dikjarazzjonijiet finanzjarji taħt il-liġi nazzjonali li tirregola l-impriża li tkun ħejjiet dawk id-dikjarazzjonijiet. |
Il-punti (c) u (d) tal-paragrafu 4(c) u (d), u l-paragrafi 5, 6 u 7 għandhom japplikaw.
9. M'hemmx obbligu li impriża, inkluż entità ta’ interess pubbliku, tiġi inkluża f'dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati meta tiġi ssodisfata tal-anqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
f'każijiet estremamenti rari fejn l-informazzjoni neċessarja għat-tħejjija ta’ dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati skont din id-Direttiva ma tistax tinkiseb mingħajr spiża sproporzjonata jew dewmien eċċessiv; |
(b) |
l-ishma ta’ dik l-impriża jkunu miżmuma esklużivament bil-għan li jerġgħu jinbiegħu. jew jew |
(c) |
restrizzjonijiet severi u fit-tul ifixklu sostanzjalment:
|
10. Mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 6(1), l-Artikolu 21 u l-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe impriża prinċipali, inkluż entità ta' interess pubbliku, għandha tiġi eżentata mill-obbligu impost fl-Artikolu 22 jekk:
(a) |
ikollha biss impriżi sussidjarji, li huma immaterjali, kemm individwalment kif ukoll kollettivament; jew |
(b) |
l-impriżi sussidjarji kollha tagħha jistgħu jiġu esklużi mill-konsolidament skont il-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu. |
Artikolu 24
It-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati
1. Il-Kapitoli 2 u 3 għandhom japplikaw fir-rigward ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati, b'kont meħud tal-aġġustamenti essenzjali li jirriżultaw mill-karatteristiċi partikolari tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati meta mqabbla mar-rapporti finanzjarji annwali.
2. L-assi u l-passivi ta' impriżi inklużi f'konsolidament għandhom jiġu inkorporati sħaħ fil-karta tal-bilanċ ikkonsolidata.
3. Il-valuri skont il-kotba tal-ishma fil-kapital ta’ impriżi inklużi f’konsolidament għandhom jiġu bbilanċjati mal-proporzjon li jirrappreżentaw tal-kapital u r-riżervi ta’ dawk l-impriżi skont dan li ġej:
(a) |
ħlief fil-każ ta' ishma fil-kapital tal-impriża prinċipali miżmumin jew minn dik l-impriża stess jew minn impriża oħra inkluża fil-konsolidament, li għandhom jiġu ttrattati bħala ishma proprji skont il-Kapitolu 3, dak l-ibbilaċjar għandu jsir abbażi tal-valuri skont il-kotba kif jidhru fid-data li fiha dawk l-impriżi jiġu inklużi fil-konsolidament għall-ewwel darba. Id-differenzi li jirriżultaw minn dak l-ibbilaċjar għandhom, sa fejn possibbli, jiddaħħlu direttament kontra dawk l-entrati fil-karta tal-bilanċ ikkonsolidata li jkollhom valuri ogħla jew taħt il-valuri tagħhom skont il-kotba; |
(b) |
Stat Membru jista’ jippermetti jew jesiġi l-ibbilanċjar abbażi tal-valuri ta’ assi u passivi identifikabbli fid-data tal-akkwist tal-ishma jew, fil-każ ta’ akkwist f’żewġ stadji jew aktar, fid-data li fiha l-impriża tkun saret sussidjarja; |
(c) |
kwalunkwe differenza li tibqa’ wara l-applikazzjoni tal-punt (a) jew li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-punt (b) tintwera bħala avvjament fil-karta tal-bilanċ ikkonsolidata; |
(d) |
il-metodi użati biex jiġi kkalkulat il-valur tal-avvjament u kull varjazzjoni importanti fil-valur fir-rigward tas-sena finanzjarja preċedenti għandhom jiġu spjegati fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji. |
(e) |
meta l-ibbilanċjar bejn avvjament pożittiv u negattiv ikun awtorizzat minn Stat Membru, in-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandu jkun fihom analiżi tal-avvjament; |
(f) |
avvjament negattiv jista’ jiġi trasferit għar-rapport tal-qligħ u t-telf ikkonsolidat meta tali trattament ikun skont il-prinċipji stabbiliti fil-Kapitolu 2. |
4. Meta ishma f'impriżi sussidjarji inklużi fil-konsolidament ikunu miżmuma minn persuni li mhumiex dawk l-impriżi, l-ammont attribwibbli għal dawk l-ishma għandhom jintwerew separatament fil-karta tal-bilanċ ikkonsolidata bħala interessi mingħajr dritt ta' kontroll.
5. L-introjtu u n-nefqa ta’ impriżi inklużi fil-konsolidament għandhom jiġu inkorporati sħaħ fir-rapport tal-qligħ u t-telf ikkonsolidat.
6. L-ammont ta' kwalunkwe qligħ jew telf attribwibbli għall-ishma msemmijin fil-paragrafu 4 għandhom jintwerew separatament fir-rapport tal-qligħ u t-telf ikkonsolidat bħala l-qligħ jew it-telf attribwibbli għall-interessi mingħajr dritt ta' kontroll.
7. Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għandhom juru l-assi, il-passivi, il-pożizzjonijiet finanzjarji, il-qligħ jew it-telf tal-impriżi inklużi f’konsolidament daqs li kieku kienu impriża waħda. B'mod partikolari, dawn li ġejjin għandhom jiġu eliminati mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati:
(a) |
djun u pretensjonijiet bejn l-impriżi; |
(b) |
l-introjtu u n-nefqa li jirrigwardaw tranżazzjonijiet bejn l-impriżi; u |
(c) |
qligħ u telf li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet bejn l-impriżi, meta dawn jiġu inklużi fil-valuri skont il-kotba tal-assi. |
8. Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għandhom jitħejjew fl-istess data bħar-rapporti finanzjarji annwali tal-impriża prinċipali.
Madankollu, Stat Membru jista’ jippermetti jew jesiġi li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati jitħejjew f’data oħra sabiex jittieħed kont tad-dati tal-karti tal-bilanċ tal-akbar numru tal-impriżi jew tal-aktar importanti minnhom inklużi fil-konsolidament, sakemm:
(a) |
dak il-fatt jiġi żvelat fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u jingħataw ir-raġunijiet; |
(b) |
jiġu kkunsidrati jew issir divulgazzjoni ta’ avvenimenti importanti li jirrigwardaw l-assi u l-passivi, il-pożizzjoni finanzjarja u l-qligħ jew it-telf ta’ impriża inkluża f’konsolidament, li jkunu seħħu bejn id-data tal-karta tal-bilanċ ta’ dik l-impriża u d-data tal-karta tal-bilanċ ikkonsolidata; u |
(c) |
meta d-data tal-karta tal-bilanċ ta’ impriża tiġi qabel jew issegwi d-data tal-karta tal-bilanċ ikkonsolidata b’aktar minn tliet xhur, dik l-impriża għandha tiġi kkonsolidata fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji interim imħejjija fid-data tal-karta tal-bilanċ ikkonsolidata. |
9. Jekk il-kompożizzjoni tal-impriżi inklużi f’konsolidament tkun inbidlet b’mod sinifikanti matul sena finanzjarja, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għandu jkun fihom informazzjoni li tippermetti li t-tqabbil ta’ settijiet suċċessivi ta’ rapporti finanzjarji kkonsolidati jagħmel sens. Dan l-obbligu jista' jiġi ssodisfat bit-tħejjija ta’ karta tal-bilanċ aġġustata u komparattiva u rapport tal-intrjotu aġġustat u komparattiv.
10. L-assi u l-passivi inklużi fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għandhom jiġu kkalkulati fuq bażi uniformi u skont il-Kapitolu 2.
11. Impriża li tħejji dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għandha tapplika l-istess bażijiet ta’ kalkolu li huma applikati fir-rapporti finanzjarji annwali tagħha. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li jintużaw bażijiet oħra ta’ kalkolu skont il-Kapitolu 2 fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati. Meta jsir użu minn din id-deroga, dak il-fatt għandu jiġi żvelat fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati flimkien mar-raġunijiet mogħtija.
12. Meta l-assi u l-passivi inklużi fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati jkunu ġew ikkalkolati minn impriżi inklużi għall-fini tal-konsolidament permezz ta’ bażijiet li jkunu differenti minn dawk użati għall-konsolidament, dawk l-assi u l-passivi għandom jiġu kkalkulati mill-ġdid skont il-bażijiet użati għall-konsolidament. Derogi minn dan ir-rekwiżit huma permissibbli f'każijiet eċċezzjonali. Kwalunkwe deroga bħal din tiġi żvelata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-raġunijiet għaliha.
13. Il-bilanċi ta’ taxxa differita għandhom jiġu rikonoxxuti mal-konsolidament sakemm ikun probabbli li jinħoloq addebitament ta’ taxxa fil-futur qrib għal waħda mill-impriżi inklużi fil-konsolidament.
14. Meta l-assi inklużi fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati kienu s-suġġett ta’ aġġustamenti tal-valur unikament għall-finijiet ta’ taxxa, huma jiġu inkorporati fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati biss wara li dawk l-aġġustamenti jkunu ġew eliminati.
Artikolu 25
Kombinamenti ta' negozji fi grupp
1. Stat Membru jista' jippermetti jew jesiġi li l-valuri skont il-kotba tal-ishma miżmuma fil-kapital ta' impriża inkluża fil-konsolidament jiġu bbilanċjati biss mal-perċentwali ta' kapital korrispondenti, sakemm l-impriżi fil-kombinament ta' negozji jkunu fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollati mill-istess parti kemm qabel kif ukoll wara kombinament ta' negozji, u li dak il-kontroll ma jkunx transitorju.
2. Kull differenza li toħroġ taħt il-paragrafu 1 għandha tiżdied jew titnaqqas mir-riżervi kkonsolidati, kif xieraq.
3. L-applikazzjoni tal-metodu deskritt fil-paragrafu 1, il-moviment li jirriżulta fir-riżervi u l-ismijiet u uffiċċji reġistrati tal-impriżi kkonċernati għandhom jiġu żvelati fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati.
Artikolu 26
Konsolidament proporzjonali
1. Meta impriża inkluża f’konsolidament tmexxi impriża oħra flimkien ma’ impriża waħda jew aktar li jkunux inklużi f’dak il-konsolidament, l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu l-inklużjoni ta’ dik l-impriża l-oħra fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati b’mod proporzjonali mad-drittijiet fil-kapital tagħha miżmuma mill-impriża inkluża fil-konsolidament.
2. L-Artikolu 23(9) u (10) u l-Artikolu 24 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-konsolidament proporzjonali msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 27
Kontabbiltà bil-metodu tal-ekwità ta' impriżi assoċjati
1. Meta impriża inkluża f’konsolidament jkollha impriża assoċjata, dik l-impriża assoċjata għandha tintwera fil-karta tal-bilanċ ikkonsolidata bħala entrata separata b'intestatura adatta.
2. Meta dan l-Artikolu jiġi applikat għall-ewwel darba għal impriża assoċjata, dik l-impriża assoċjata għandha tintwera fil-karta tal-bilanċ ikkonsolidata jew:
(a) |
bil-valur tiegħu fil-kotba ikkalkolat skont ir-regoli ta' kejl stipulati fil-Kapitoli 2 u 3. Id-differenza bejn dak il-valur u l-ammont li jikkorrispondi mal-proporzjon ta' kapital u riżervi rappreżentati minn dak l-interess ta' parteċipazzjoni f'dik l-impriża assoċjata għandha tiġi żvelata separatament fil-karta tal-bilanċ ikkonsolidata jew fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati. Dik id-differenza għandha tiġi kkalkulata fid-data li fiha dak il-metodu jkun intuża għall-ewwel darba; jew |
(b) |
f’ammont li jikkorrispondi mal-proporzjon tal-kapital u tar-riżervi tal-impriża assoċjata rappreżentat bl-interess ta' parteċipazzjoni f'din l-impriża assoċjata. Id-differenza bejn dak l-ammont u l-valur imniżżel fil-kotba kkalkulat skont ir-regoli ta' kejl stipulati fil-Kapitoli 2 u 3 għandha tiġi dżvelata separatament fil-karta tal-bilanċ ikkonsolidata jew fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati. Dik id-differenza għandha tiġi kkalkulata fid-data li fiha dak il-metodu jkun intuża għall-ewwel darba. |
Stat Membru jista' jippreskrivi l-applikazzjoni ta' wieħed jew iktar mill-għażliet mogħtija fil-punti (a) u (b). F'każijiet bħal dawn, il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata jew in-noti tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għandhom jindikaw liema minn dawk l-għażliet intużat.
Barra minn hekk, għall-finijiet tal-punti (a) u (b), Stat Membru jista' jippermetti jew jesiġi l-kalkolu tad-differenza fid-data ta' akkwist tal-ishma jew, meta dawn ġew akkwistati f'żewġ stadji jew iktar, fid-data li fiha l-impriża saret impriża assoċjata.
3. Meta l-assi jew il-passivi ta' impriżi assoċjati ikunu ġew valutati b'metodi li mhumiex dawk użati għal konsolidazzjoni skond l-Artikolu 24(11), dawn jistgħu, għall-iskop ta' kalkolu tad-differenza msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2, jiġu valutati mill-ġdid bil-metodi użati għal konsolidazzjoni. Meta ma jkunx sar dan il-kalkolu mill-ġdid dak il-fatt għandu jiġi żvelat fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati; Stat Membru jista' jesiġi dik il-valutazzjoni mill-ġdid.
4. Il-valur fil-kotba imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2, jew l-ammont li jikkorrispondi għall-proporzjon tal-kapital u riservi tal-impriża assoċjata msemmija fil- punt (b) tal-paragrafu 2, għandu jiżdied jew jitnaqqas bl-ammont ta' kull varjazzjoni li tkun saret matul is-sena finanzjarja fil-proporzjon tal-kapital u riservi tal-impriża assoċjata rappreżentata minn dak l-interess ta' parteċipazzjoni; huwa għandu jitnaqqas bl-ammont tad-dividendi li jirreferixxu għal dak l-interess ta' parteċipazzjoni.
5. Sa fejn id-differenza pozittiva msemmija fil- punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 ma tistax tirreferixxi għal xi kategorija ta' assi jew passivi hija għandha tiġi trattata skont ir-regoli applikabbli mal-entrata ‧avvjament‧ kif stipulati fil- punt (d) tal-Artikolu 12(6), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(11), il-punt (c) tal-Artikolu 24(3), u l-Anness III u l-Anness IV.
6. Il-proporzjon tal-qligħ jew it-telf tal-impriżi assoċjati attribwibbli lill-interessi ta' parteċipazzjoni f'dawn l-impriżi assoċjati għandu jintwera fir-rapport tal-introjtu kkonsolidat bħala entrata separata taħt intestatura xierqa.
7. L-eliminazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 24(7) għandhom jiġu effettwati sa fejn il-fatti huma magħrufa jew jistgħu jkunu aċċertati.
8. Meta impriża assoċjata tħejji rapporti finanzjarji kkonsolidati, il-paragrafi 1 sa 7 għandhom japplikaw għall-kapital u r-riżervi li jidhru f’dawn ir-rapporti finanzjarji kkonsolidati.
9. Mhuwiex neċessarju li dan l-Artikolu jiġi applikat meta l-interess ta' parteċipazzjoni fil-kapital tal-impriża assoċjata ma jkunx materjali.
Artikolu 28
In-noti għar-rapporti finanzjarji kkonsolidati
1. In-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati jistabbilixxu l-informazzjoni rikjesti mill-Artikoli 16, 17 u 18, flimkien ma' kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa skont dispożizzjonijiet oħra ta’ din id-Direttiva b'mod li jiffaċilita l-valutazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja tal-impriżi inklużi fil-konsolidament meħudin flimkien, filwaqt li jittieħed kont tal-aġġustamenti essenzjali bħala riżultat tal-karatteristiċi partikolari tar-rapporti finanzjarji kkonsolidati meta mqabbla mar-rapporti finanzjarji annwali, inkluż dan li ġej:
(a) |
fl-iżvelar ta’ tranżazzjonijiet bejn partijiet relatati, it-tranżazzjonijiet bejn partijiet relatati inklużi f’konsolidament li jiġu eliminati mal-konsolidament ma għandhomx jiġu inklużi; |
(b) |
fl-iżvelar tan-numru medju ta’ impjegati li kienu impjegati matul is-sena finanzjarja jkun hemm divulgazzjoni separata tan-numru medju ta’ impjegati li kienu impjegati mill-impriżi li huma kkonsolidati b’mod proporzjonali; u |
(c) |
fl-iżvelar tal-ammonti ta’ emolumenti u ta’ ħlas bil-quddiem u ta’ krediti mogħtija lil membri tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija u ta' sorveljanza, għandhom jiġu żvelati biss l-ammonti mogħtija mill-impriża prinċipali u l-impriżi sussidjarji tagħha lil membri tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija u ta' sorveljanza tal-impriża prinċipali. |
2. In-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għandhom, minbarra l-informazzjoni riskjesta taħt il-paragrafu 1, jagħtu l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
fir-rigward ta' impriżi li huma inklużi fil-konsolidament:
L-istess informazzjoni għandha tingħata fir-rigward ta’ impriżi esklużi minn konsolidament għar-raġunijiet ta' nuqqas ta' materjalità skont il- punt (j) tal-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 23(10) u għandha tingħata spjegazzjoni għall-esklużjoni tal-impriżi msemmijin fl-Artikolu 23(9); |
(b) |
l-ismijiet u l-uffiċċji reġistrati ta’ impriżi assoċjati inklużi fil-konsolidament kif deskritt fl-Artikolu 27(1) u l-proporzjon tal-kapital tagħhom miżmum mill-impriżi inklużi fil-konsolidament jew minn persuni li jaġixxu f’isimhom stess imma għan-nom ta’ dawk l-impriżi; |
(c) |
l-ismijiet u l-uffiċċji reġistrati ta’ impriżi kkonsolidati b'mod proporzjonali skont l-Artikolu 26, il-fatturi li fuqhom tkun ibbażata l-ġestjoni konġunta ta' dawk l-impriżi, u l-proporzjon tal-kapital tagħhom miżmum mill-impriżi inklużi fil-konsolidament jew minn persuni li jaġixxu f’isimhom stess imma għan-nom ta’ dawk l-impriżi; u |
(d) |
fir-rigward ta' kull waħda mill-impriżi, għajr dawk imsemmijin fil-punti (a), (b) u (c), li fihom l-impriżi inklużi fil-konsolidament, jew huma nfushom jew permezz ta’ persuni li jaġixxu f’isimhom stess imma għan-nom ta’ dawk l-impriżi, ikollhom interess ta' parteċipazzjoni:
|
L-informazzjoni dwar il-kapital u r-riżervi u l-qligħ jew it-telf tista’ wkoll titħalla barra meta l-impriża kkonċernata ma tippubblikax il-karta tal-bilanċ tagħha.
3. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-informazzjoni rikjesta mill-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 2 tieħu l-forma ta’ dikjarazzjoni ffaljata skont l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2009/101/KE. L-iffaljar ta’ tali dikjarazzjoni għandu jiġi żvelat fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati. L-Istati Membri jistgħu jippermettu wkoll li dik l-informazzjoni titħalla barra meta n-natura tagħha tkun tali li l-iżvelar tagħha jkun ta’ ħsara serja għal kwalunkwe waħda mill-impriża li għaliha tirreferi. L-Istati Membri jistgħu jissubordinaw dawn l-ommissjonijiet għal awtorizzazzjoni amministrattiva jew ġudizzjarja minn qabel. Kull ommissjoni bħal din għandha tiġi żvelata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati.
Artikolu 29
Ir-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat
1. Ir-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat għandu bħala minimu, minbarra kull informazzjoni oħra rikjesta skont dispożizzjonijiet oħra ta’ din id-Direttiva, juri l-informazzjoni rikjesta mill-Artikoli 19 u 20, b'kont meħud tal-aġġustamenti essenzjali li jirriżultaw mill-karatteristiċi partikolari ta’ rapport ta' ġestjoni kkonsolidat meta mqabbel ma’ rapport ta' ġestjoni b'mod li tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-pożizzjoni tal-impriżi inklużi fil-konsolidament meħuda flimkien.
2. L-aġġustamenti li ġejjin fl-informazzjoni rikjesti mill-Artikoli 19 u 20 għandhom japplikaw:
(a) |
fir-rappurtar tad-dettalji tal-ishma proprji akkwistati, ir-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat għandu jindika n-numru u l-valur nominali jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, il-valur tal-parità kontabilistiku tal-ishma kollha tal-impriża prinċipali miżmuma minn dik l-impriża prinċipali, minn impriżi sussidjarji ta’ dik l-impriża prinċipali jew minn persuna li taġixxi f’isimha stess imma għan-nom ta’ kwalunkwe waħda minn dawk l-impriżi. Stat Membru jista’ jippermetti jew jesiġi l-iżvelar ta’ dawk id-dettalji fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati; |
(b) |
fir-rappurtar dwar is-sistemi ta’ kontroll intern u ta' ġestjoni tar-riskji, id-dikjarazzjoni ta’ governanza korporattiva għandha tirreferi għall-karatteristiċi ewlenin tas-sistemi ta’ kontroll intern u ta' ġestjoni tar-riskji għall-impriżi inklużi fil-konsolidament, meħuda flimkien. |
3. Meta jkun rikjest rapport ta' ġestjoni kkonsolidat flimkien mar-rapport ta' ġestjoni, iż-żewġ rapporti jistgħu jiġu ppreżentati bħala rapport wieħed.
KAPITOLU 7
PUBBLIKAZZJONI
Artikolu 30
Rekwiżit ġenerali għall-pubblikazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi jippubblikaw, fi żmien raġonevoli li m’għandux jaqbeż 12-il xahar wara d-data tal-karta tal-bilanċ, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u r-rapport ta' ġestjoni approvati, flimkien mal-opinjoni ppreżentata mill-awditur statutorju jew ditta tal-verifika msemmija fl-Artikolu 34 ta' din id-Direttiva, kif stabilit mil-liġijiet ta’ kull Stat Membru f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE.
L-Istati Membri jistgħu, madankollu, jeżentaw impriżi mill-obbligu li jippubblikaw ir-rapport ta' ġestjoni, fejn kopja tar-rapport kollu jew parti minnu tista' tinkiseb faċilment meta tintalab bi prezz li ma jaqbiżx l-ispiża amministrattiv tagħha.
2. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw impriża msemmija fl-Anness II li għaliha japplikaw il-miżuri ta' koordinazzjoni preskritti minn din id-Direttiva permezz tal-punt (b) tal-Artikolu 1(1) milli tippubblika d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha f'konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE, sakemm dawk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji jkunu disponibbli għall-pubbliku fl-uffiċċju prinċipali tagħha, fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
il-membri kollha tal-impriża kkonċernata li jkollhom responsabilità illimitata jkunu impriżi msemmija fl-Anness I li huma rregolati mil-liġijiet ta’ Stati Membri għajr l-Istat Membru li l-liġi tiegħu tirregola dik l-impriża, u l-ebda waħda minn dawk l-impriżi ma tippubblika d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-impriża kkonċernata mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha stess; |
(b) |
il-membri kollha tal-impriża kkonċernata li jkollhom responsabilità illimitata jkunu impriżi li mhumiex irregolati mil-liġijiet ta’ Stat Membru imma li jkollhom forma ġuridika komparabbli għal dawk imsemmija fid-Direttiva 2009/101/KE. |
Kopji tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji jkunu jistgħu jinkisbu meta jintalbu. Il-prezz ta' tali kopja ma għandux ikun ogħla min-nefqa amministrattiva tagħha.
3. Il-paragrafu 1 għandu japplika fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti dwar il-ġestjoni kkonsolidati.
Meta l-impriża li tkun qed tħejji d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tkun stabbilita bħala waħda mit-tipi ta’ impriżi elenkati fl-Anness II u ma tkunx obbligata mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tagħha li tippubblika d-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1 bl-istess mod kif preskritt fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE, hija għandha, bħala minimu, tagħmel dawk id-dokumenti disponibbli għall-pubbliku fl-uffiċċju prinċipali tagħha u għandha tipprovdi kopja fuq talba, li l-prezz tagħha ma għandux ikun ogħla min-nefqa amministrattiva tagħha.
Artikolu 31
Simplifikazzjonijiet għall-impriżi żgħar u medji
1. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impriżi żgħar mill-obbligu li jippubblikaw ir-rapporti tal-introjtu u r-rapporti dwar il-ġestjoni tagħhom.
2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-impriżi medji jippubblikaw:
(a) |
karti tal-bilanċ mqassra li juru biss dawk l-entrati li jiġu wara l-ittri u n-numri Rumani fl-Annessi III u IV u jiżvelawhom b’mod separat, jew fil-karta tal-bilanċ jew fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji:
|
(b) |
noti fil-qosor għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom mingħajr l-informazzjoni rikjesta fil- punti (f) u (j) tal- Artikolu 17(1). |
Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30(1), sa fejn dak l-Artikolu jirreferi għar-rapport tal-qligħ u t-telf, ir-rapport ta' ġestjoni u l-opinjoni tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-verifika.
Artikolu 32
Rekwiżiti oħra għall-pubblikazzjoni
1. Meta d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u r-rapport ta' ġestjoni jiġu ppubblikati sħaħ, dawn għandhom jiġu riprodotti fil-forma u t-test li fuq il-bażi tagħhom l-awditur statutorju jew id-ditta tal-verifika jkunu fasslu l-opinjoni tagħhom. Huma għandhom ikollhom magħhom it-test sħiħ tar-rapport tal-verifika.
2. Jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali ma jiġux ippubblikati sħaħ, il-verżjoni fil-qosor ta' dawn ir-rapporti finanzjarji, li m'għandhiex tkun akkumpanjata mir-rapport tal-awditjar, għandha:
(a) |
tindika li li l-verżjoni pubblikata hija mqassra; |
(b) |
tirreferi għar-reġistru li fih ikunu ġew depożitati d-dikjarazzjonijiet finanzjarji skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE jew, meta r-rapporti finanzjarji jkunu għadhom ma ġewx depożitati, tiżvela dak il-fatt; |
(c) |
tiżvela jekk ġietx espressa opinjoni tal-awditur mhux kwalifikata, kwalifikata jew negattiva mill-awditur statutorju jew mid-ditta tal-verifika, jew jekk l-awditur statutarju jew id-ditta tal-verifika ma setgħux jesprimu opinjoni tal-awditur. |
(d) |
tiżvela jekk ir-rapport tal-awditjar jinkludix referenza għal xi kwistjonijiet li dwarhom l-awditur statutorju jew id-ditta tal-verifika kienu ġibdu l-attenzjoni permezz ta’ enfasi mingħajr ma kkwalifikaw l-opinjoni tal-awditur. |
Artikolu 33
Obbligu u responsabbiltà għat-tħejjija u l-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji u r-rapport ta' ġestjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija u ta' sorveljanza ta' impriża, waqt li jaġixxu fil-limit tal-kompetenzi assenjati lilhom mil-liġi nazzjonali, għandhom ir-responsabbiltà kollettiva li jiżguraw li:
(a) |
id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, ir-rapport ta' ġestjoni u, meta tingħata separatament, id-dikjarazzjoni ta’ governanza korporattiva; u |
(b) |
id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati, ir-rapporti dwar il-ġestjoni kkonsolidati u, meta tingħata separatament, id-dikjarazzjoni kkonsolidata ta’ governanza korporattiva, |
jitħejjew u jiġu ppubblikati f'konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom dwar ir-responsabbiltà, tal-inqas fir-rigward tal-impriża, japplikaw għall-membri tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija u ta' sorveljanza tal-impriżi għall-ksur tal-obbligi imsemmijin fil-paragrafu 1.
KAPITOLU 8
VERIFIKA
Artikolu 34
Rekwiżit ġenerali
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku, ta’ impriżi medji u kbar jiġu verifikati minn awditur statutorju wieħed jew aktar jew minn ditta tal-verifika waħda jew aktar li jkunu approvati mill-Istati Membri biex iwettqu awditjar statutorju fuq il-bażi tad-Direttiva 2006/43/KE.
L-awditur statutorju(i) jew id-ditta(i) tal-verifika ghandhom ukoll:
(a) |
jesprimu opinjoni dwar:
|
(b) |
għandhom jiddikjaraw jekk, fid-dawl tal-għarfien u l-fehim tal-impriża u l-ambjent tagħha miksub matul l-awditjar, identifikawx dikjarazzjonijiet ħżiena materjali fir-rapport ta' ġestjoni u għandhom jagħtu indikazzjoni dwar in-natura ta' kwalunkwe tali dikjarazzjoni ħażina. |
2. L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis, fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati. It-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis, fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u rapporti ta' ġestjoni kkonsolidati.
Artikolu 35
Enendar tad-Direttiva 2006/43/KE, fir-rigward tar-rapport tal-verifika
L-Artikolu 28 tad-Direttiva 2006/43/KE huwa mibdul b'dan li ġej:
"Artikolu 28
Rappurtar tal-verifika
1. Ir-rapport tal-verifika għandu jinkludi:
(a) |
introduzzjoni li għandha, bħala minimu, tidentifika r-rapporti finanzjarji li jkunu s-suġġett tal-verifika statutorja, flimkien mal-qafas għar-rappurtar finanzjarju li jkun ġie applikat fit-tħejjija tagħhom; |
(b) |
deskrizzjoni tal-ambitu tal-verifika statutorja li għandha, bħala minimu, tidentifika l-istandards tal-verifika li skonthom tkun saret il-verifika statutorja; |
(c) |
opinjoni tal-awditur, li għandha tkun jew mhux kwalifikata, kwalifikata jew inkella opinjoni negattiva u li għandha tindika b'mod ċar l-opinjoni tal-awditur statutorju dwar:
Jekk l-awditur statutorju ma jkunx jista' jesprimi opinjoni tal-awditur, fir-rapport għandu jkun hemm riserva ta' opinjoni; |
(d) |
referenza għal kwalunkwe kwistjoni li l-awditur statutorju jiġbed l-attenzjoni għaliha permezz ta’ enfasi mingħajr ma jikkwalifika l-opinjoni tal-awditur; |
(e) |
l-opinjoni u d-dikjarazzjoni msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (*). |
2. Ir-rapport tal-verifika għandu jiġi ffirmat u datat mill-awditur statutorju. Meta ditta tal-verifika twettaq il-verifika statutorja, ir-rapport tal-verifika għandu jkun iffirmat tal-inqas mill-awditur(i) statutorju/i li jwettqu l-verifika statutorja f'isem id-ditta tal-verifika. F'ċirkostanzi eċċezzjonali l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li m'hemmx l-obbligu li din/dawn il-firma/firem tkun/ikunu żvelata(i) lill-pubbliku jekk tali żvelar jista' jwassal għal periklu imminenti u sinifikattiv għas-sigurtà personali ta' kwalunkwe persuna. Fi kwalunkwe każ l-isem (ismijiet) tal-persuna(i) involuti għandhom ikunu magħrufin mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.
3. Ir-rapport tal-verifika dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2. Fir-rapportar dwar il-konsistenza tar-rapport ta' ġestjoni u tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kif rikjest mill-punt (e) tal-paragrafu 1, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-verifika għandha tikkunsidra d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat. Meta d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tal-impriża prinċipali jkunu mehmuża mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati, ir-rapporti tal-verifika rikjesti minn dan l-Artikolu jistgħu jiġu kkombinati.
KAPITOLU 9
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR EŻENZJONIJIET U RESTRIZZJONIJIET FUQ EŻENZJONIJIET
Artikolu 36
Eżenzjonijiet għal mikroimpriżi
1. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lil mikroimpriżi minn kwalunkwe obbligu minn dawn li ġejjin, jew minn dawn kollha:
(a) |
l-obbligu ta' preżentazzjoni ta' ‧Prepagamenti u introjtu akkumulat‧ u ‧Akkumulazzjonijiet u introjtu differit‧. Meta Stat Membru jagħmel użu minn dik l-għażla, huwa jista' jippermetti lil dawk l-impriżi, fir-rigward biss ta' imposti oħrajn imsemmijin fil-punt (b)(vi) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, li ma jsegwux il-punt (d) tal-Artikolu 6(1) fir-rigward tar-rikonoxximent ta' ‘Prepagamenti u introjtu akkumulat’ u ‘Akkumulazzjonijet u introjtu differit’, sakemm dan il-fatt jiġi żvelat fin-noti għar-rapporti finanzjarji jew, skont il-punt (b) ta' dan il-paragrafu, f'qiegħ il-karta tal-bilanċ; |
(b) |
l-obbligu li jħejju noti dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji skont it-termini tal-Artikolu 16, bil-kondizzjoni li l-informazzjoni meħtieġa mill-punti (d) u (e) tal- Artikolu 16(1) ta' din id-Direttiva u mill-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2012/30/UE tingħata f'qiegħ il-karta tal-bilanċ; |
(c) |
l-obbligu tat-tħejjija ta' rapport ta' ġestjoni skont il-Kapitolu 5, sakemm l-informazzjoni rikjesta mill-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2012/30/UE tiġi żvelata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji jew, f'konformità mal-punt (b) ta' dan il-paragrafu, f'qiegħ il-karta tal-bilanċ; |
(d) |
l-obbligu tal-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali skont il-Kapitolu 7 ta' din in Direttiva, sakemm l-informazzjoni fuq il-karta tal-bilanċ li tinsab fihom tiġi debitament depożitata, f'konformità mal-liġi nazzjonali, ma' mill-anqas awtorità kompetenti waħda nominata mill-Istat Membru kkonċernat. Kull meta l-awtorità kompetenti ma tkunx ir-reġistru ċentrali, ir-reġistru kummerċjali, jew ir-reġistru tal-kumpaniji, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/101/KE, l-awtorità kompetenti hija obbligata tipprovdi reġistru bl-informazzjoni depożitata. |
2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu mikroimpriżi:
(a) |
li jħejju biss karta tal-bilanċ imqassra li turi b'mod separat tal-anqas dawk l-entrati preċeduti mill-ittri fl-Anessi III jew IV, fejn applikabbli. Fil-każijiet fejn japplika l-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-entrati E taħt ‧Assi‧ u D taħt ‧Passivi‧ fl-Anness III jew l-entrati E u K fl-Anness IV għandhom jiġu esklużi mill-karta tal-bilanċ; |
(b) |
li jħejju biss rapport tal-qligħ u t-telf imqassar li juri b'mod separat tal-inqas l-entrati li ġejjin, fejn applikabbli:
|
3. L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu jew jesiġu l-applikazzjoni tal-Artikolu 8 lil xi mikroimpriża li tagħmel użu minn xi waħda mill-eżenzjonijiet previsti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.
4. Fir-rigward tal-mikroimpriżi, dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali mħejjija skont il-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala li jagħtu l-istampa veritiera u ġusta rikjesta mill-Artikolu 4(3), u konsegwentement, l-Artikolu 4(4) ma għandux japplika għal dawn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
5. Jekk japplika l-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, it-total fil-karta tal-bilanċ imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) għandu jikkonsisti mill-assi msemmijin fl-entrati A sa D taħt ‧Assi‧ fl- Anness III jew l-entrati A sa D fl- Anness IV.
6. Mingħajr preġudizzju għal dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mikroimpriżi huma wkoll meqjusa bħala impriżi żgħar.
7. L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu li d-derogi previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3 japplikaw fir-rigward ta' impriżi ta’ investiment jew impriżi holding finanzjarji.
8. L-Istati Membri li 19 ta' Lulju 2013, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, ikunu daħħlu fis-seħħ liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi f'konformità mad-Direttiva 2012/6/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta' Marzu 2012 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji fir-rigward ta' mikroentitajiet (18), jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 3(9) fir-rigward tat-traspożizzjoni f'muniti nazzjonali tal-limiti stipulati fl-Artikolu 3(1) fl-applikazzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 53(1).
9. Sa 20 ta' Lulju 2018, il-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar is-sitwazzjoni tal-mikroimpriżi li jqis, b’mod partikolari, s-sitwazzjoni fil-livell nazzjonali rigward in-numru ta’ impriżi koperti bil-kriterji tad-daqs u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi li jirriżultaw mill-eżenzjoni mir-rekwiżit tal-pubblikazzjoni.
Artikolu 37
Eżenzjoni għal impriżi sussidjarji
Minkejja d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2009/101/KE u 2012/30/UE, Stat Membru mhuwiex obbligat japplika d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-kontenut, l-awditjar u l-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u tar-rapport ta' ġestjoni għal impriżi regolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom li jkunu impriżi sussidjarji, meta jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
l-impriża prinċipali tkun soġġetta għal-liġijiet ta’ Stat Membru; |
(2) |
l-azzjonisti jew il-membri kollha tal-impriża sussidjarja, għal kull sena finanzjarja li fiha tapplika l-eżenzjoni, ikunu ddikjaraw il-qbil tagħhom għall-eżenzjoni minn dan l-obbligu; |
(3) |
l-impriża prinċipali tkun iddikjarat li hija tiggarantixxi l-impenji li l-impriża sussidjarja tkun daħlet għalihom; |
(4) |
id-dikjarazzjonijiet msemmijin fil-punti (2) u (3) ta’ dan l-Artikolu jiġu ppubblikati mill-impriża sussidjarja kif stabbilit mil-liġijiet tal-Istat Membru f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE; |
(5) |
l-impriża sussidjarja tkun inkluża fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati mħejjija mill-impriża prinċipali f’konformità ma’ din id-Direttiva; |
(6) |
l-eżenzjoni tiġi dżvelata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati mħejjija mill-impriża prinċipali; u |
(7) |
id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati msemmija fil-punt (5) ta’ dan l-Artikolu, ir-rapport ta' ġestjoni kkonsolidat, u r-rapport tal-verifika jiġu ppubblikati għall-impriża sussidjarja kif stabilit mil-liġijiet tal-Istat Membru f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE. |
Artikolu 38
Impriżi li jkunu membri b’responsabbiltà illimitata ta’ impriżi oħra
1. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-impriżi msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) li jkunu rregolati mil-liġi tagħhom u li jkunu membri b’responsabbiltà illimitata ta’ xi impriża msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1(1) (‧l-impriża kkonċernata‧), iħejju, issirilhom verifika kontabbilistika u jippubblikaw, mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-impriża kkonċernata skont din id-Direttiva; f' tali każ ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għall-impriża kkonċernata.
2. L-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati japplikaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva għall-impriża kkonċernata meta:
(a) |
id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-impriża kkonċernata jitħejjew, issirilhom verifika kontabbilistika u jkunu ppubblikati skont id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva minn impriża li:
|
(b) |
l-impriża kkonċernata tkun inkluża fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati mħejjija, ivverifikati u ppublikati skont din id-Direttiva minn:
|
3. Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 2, l-impriża kkonċernata għandha, fuq talba, tiżvela l-isem tal-impriża li tippubblika d-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
Artikolu 39
Eżenzjoni mir-rapport tal-qligħ u t-telf għal impriżi prinċipali li jħejju dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati
Stat Membru ma għandux ikun obbligat li japplika d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fir-rigward il-verifika kontabbilistika u l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-qligħ u t-telf għal impriżi rregolati mil-liġijiet nazzjonali tiegħu li jkunu impriżi prinċipali, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
l-impriża prinċipali tħejji dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati f’konformità ma’ din id-Direttiva u tkun inkluża f'dawk |
(2) |
l-eżenzjoni tiġi żvelata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tal-impriża prinċipali; |
(3) |
l-eżenzjoni tiġi żvelata fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati mħejjija mill-impriża prinċipali; u |
(4) |
il-qligħ jew it-telf tal-impriża prinċipali, stabbiliti skont din id-Direttiva, jidhru fil-karta tal-bilanċ tagħha. |
Artikolu 40
Restrizzjoni tal-eżenzjonijiet għal entitajiet ta’ interess pubbliku
Sakemm ma jkunx espressament dispost f’din id-Direttiva, l-Istati Membri ma għandhomx jippermettu li s-simplifikazzjonijiet u l-eżenzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva jkunu disponibbli għall-entitajiet ta’ interess pubbliku. Entità ta’ interess pubbliku għandha tiġi ttrattata bħala impriża ta' daqs kbir irrispettivament mill-fatturat nett tagħha, mit-total fil-karta tal-bilanċ jew min-numru medju ta' impjegati matul is-sena finanzjarja.
KAPITOLU 10
RAPPORT DWAR PAGAMENTI LILL-GVERNIJIET
Artikolu 41
Definizzjonijiet relatati ma' rappurtar dwar pagamenti lil gvernijiet
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. |
"impriża attiva fl-industrija estrattiva" tfisser impriża b'attività li tinvolvi l-esplorazzjoni, il-prospettar, l-iskoperta, l-iżvilupp u l-estrazzjoni ta' minerali, żejt, u depożiti ta' gass naturali jew materjali oħrajn, fl-ambitu tal-attivitajiet ekonomiċi elenkati fit-Taqsima B-Diviżjonijiet 05 sa 08 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 (19); |
2. |
"impriża attiva fil-qtugħ tas-siġar tal-foresti primarji" tfisser impriża b'attivitajiet kif imsemmijin fit-Taqsima A-Diviżjoni 02, Grupp 02.2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 1, f'foresti primarji; |
3. |
"gvern" tfisser kwalunkwe awtorità nazzjonali, reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru jew ta' pajjiż terz. Tinkludi dipartiment, aġenzija jew impriża kkontrollata minn dik l-awtorità kif stipulat fl-Artikolu 22(1) sa (6) ta' din id-Direttiva; |
4. |
"proġett" tfisser l-attivitajiet operazzjonali li huma rregolati minn kuntratt wieħed, liċenzja waħda, kera waħda, konċessjoni waħda jew ftehimiet legali simili u jiffurmaw il-bażi għal obbligu ta' pagament ma' gvern. Minkejja dan, jekk diversi ftehimiet bħal dawn huma interkonnessi sostanzjalment, dan għandu jitqies bħala proġett; |
5. |
"pagament" tfisser ammont imħallas, sew fi flus jew in natura, għal attivitajiet kif deskritti fil-punti 1 u 2, tat-tipi li ġejjin:
|
Artikolu 42
Impriżi li huma obbligati jirrapportaw dwar pagamenti lill-gvernijiet
1. L-Istati Membri għandhom jesiġu li impriżi kbar u l-entitajiet ta’ interess pubbliku kollha attivi fl-industrija estrattiva jew fil-qtugħ ta’ foresti primarji jħejju u jippubblikaw rapport dwar il-pagamenti li jsiru lill-gvernijiet fuq bażi annwali.
2. Dak l-obbligu ma għandux japplika għal kwalunkwe impriża rregolata mil-liġi ta’ Stat Membru li tkun sussidjarja jew impriża prinċipali, fejn iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:
(a) |
l-impriża prinċipali tkun soġġetta għal-liġijiet ta’ Stat Membru; u |
(b) |
il-pagamenti lill-gvernijiet li jsiru mill-impriża huma inklużi fir-rapport ikkonsolidat dwar il-pagamenti lill-gvernijiet imħejji minn dik l-impriża prinċipali skont l-Artikolu 44. |
Artikolu 43
Kontenut tar-rapport
1. Mhuwiex neċessarju li xi pagament, sew jekk isir bħala pagament uniku jew bħala serje ta' pagamenti relatati, jittieħed inkonsiderazzjoni fir-rapport jekk ikun taħt il-100 000 EUR f'sena finanzjarja.
2. Ir-rapport għandu jiddivulga l-informazzjoni li ġejja għal attivitajiet kif deskritti fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 41 fir-rigward tas-sena finanzjarja rilevanti:
(a) |
l-ammont totali tal-pagamenti li saru lil kull gvern; |
(b) |
l-ammont totali għal kull tip ta' pagament kif speċifikat fil-punti (5) sa (g) tal-Artikolu 41 li sar għal kull gvern; |
(c) |
meta dawk il-pagamenti jkunu ġew attribwiti lil proġett speċifiku l-ammont totali għal kull tip ta' pagament kif speċifikat fil-punti (5)(a) sa (g) tal-Artikolu 41, li jkun sar għal kull proġett bħal dan u l-ammont totali ta' pagamenti għal kull proġett bħal dan. |
Pagamenti li jkunu saru mill-impriża fir-rigeard tal obbligi imposti fil-livell tal-entità jistgħu jiġu żvelati fil-livell tal-entità pjuttost milli f'livell tal-proġett.
3. Meta jsiru pagamenti in natura lil gvern, dawn għandhom jiġu rapportati bil-valur u, fejn applikabbli, bil-volum. Għandhom jiġu pprovduti noti ta' illustrazzjoni biex jiġi spjegat kif il-valur tagħhom ġie determinat.
4. L-iżvelar tal-pagamenti msemmija f'dan l-Artikolu għandu jirrifletti s-sustanza, aktar milli l-forma, tal-pagament jew tal-attività kkonċernata. Il-pagamenti u l-attivitajiet m'għandhomx jinqasmu jew jiġu kkombinati b'mod artifiċjali biex tiġi evitata l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
5. Fil-każ ta' dawk l-Istati Membri li ma adottawx l-euro, il-livell limitu f'euro identifikat fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkonvertit fil-munita nazzjonali billi:
(a) |
tiġi applikata r-rata tal-kambju ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' kwalunkwe Direttiva li tiffissa dak il-livell limitu; u |
(b) |
issir approssimizzazzjoni lejn l-eqreb mija. |
Artikolu 44
Rapport ikkonsolidat dwar pagamenti lill-gvernijiet
1. Stat Membru għandu jesiġi li kwalunkwe impriża kbira jew entità ta’ interess pubbliku attiva fl-industrija estrattiva jew fil-qtugħ tas-siġar tal-foresti primarji u rregolata bil-liġi nazzjonali tiegħu biex tħejji rapport ikkonsolidat dwar pagamenti lill-gvernijiet skont l-Artikoli 42 u 43 jekk dik l-impriża prinċipali tkun obbligata li tħejji dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati kif stipulat fl-Artikolu 22(1) sa (6).
Impriża prinċipali hija kkunsidrata li tkun attiva fl-industrija estrattiva jew fil-qtugħ tas-siġar tal-foresti primarji jekk xi waħda mill-impriżi sussidjarji tagħha tkun attiva fl-industrija estrattiva jew fil-qtugħ tas-siġar tal-foresti primarji.
Ir-rapport ikkonsolidat għandu jinkludi biss pagamenti li ġejjin minn operazzjonijiet estrattivi u/jew mill-qtugħ tas-siġar.
2. L-obbligu ta' tħejjija tar-rapport ikkonsolidat imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika għal:
(a) |
impriża prinċipali ta' grupp żgħir, kif definita fl-Artikolu 3(5), għajr fejn kwalunkwe impriża affiljata tkun entità ta’ interess pubbliku; |
(b) |
impriża prinċipali ta' grupp ta' daqs medju, kif definita fl-Artikolu 3(6), għajr fejn kwalunkwe impriża affiljata tkun entità ta’ interess pubbliku; u |
(c) |
impriża prinċipali irregolata bil-liġi ta’ Stat Membru li tkun ukoll impriża sussidjarja, jekk l-impriża prinċipali tagħha stess tkun irregolata mil-liġi ta’ Stat Membru. |
3. Mhuwiex neċessarju li impriża, inkluż entità ta’ interess pubbliku, tiġi inkluża f'rapport ikkonsolidat dwar pagamenti lil gvernijiet fejn tiġi ssodisfata tal-anqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
restrizzjonijiet severi fuq terminu twil sostanzjalment ixekklu lill-impriża prinċipali fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha fuq l-assi jew il-ġestjoni ta’ dik l-impriża; |
(b) |
każijiet estremament rari fejn l-informazzjoni neċessarja għat-tħejjija ta’ rapport ikkonsolidat dwar pagamenti lil gvern skont din id-Direttiva ma tistax tinkiseb mingħajr spiża sproporzjonata jew dewmien eċċessiv; |
(c) |
l-ishma ta' dik l-impriża huma miżmuma esklużivament bl-għan li sussegwentement jerġgħu jinbiegħu. |
L-eżenzjonijiet ta' hawn fuq għandhom japplikaw biss jekk huma jintużaw ukoll għall-finijiet tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati.
Artikolu 45
Pubblikazzjoni
1. Ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 42 u r-rapport ikkonsolidat imsemmi fl-Artikolu 44 dwar pagamenti lil gvernijiet għandhom jiġu ppubblikati kif stabbilit mil-liġijiet ta’ kull Stat Membru f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-korpi responsabbli ta' impriża, li jaġixxu fil-kompetenzi assenjati lilhom bil-liġi nazzjonali, għandhom ir-responsabbiltà li jiżguraw li, sa fejn jafu huma u skont l-kapaċità tagħhom, ir-rapport dwar il-pagamenti lil gvernijiet jitfassal u jiġi ppubblikat f'konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.
Artikolu 46
Kriterji ta’ ekwivalenza
1. Impriżi msemmijin fl-Artikoli 42 u 44 li jħejju u jirrendu pubbliku rapport li jikkonforma mar-rekwiżiti ta' rappurtar ta' pajjiżi terzi vvalutati, skont l-Artikolu 47, bħala ekwivalenti mar-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu huma eżenti mir-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu ħlief għall-obbligu ta' pubblikazzjoni ta' dan ir-rapport kif stipulat bil-liġijiet ta' kull Stat Membru f'konformità mal-Kapitolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE.
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 49 li jidentifikaw il-kriterji li għandhom jiġu applikati fil-valutazzjoni, għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, tal-ekwivalenza tar-rekwiżiti ta' rappurtar ta' pajjiżi terzi u r-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu.
3. Il-kriterji identifikati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2 għandhom:
(a) |
jinkludu dan li ġej:
|
(b) |
altrimenti jkunu limitati għall-kriterji li jiffaċilitaw paragun dirett tar-rekwiżiti ta' rappurtar ta' pajjiżi terzi mar-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu. |
Artikolu 47
Applikazzjoni tal-kriterji ta’ ekwivalenza
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni li jidentifikaw dawk ir-rekwiżiti ta' rappurtar ta' pajjiżi terzi li, wara l-applikazzjoni tal-kriterji ta’ ekwivalenza identifikati skont l-Artikolu 46, hija tikkunsidra li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 50(2).
Artikolu 48
Rieżami
Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni u l-effikaċja ta’ dan il-Kapitolu, partikolarment fir-rigward tal-ambitu tal-obbligi tar-rapportar, u l-konformità magħhom, u l-modalitajiet tar-rapportar fuq bażi ta’ proġetti.
Ir-rieżami għandu jqis l-iżviluppi internazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tat-titjib tat-trasparenza tal-pagamenti lill-gvernijiet, jevalwa l-impatti ta' reġimi internazzjonali oħra u jikkunsidra l-effetti fuq il-kompetittività u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Dan għandu jitlesta sa 21 ta' Lulju 2018.
Ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta leġiżlattiva, jekk adatt. Dak ir-rapport għandu jikkunsidra wkoll l-estensjoni tar-rekwiżiti ta' rappurtar għal setturi tal-industrija addizzjonali u jekk ir-rapport dwar ħlasijiet lill-gvernijiet għandux jiġi awditjat. Ir-rapport għandu wkoll jikkunsidra l-iżvelar ta' informazzjoni addizzjonali rigward in-numru medju ta' impjegati, l-użu ta' sottokuntratturi u kwalunkwe sanzjoni pekunjarja amministrata għal kull pajjiż.
Barra minn hekk, ir-rapport għandu janalizza l-fattibbiltà tal-introduzzjoni ta' obbligu għall-emittenti kollha tal-Unjoni biex iwettqu b'mod debitu diliġenza meta jieħdu sorsi ta' minerali biex jiżguraw li l-katini tal-provvista m'għandhom l-ebda rabta ma' partijiet ta' kunflitt u jħarsu r-rakkomandazzjonijiet tal-EITI u tal-OECD dwar ġestjoni responsabbli tal-katina tal-provvista.
KAPITOLU 11
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 49
Eżerċizzju ta' setgħat iddelegati
1. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Artikolu 3(13) u l-Artikolu 46(2) għal perjodu mhux determinat mid-data msemmija fl-Artikolu 54.
3. Id-delega tas-setgħa imsemmija fl-Artikolu 1(2), l-Artikolu 3(13) u l-l-Artikolu 46(2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ il-ġurnata wara l-pubblikazzjoni ta' dik id-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att iddelegat li huwa diġà fis-seħħ.
4. Mal-adozzjoni ta' att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 1(2), l-Artikolu 3(13) jew l-Artikolu 46(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill matul perijodu ta’ [xahrejn/tliet] xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel it-tmiem ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu ta' żmien għandu jiġi estiż b'[xahrejn/tliet] xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 50
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. Dan il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 51
Penali
L-Istati Membri għandhom jistipulaw penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li dawk il-penali jiġu applikati. Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 52
Tħassir tad-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE
Id-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE huma mħassra.
Referenzi magħmulin għad-Direttivi revokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness VII.
Artikolu 53
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa 20 ta' Lulju 2015 Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih.
L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li d-dispożizzjonijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu japplikaw għall-ewwel darba għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji li jirrigwardaw is-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta' Jannar 2016 jew matul is-sena kalendarja 2016.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn ikunu jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fil-mument tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir ssir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 54
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 55
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
A. SHATTER
(1) ĠU C 181, 21.6.2012, p. 84.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Ġunju 2013 (għadha mhix ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2013.
(3) ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.
(4) ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.
(5) ĠU C 45 E, 23.2.2010, p. 58
(6) ĠU L 258, 1.10.2009, p. 11.
(7) ĠU L 315, 14.11.2012, p. 74.
(8) ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87.
(9) Iddefiniti fid-Direttiva 2009/28/KE bħala "foresta u art oħra bis-siġar ta’ speċi nattivi, fejn m’hemmx indikazzjoni ċarament viżibbli ta’ attività tal-bniedem u l-proċessi ekoloġiċi mhumiex disturbati b’mod sinifikanti.".
(10) ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23.
(11) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(12) ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.
(13) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.
(14) ĠU L 374, 31.12.1991, p. 7.
(15) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(16) ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12.
(17) ĠU L 340, 22.12.2007, p. 66.
(18) ĠU L 81, 21.3.2012, p. 3.
(19) ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.
ANNESS I
TIPI TA’ IMPRIŻI MSEMMIJIN FIL-PUNT (A) TAL-ARTIKOLU 1(1)
— |
Belġju: la société anonyme/de naamloze vennootschap, la société en commandite par actions/de commanditaire vennootschap op aandelen, la société privée à responsabilité limitée/de besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid, la société coopérative à responsabilité limitée/de coöperatieve vennootschap met beperkte aansprakelijkheid; |
— |
Bulgarija: акционерно дружество, дружество с ограничена отговорност, командитно дружество с акции; |
— |
ir-Repubblika Ċeka: společnost s ručením omezeným, akciová společnost; |
— |
Danimarka: aktieselskaber, kommanditaktieselskaber, anpartsselskaber; |
— |
Ġermanja: die Aktiengesellschaft, die Kommanditgesellschaft auf Aktien, die Gesellschaft mit beschränkter Haftung; |
— |
Estonja: aktsiaselts, osaühing; |
— |
Irlanda: public companies limited by shares or by guarantee, private companies limited by shares or by guarantee; |
— |
Greċja: η ανώνυμη εταιρία, η εταιρία περιορισμένης ευθύνης, η ετερόρρυθμη κατά μετοχές εταιρία; |
— |
Spanja: la sociedad anónima, la sociedad comanditaria por acciones, la sociedad de responsabilidad limitada; |
— |
Franza: la société anonyme, la société en commandite par actions, la société à responsabilité limitée, société par actions simplifiée; |
— |
Italja: la società per azioni, la società in accomandita per azioni, la società a responsabilità limitata; |
— |
Ċipru: Δημόσιες εταιρείες περιορισμένης ευθύνης με μετοχές ή με εγγύηση, ιδιωτικές εταιρείες περιορισμένης ευθύνης με μετοχές ή με εγγύηση; |
— |
Latvja: akciju sabiedrība, sabiedrība ar ierobežotu atbildību; |
— |
Litwanja: akcinės bendrovės, uždarosios akcinės bendrovės; |
— |
Lussemburgu: la société anonyme, la société en commandite par actions, la société à responsabilité limitée; |
— |
Ungerija: részvénytársaság, korlátolt felelősségű társaság; |
— |
Malta: kumpanija pubblika —public limited liability company, kumpanija privata —private limited liability company, soċjetà in akkomandita bil-kapital maqsum f'azzjonijiet —partnership en commandite with the capital divided into shares; |
— |
il-Pajjiżi l-Baxxi: de naamloze vennootschap, de besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid; |
— |
Awstrija: die Aktiengesellschaft, die Gesellschaft mit beschränkter Haftung; |
— |
Polonja: spółka akcyjna, spółka z ograniczoną odpowiedzialnością, spółka komandytowo-akcyjna; |
— |
Portugall: a sociedade anónima, de responsabilidade limitada, a sociedade em comandita por ações, a sociedade por quotas de responsabilidade limitada; |
— |
Rumanija: societate pe acțiuni, societate cu răspundere limitată, societate în comandită pe acțiuni. |
— |
Slovenja: delniška družba, družba z omejeno odgovornostjo, komanditna delniška družba; |
— |
Slovakkja: akciová spoločnosť, spoločnosť s ručením obmedzeným; |
— |
Finlandja: yksityinen osakeyhtiö/privat aktiebolag, julkinen osakeyhtiö/publikt aktiebolag; |
— |
Svezja: aktiebolag; |
— |
ir-Renju Unit: public companies limited by shares or by guarantee, private companies limited by shares or by guarantee |
ANNESS II
TIPI TA’ IMPRIŻI MSEMMIJIN FIL-PUNT (B) TAL-ARTIKOLU 1(1)
— |
Belġju la société en nom collectif/de vennootschap onder firma, la société en commandite simple/de gewone commanditaire vennootschap, la société coopérative à responsabilité illimitée/de coöperatieve vennootschap met onbeperkte aansprakelijkheid; |
— |
Bulgarija: събирателно дружество, командитно дружество; |
— |
ir-Repubblika Ċeka: veřejná obchodní společnost, komanditní společnost; |
— |
Danimarka: interessentskaber, kommanditselskaber; |
— |
Ġermanja: die offene Handelsgesellschaft, die Kommanditgesellschaft; |
— |
Estonja: täisühing, usaldusühing; |
— |
Irlanda: partnerships, limited partnerships, unlimited companies; |
— |
Greċja: η ομόρρυθμος εταιρία, η ετερόρρυθμος εταιρία; |
— |
Spanja: sociedad colectiva, sociedad en comandita simple; |
— |
Franza: la société en nom collectif, la société en commandite simple; |
— |
Italja: la società in nome collettivo, la società in accomandita semplice; |
— |
Ċipru: Ομόρρυθμες και ετερόρρυθμες εταιρείες (συνεταιρισμοί); |
— |
Latvja: pilnsabiedrība, komandītsabiedrība; |
— |
Litwanja: tikrosios ūkinės bendrijos, komanditinės ūkinės bendrijos; |
— |
Lussemburgu: la société en nom collectif, la société en commandite simple; |
— |
Ungerija: közkereseti társaság, betéti társaság, közös vállalat, egyesülés, egyéni cég; |
— |
Malta: soċjeta f'isem kollettiv jew soċjeta in akkomandita, bil-kapital li mhux maqsum f'azzjonijiet meta s-soċji kollha li għandhom responsabbilita' llimitata huma soċjetajiet in akkomandita bil-kapital maqsum f'azzjonijiet —partnership en nom collectif or partnership en commandite with capital that is not divided into shares, when all the partners with unlimited liability are partnership en commandite with the capital divided into shares; |
— |
il-Pajjiżi l-Baxxi: de vennootschap onder firma, de commanditaire vennootschap; |
— |
Awstrija: die offene Gesellschaft, die Kommanditgesellschaft; |
— |
Polonja: spółka jawna, spółka komandytowa; |
— |
Portugall: sociedade em nome colectivo, sociedade em comandita simples; |
— |
Rumanija: societate în nume colectiv, societate în comandită simplă; |
— |
Slovenja: družba z neomejeno odgovornostjo, komanditna družba; |
— |
Slovakkja: verejná obchodná spoločnosť, komanditná spoločnosť; |
— |
Finlandja: avoin yhtiö/ öppet bolag, kommandiittiyhtiö/kommanditbolag; |
— |
Svezja: handelsbolag, kommanditbolag; |
— |
ir-Renju Unit: partnerships, limited partnerships, unlimited companies. |
ANNESS III
FORMAT ORIŻŻONTALI TAL-KARTA TAL-BILANĊ PREVIST FL-ARTIKOLU 10
Assi
A. Kapital sottoskritt mhux imħallas
li minnu ġie msejjaħ
(sakemm il-liġi nazzjonali ma jipprevedix li l-kapital imsejjaħ għandu jintwera taħt ‧Kapital u riżervi‧, fejn f'dak il-każ, il-parti tal-kapital imsejħa iżda li tkun għadha ma tħallsitx għandha tidher bħala assi jew taħt A jew taħt D (II) (5)).
B. Spejjeż ta' formazzjoni
kif iddefinita mil-liġi nazzjonali, u safejn il-liġi nazzjonali tippermetti li dawn jidhru bħala assi. Il-liġi nazzjonali tista' wkoll tipprevedi li l-ispejjeż ta' formazzjoni għandhom jintwerew bħala l-ewwel entrata taħt ‧Assi intanġibbli‧.
C. Assi fissi
I. Assi intanġibbli
1. |
Nefqa għall-iżvilupp, safejn il-liġi nazzjonali tippermetti li dawn jintwerew bħala assi. |
2. |
Konċessjonijiet, privattivi, liċenzji, trade marks u drittijiet u assi simili, jekk kienu:
|
3. |
Avvjament, fejn kien inkiseb għal korrispettiv ta’ valur. |
4. |
Pagamenti akkont. |
II. Assi tanġibbli
1. |
Art u bini. |
2. |
Impjant u makkinarju. |
3. |
Oġġetti oħra li jagħmlu parti mill-proprjetà, għodda u tagħmir. |
4. |
Pagamenti akkont u assi tanġibbli fil-kors ta' kostruzzjoni. |
III. Assi finanzjarji
1. |
Ishma f’impriżi affiljati. |
2. |
Self lil impriżi affiljati. |
3. |
Interessi ta' parteċipazzjoni. |
4. |
Self lil impriżi li magħhom l-impriża tkun marbuta permezz ta’ interessi ta' parteċipazzjoni. |
5. |
Investimenti miżmuma bħala assi fissi. |
6. |
Self ieħor. |
D. Assi kurrenti
I. Stokkijiet
1. |
Materja prima u oġġetti ta' konsum. |
2. |
Xogħol fl-idejn. |
3. |
Oġġetti lesti u oġġetti għal rivendita. |
4. |
Pagamenti akkont. |
II. Debituri
(L-ammonti li jkunu dovuti u pagabbli wara aktar minn sena għandhom jidhru separatament għal kull entrata.)
1. |
Debituri kummerċjali. |
2. |
Ammonti dovuti minn impriżi affiljati. |
3. |
Ammonti dovuti minn impriżi li magħhom l-impriża tkun marbuta permezz ta’ interessi ta' parteċipazzjoni. |
4. |
Debituri oħrajn. |
5. |
Kapital sottoskritt imsejjaħ iżda mhux imħallas (kemm-il darba l-liġi nazzjonali tiddisponi li kapital imsejjaħ għandu jidher bħala attiv taħt A). |
6. |
Prepagamenti u introjtu akkumulat (sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix li tali entrati għandhom jintwerew bħala assi taħt E). |
III. Investimenti
1. |
Ishma f’impriżi affiljati. |
2. |
Ishma proprji (b'indikazzjoni tal-valur nominali tagħhom jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, il-valur tal-parità kontabilistika tagħhom), sa fejn il-liġi nazzjonali jippermetti li dawn jintwerew fil-karta tal-bilanċ. |
3. |
Investimenti oħra. |
IV. Flus fil-bank u fl-idejn
E. Prepagamenti u introjtu akkumulat
(Sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix li tali entrati għandhom jintwerew bħala assi taħt D (II) (6)).
Kapital, riżervi u passivi
A. Kapital u riżervi
I. Kapital sottoskritt
(Sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix li l-kapital imsejjaħ għandu jintwera taħt din l-entrata, fejn f'dan il-każ l-ammonti ta' kapital sottoskritt u l-kapital imħallas għandhom jintwerew separatement).
II. Kont tal-primjum fuq l-ishma
III. Riżerva għar-rivalutazzjoni
IV. Riżervi
1. |
Riżerva legali, sa fejn il-liġi nazzjonali tirrikjedi tali riżerva. |
2. |
Riżerva għall-ishma proprji, sa fejn il-liġi nazzjonali tirrikjedi tali riżerva, mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2012/30/UE. |
3. |
Riżervi previsti mill-artikoli ta' assoċjazzjoni. |
4. |
Riżervi oħra, inkluża r-riżerva ta’ valur ġust. |
V. Qligħ jew telf riportati
VI. Qligħ jew telf għas-sena finanzjarja.
B. Provvedimenti
1. |
Provvedimenti għall-pensjonijiet u obbligi simili. |
2. |
Provvedimenti għat-tassazzjoni. |
3. |
Provvedimenti oħra. |
C. Kredituri
(Ammonti li jkunu dovuti u pagabbli fi żmien sena u ammonti li jkunu dovuti u pagabbli wara aktar minn sena għandhom jintwerew separatament għal kull entrata u għall-aggregat ta’ dawk l-entrati.)
1. |
Self obbligazzjonarju, li juri self konvertibbli separatament. |
2. |
Ammonti dovuti lil istituzzjonijiet ta’ kreditu. |
3. |
Pagamenti riċevuti akkont ta’ ordnijiet fejn ma jintwerewx separatament bħala tnaqqisi minn stokkijiet. |
4. |
Kredituri kummerċjali. |
5. |
Kambjali pagabbli. |
6. |
Ammonti dovuti lil impriżi affiljati. |
7. |
Ammonti dovuti lil impriżi li magħhom l-impriża tkun marbuta permezz ta’ interessi ta' parteċipazzjoni. |
8. |
Kredituri oħra inklużi l-awtoritajiet fiskali u s-sigurtà soċjali. |
9. |
Akkumulazzjonijiet u introjtu differit (sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix li tali entrati għandhom jintwerew taħt D). |
D. Akkumulazzjonijiet u introjtu differit
(Sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix li tali entrati għandhomjintwerew taħt C (9) taħt ‧Kredituri‧).
ANNESS IV
FORMAT VERTIKALI TAL-KARTA TAL-BILANĊ PREVIST FL-ARTIKOLU 10
A. Kapital sottoskritt mhux imħallas
li minnu ssejħet
(kemm-il darba l-liġi nazzjonali ma jipprevedix li kapital imsejjaħ għandu jintwera taħt L, fejn f'dak il-każ, il-parti tal-kapital imsejħa iżda għad mhux imħallsa għandha tidher taħt A jew taħt D (II) (5).)
B. Spejjeż ta' formazzjoni
kif iddefinita mil-liġi nazzjonali, u safejn il-liġi nazzjonali tippermetti li dawn jidhru bħala assi. Il-liġi nazzjonali tista' wkoll tipprevedi li l-ispejjeż ta' formazzjoni għandhom jintwerew bħala l-ewwel entrata taħt ‧Assi intanġibbli‧.
C. Assi fissi
I. Assi intanġibbli
1. |
Nefqa għall-iżvilupp, safejn il-liġi nazzjonali tippermetti li dawn jintwerew bħala assi. |
2. |
Konċessjonijiet, privattivi, liċenzji, trade marks u drittijiet u assi simili, jekk kienu:
|
3. |
Avvjament, fejn kien inkiseb għal korrispettiv ta’ valur. |
4. |
Pagamenti akkont. |
II Assi tanġibbli
1. |
Art u bini. |
2. |
Impjant u makkinarju. |
3. |
Oġġetti oħra li jagħmlu parti mill-proprjetà, għodda u tagħmir. |
4. |
Pagamenti akkont u assi tanġibbli fil-kors ta' kostruzzjoni. |
III. Assi finanzjarji
1. |
Ishma f’impriżi affiljati. |
2. |
Self lil impriżi affiljati. |
3. |
Interessi ta' parteċipazzjoni. |
4. |
Self lil impriżi li l-inpriża tkun konnessa magħhom minħabba interessi ta' parteċipazzjoni. |
5. |
Investimenti miżmuma bħala assi fissi. |
6. |
Self ieħor. |
D. Assi kurrenti
I. Stokkijiet
1. |
Materja prima u oġġetti ta' konsum. |
2. |
Xogħol fl-idejn. |
3. |
Oġġetti lesti u oġġetti għal rivendita. |
4. |
Pagamenti akkont. |
II. Debituri
(L-ammonti li jkunu dovuti u pagabbli wara aktar minn sena għandhom jintwerew separatament għal kull entrata.)
1. |
Debituri kummerċjali. |
2. |
Ammonti dovuti minn impriżi affiljati. |
3. |
Ammonti dovuti minn impriżi konnessi mal-kumpannija permezz ta' interessi ta' parteċipazzjoni. |
4. |
Debituri oħrajn. |
5. |
Kapital sottoskritt imsejjaħ iżda mhux imħallas (kemm-il darba l-liġi nazzjonali ma tiddisponix li kapital imsejjaħ għandu jidher bħala assi taħt A). |
6. |
Prepagamenti u dħul akkumulat (kemm-il darba l-liġi nazzjonali ma tiddisponix li dawk l-entrati għandhom jidhru bħala assi taħt E). |
III. Investimenti
1. |
Ishma f’impriżi affiljati. |
2. |
Ishma proprji (b'indikazzjoni tal-valur nominali tagħhom jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, il-valur tal-parità kontabilistika tagħhom), sa fejn il-liġi nazzjonali tippermetti li dawn jintwerew fil-karta tal-bilanċ. |
3. |
Investimenti oħra. |
IV. Flus fil-bank u fl-idejn
E. Prepagamenti u introjtu akkumulat
(Sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix li tali entrati għandhom jintwerew taħt D (II) (6)).
F. Kredituri: ammonti li jkunu dovuti u pagabbli fi żmien sena
1. |
Self obbligazzjonarju, li juri self konvertibbli separatament. |
2. |
Ammonti dovuti lil istituzzjonijiet ta’ kreditu. |
3. |
Pagamenti riċevuti akkont ta’ ordnijiet, fejn ma jintwerewx separatament bħala tnaqqisi minn stokkijiet. |
4. |
Kredituri kummerċjali. |
5. |
Kambjali pagabbli. |
6. |
Ammonti dovuti lil impriżi affiljati. |
7. |
Ammonti dovuti lil impriżi li l-kumpannija għandha konnessjoni magħhom minħabba ta' interessi ta' parteċipazzjoni. |
8. |
Kredituri oħra inklużi l-awtoritajiet fiskali u s-sigurtà soċjali. |
9. |
Akkumulazzjonijiet u introjtu differit (sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix li tali entrati għandhom jintwerew taħt K). |
G. Assi/passivi netti kurrenti
(B'kont meħud tal-prepagamenti u l-introjtu akkumulat meta jintwerew taħt E u akkumulazzjonijiet u introjtu differit meta jintwerew taħt K).
H. L-assi totali nieqes passivi kurrenti
I. Kredituri: ammonti li jkunu dovuti u pagabbli wara aktar minn sena
1. |
Self obbligazzjonarju, li juri self konvertibbli separatament. |
2. |
Ammonti dovuti lil istituzzjonijiet ta’ kreditu. |
3. |
Pagamenti riċevuti akkont ta’ ordnijiet fejn ma jintwerewx separatament bħala tnaqqisi minn stokkijiet. |
4. |
Kredituri kummerċjali. |
5. |
Kambjali pagabbli. |
6. |
Ammonti dovuti lil impriżi affiljati. |
7. |
Ammonti dovuti lil impriżi li l-kumpannija għandha konnessjoni magħhom minħabba ta' interessi ta' parteċipazzjoni. |
8. |
Kredituri oħra inklużi l-awtoritajiet fiskali u s-sigurtà soċjali. |
9. |
Akkumulazzjonijiet u introjtu differit (sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix li tali entrati għandhom jintwerew taħt K) |
J. Provvedimenti
1. |
Provvedimenti għall-pensjonijiet u obbligi simili. |
2. |
Provvedimenti għat-tassazzjoni. |
3. |
Provvedimenti oħra. |
K. Akkumulazzjonijiet u introjtu differit
(Sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprevedix li tali entrati għandhom jintwerew taħt F (9) jew I (9) jew it-tnejn).
L. 'Kapital u riżervi
I. Kapital sottoskritt
(Sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprrevedix li l-kapital imsejjaħ għandu jintwera taħt din l-entrata, fejn f'dak il-każ l-ammonti tal-kapital sottoskritt u mħallas għandhom jintwerew separatement).
II. Kont tal-primjum fuq l-ishma
III. Riżerva għar-rivalutazzjoni
IV. Riżervi
1. |
Riżerva legali, sa fejn il-liġi nazzjonali tirrkjedi tali riżerva. |
2. |
Riserva għall-azzjonijiet proprji, sa fejn il-liġi nazzjonali tirrikjedi tali riżerva, bla ħsara għall-punt (b) tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2012/30/UE. |
3. |
Riżervi previsti mill-artikoli ta' assoċjazzjoni. |
4. |
Riżervi oħra, inkluż ir-riserva ta’ valur ġust. |
V. Qligħ jew telf riportati
VI. Qligħ jew telf għas-sena finanzjarja
ANNESS V
FORMAT TAL-KONT TAL-QLIGĦ U T-TELF SKONT IN-NATURA TAL-ISPIŻA, PREVIST FL-ARTIKOLU 13
1. |
Fatturat nett. |
2. |
Varjazzjoni fl-istokkijiet ta’ oġġetti lesti u ta’ xogħol fl-idejn. |
3. |
Xogħol li sar mill-impriża għall-iskopijiet proprji u kapitalizzat. |
4. |
Introjtu ieħor mill-operat. |
5. |
|
6. |
Spejjeż għall-persunal:
|
7. |
|
8. |
Spejjeż oħra tal-operat. |
9. |
Introjtu minn interessi ta' parteċipazzjoni, b’indikazzjoni separata ta’ dak derivat minn impriżi affiljati. |
10. |
Introjtu minn investimenti oħra u self li jiffurmaw parti mill-assi fissi, b'indikazzjoni separata ta' dak derivat minn impriżi affiljati. |
11. |
Imgħax ieħor riċevibbli u introjtu simili, b’indikazzjoni separata ta’ dak derivat minn impriżi affiljati. |
12. |
Aġġustamenti fil-valur fir-rigward ta’ assi finanzjarji u ta’ investimenti miżmuma bħala assi kurrenti. |
13. |
Imgħax pagabbli u spejjeż simili, b’indikazzjoni separata tal-ammonti pagabbli lil impriżi affiljati. |
14. |
Taxxa fuq il-qligħ jew it-telf. |
15. |
Qligħ jew telf wara t-tassazzjoni. |
16. |
Taxxi oħra li ma jidhrux taħt l-entrati 1 sa 15. |
17. |
Qligħ jew telf għas-sena finanzjarja. |
ANNESS VI
FORMAT TAL-KONT TAL-QLIGĦ U T-TELF SKONT IL-FUNZJONI TAL-ISPIŻA, PREVIST FL-ARTIKOLU 13
1. |
Fatturat nett. |
2. |
Spiża tal-bejgħ (inklużi l-aġġustamenti fil-valur). |
3. |
Qligħ jew telf gross. |
4. |
Spejjeż ta' distribuzzjoni (inklużi l-aġġustamenti fil-valur). |
5. |
Spejjeż amministrattivi (inklużi l-aġġustamenti fil-valur). |
6. |
Introjtu ieħor mill-operat. |
7. |
Introjtu minn interessi ta' parteċipazzjoni, b’indikazzjoni separata ta’ dak derivat minn impriżi affiljati. |
8. |
Introjtu minn investimenti oħra u self li jiffurmaw parti mill-assi fissi, b'indikazzjoni separata ta' dak derivat minn impriżi affiljati. |
9. |
Imgħax ieħor riċevibbli u introjtu simili b'indikazzjoni separata ta' dak derivat minn impriżi affiljati. |
10. |
Aġġustamenti fil-valur fir-rigward ta’ assi finanzjarji u ta’ investimenti miżmuma bħala assi kurrenti. |
11. |
Imgħax pagabbli u spejjeż simili, b’indikazzjoni separata tal-ammonti pagabbli lil impriżi affiljati. |
12. |
Taxxa fuq il-qligħ jew it-telf. |
13. |
Qligħ jew telf wara t-tassazzjoni. |
14. |
Taxxi oħra li ma jidhrux taħt l-entrati 1 sa 13. |
15. |
Qligħ jew telf għas-sena finanzjarja. |
ANNESS VII
Tabella ta’ Korrelazzjoni
Direttiva 78/660/KEE |
Direttiva 83/349/KEE |
Direttiva preżenti |
Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, kliem tal-bidu |
— |
Artikolu 1(1), punt (a) |
Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sas-sebgħa u għoxrin inċiż |
— |
Anness I |
Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 1(1), punt (b) |
Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu, punti (a) sa (aa) |
— |
Anness II |
Artikolu 1(1), it-tielet subparagrafu |
— |
— |
Artikolu 1(2) |
— |
— |
Artikolu 2(1) |
— |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 2(2) |
— |
Artikolu 4(2) |
Artikolu 2(3) |
— |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 2(4) |
— |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 2(5) |
— |
Artikolu 4(4) |
Artikolu 2(6) |
— |
Artikolu 4(5) |
Artikolu 3 |
— |
Artikolu 9(1) |
Artikolu 4(1) |
— |
Artikolu 9(2) |
Artikolu 4(2) |
— |
Artikolu 9(3) |
Artikolu 4(3) |
— |
Artikolu 9(3) |
Artikolu 4(4) |
— |
Artikolu 9(5) |
Artikolu 4(5) |
— |
— |
Artikolu 4(6) |
— |
Artikolu 6(1), punt (h) u Artikolu 6(3) |
Artikolu 5(1) |
— |
— |
Artikolu 5(2) |
— |
Artikolu 2, punt (14) |
Artikolu 5(3) |
— |
Artikolu 2, punt (15) |
Artikolu 6 |
— |
Artikolu 9(6) |
Artikolu 7 |
— |
Artikolu 6(1), punt (g) |
Artikolu 8 |
— |
Artikolu 10 |
Artikolu 9(A) |
— |
Anness III (A) |
Artikolu 9(B) |
— |
Anness III (B) |
Artikolu 9(C) |
— |
Anness III (C) |
Artikolu 9(D) |
— |
Anness III (D) |
Artikolu 9(E) |
— |
Anness III (E) |
Artikolu 9(F) |
— |
— |
Passivi Artikolu 9(A) |
— |
Kapital, riżervi u passivi Anness III (A) |
Artikolu 9(B) |
— |
Anness III (B) |
Artikolu 9(C) |
— |
Anness III (C) |
Artikolu 9(D) |
— |
Anness III (D) |
Artikolu 9(E) |
— |
— |
Artikolu 10 |
— |
Anness IV |
Artikolu 10a |
— |
Artikolu 11 |
Artikolu 11 l-ewwel subparagrafu |
— |
Artikolu 3(2) u Artikolu 14(1) |
Artikolu 11 it-tieni subparagrafu |
— |
— |
Artikolu 11 it-tielet subparagrafu |
— |
Artikolu 3(9), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 12(1) |
— |
Artikolu 3(10) |
Artikolu 12(2) |
— |
Artikolu 3(9), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 12(3) |
— |
Artikolu 3(11) |
Artikolu 13(1) |
— |
Artikolu 12(1) |
Artikolu 13(2) |
— |
Artikolu 12(2) |
Artikolu 14 |
— |
Artikolu 16(1), punt (d) |
Artikolu 15(1) |
— |
Artikolu 12(3) |
Artikolu 15(2) |
— |
Artikolu 2, punt (4) |
Artikolu 15(3), punt (a) |
— |
Artikolu 17(1), punt (a) |
Artikolu 15(3), punt (b) |
— |
— |
Artikolu 15(3), punt (c) |
— |
Artikolu 17(1), punt (a)(i) |
Artikolu 15(4) |
— |
— |
Artikolu 16 |
— |
Artikolu 12(4) |
Artikolu 17 |
— |
Artikolu 2, punt (2) |
Artikolu 18 |
— |
— |
Artikolu 19 |
— |
Artikolu 2, punt (8) |
Artikolu 20(1) |
— |
Artikolu 12(12), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 20(2) |
— |
Artikolu 12(12), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 20(3) |
— |
Artikolu 12(12), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 21 |
— |
— |
Artikolu 22, l-ewwel subparagrafu |
— |
Artikolu 13(1) |
Artikolu 22, it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 13(2) |
Artikolu 23,punti 1 sa 5 |
— |
Anness V, punti 1 sa 15 |
Artikolu 23, punti 16 sa 19 |
— |
— |
Artikolu 23, punti 20 u 21 |
— |
Anness V, punti 16 u17 |
Artikolu 24 |
— |
— |
Artikolu 25, punti 1 sa 13 |
— |
Anness VI, punti 1 sa 13 |
Artikolu 25, punti 14 sa 17 |
— |
— |
Artikolu 25, punti 18 u 19 |
— |
Anness VI, punti 14 u15 |
Artikolu 26 |
— |
— |
Artikolu 27, l-ewwel subparagrafu, kliem introduttorja |
— |
Artikolu 3(3) |
Artikolu 27, l-ewwel subparagrafu, punti (a) u (c) |
— |
Artikolu 14(2), punti (a) u (b) |
Artikolu 27, l-ewwel subparagrafu, punti (b) u (d) |
— |
— |
Artikolu 27, it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 3(9) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 28 |
— |
Artikolu 2, punt (5) |
Artikolu 29 |
— |
— |
Artikolu 30 |
— |
— |
Artikolu 31(1) |
— |
Artikolu 6(1), kliem introduttorju u punti (a) sa (f) |
Artikolu 31(1a) |
— |
Artikolu 6(5) |
Artikolu 31(2) |
— |
Artikolu 4(4) |
Artikolu 32 |
— |
Artikolu 6(1), punt (i) |
Artikolu 33(1), kliem introduttorju |
— |
Artikolu 7(1) |
Artikolu 33(1), punti (a) u (b) u it-tieni u t-tielet subparagrafi |
— |
— |
Artikolu 33(1), punt (c) |
— |
Artikolu 7(1) |
Artikolu 33(2), punt (a), l-ewwel subparagrafu u Artikolu 33(2), punti (b), (c) u (d) |
— |
Artikolu 7(2) |
Artikolu 33(2), punt (a), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 16(1), punt (b) |
Artikolu 33(3) |
— |
Artikolu 7(3) |
Artikolu 33(4) |
— |
Artikolu 16(1), punt (b)(ii) |
Artikolu 33(5) |
— |
— |
Artikolu 34 |
— |
Artikolu 12(11), ir-raba subparagrafu |
Artikolu 35(1), punt (a) |
— |
Artikolu 6(1), punt (i) |
Artikolu 35(1), punt (b) |
— |
Artikolu 12(5) |
Artikolu 35(1), punt (c) |
— |
Artikolu 12(6) |
Artikolu 35(1), punt (d) |
— |
Artikolu 17(1), punt (b) |
Artikolu 35(2) |
— |
Artikolu 2, punt (6) |
Artikolu 35(3) |
— |
Artikolu 2, punt (7) |
Artikolu 35(4) |
— |
Artikolu 12(8) u Artikolu 17(1), punt (a)(vi) |
Artikolu 36 |
— |
— |
Artikolu 37(1) |
— |
Artikolu 12(11) l-ewwel, it-tielet u l-ħames subparagrafi |
Artikolu 37(2) |
— |
Artikolu 12(11), l-ewwel u it-tieni subparagrafi |
Artikolu 38 |
— |
— |
Artikolu 39(1), punt (a) |
— |
Artikolu 6(1), punt (i) |
Artikolu 39(1), punt (b) |
— |
Artikolu 12(7), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 39(1), punt (c) |
— |
— |
Artikolu 39(1), punt (d) |
— |
Artikolu 12(7), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 39(1), punt (e) |
— |
Artikolu 17(1), punt (b) |
Artikolu 39(2) |
— |
Artikolu 2, punt (6) |
Artikolu 40(1) |
— |
Artikolu 12(9) |
Artikolu 40(2) |
— |
— |
Artikolu 41 |
— |
Artikolu 12(10) |
Artikolu 42, l-ewwel subparagrafu |
— |
Artikolu 12(12), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 42, it-tieni subparagrafu |
— |
— |
Artikolu 42a(1) |
— |
Artikolu 8(1), punt (a) |
Artikolu 42a(2) |
— |
Artikolu 8(2) |
Artikolu 42a(3) |
— |
Artikolu 8(3) |
Artikolu 42a(4) |
— |
Artikolu 8(4) |
Artikolu 42a(5) |
— |
Artikolu 8(5) |
Artikolu 42a(5a) |
— |
Artikolu 8(6) |
Artikolu 42b |
— |
Artikolu 8(7) |
Artikolu 42c |
— |
Artikolu 8(8) |
Artikolu 42d |
— |
Artikolu 16(1), punt (c) |
Artikolu 42e |
— |
Artikolu 8(1), punt (b) |
Artikolu 42f |
— |
Artikolu 8(9) |
Artikolu 43(1), kliem introduttorju |
— |
Artikolu 16(1), kliem introduttorju |
Artikolu 43(1), punt (1) |
— |
Artikolu 16(1), punt (a) |
Artikolu 43(1), punt (2), l-ewwel subparagrafu |
— |
Artikolu 17(1), punt (g), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 43(1), punt (2), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 17(1), punt (k) |
Artikolu 43(1), punt (3) |
— |
Artikolu 17(1), punt (h) |
Artikolu 43(1), punt (4) |
— |
Artikolu 17(1), punt (i) |
Artikolu 43(1), punt (5) |
— |
Artikolu 17(1), punt (j) |
Artikolu 43(1), punt (6) |
— |
Artikolu 16(1), punt (g) |
Artikolu 43(1), punt (7) |
— |
Artikolu 16(1), punt (d) |
Artikolu 43(1), punt (7a) |
— |
Artikolu 17(1), punt (p) |
Artikolu 43(1), punt (7b) |
— |
Artikolu 2, punt (3) u Artikolu 17(1), punt (r) |
Artikolu 43(1), punt (8) |
— |
Artikolu 18(1), punt (a) |
Artikolu 43(1), punt (9) |
— |
Artikolu 17(1), punt (e) |
Artikolu 43(1), punt (10) |
— |
— |
Artikolu 43(1), punt (11) |
— |
Artikolu 17(1), punt (f) |
Artikolu 43(1), punt (12) |
— |
Artikolu 17(1), punt (d), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 43(1), punt (13) |
— |
Artikolu 16(1), punt (e) |
Artikolu 43(1), punt (14)(a) |
— |
Artikolu 17(1), punt (c)(i) |
Artikolu 43(1), punt (14)(b) |
— |
Artikolu 17(1), punt (c)(ii) |
Artikolu 43(1), punt (15) |
— |
Artikolu 18(1), punt (b) u Artikolu 18(3) |
Artikolu 43(2) |
— |
— |
Artikolu 43(3) |
— |
Artikolu 17(1), punt (d), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 44 |
— |
— |
Artikolu 45(1) |
— |
Artikolu 17(1), punt (g), it-tieni subparagrafu Artikolu 28(3) |
Artikolu 45(2) |
— |
Artikolu 18(2) |
Artikolu 46 |
— |
Artikolu 19 |
Artikolu 46a |
— |
Artikolu 20 |
Artikolu 47(1) u (1a) |
— |
Artikolu 30(1) u (2) |
Artikolu 47(2) |
— |
Artikolu 31(1) |
Artikolu 47(3) |
— |
Artikolu 31(2) |
Artikolu 48 |
— |
Artikolu 32(1) |
Artikolu 49 |
— |
Artikolu 32(2) |
Artikolu 50 |
— |
Artikolu 17(1), punt (o) |
Artikolu 50a |
— |
— |
Artikolu 50b |
— |
Artikolu 33(1), punt (a) |
Artikolu 50c |
— |
Artikolu 33(2) |
Artikolu 51(1) |
— |
Artikolu 34(1) |
Artikolu 51(2) |
— |
— |
Artikolu 51(3) |
— |
— |
Artikolu 51a |
— |
Artikolu 35 |
Artikolu 52 |
— |
— |
Artikolu 53(2) |
— |
Artikolu 3(13) |
Artikolu 53a |
— |
Artikolu 40 |
Artikolu 55 |
— |
— |
Artikolu 56(1) |
— |
— |
Artikolu 56(2) |
— |
Artikolu 17(1), punti (l), (m) u (n) |
Artikolu 57 |
— |
Artikolu 37 |
Artikolu 57a |
— |
Artikolu 38 |
Artikolu 58 |
— |
Artikolu 39 |
Artikolu 59(1) |
— |
Artikolu 9(7), punt (a) |
Artikolu 59(2) sa (6), punt (a) |
— |
Artikolu 9(7), punt (a) u Artikolu 27 |
Artikolu 59(6), punti (b) u (c) |
— |
Artikolu 9(7), punti (b) u (c) |
Artikolu 59(7) u (8) |
— |
Artikolu 9(7), punt (a) u Artikolu 27 |
Artikolu 59(9) |
— |
Artikolu 27(9) |
Artikolu 60 |
— |
— |
Artikolu 60a |
— |
Artikolu 51 |
Artikolu 61 |
— |
Artikolu 17(2) |
Artikolu 61a |
— |
— |
Artikolu 62 |
— |
Artikolu 55 |
— |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 22(1) |
— |
Artikolu 1(2) |
Artikolu 22(2) |
— |
Artikolu 2(1), (2) u (3) |
Artikolu 22(3), (4) u(5) |
— |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 22(6) |
— |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 2, punt (10) |
— |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 21 |
— |
Artikolu 4(2) |
— |
— |
Artikolu 5 |
— |
— |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 23(2) |
— |
Artikolu 6(2) |
Artikolu 3(8) |
— |
Artikolu 6(3) |
Artikolu 3(9), it-tieni subparagrafu, Artikolu 3(10) u (11) |
— |
Artikolu 6(4) |
Artikolu 23(2) |
— |
Artikolu 7(1) |
Artikolu 23(3) |
— |
Artikolu 7(2) |
Artikolu 23(4) |
— |
Artikolu 7(3) |
Artikolu 23(3), kliem tal-bidu |
— |
Artikolu 8 |
Artikolu 23(5) |
— |
Artikolu 9(1) |
Artikolu 23(6) |
— |
Artikolu 9(2) |
— |
— |
Artikolu 10 |
Artikolu 23(7) |
— |
Artikolu 11 |
Artikolu 23(8) |
— |
Artikolu 12(1) |
Artikolu 22(7) |
— |
Artikolu 12(2) |
Artikolu 22(8) |
— |
Artikolu 12(3) |
Artikolu 22(9) |
— |
Artikolu 13(1) u (2) |
Artikolu 2, punt (16) u Artikolu 6(1), punt (j) |
— |
Artikolu 13(2a) |
Artikolu 23(10) |
— |
Artikolu 13(3) |
Artikolu 23(9) |
— |
Artikolu 15 |
— |
— |
Artikolu 16 |
Artikolu 4 |
— |
Artikolu 17(1) |
Artikolu 24(1) |
— |
Artikolu 17(2) |
— |
— |
Artikolu 18 |
Artikolu 24(2) |
— |
Artikolu 19 |
Artikolu 24(3), punti (a) sa (e) |
— |
Artikolu 20 |
— |
— |
Artikolu 21 |
Artikolu 24(4) |
— |
Artikolu 22 |
Artikolu 24(5) |
— |
Artikolu 23 |
Artikolu 24(6) |
— |
Artikolu 24 |
— |
— |
Artikolu 25(1) |
Artikolu 6(1), punt (b) |
— |
Artikolu 25(2) |
Artikolu 4(4) |
— |
Artikolu 26(1) |
Artikolu 24(7) |
— |
Artikolu 26(2) |
— |
— |
Artikolu 26(3) |
Artikolu 6(1), punt (j) |
— |
Artikolu 27 |
Artikolu 24(8) |
— |
Artikolu 28 |
Artikolu 24(9) |
— |
Artikolu 29(1) |
Artikolu 24(10) |
— |
Artikolu 29(2) |
Artikolu 24(11) |
— |
Artikolu 29(3) |
Artikolu 24(12) |
— |
Artikolu 29(4) |
Artikolu 24(13) |
— |
Artikolu 29(5) |
Artikolu 24(14) |
— |
Artikolu 30(1) |
Artikolu 24(3), punt (c) |
— |
Artikolu 30(2) |
— |
— |
Artikolu 31 |
Artikolu 24(3), punt (f) |
— |
Artikolu 32(1) u (2) |
Artikolu 26 |
— |
Artikolu 32(3) |
— |
— |
Artikolu 33 |
Artikolu 27 |
— |
Artikolu 34, kliem tal-bidu u Artikolu 34(1), l-ewwel sentenza |
Artikolu 16(1), punt (a) u Artikolu 28(1) |
— |
Artikolu 34(1), it-tieni sentenza |
— |
— |
Artikolu 34(2) |
Artikolu 28(2), punt (a) |
— |
Artikolu 34(3), punt (a) |
Artikolu 28(2), punt (b) |
— |
Artikolu 34(3), punt (b) |
— |
— |
Artikolu 34(4) |
Artikolu 28(2), punt (c) |
— |
Artikolu 34(5) |
Artikolu 28(2), punt (d) |
— |
Artikolu 34(6) |
Artikolu 16(1), punt (g) u Artikolu 28(1) |
— |
Artikolu 34(7) |
Artikolu 16(1), punt (d) u Artikolu 28(1) |
— |
Artikolu 34(7a) |
Artikolu 17(1), punt (p) |
— |
Artikolu 34(7b) |
Artikolu 17(1), punt (r) |
— |
Artikolu 34(8) |
Artikolu 18(1), punt (a) |
— |
Artikolu 34(9), punt (a) |
Artikolu 17(1), punt (e) |
— |
Artikolu 34(9), punt (b) |
Artikolu 28(1), punt (b) |
— |
Artikolu 34(10) |
— |
— |
Artikolu 34(11) |
Artikolu 17(1), punt (f) u Artikolu 28(1) |
— |
Artikolu 34(12) u (13) |
Artikolu 28(1), punt (c) |
— |
Artikolu 34(14) |
Artikolu 16(1), punt (c) u Artikolu 28(1) |
— |
Artikolu 17(1), punt (c) |
Artikolu 17(1), punt (c) u Artikolu 28(1) |
— |
Artikolu 34(16) |
Artikolu 18(1), punt (b) u Artikolu 28(1) |
— |
Artikolu 35(1) |
Artikolu 28(3) |
— |
Artikolu 35(2) |
— |
— |
Artikolu 36(1) |
Artikolu 19(1) u Artikolu 29(1) |
— |
Artikolu 36(2), punt (a) |
— |
— |
Artikolu 36(2), punti (b) u (c) |
Artikolu 19(2), punti (b) u (c) |
— |
Artikolu 36(2), punt (d) |
Artikolu 29(2), punt (a) |
— |
Artikolu 36(2), punt (e) |
Artikolu 19(2), punt (e) u Artikolu 29(1) |
— |
Artikolu 36(2), punt (f) |
Artikolu 29(2), punt (b) |
— |
Artikolu 36(3) |
Artikolu 29(3) |
— |
Artikolus 36a |
Artikolu 33(1), punt (b) |
— |
Artikolus 36b |
Artikolu 33(2) |
— |
Artikolu 37(1) |
Artikolu 34(1) u (2) |
— |
Artikolu 37(2) |
Artikolu 35 |
— |
Artikolu 37(4) |
Artikolu 35 |
— |
Artikolu 38(1) |
Artikolu 30(1), l-ewwel subparagrafu u Artikolu 30(3), l-ewwel subparagrafu |
— |
Artikolu 38(2) |
Artikolu 30(1), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 38(3) |
— |
— |
Artikolu 38(4) |
Artikolu 30(3), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 38(5) u (6) |
— |
— |
Artikolu 38(7) |
Artikolu 40 |
— |
Artikolu 38a |
— |
— |
Artikolu 39 |
— |
— |
Artikolu 40 |
— |
— |
Artikolu 41(1) |
Artikolu 2, punt (12) |
— |
Artikolu 41(1a) |
Artikolu 2, punt (3) |
— |
Artikolu 41(2) sa (5) |
— |
— |
Artikolu 42 |
— |
— |
Artikolu 43 |
— |
— |
Artikolu 44 |
— |
— |
Artikolu 45 |
— |
— |
Artikolu 46 |
— |
— |
Artikolu 47 |
— |
— |
Artikolu 48 |
Artikolu 51 |
— |
Artikolu 49 |
— |
— |
Artikolu 50 |
— |
— |
Artikolu 50a |
— |
— |
Artikolu 51 |
Artikolu 55 |