This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0292
2011/292/EU: Council Decision of 31 March 2011 on the security rules for protecting EU classified information
2011/292/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE
2011/292/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE
ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17–65
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 14/10/2013; Revokat u sostitwit bi 32013D0488
27.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-31 ta’ Marzu 2011
dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE
(2011/292/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 240 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2011 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tagħha,
Billi:
(1) |
Sabiex jiġu żviluppati attivitajiet tal-Kunsill fl-oqsma kollha li jeħtieġu trattament ta’ informazzjoni klassifikata, huwa xieraq li tkun stabbilita sistema komprensiva ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata li tkopri lill-Kunsill, lis-Segretarjat Ġenerali tiegħu u lill-Istati Membri. |
(2) |
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika fejn il-Kunsill, fil-korpi preparatorji tiegħu, u s-Segretarat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK) jittrattaw informazzjoni klassifikata tal-UE (IKUE). |
(3) |
Skont il-ligijiet u r-regolamenti nazzjonali u safejn huwa meħtieġ għall-funzjonament tal-Kunsill, l-Istati Membri għandhom jirrispettaw din id-Deċiżjoni meta l-awtoritajiet, il-persunal jew il-kuntratturi kompetenti tagħhom jittrattaw IKUE, sabiex kull wieħed ikun jista' jkun assigurat li jingħata livell ekwivalenti ta’ protezzjoni lill-IKUE. |
(4) |
Il-Kunsill u l-Kummissjoni huma impenjati li japplikaw standards ekwivalenti ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ IKUE. |
(5) |
Il-Kunsill jissottolinja l-importanza li jiġu assoċjati, fejn xieraq, il-Parlament Ewropew u istituzzjonijiet, aġenziji, korpi jew uffiċċji oħra tal-UE mal-prinċipji, l-istandards u r-regoli għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata li huma meħtieġa sabiex jipproteġu l-interessi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. |
(6) |
L-aġenziji u l-korpi tal-UE stabbiliti taħt it-Titolu V tal-Kapitolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, Europol u Eurojust japplikaw, fil-kuntest tal-organizzazzjoni interna tagħhom, il-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi stabbiliti f'din id-Deċiżjoni għall-protezzjoni ta’ IKUE, kif previst fl-atti fundaturi rispettivi tagħhom. |
(7) |
L-operazzjonijiet ta’ maniġġar ta’ kriżijiet stabbiliti taħt it-Titolu V tal-Kapitolu 2 tat-TUE u l-persunal tagħhom japplikaw ir-regoli ta’ sigurtà adottati mill-Kunsill għall-protezzjoni ta’ IKUE. |
(8) |
Ir-Rappreżentanti Speċjali tal-UE u l-membri tal-gruppi tagħhom japplikaw ir-regoli ta’ sigurtà adottati mill-Kunsill għall-protezzjoni ta’ IKUE. |
(9) |
Din id-Deċiżjoni hija meħuda mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 15 u 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u għall-istrumenti li jimplimentawhom. |
(10) |
Din id-Deċiżjoni hija meħuda mingħajr preġudizzju għall-prattika eżistenti fl-Istati Membri fir-rigward tal-infurmar lill-Parlamenti nazzjonali tagħhom dwar l-attivitajiet tal-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għan, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi ta’ sigurtà għall-protezzjoni tal-IKUE.
2. Dawn il-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi għandhom japplikaw għall-Kunsill u s-SĠK u jiġu rispettati mill-Istati Membri skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali rispettivi tagħhom, sabiex kull wieħed minnhom ikun jista' jiġi assigurat li jingħata livell ekwivalenti ta’ protezzjoni lill-IKUE.
3. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi A għandhom japplikaw.
Artikolu 2
Definizzjoni ta’ IKUE, klassifikazzjonijiet u mmarkar ta’ sigurtà
1. “Informazzjoni klassifikata tal-UE” (IKUE) tfisser kwalunkwe informazzjoni jew materjal magħżul minn klassifikazzjoni ta’ sigurtà tal-UE, li l-iżvelar mhux awtorizzat tiegħu jista' jikkawża gradi differenti ta’ preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni Ewropea jew għal Stat Membru wieħed jew aktar.
2. L-IKUE għandha tkun klassifikata f'wieħed minn dawn il-livelli:
(a) TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET: informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' jikkaġuna preġudizzju eċċezzjonalment gravi għall-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew ta’ Stat Membru wieħed jew aktar.
(b) SECRET UE/EU SECRET: informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' jikkaġuna dannu serju għall-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew ta’ Stat Membru wieħed jew aktar.
(c) CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL: informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' jikkaġuna dannu għall-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew ta’ Stat Membru wieħed jew aktar.
(d) RESTREINT UE/EU RESTRICTED: informazzjoni u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' jkun żvantaġġuż għall-interessi tal-Unjoni Ewropea jew ta’ Stat Membru wieħed jew aktar.
3. L-IKUE għandu jkollha marka ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà skont il-paragrafu 2. Hija jista' jkollha marki addizzjonali li juru l-qasam ta’ attività relatat magħha, jidentifikaw l-oriġinatur, jillimitaw id-distribuzzjoni, jirrestrinġu l-użu jew jindikaw ir-rilaxxabbiltà.
Artikolu 3
Ġestjoni ta’ klassifikazzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-IKUE hija klassifikata b'mod xieraq, identifikata b'mod ċar bħala informazzjoni klassifikata u żżomm il-livell ta’ klassifikazzjoni biss sakemm dan ikun meħtieġ.
2. L-IKUE m'għandhiex tiġi mnaqqsa fil-grad jew diklassifikata u l-immarkar imsemmi fl-Artikolu 2(3) lanqas m'għandu jiġi modifikat jew imneħħi mingħajr il-permess bil-miktub u minn qabel tal-oriġinatur.
3. Il-Kunsill għandu japprova politika ta’ sigurtà dwar il-ħolqien ta’ IKUE li għandha tinkludi gwida tal-klassifikazzjoni prattika.
Artikolu 4
Protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata
1. L-IKUE għandha tiġi protetta skont din id-Deċiżjoni.
2. Id-detentur ta’ kwalunkwe materjal ta’ IKUE għandu jkun responsabbli għall-protezzjoni tiegħu skont din id-Deċiżjoni.
3. Fejn l-Istati Membri jintroduċu informazzjoni klassifikata li jkollha marka ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà nazzjonali fi strutturi jew netwerks tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill u s-SĠK għandu jipproteġi dik l-informazzjoni skont ir-rekwiżiti applikabbli għall-IKUE fil-livell ekwivalenti kif stabbilit fit-tabella ta’ ekwivalenza ta’ klassifikazzjonijiet ta’ sigurtà li jinsabu fl-Appendiċi B.
4. Kwantitajiet kbar jew ġabra ta’ IKUE jistgħu jeħtieġu livell ta’ protezzjoni li jikkorrispondi għal klassifikazzjoni ogħla.
Artikolu 5
Ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà
1. Ir-riskju għall-IKUE għandu jiġi ġestit bħala proċess. Dan il-proċess għandu jimmira li jiddetermina riskji ta’ sigurtà magħrufin, jiddefinixxi miżuri ta’ sigurtà biex jitnaqqsu tali riskji għal livell aċċettabbli skont il-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi stabbiliti f'din id-Deċiżjoni u li japplika dawn il-miżuri f'konformità mal-kunċett ta’ difiża fil-fond kif definit fl-Appendiċi A. L-effettività ta’ tali miżuri għandha tiġi evalwata kontinwament.
2. Miżuri ta’ sigurtà biex tiġi protetta IKUE matul iċ-ċiklu ta’ ħajja kollu tagħha għandhom ikunu jaqblu b'mod partikolari mal-klassifikazzjoni ta’ sigurtà, il-forma u l-volum tal-informazzjoni jew il-materjal tagħha, il-lokazzjoni u l-kostruzzjoni ta’ bini jew oqsma li jospitaw IKUE u t-theddida vvalutata lokalment minn attivajiet malizzjużi u/jew kriminali, inkluż spjunaġġ, sabutaġġ u terroriżmu.
3. Pjanijiet ta’ kontinġenza għandhom jieħdu kont tal-ħtieġa li IKUE tiġi protetta f'sitwazzjonijiet ta’ emerġenza sabiex jiġi evitat aċċess mhux awtorizzat, żvelar jew telf ta’ integrità jew disponibbiltà.
4. Miżuri preventivi u ta’ rkupru biex jimminimizzaw l-impatt ta’ fallimenti jew inċidenti maġġuri fit-trattament u ħżin ta’ IKUE għandhom jiġu inklużi fi pjanijiet ta’ kontinwazzjoni kummerċjali.
Artikolu 6
Implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni
1. Fejn meħtieġ, il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kumitat ta’ Sigurtà, għandu japprova linji politiċi ta’ sigurtà li jistabbilixxu miżuri għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
2. Il-Kumitat ta’ Sigurtà jista' jaqbel fil-livell tiegħu dwar linji gwida ta’ sigurtà biex jissupplimenta jew jappoġġa din id-Deċiżjoni u kwalunkwe linji politiċi ta’ sigurtà approvati mill-Kunsill.
Artikolu 7
Sigurtà tal-persunal
1. Is-sigurtà tal-persunal hija l-applikazzjoni ta’ miżuri biex jiġi żgurat li l-aċċess għal IKUE jingħata biss lil individwi li jkunu:
— |
fil-ħtieġa ta’ għarfien (need-to know); |
— |
ingħataw approvazzjoni ta’ sigurtà sal-livell rilevanti, fejn xieraq; u |
— |
ingħataw informazzjoni dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom. |
2. Il-proċeduri għal approvazzjoni ta’ sigurtà tal-persunal għandhom jitfasslu biex jiddeterminaw jekk individwu jistax ikun awtorizzat aċċess għal IKUE, b'kont meħud tal-lealtà, il-fiduċja u l-affidabbiltà tiegħu.
3. L-individwi kollha fis-SĠK li d-doveri tagħhom jistgħu jitolbu li jkollhom aċċess għal IKUE klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla għandhom jingħataw approvazzjoni ta’ sigurtà sal-livell rilevanti qabel ma jingħataw aċċess għal tali IKUE. Il-proċedura għal approvazzjoni ta’ sigurtà tal-persunal għal uffiċjali tas-SĠK u ħaddiema oħrajn hija stabbilita fl-Anness I.
4. Il-persunal tal-Istati Membri msemmi fl-Artikolu 14(3) li d-doveri tagħhom tiegħu jitolbu li jkollu aċċess għal IKUE klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla għandu jingħata approvazzjoni ta’ sigurtà sal-livell rilevanti jew jiġi awtorizzat debitament b'mod ieħor bis-saħħa tal-funzjonijiet tiegħu, skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, qabel ma jingħata aċċess għal tali IKUE.
5. Qabel ma jingħataw aċċess għal IKUE u f'intervalli regolari wara, l-individwi kollha għandhom jiġu infurmati bir-responsabbiltajiet tagħhom u jaċċettawhom biex jipproteġu IKUE skont din id-Deċiżjoni.
6. Dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness I.
Artikolu 8
Sigurtà fiżika
1. Is-sigurtà fiżika hija l-applikazzjoni ta’ miżuri protettivi fiżiċi u tekniċi biex jiġi evitat aċċess mhux awtorizzat għall-IKUE.
2. Miżuri ta’ sigurtà fiżika għandhom jkunu diżinjati sabiex jiċħdu d-dħul bil-moħbi jew furzat minn intruż, sabiex jkunu ta’ deterrent, jimpedixxu u jinnotaw azzjonijiet mhux awtorizzati u sabiex jippermettu għas-segregazzjoni ta’ persunal fl-aċċess tagħhom għal IKUE fuq bażi ta’ ħtieġa ta’ għarfien. Tali miżuri għandhom jiġu ddeterminati abbażi ta’ proċess ta’ ġestjoni ta’ riskju.
3. Miżuri ta’ sigurtà fiżika għandhom jitpoġġew fis-seħħ fl-edifiċji, fil-bini, fl-uffiċċji, fil-kmamar u fiż-żoni l-oħra kollha li fihom tiġi ttrattata jew maħżuna IKUE, inklużi żoni fejn ikunu jinsabu sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni kif definiti fl-Artikolu 10(2).
4. Żoni li fihom tiġi ttrattata jew maħżuna IKUE klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla għandhom jiġu stabbiliti bħala Żoni ta’ sigurtà skont l-Anness II u approvati mill-awtorità ta’ sigurtà kompetenti.
5. Tagħmir jew apparat approvat biss għandu jintuża biex tiġi protetta l-IKUE fil-livell CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla.
6. Dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness II.
Artikolu 9
Ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata
1. Il-ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata hija l-applikazzjoni ta’ miżuri amministrattivi għall-ikkontrollar ta’ IKUE matul iċ-ċiklu ta’ ħajja kollu tagħha sabiex jiġu ssupplimentati l-miżuri previsti fl-Artikoli 7, 8 u 10 u b'hekk jgħinu biex il-kompromess jew it-telf intenzjonat jew aċċidentali ta’ tali informazzjoni jiġi skoraġġit, innotat u rkuprat. Tali miżuri jirrelataw b'mod partikolari għall-ħolqien, ir-reġistrazzjoni, l-ikkuppjar, it-traduzzjoni, il-ġarr u l-qerda ta’ IKUE.
2. Informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla għandha tiġi rreġistrata għal finijiet ta’ sigurtà qabel id-distribuzzjoni u malli tiġi rċevuta. L-awtoritajiet kompetenti tas-SĠK u tal-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ reġistrar għal dan il-għan. Informazzjoni klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET għandha tiġi rreġistrata f'reġistri magħżulin.
3. Servizzi u edifiċji fejn tiġi ttrattata jew maħżuna IKUE għandhom ikunu soġġetti għal ispezzjoni regolari mill-awtorità ta’ sigurtà kompetenti.
4. IKUE għandha tintbagħat bejn servizzi u edifiċji li mhumiex f'żoni protetti fiżikament kif ġej:
(a) |
bħala regola ġenerali, IKUE għandha tiġi trasmessa b'mezzi elettroniċi protetti bi prodotti kriptografiċi approvati skont l-Artikolu 10(6); |
(b) |
meta ma jintużawx il-mezzi msemmija fil-punt (a), l-IKUE għandha tinġarr jew:
|
5. Dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness III.
Artikolu 10
Protezzjoni ta’ IKUE ttrattata f'sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni
1. L-Assigurazzjoni ta’ Informazzjoni (AI) fil-qasam tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni hija l-fiduċja li tali sistemi jipproteġu l-informazzjoni li huma jittrattaw u ser jiffunzjonaw kif meħtieġ, meta meħtieġ, taħt il-kontroll tal-utenti leġittimi. AI effettiva għandha tiżgura livelli adegwati ta’ kunfidenzjalità, integrità, disponibbiltà, non-rifjut u awtentiċità. L-AI għandha tkun ibbażata fuq proċess ta’ ġestjoni tar-riskju.
2. “Sistema ta’ Komunikazzjoni u Informazzjoni” tfisser kwalunkwe sistema li tippermetti t-trattament ta’ informazzjoni f'forma elettronika. Sistema ta’ komunikazzjoni u informazzjoni għandha tkopri l-assi kollha meħtieġa biex hija topera, inkluż l-infrastruttura, l-organizzazzjoni, il-persunal u r-riżorsi ta’ informazzjoni. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal Sistemi ta’ Komunikazzjoni u Informazzjoni li jittrattaw IKUE (SKI).
3. Is-SKI għandha tittratta IKUE skont il-kunċett tal-AI.
4. Is-SKI kollha għandhom jgħaddu minn proċess ta’ akkreditament. L-akkreditament għandu jimmira li jikseb assigurazzjoni li l-miżuri kollha xierqa ta’ sigurtà jkunu ġew implimentati u li jkun intlaħaq livell suffiċjenti ta’ protezzjoni tal-IKUE u tas-SKI skont din id-Deċiżjoni. Id-dikjarazzjonii ta’ akkreditament għandha tiddetermina l-livell massimu ta’ klassifikazzjoni tal-informazzjoni li tista' tiġi ttrattat fi SKI kif ukoll it-termini u l-kondizzjonijiet korrispondenti.
5. SKI li tittratta informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u ogħla għandha tkun protetta b'tali mod li l-informazzjoni ma tkunx tista' tiġi kompromessa b'sinjali elettromanjetiċi mhux intenzjonali (“miżuri ta’ sigurtà TEMPEST”).
6. Fejn il-protezzjoni ta’ IKUE tingħata bi prodotti kriptografiċi, tali prodotti għandhom ikunu approvati kif ġej:
(a) |
il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni klassifikata SECRET UE/EU SECRET u ogħla għandha tkun protetta bi prodotti kriptografiċi approvati mill-Kunsill bħala Awtorità ta’ Approvazzjoni Kripto (AAK) wara rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Sigurtà. |
(b) |
il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew RESTREINT UE/EU RESTRICTED għandha tkun protetta bi prodotti kriptografiċi approvati mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “is-Segretarju Ġenerali”) bħala AAK, wara rakkomandazzjoni mill-Kumitat ta’ Sigurtà. |
Minkejja l-punt (b), fis-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri, il-kunfidenzjalità ta’ IKUE klassifikata CONDIENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew RESTRIENT UE/EU RESTRICTED tista' tiġi protetta bi prodotti kriptografiċi approvati mill-AAK (Awtorità ta’ Approvazzjoni Kripto) ta’ Stat Membru.
7. Matul it-trasmissjoni ta’ IKUE b'mezzi elettroniċi, għandhom jintużaw prodotti kriptografiċi approvati. Minkejja dan ir-rekwiżit, proċeduri speċifiċi jistgħu jiġu applikati taħt ċirkostanzi ta’ emerġenza jew konfigurazzjonijiet tekniċi speċifiċi kif speċifikat fl-Anness IV.
8. L-awtoritajiet kompetenti tas-SĠK u tal-Istati Membri rispettivament għandhom jistabbilixxu l-funzjonijiet AI li ġejjin:
(a) |
Awtorità AI (AAI); |
(b) |
Awtorità TEMPEST (AT); |
(c) |
Awtorità ta’ Approvazzjoni Kripto (AAK); |
(d) |
Awtorità ta’ Distribuzzjoni Kripto (ADK); |
9. Għal kull sistema, l-awtoritajiet kompetenti tas-SĠK u tal-Istati Membri rispettivament għandhom jistabbilixxu:
(a) |
Awtorità ta’ Akkreditament ta’ Sigurtà (AAS); |
(b) |
Awtorità Operattiva AI. |
10. Id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness IV.
Artikolu 11
Sigurtà industrijali
1. Sigurtà industrijali hija l-applikazzjoni ta’ miżuri biex tiġi żgurata l-protezzjoni ta’ IKUE minn kuntratturi u subkuntratturi f'negozjati ta’ qabel kuntratt u matul iċ-ċiklu ta’ ħajja kollu ta’ kuntratti klassifikati. Tali kuntratti m'għandhomx jinvolvu aċċess għal informazzjoni klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET.
2. Is-SĠK jista' jagħti, permezz ta’ kuntratt, kompiti li jinvolvu jew jimplikaw l-aċċess jew it-trattament jew il-ħżin ta’ IKUE minn entitajiet industrijali jew entitajiet oħrajn reġistrati fi Stat Membru jew fi Stat terz li jkun ikkonkluda ftehim jew ftehim amministrattiv skont l-Artikolu 12(2)(a) jew (b).
3. Is-SĠK, bħala l-awtorità kontraenti, għandu jiżgura li jkun hemm konformità mal-istandards minimi dwar is-sigurtà industrijali stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, u msemmijin fil-kuntratt, waqt l-għoti ta’ kuntratti klassifikati lil entitajiet industrijali jew entitajiet oħra.
4. L-Awtorità ta’ Sigurtà Nazzjonali (ASN), l-Awtorità ta’ Sigurtà Magħżula (ASM) jew kwalunkwe awtorità kompetenti oħra ta’ kull Stat Membru għandha tiżgura li, safejn possibbli taħt il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, kuntratturi u subkuntratturi reġistrati fit-territorju tagħhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jipproteġu IKUE fin-negozjati ta’ qabel kuntratt u fil-prestazzjoni ta’ kuntratt klassifikat.
5. L-ASN, l-ASM jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra ta’ kull Stat Membru għandha tiżgura, skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, li kuntratturi jew subkuntratturi reġistrati fl-Istat Membru partikolari li jipparteċipa f'kuntratti jew subkuntratti klassifikati li jeħtieġu aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET fi ħdan il-faċilitajiet tagħhom, fil-prestazzjoni ta’ tali kuntratti jew matul l-istadju prekuntrattwali, ikollhom Approvazzjoni ta’ Sigurtà għal Faċilità (ASF) fil-livell rilevanti ta’ klassifikazzjoni.
6. Il-persunal ta’ kuntrattur jew subkuntrattur, li għall-prestazzjoni ta’ kuntratt klassifikat jeħtieġ aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET għandu jingħata Approvazzjoni ta’ sigurtà ta’ Persunal (PSC) mill-ASN, l-ASM rispettiva jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali u l-istandards ta’ sigurtà minimi stabbiliti fl-Anness I.
7. Id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness V.
Artikolu 12
Skambju ta’ informazzjoni klassifikata ma’ Stati terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali
1. Fejn il-Kunsill jiddetermina li hemm bżonn ta’ skambju ta’ IKUE ma’ Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali, għandu jiġi attwat qafas adatt għal dan il-għan.
2. Sabiex jiġi stabbilit tali qafas u jiġu definiti regoli reċiproċi dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata skambjata,
(a) |
il-Kunsill għandu jikkonkludi ftehimiet dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (minn hawn 'il quddiem imsejħin “ftehimiet dwar is-sigurtà ta’ informazzjoni”); jew |
(b) |
is-Segretarju Ġenerali jista' jidħol f'arranġamenti amministrattivi skont il-paragrafu 17 tal-Anness VI fejn il-livell ta’ klassifikazzjoni ta’ IKUE li għandha tiġi rilaxxata, b'regola ġenerali mhuwiex ogħla minn RESTREINT UE/EU RESTRICTED. |
3. Ftehimiet dwar is-sigurtà tal-informazzjoni jew l-arranġamenti amministrattivi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet biex jiżguraw li meta Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali jirċievu IKUE, tali informazzjoni tingħata protezzjoni xierqa għal-livell ta’ klassifikazzjoni tagħha u skont l-istandards minimi li mhumiex anqas striġenti minn dawk stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.
4. Id-deċiżjoni li tiġi rilaxxata IKUE li toriġina fil-Kunsill lil Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali għandha tittieħed mill-Kunsill fuq bażi ta’ każ b'każ, skont in-natura u l-kontenut ta’ tali informazzjoni, il-ħtieġa ta’ għarfien tar-riċevitur u l-miżura ta’ vantaġġ għall-UE. Jekk l-oriġinatur tal-informazzjoni klassifikata li għaliha huwa mixtieq ir-rilaxx mhuwiex il-Kunsill, is-SĠK għandu jfittex l-ewwel il-kunsens bil-miktub tal-oriġinatur għar-rilaxx. Jekk l-oriġinatur ma jistax jiġi stabbilit, il-Kunsill għandu jassumi r-responsabbiltà ta’ dan tal-ewwel.
5. Żjarat ta’ valutazzjoni għandhom jiġu organizzati sabiex jaċċertaw l-effettività tal-miżuri ta’ sigurtà fis-seħħ fi Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali biex tiġi protetta IKUE prevista jew skambjata.
6. Id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness VI.
Artikolu 13
Ksur ta’ sigurtà u kompromess ta’ IKUE
1. Ksur ta’ sigurtà jseħħ bħala r-riżultat ta’ att jew ommissjoni minn individwu li jkun kontra r-regoli ta’ sigurtà stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.
2. Jsir kompromess ta’ IKUE meta, bħala riżultat ta’ ksur ta’ sigurtà, tkun ġiet totalment jew parzjalment żvelata lil persuni mhux awtorizzati.
3. Kwalunkwe ksur jew ksur suspettat ta’ sigurtà għandu jiġu rappurtat immedjatament lill-awtorità ta’ sigurtà kompetenti.
4. Meta jkun magħruf jew meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jassumi li IKUE ġiet kompromessa jew mitlufa, l-awtorità ta’ sigurtà kompetenti għandha tieħu l-miżuri xierqa kollha skont il-liġijiet u r-regolamenti rilevanti biex:
(a) |
tinforma lill-oriġinatur; |
(b) |
tiżgura li l-każ jiġi investigat minn persunal li ma jkunx ikkonċernat direttament bil-ksur sabiex jistabbilixxi l-fatti; |
(c) |
tivvaluta d-dannu potenzjali kkawżat għall-interessi tal-UE jew tal-Istati Membri; |
(d) |
tieħu miżuri adatti biex tiġi prevenuta rikorrenza; u |
(e) |
tinnotifika lill-awtorità adatta dwar l-azzjoni meħuda. |
5. Kwalunkwe individwu li huwa responsabbli għal ksur tar-regoli ta’ sigurtà stabbiliti f'din id-Deċiżjoni jista' jkun soġġett għal azzjoni dixxiplinari skont ir-regoli u r-regolamenti applikabbli. Kwalunkwe individwu li huwa responsabbli għall-kompromess ta’ IKUE għandu jkun soġġett għal azzjoni dixxiplinari u/jew legali skont il-liġijiet, ir-regoli u r-regolamenti applikabbli.
Artikolu 14
Responsabbiltà għall-implimentazzjoni
1. Il-Kunsill għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura l-konsistenza globali fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
2. Is-Segretarju Ġenerali għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li, meta tiġi ttrattata jew maħżuna IKUE jew kwalunkwe informazzjoni klassifikata oħra, din id-Deċiżjoni tiġi applikata fl-edifiċji użati mill-Kunsill u fi ħdan is-SĠK, inkluż fl-uffiċċji tiegħu ta’ kollegament fi Stati terzi, minn uffiċjali tas-SĠK u impjegati oħrajn, minn persunal issekondat lis-SĠK u minn kuntratturi tas-SĠK.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha, skont il-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tagħhom, biex jiżguraw li meta tiġi ttrattata jew maħżuna IKUE, tiġi rispettata din id-Deċiżjoni:
(a) |
persunal tar-Rappreżentazzjonijiet Permanenti tal-Istati Membri għall-Unjoni Ewropea, u delegati nazzjonali li jattendu għal-laqgħat tal-Kunsill jew tal-korpi preparatorji tiegħu, jew li jipparteċipaw f'attivitajiet oħrajn tal-Kunsill; |
(b) |
persunal ieħor f'amministrazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri, inkluż persunal issekondat għal dawk l-amministrazzjonijiet, kemm jekk iservu fit-territorju tal-Istati Membri kif ukoll jekk barra l-pajjiż; |
(c) |
persuni oħrajn fl-Istati Membri debitament awtorizzati, bis-saħħa tal-funzjonijiet tagħhom, biex ikollhom aċċess għal IKUE; u |
(d) |
kuntratturi tal-Istati Membri, kemm jekk fit-territorju tal-Istati Membri kif ukoll jekk barra l-pajjiż. |
Artikolu 15
L-organizzazzjoni ta’ sigurtà fil-Kunsill
1. Bħala parti mir-rwol tiegħu biex jiżgura konsistenza globali fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kunsill għandu japprova:
(a) |
ftehimiet imsemmijin fl-Artikolu 12(2)(a); |
(b) |
id-deċiżjonijiet li jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ IKUE lil Stati terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali; |
(c) |
programm annwali ta’ ispezzjoni propost mis-Segretarju Ġenerali u rrakkomandat mill-Kumitat ta’ Sigurtà għal ispezzjonijiet tas-servizzi u l-edifiċji tal-Istati Membri u ta’ aġenziji u korpi tal-UE stabbiliti taħt it-Titolu V, Kapitolu 2 tat-TUE kif ukoll tal-Europol u tal-Eurojust, u żjarat ta’ valutazzjoni fi Stati terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali sabiex tiġi aċċertata l-effettività tal-miżuri implimentati biex tiġi protetta IKUE; u |
(d) |
il-linji politiċi dwar is-sigurtà kif previst fl-Artikolu 6(1). |
2. Is-Segretarju Ġenerali għandu jkun l-Awtorità ta’ sigurtà tas-SĠK. F'dik il-kompetenza, is-Segretarju Ġenerali għandu:
(a) |
jimplimenta l-politika ta’ sigurtà tal-Kunsill u jżommha taħt reviżjoni; |
(b) |
jikkoordina mal-ASN tal-Istati Membri dwar il-kwistjonijiet kollha ta’ sigurtà relatati mal-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata rilevanti għall-attivitajiet tal-Kunsill; |
(c) |
jawtorizza PSCs UE lill-uffiċjali u ħaddiema oħrajn tas-SĠK f'konformità mal-Artikolu 7(3) qabel ma jkunu jistgħu jingħataw aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla; |
(d) |
kif adatt, jordna investigazzjonijiet dwar kwalunkwe kompromess attwali jew suspettat jew telf ta’ informazzjoni klassifikata miżmuma jew li toriġina fil-Kunsill u jitlob lill-awtoritajiet ta’ sigurtà rilevanti biex jassistu f'tali investigazzjonijiet; |
(e) |
iwettaq ispezzjonijiet perjodiċi tal-arranġamenti ta’ sigurtà biex tiġi protetta informazzjoni klassifikata fl-edifiċji tas-SĠK; |
(f) |
iwettaq ispezzjonijiet perjodiċi tal-arranġamenti ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ IKUE f'aġenziji u korpi tal-UE stabbiliti taħt it-Titolu V, Kapitolu 2 tat-TUE, fl-Europol, fl-Eurojust kif ukoll f'operazzjonijiet ta’ maniġġar ta’ kriżijiet stabbiliti taħt it-Titoli V, Kapitolu 2, tat-TUE u minn Rappreżentanti Speċjali tal-UE (RSUE) u l-membri tat-timijiet tagħhom; |
(g) |
flimkien u bi ftehim mal-ASN ikkonċernata, iwettaq ispezzjonijiet perjodiċi tal-arranġamenti ta’ sigurtà biex tiġi protetta IKUE fis-servizzi u l-uffiċċji tal-Istati Membri; |
(h) |
jikkoordina miżuri ta’ sigurtà mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li huma responsabbli biex tiġi protetta informazzjoni klassifikata u, kif xieraq, Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluż dwar in-natura tat-theddid għas-sigurtà ta’ IKUE u l-mezzi ta’ protezzjoni kontrihom; |
(i) |
jidħol fl-arranġamenti amministrattivi msemmijin fl-Artikolu 12(2)(b); u |
(j) |
iwettaq żjarat ta’ valutazzjoni inizjali u perjodiċi fi Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali sabiex tiġi aċċertata l-effettività tal-miżuri implimentati biex tiġi protetta l-IKUE pprovduta lilhom jew skambjata magħhom. |
L-Uffiċċju ta’ Sigurtà tas-SĠK għandu jkun għad-dispożizzjoni tas-Segretarju Ġenerali biex jassisti f'dawn ir-responsabbiltajiet.
3. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 14(3), l-Istati Membri għandhom:
(a) |
jaħtru ASN responsabbli għall-arranġamenti ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ IKUE sabiex:
L-ASN huma elenkati fl-Appendiċi C; |
(b) |
jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jipprovdu informazzjoni u parir lill-gvernijiet tagħhom, u permezz tagħhom lill-Kunsill, dwar in-natura tat-theddid għas-sigurtà ta’ IKUE u l-mezzi ta’ protezzjoni kontrihom. |
Artikolu 16
Kumitat ta’ Sigurtà
1. Kumitat ta’ Sigurtà huwa b'dan stabbilit. Huwa għandu jeżamina u jivvaluta kwalunkwe materja ta’ sigurtà fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill kif xieraq.
2. Il-Kumitat ta’ Sigurtà għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-ASN tal-Istati Membri u għalih għandu jattendi rappreżentant tal-Kummissjoni u tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Huwa għandu jkun ippresedut mis-Segretarju Ġenerali jew mid-delegat magħżul tiegħu. Huwa għandu jiltaqa' meta hekk jitlob il-Kunsill, jew fuq talba tas- Segretarju Ġenerali jew ta’ ASN.
Rappreżentanti ta’ aġenziji u korpi tal-UE stabbiliti taħt it-Titolu V, Kapitolu 2 tat-TUE, tal-Europol u tal-Eurojust jistgħu jiġu mistiedna jattendu meta jiġu diskussi kwistjonijiet li jikkonċernawhom.
3. Il-Kumitat ta’ sigurtà għandu jorganizza l-attivitajiet tiegħu b'tali mod li jkun jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar oqsma speċifiċi ta’ sigurtà. Huwa għandu jistabbilixxi sub-żona esperta għall-kwistjonijiet ta’ AI u sub-żoni esperti oħrajn kif meħtieġ. Huwa għandu jfassal termini ta’ referenza għal tali sub-żoni esperti u jirċievi rapporti minn għandhom dwar l-attivitajiet tagħhom inkluż, kif meħtieġ, kwalunkwe rakkomandazzjoni għall-Kunsill.
Artikolu 17
Sostituzzjoni ta’ deċiżjonijiet preċedenti
1. Din id-Deċiżjoni għandha tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà (2).
2 L-IKUE klassifikata kollha skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE għandha tkompli tiġi protetta skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
VÖLNER P.
(1) ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35.
(2) ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1.
ANNESSI
ANNESS I
Sigurtà tal-persunal
ANNESS II
Sigurtà fiżika
ANNESS III
Ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata
ANNESS IV
Protezzjoni ta’ IKUE ttrattata f'SKI
ANNESS V
Sigurtà industrijali
ANNESS VI
Skambju ta’ informazzjoni klassifikata ma’ Stati terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali
ANNESS I
SIGURTÀ TAL-PERSUNAL
I. INTRODUZZJONI
1. |
Dan l-Anness jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 7. Huwa jistabbilixxi b'mod partikolari l-kriterji għad-determinazzjoni ta’ jekk individwu, b'kont meħud tal-lealtà, il-fiduċja u l-affidabbiltà tiegħu, jistax jiġi awtorizzat biex ikollu aċċess għal IKUE u l-proċeduri investigattivi u amministrattivi li għandhom jiġu segwiti għal dak il-għan. |
2. |
F'dan l-Anness kollu, ħlief fejn id-distinzjoni hija rilevanti, it-terminu “Approvazzjoni ta’ sigurtà tal-Persunal” għandu jirreferi għall-Approvazzjoni ta’ sigurtà tal-Persunal nazzjonali (PSC nazzjonali) u/jew Approvazzjoni ta’ Sigurtà tal-Persunal tal-UE (PSC UE) kif definit fl-Appendiċi A. |
II. AWTORIZZAZZJONI TA' AĊĊESS GĦAL IKUE
3. |
Individwu għandu jkun awtorizzat biss aċċess għal informazzjoni klassifiakta CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla wara li:
|
4. |
Kull Stat Membru u s-SĠK għandhom jidentifikaw il-pożizzjonijiet fl-istrutturi tagħhom li jeħtieġu aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla u għaldaqstant jeħtieġu PSC sal-livell rilevanti. |
III. REKWIŻITI GĦAL APPROVAZZJONI TA' SIGURTÀ TAL-PERSUNAL
5. |
Wara li jkunu rċevew talba debitament awtorizzata, ANS jew awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li jitwettqu investigazzjonijiet ta’ sigurtà fuq iċ-ċittadini tagħhom li jeħtieġu aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla. L-istandards ta’ investigazzjoni għandhom ikunu skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali. |
6. |
Jekk l-individwu kkonċernat ikun joqgħod fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ Stat terz, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom ifittxu assistenza mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta’ residenza f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin fit-twettiq ta’ investigazzjonijiet ta’ sigurtà skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali. |
7. |
Fejn permessibbli taħt il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, ASN jew awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra jistgħu jwettqu investigazzjonijiet fuq persuni mhux ċittadini tagħhom li jeħtieġu aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla. L-istandards ta’ investigazzjoni għandhom ikunu skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali. |
Kriterji ta’ investigazzjoni ta’ sigurtà
8. |
Il-lealtà, il-fiduċja u l-affidabbiltà ta’ individwu għall-finijiet li tingħata PSC għall-aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ investigazzjoni ta’ sigurtà. L-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tagħmel valutazzjoni ġenerali bbażata fuq ir-riżultati ta’ tali investigazzjoni ta’ sigurtà. L-ebda riżultat negattiv uniku m'għandu neċessarjament jikkostitwixxi raġuni għar-rifjut ta’ PSC. Il-kriterji prinċipali użati għal dak il-fini għandhom jinkludu, safejn possibbli taħt il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, eżaminazzjoni ta’ jekk l-individwu:
|
9. |
Fejn hu adatt u skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, l-isfond finanzjarju u mediku ta’ individwu jista' wkoll jitqies rilevanti matul l-investigazzjoni ta’ sigurtà. |
10. |
Fejn hu adatt u skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, il-karattru, il-kondotta u ċ-ċirkostanzi tal-konjugi, tal-koabitant jew ta’ membru mill-qrib tal-familja, jistgħu wkoll jitqiesu rilevanti matul l-investigazzjoni ta’ sigurtà. |
Rekwiżiti investigattivi għal aċċess għal IKUE
Għoti inizjali ta’ PSC
11. |
Il-PSC inizjali għal aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET għandha tkun ibbażata fuq investizzjoni ta’ sigurtà li tkopri mill-inqas l-aħħar ħames snin, jew mill-età ta’ 18-il sena sal-preżent, skont liema hu l-iqsar, li għandha tinkludi:
|
12. |
Il-PSC inizjali għal aċċess għal informazzjoni klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET għandha tkun ibbażata fuq investigazzjoni ta’ sigurtà li tkopri mill-inqas l-aħħar għaxar snin, jew mill-età ta’ 18-il sena sal-preżent, skont liema hu l-iqsar. Jekk l-intervisti jitwettqu kif iddikjarat fil-punt (e), l-investigazzjonijiet għandhom ikopru mill-inqas l-aħħar seba' snin, jew mill-età ta’ 18-il sena sal-preżent, skont liema hu l-iqsar. Flimkien mal-kriterji indikati fil-paragrafu 8 hawn fuq, l-elementi li ġejjin għandhom jiġu investigati, safejn hu possibbli taħt liġijiet u regolamenti nazzjonali, qabel ma tingħata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET PSC; huma jistgħu wkoll jiġu investigati qabel tingħata PSC CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET, fejn hu meħtieġ mil-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali:
|
13. |
Fejn hu meħtieġ u skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, jistgħu jitwettqu investigazzjonijiet addizzjonali biex tiġi żviluppata l-informazzjoni kollha rilevanti disponibbli dwar individwu u biex tiġi sostanzjata jew skreditata informazzjoni avversa. |
Tiġdid ta’ PSC
14. |
Wara l-għoti inizjali ta’ PSC u sakemm dak l-individwu kellu servizz mingħajr waqfa ma’ amministrazzjoni nazzjonali jew mas-SĠK u għandu bżonn kontinwu għal aċċess għal IKUE, il-PSC għandha tkun riveduta għal tiġdid f'intervalli li ma jaqbżux il-ħames snin għal approvazzjoni TRES SECRET UE/EU TOP SECRET u għaxar snin għal approvazzjoni SECRET UE/EU SECRET u CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL, b'effett mid-data ta’ notifika tar-riżultat tal-aħħar investigazzjoni ta’ sigurtà li kienu bbażati fuqha. L-investigazzjonijiet kollha ta’ sigurtà għat-tiġdid ta’ PSC għandhom ikopru l-perijodu mill-investigazzjoni preċedenti. |
15. |
Għat-tiġdid ta’ PSC, għandhom jiġu investigati l-elementi indikati fil-paragrafi 11 u 12. |
16. |
Talbiet għal tiġdid għandhom isiru b'mod xieraq waqt li jitqies iż-żmien meħtieġ għall-investigazzjonijiet ta’ sigurtà. Madankollu, fejn l-ASN jew awtorità nazzjonali kompetenti oħra rilevanti tkun irċeviet it-talba rilevanti għal tiġdid u l-kwestjonarju korrispondenti ta’ sigurtà tal-persunal qabel tiskadi PSC, u l-investigazzjoni ta’ sigurtà meħtieġa ma tkunx tkompliet, l-awtorità nazzjonali kompetenti tista', fejn ammissibbli taħt il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, testendi l-validità tal-PSC eżistenti għal perijodu sa 12-il xahar. Jekk, fl-aħħar ta’ dan il-perijodu ta’ 12-il xahar, l-investigazzjoni ta’ sigurtà tkun għadha ma ġietx ikkompletata, l-individwu għandu jiġi assenjat doveri li ma jeħtiġux PSC. |
Proċeduri ta’ PSC fis-SĠK
17. |
Għal uffiċjali u impjegati oħra fis-SĠK, l-Awtorità ta’ sigurtà tas-SĠK għandha tibgħat il-kwestjonarju ta’ sigurtà tal-persunal komplut lill-ASN tal-Istat Membru li tiegħu l-individwu huwa ċittadin, li jitlob li investigazzjoni ta’ sigurtà titwettaq għal-livell ta’ IKUE li għaliha l-individwu ser jeħtieġ aċċess. |
18. |
Fejn is-SĠK isir jaf b'informazzjoni rilevanti għal investigazzjoni ta’ sigurtà rigward indivdiwu li applika għal PSC UE, is-SĠK, filwaqt li jaġixxi skont ir-regoli u r-regolamenti rilevanti, għandu jinnotifika lill-ASN rilevanti b'dan. |
19. |
Wara t-tlestija tal-investigazzjoni ta’ sigurtà, l-ASN rilevanti għandha tinnotifika lill-Awtorità ta’ sigurtà tas-SĠK bl-eżitu ta’ tali investigazzjoni, bl-użu ta’ format standard għall-korrispondenza preskritta mill-Kumitat ta’ Sigurtà.
|
20. |
L-investigazzjoni ta’ sigurtà flimkien mar-riżultati miksuba għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti rilevanti fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat, inklużi dawk li jikkonċernaw appelli. Id-deċiżjonijiet tal-Awtorità ta' Ħatra tas-SĠK għandhom ikunu soġġetti għal appelli skont ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Impjegati Oħrajn tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1) (minn hawn 'il quddiem imsejħa“ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet ta’ impjieg”). |
21. |
L-assikurazzjoni li hija bbażata fuqha l-PSC UE, dment li tibqa' valida, għandha tkopri kwalunkwe kompitu mill-individwu kkonċernat fis-SĠK jew il-Kummissjoni. |
22. |
Jekk perijodu ta’ servizz ta’ individwu ma jibdix fi żmien 12-il xahar min-notifika tal-eżitu tal-investigazzjoni ta’ sigurtà lill-Awtorita ta’ Ħatra tas-SĠK, jew jekk ikun hemm pawża ta’ 12-il xahar fis-servizz ta’ individwu, li matul dan iż-żmien m'huwiex impjegat mas-SĠK jew m'għandux kariga ma’ amministrazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru, dan l-eżitu għandu jiġi riferut lill-ASN rilevanti għal konferma li din tibqa' valida u adatta. |
23. |
Jekk issir magħrufa lis-SĠK informazzjoni rigward riskju ta’ sigurtà kkawżat minn indivdiwu li għandu PSC UE valida, is-SĠK, filwaqt li jaġixxi skont ir-regoli u r-regolamenti rilevanti, għandu jinnotifika lill-ASN rilevanti b'dan. Meta ASN tinnotifika lis-SĠK b'irtirar ta’ assigurazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 19(a) għal individwu li għandu PSC UE valida, l-Awtorità ta’ Ħatra tas-SĠK tista' titlob kwalunkwe kjarifika li l-ASN tista' tipprovdi skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tagħha. Jekk tiġi konfermata informazzjoni avversa, il-PSC UE għandha tiġi rtirata u l-individwu għandu jiġi eskluż minn aċċess għal IKUE u minn karigi fejn tali aċċess ikun possibbli jew fejn huwa jista' jpoġġi s-sigurtà f'periklu. |
24. |
Kwalunkwe deċiżjoni biex tiġi rtirata PSC UE minn uffiċjal jew impjegat ieħor tas-SĠK u, fejn adatt, ir-raġunijiet biex dan isir għandhom jiġu notifikati lill-individwu kkonċernat, li jista' jitlob sabiex jinstema' mill-Awtorità ta’ Ħatra. Informazzjoni pprovduta minn ASN għandha tkun soġġetta għal-liġijiet u r-regolamenti rilevanti fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat, inklużi dawk li jikkonċernaw appelli. Id-deċiżjonijiet tal-Awtorità ta’ Ħatra tas-SĠK għandhom ikunu soġġetti għal appelli skont ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet ta’ impjieg. |
25. |
Esperti nazzjonali ssekondati lis-SĠK għal pożizzjoni li titlob PSC UE għandhom jippreżentaw PSC nazzjonali valida għall-aċċess għall-IKUE lill-Awtorità ta’ sigurtà tas-SĠK qabel ma jibdew ħidmiethom. |
Rekords ta’ PSC
26. |
Rekords tal-PSC nazzjonali u l-PSC UE mogħtija għal aċċess għal IKUE għandhom jinżammu minn kull Stat Membru u mis-SĠK rispettivament. Dawn ir-rekords għandhom jinkludu mill-inqas il-livell ta’ IKUE li individwu jista' jingħata aċċess għaliha (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla), id-data li fiha ngħatat il-PSC u l-perijodu ta’ validità tagħha. |
27. |
L-awtorità kompetenti ta’ sigurtà tista' toħroġ Ċertifikat ta’ Approvazzjoni ta’ Sigurtà tal-Persunal' (ĊASP) li juri l-livell ta’ IKUE li individwu jista' jingħata aċċess għaliha (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla), id-data ta’ validità tal-PSC nazzjonali rilevanti għall-aċċess għall-IKUE jew tal-PSC UE u d-data tal-iskadenza taċ-ċertifikat innifsu. |
Eżenzjonijiet mir-rekwiżit ta’ PSC
28. |
Aċċess għal IKUE minn individwi fi Stati Membri debitament awtorizzati minħabba l-funzjonijiet tagħhom għandu jiġi determinat skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali; tali individwi għandhom jiġu infurmati dwar l-obbligi ta’ sigurtà tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni ta’ IKUE. |
IV. EDUKAZZJONI U GĦARFIEN DWAR IS-SIGURTA'
29. |
L-individwi kollha li ngħatatilhom PSC għandhom jirrikonoxxu bil-miktub li huma fehmu l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni ta’ IKUE u l-konsegwenzi ta’ jekk IKUE tiġi kompromessa. Rekord ta’ tali rikonoxximent bil-miktub għandu jinżamm mill-Istat Membru u mis-SĠK, kif adatt. |
30. |
L-individwi kollha li huma awtorizzati li jkollhom aċċess għal, jew li huma meħtieġa jittrattaw IKUE, għandhom l-ewwel jiġu mgħarrfa, u perjodikament jingħataw informazzjoni dwar it-theddid għas-sigurtà u għandhom jirrappurtaw immedjatament lill-awtoritajiet adatti ta’ sigurtà dwar kwalunkwe approċċ jew attività li huma jikkunsidraw suspettuża jew mhux tas-soltu. |
31. |
L-individwi kollha li ma jibqgħux impenjati f'doveri li jeħtieġu aċċess għal IKUE għandhom jiġu mgħarrfa, u fejn xieraq jirrikonoxxu bil-miktub, l-obbligi tagħhom rigward il-protezzjoni kontinwa ta’ IKUE. |
V. ĊIRKOSTANZI EĊĊEZZJONALI
32. |
Fejn permessibbli taħt il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, approvazzjoni ta’ sigurtà tal-persunal mogħtija minn awtorità nazzjonali kompetenti ta’ Stat Membru li tawtorizza aċċess għal informazzjoni klassifikata nazzjonali tista', għal perijodu temporanju sakemm tingħata PSC nazzjonali għall-aċċess għal IKUE, tippermetti aċċess minn uffiċjali nazzjonali għal IKUE sal-livell ekwivalenti speċifikat fit-tabella ta’ ekwivalenza fl-Appendiċi B fejn tali aċċess temporanju huwa meħtieġ fl-interess tal-UE. L-ASN għandhom jinfurmaw lill-Kumitat ta’ Sigurtà fejn il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali ma jippermettux tali aċċess temporanju għal IKUE. |
33. |
Għal raġunijiet ta’ urġenza, fejn debitament ġustifikat fl-interessi tas-servizz u t-tkomplija pendenti ta’ investigazzjoni ta’ sigurtà sħiħa, l-Awtorità ta’ Ħatra tas-SĠK, wara konsultazzjoni mal-ASN tal-Istat Membru li tiegħu l-individwu huwa ċittadin u soġġett għall-eżitu ta’ kontrolli preliminari biex jiġi verifikat li l-ebda informazzjoni avversa m'hija magħrufa, tista' tagħti awtorizzazzjoni temporanja lill-uffiċjali tas-SĠK u impjegati oħrajn biex ikollhom aċċess għal IKUE għal funzjoni speċifika. Tali awtorizzazzjonijiet temporanji għandhom ikunu validi għal perijodu li ma jeċċedix is-sitt xhur u m'għandhomx jippermettu aċċess għal informazzjoni klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET. L-individwi kollha li ngħatatilhom awtorizzazzjoni temporanja għandhom jirrikonoxxu bil-miktub li huma fehmu l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni ta’ IKUE u l-konsegwenzi ta’ jekk IKUE tiġi kompromessa. Rekord ta’ tali rikonoxximent bil-miktub għandu jinżamm mis-SĠK. |
34. |
Meta individwu jkun ser jiġi assenjat f'kariga li teħtieġ PSC f'livell wieħed ogħla minn dak li bħalissa hu fil-pussess tiegħu, l-inkarigu jista' jsir fuq bażi proviżorja, dment li:
|
35. |
Il-proċedura ta’ hawn fuq għandha tintuża għal aċċess ta’ darba għal IKUE f'livell wieħed ogħla minn dak li l-individwu ġie mogħti approvazzjoni għalih. M'għandux isir rikors għal din il-proċedura fuq bażi rikorrenti. |
36. |
F'ċirkostanzi eċċezzjonali ħafna, bħal pereżempju missjonijiet f'ambjenti ostili jew matul perijodi ta’ tensjoni internazzjonali dejjem tikber meta miżuri ta’ emerġenza hekk jeħtieġu, b'mod partikolari għall-finijiet li jiġu salvati ħajjiet, l-Istati Membri u s-Segretarju Ġenerali jistgħu jagħtu, fejn possibbli bil-miktub, aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFINENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET lil individwi li m'għandhomx il-PSC rekwiżita, sakemm tali permess ikun assolutament meħtieġ, u ma jkun hemm l-ebda dubji raġonevoli dwar il-lealtà, il-fiduċja u l-affidabbiltà tal-individwu kkonċernat. Għandu jinżamm rekord ta’ dan il-permess li jiddeskrivi l-informazzjoni li għaliha ġie approvat l-aċċess. |
37. |
Fil-każ ta’ informazzjoni klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET, dan l-aċċess ta’ emerġenza għandu jkun ristrett għal ċittadini tal-UE li ġew awtorizzati aċċess għall-ekwivalenti nazzjonali ta’ TRES SECRET UE/EU TOP SECRET jew informazzjoni klassifikata SECRET UE/EU SECRET. |
38. |
Il-Kumitat ta’ Sigurtà għandu jiġi informat b'każijiet meta jsir rikors għall-proċedura stabbilita fil-paragrafi 36 u 37. |
39. |
Fejn il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali ta’ Stat Membru jistipolaw regoli aktar stretti fir-rigward ta’ awtorizzazzjonijiet temporanji, inkarigi provviżorji, l-aċċess ta’ darba waħda jew l-aċċess ta’ emerġenza minn individwi għal informazzjoni klassifikata, il-proċeduri previsti f'din it-Taqsima għandhom jiġu implimentati biss fil-limiti stabbiliti fil-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali rilevanti. |
40. |
Il-Kumitat ta’ Sigurtà għandu jirċievi rapport annwali dwar l-użu tal-proċeduri stabbiliti f'din it-taqsima. |
VI. ATTENDENZA F'LAQGĦAT FIL-KUNSILL
41. |
Soġġett għall-paragrafu 28, individwi assenjati biex jipparteċipaw f'laqgħat tal-Kunsill jew ta’ korpi preparatorji tal-Kunsill li fihom tiġi diskussa informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla, jistgħu jagħmlu dan biss wara konferma tal-istatus tal-PSC tal-individwu. Għal delegati, għandu jintbagħat ĊASP jew prova oħra ta’ PSC mill-awtoritajiet adatti lill-Uffiċċju ta’ Sigurtà tas-SĠK, jew eċċezzjonalment jiġi ppreżentat mid-delegat ikkonċernat. Fejn applikabbli, tista' tintuża lista konsolidata ta’ ismijiet, li tagħti l-prova rilevanti ta’ PSC. |
42. |
Fejn għal raġunijiet ta’ sigurtà, tiġi rtirata PSC nazzjonali għall-aċċess għal IKUE minn individwu li d-doveri tiegħu jeħtieġu attendenza f'laqgħat tal-Kunsill jew ta’ korpi preparatorji tal-Kunsill, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lis-SĠK b'dan. |
VII. AĊĊESS POTENZJALI GĦAL IKUE
43. |
Meta individwi għandhom jiġu impjegati f'ċirkostanzi li fihom huma jista' potenzjalment ikollhom aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla, huma għandhom jingħataw approvazzjoni ta’ sigurtà adatta jew ikunu skortati l-ħin kollu. |
44. |
Kurrieri, għassiesa u skorti għandhom jingħataw approvazzjoni ta’ sigurtà fil-livell rilevanti jew ikunu investigati b'mod adegwat skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, jiġu informati dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ IKUE u għandhom jingħataw struzzjonijiet dwar id-doveri tagħhom biex jipproteġu tali informazzjoni fdata lilhom. |
ANNESS II
SIGURTA' FIŻIKA
I. INTRODUZZJONI
1. |
Dan l-Anness jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 8. Huwa jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-protezzjoni fiżika ta’ edifiċji, bini, uffiċċji, kmamar u żoni oħra li fihom IKUE tkun trattata u maħżuna, inklużi żoni li fihom SKI. |
2. |
Miżuri fiżiċi ta’ sigurtà għandhom jiġu diżinjati biex jiġi evitat aċċess mhux awtorizzat għal IKUE billi:
|
II. REKWIŻITI U MIŻURI FIŻIĊI TA' SIGURTÀ
3. |
Miżuri fiżiċi ta’ sigurtà għandhom jintgħażlu abbażi ta’ valutazzjoni ta’ theddid li ssir mill-awtoritajiet kompetenti. Is-SĠK u l-Istati Membri għandhom kull wieħed japplika proċess ta’ ġestjoni ta’ riskji għall-protezzjoni ta’ IKUE fuq is-sit tagħhom sabiex jiġi żgurat livell xieraq ta’ protezzjoni fiżika kontra r-riskju vvalutat. Il-proċess tal-ġestjoni ta’ riskji għandu jieħu kont tal-fatturi rilevanti kollha, b'mod partikolari:
|
4. |
L-awtorità ta’ sigurtà kompetenti, bl-applikazzjoni tal-kunċett ta’ difiża fil-fond, għandha tiddetermina l-kombinazzjoni adatta ta’ miżuri fiżiċi ta’ sigurtà li għandhom jiġu implimentati. Dawn jistgħu jinkludu wieħed jew iżjed minn dawn li ġejjin:
|
5. |
L-awtorità kompetenti tista' tkun awtorizzata twettaq tiftix mad-dħul u l-ħruġ sabiex dan ikun ta’ deterrent għall-introduzzjoni mhux awtorizzata ta’ materjal, jew it-tneħħija mhux awtorizzata ta’ IKUE minn sit jew bini. |
6. |
Fejn IKUE tkun f'riskju li tiġi osservata bil-moħbi, anke jekk aċċidentalment, għandhom jittieħdu miżuri xierqa sabiex jiġi miġġieled dan ir-riskju. |
7. |
Għal faċilitajiet ġodda, rekwiżiti fiżiċi ta’ sigurtà u l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali tagħhom għandhom jiġu definiti bħala parti mill-ippjanar u d-diżinjar tal-faċilitajiet. Għal faċilitajiet eżistenti, rekwiżiti fiżiċi ta’ sigurtà għandhom jiġu implimentati safejn hu l-aktar possibbli. |
III. TAGĦMIR GĦALL-PROTEZZJONI FIŻIKA TA' IKUE
8. |
Meta jiġi akkwistat tagħmir (bħal kontenituri ta’ sigurtà, magni għat-tqattigħ ta’ karti f'biċċiet żgħar, serraturi tal-bibien, sistemi elettroniċi ta’ kontroll għall-aċċess, IDS, sistemi ta’ alarm) għall-protezzjoni fiżika ta’ IKUE, l-awtorità kompetenti ta’ sigurtà għandha tiżgura li t-tagħmir jissodisfa l-istandards tekniċi u r-rekwiżiti minimi approvati. |
9. |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tat-tagħmir li għandu jintuża għall-protezzjoni fiżika ta’ IKUE għandhom jiġu stabbilit fil-linji gwida ta’ sigurtà li għandhom ikunu approvati mill-Kumitat ta’ Sigurtà. |
10. |
Is-sistemi ta’ sigurtà għandhom jiġu spezzjonati f'intervalli regolari u t-tagħmir għandha ssirlu manutenzjoni regolari. Ix-xogħol ta’ manutenzjoni għandu jieħu kont tal-eżitu tal-ispezzjonijiet sabiex jiġi żgurat li t-tagħmir jibqa' jopera bl-aqwa prestazzjoni. |
11. |
L-effettività ta’ miżuri individwali ta’ sigurtà u tas-sistema ġenerali ta’ sigurtà għandhom ikunu evalwati mill-ġdid matul kull ispezzjoni. |
IV. ŻONI PROTETTI FIŻIKAMENT
12. |
Żewġ tipi ta’ żoni protetti fiżikament, jew l-ekwivalenti nazzjonali tagħhom, jistgħu jiġu stabbiliti għall-protezzjoni fiżika ta’ IKUE:
F'din id-Deċiżjoni, ir-referenzi kollha għal Żoni Amministrattivi u Żoni ta’ Sigurtà, inklużi Żoni ta’ Sigurtà teknika, għandhom jinftehmu bħala li jirreferu wkoll għall-ekwivalenti nazzjonali tagħhom. |
13. |
L-awtorità kompetenti ta’ sigurtà għandha tistabbilixxi li żona tissodisfa r-rekwiżiti biex tiġi indikata bħala Żona Amministrattiva, Żona ta’ Sigurtà, Żona ta’ Sigurtà teknika. |
14. |
Għal Żoni Amministrattivi:
|
15. |
Għal Żoni ta’ Sigurtà:
|
16. |
Fejn id-dħul f'Żona ta’ Sigurtà jikkostitwixxi, għall-finijiet prattiċi kollha, aċċess dirett għall-informazzjoni klassifikata li tinsab fiha, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:
|
17. |
Iż-Żoni ta’ Sigurtà li huma protetti kontra smiegħ awdjo mhux awtorizzat għandhom jiġu desinjati bħala Żoni ta’ Sigurtà teknika. Ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin għandhom japplikaw:
|
18. |
Minkejja l-punt (d) tal-paragrafu 17, qabel ma jintuża f'żoni fejn isiru laqgħat jew fejn tkun qed titwettaq ħidma li tkun tinvolvi informazzjoni klassifikata SECRET UE/EU SECRET u ogħla, u fejn it-theddida għal IKUE hija vvalutata bħala waħda għolja, kwalunkwe tagħmir ta’ komunikazzjoni u tagħmir tal-elettriku jew elettroniku għandu l-ewwel jiġi eżaminat mill-awtorità kompetenti ta’ sigurtà sabiex ikun żgurat li l-ebda informazzjoni inteliġibbli ma tkun tista' tiġi trasmessa involontarjament jew illeċitament minn tali tagħmir lil hinn mill-perimetru taż-Żona ta’ Sigurtà. |
19. |
Żoni ta’ Sigurtà li mhumiex okkupati minn persunal fuq xogħol fuq bażi ta’ 24 siegħa għandhom, fejn xieraq, ikunu spezzjonati wara s-sigħat normali ta’ xogħol u f'intervalli sporadiċi barra l-ħin normali ta’ xogħol, sakemm ma jkunx hemm SSI fil-post. |
20. |
Żoni ta’ Sigurtà u Żoni ta’ Sigurtà teknika jistgħu jiġu stabbiliti temporanjament f'Żona Amministrattiva għal laqgħa klassifikata jew għal kwalunkwe fini simili ieħor. |
21. |
Għandhom jitfasslu l-proċeduri operattivi ta’ sigurtà għal kull Żona ta’ Sigurtà li jistipulaw:
|
22. |
Għandhom jinbnew kmamar ta’ sigurtà fiż-Żoni ta’ sigurtà. Il-ħitan, l-art, is-soqfa, it-twieqi u l-bibien li jissakkru għandhom ikunu approvati mill-awtorità kompetenti ta’ sigurtà u b'kapaċità ta’ protezzjoni ekwivalenti għal kontenitur ta’ sigurtà approvat għall-ħżin ta’ IKUE tal-istess livell ta’ klassifikazzjoni. |
V. MIŻURI FIŻIĊI TA' PROTEZZJONI GĦAT-TRATTAMENT U L-ĦŻIN TA' IKUE
23. |
IKUE klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED tista' tiġi ttrattata:
|
24. |
IKUE klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED għandha tinħażen f'għamara ta’ uffiċċju li tissakkar b'mod adatt f'Żona Amministrattiva jew Żona ta’ Sigurtà. Hija tista' tinħażen temporanjament barra Żona ta’ Sigurtà jew Żona Amministrattiva dment li d-detentur impenja ruħu li jżomm f'konformità ma’ miżuri kompensatorji stabbiliti f'istruzzjonijiet ta’ sigurtà maħruġin mill-awtorità ta’ sigurtà kompetenti. |
25. |
IKUE klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET tista' tiġi ttrattata:
|
26. |
IKUE klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET għandha tinħażen f'Żona ta’ Sigurtà f'kontenitur ta’ sigurtà jew kamra ta’ sigurtà. |
27. |
IKUE klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET għandha tiġi ttrattata f'Żona ta’ Sigurtà. |
28. |
IKUE klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET għandha tinħażen f'Żona ta’ Sigurtà taħt waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
29. |
Ir-regoli għall-ġarr ta’ IKUE barra żoni fiżiċi ta’ protezzjoni huma stabbiliti fl-Anness III. |
VI. KONTROLL TA' ĊWIEVET U TA' KOMBINAZZJONIJIET UŻATI GĦALL-PROTEZZJONI TA' IKUE
30. |
L-awtorità kompetenti ta’ sigurtà għandha tiddefinixxi l-proċeduri għall-ġestjoni ta’ ċwievet u l-issettjar ta’ kombinazzjonijiet għal uffiċċji, kmamar, kmamar ta’ sigurtà u kontenituri ta’ sigurtà. Tali proċeduri għandhom jipproteġu kontra aċċess mhux awtorizzat. |
31. |
L-iżgħar numru possibbli ta’ individwi li jeħtieġ ikunu jafu l-issettjar ta’ kombinazzjonijiet għandhom jitgħallmuhom bl-amment. L-issettjar ta’ kombinazzjonijiet għall-kontenituri ta’ sigurtà u kmamar ta’ sigurtà li jaħżnu IKUE għandhom jinbidlu:
|
ANNESS III
ĠESTJONI TA' INFORMAZZJONI KLASSIFIKATA
I. INTRODUZZJONI
1. |
Dan l-Anness jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 9. Huwa jistabbilixxi l-miżuri amministrattivi għall-kontroll ta’ IKUE matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħha sabiex jgħinu biex jipprevjenu, jikxfu u jirkupraw mill-kompromess intenzjonat jew aċċidentali jew telf ta’ tali informazzjoni. |
II. ĠESTJONI TA' KLASSIFIKAZZJONI
Klassifikazzjonijiet u mmarkar
2. |
L-informazzjoni għandha tkun klassifikata fejn tkun meħtieġa protezzjoni fir-rigward tal-kunfidenzjalità tagħha. |
3. |
L-oriġinatur ta’ IKUE għandu jkun responsabbli biex jiddetermina l-livell ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà, f'konformità ma’ linji gwida rilevanti ta’ klassifikazzjoni, u għad-disseminazzjoni inizjali tal-informazzjoni. |
4. |
Il-livell ta’ klassifikazzjoni ta’ IKUE għandu jiġi determinat f'konformità mal-Artikolu 2(2) u b'referenza għall-politika ta’ sigurtà li għandha tiġi approvata skont l-Artikolu 3(3). |
5. |
Il-klassifikazzjoni ta’ sigurtà għandha tkun indikata b'mod ċar u korrett, tkun kif tkun l-IKUE, sew fuq il-karta, orali, elettronika jew fi kwalunkwe forma oħra. |
6. |
Partijiet individwali ta’ dokument partikolari (jiġifieri paġni, paragrafi, taqsimiet, annessi, appendiċi, u dokumenti mehmużin u allegati) jistgħu jeħtieġu klassifikazzjonijiet differenti u għandhom jiġu mmarkati kif meħtieġ, inkluż meta jinħażnu f'forma elettronika. |
7. |
Il-livell ta’ klassifikazzjoni ġenerali ta’ dokument jew fajl għandu jkun mill-inqas għoli daqs dak tal-iżjed komponent għoli tiegħu. Meta tinġabar informazzjoni minn diversi sorsi, il-prodott finali għandu jiġi rivedut biex jiġi determinat il-livell ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà ġenerali tiegħu, peress li jista' jkun li jkun jeħtieġlu klassifikazzjoni ogħla minn dik tal-partijiet komponenti tiegħu. |
8. |
Safejn hu possibbli, id-dokumenti li jinkludu partijiet b'livelli differenti ta’ klassifikazzjoni għandhom ikunu strutturati sabiex partijiet b'livell differenti ta’ klassifikazzjoni jkunu jistgħu jiġu identifikati u mwarba faċilment, jekk ikun meħtieġ. |
9. |
Il-klassifikazzjoni ta’ ittra jew nota li tkopri xi allegati għandha tkun għolja daqs l-ogħla klassifikazzjoni tal-allegati tagħha. L-oriġinatur għandu jindika b'mod ċar f'liema livell hija klassifikata meta jwarrabha mill-allegati tagħha b'mezzi ta’ mmarkar xierqa, pereżempju: CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL Mingħajr parti(jiet) mehmuża RESTREINT UE/EU RESTRICTED |
Marki
10. |
Minbarra waħda mill-marki ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà stabbiliti fl-Artikolu 2(2), l-IKUE għandu jkollha marki addizzjonali, bħal:
|
Immarkar ta’ klassifikazzjoni abbrevjati
11. |
Immarkar ta’ klassifikazzjoni abbrevjati standardizzati jistgħu jintużaw biex jindikaw il-livell ta’ klassifikazzjoni ta’ paragrafi individwali ta’ test. L-abbrevjazzjonijiet m'għandhomx jissostitwixxu l-immarkar sħiħ ta’ klassifikazzjoni. |
12. |
L-abbrevjazzjonijiet standard li ġejjin jistgħu jintużaw f'dokumenti klassifikati tal-UE biex jindikaw il-livell ta’ klassifikazzjoni ta’ taqsimiet jew blokok ta’ test li fih inqas minn paġna waħda:
|
Ħolqien ta’ IKUE
13. |
Meta jinħoloq dokument klassifikat tal-UE:
|
14. |
Fejn mhux possibbli li jiġi applikat il-paragrafu 13 għal IKUE, għandhom jittieħdu miżuri adatti oħra f'konformità ma’ linji gwida tas-sigurtà li għandhom ikunu stabbiliti skont l-Artikolu 6(2). |
Tnaqqis fil-grad u deklassifikazzjoni ta’ IKUE
15. |
Fil-mument tal-ħolqien tagħha, l-oriġinatur għandu jindika, fejn possibbli, u b'mod partikolari għall-informazzjoni klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED, jekk l-IKUE tistax tiġi mnaqqsa fil-grad jew deklassifikata f'data partikolari jew wara avveniment speċifiku. |
16. |
Is-SĠK għandu jirrevedi regolarment l-IKUE li jkollu biex jaċċerta jekk il-livell ta’ klassifikazzjoni għadux japplika. Is-SĠK għandu jistabbilixxi sistema ta’ reviżjoni tal-livell ta’ klassifikazzjoni ta’ IKUE reġistrata li huwa jkun oriġina, mhux inqas frekwenti minn kull ħames snin. Tali reviżjoni m'għandhiex tkun meħtieġa fejn l-oriġinatur ikun indika mill-ewwel li l-informazzjoni ser tiġi awtomatikament imnaqqsa fil-grad jew deklassifikata u l-informazzjoni ġiet immarkata skont dan. |
III. REĠISTRAZZJONI TA' IKUE GĦAL FINIJIET TA' SIGURTÀ
17. |
kull entità organizzattiva fis-SĠK u fl-amministrazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri li fihom tiġi ttrattata l-IKUE, għandu jiġi identifikat reġistru responsabbli biex ikun żgurat li l-IKUE tiġi ttrattata f'konformità ma’ din id-Deċiżjoni. Ir-reġistri għandhom jiġu stabbiliti bħala Żoni ta’ Sigurtà kif definit fl-Anness II. |
18. |
Il-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, ir-reġistrazzjoni għall-finijiet tas-sigurtà (minn hawn 'il quddiem imsejħa “ir-reġistrazzjoni”) tfisser l-applikazzjoni ta’ proċeduri li jirrekordjaw iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ materjal, inkluż id-disseminazzjoni u l-qerda tiegħu. |
19. |
Il-materjal kollu kklassifikat CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u ogħla, jew ekwivalenti ta’ dan, għandu jiġi rreġistrat f'reġistri magħżulin apposta meta jasal jew jitlaq minn entità organizzattiva. |
20. |
Ir-Reġistru Ċentrali fis-SĠK għandu jżomm rekord tal-informazzjoni klassifikata kollha rilaxxata mill-Kunsill u s-SĠK lil Stati terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, u tal-informazzjoni klassifikata kollha riċevuta minn Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali. |
21. |
Fil-każ ta’ SKI, il-proċeduri ta’ reġistrazzjoni jistgħu jsiru bi proċess fis-SKI nnifisha. |
22. |
Il-Kunsill għandu japprova politika ta’ sigurtà dwar ir-reġistrazzjoni ta’ IKUE għal finijiet ta’ sigurtà. |
Reġistri TRES SECRET UE/EU TOP SECRET
23. |
Għandu jintgħażel reġistru fl-Istati Membri u fis-SĠK biex jaġixxi bħala l-awtorità ċentrali li tirċievi u li tibgħat informazzjoni klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET. Fejn meħtieġ, jistgħu jintgħażlu reġistri sekondarji biex tiġi ttrattata tali informazzjoni għal finijiet ta’ reġistrazzjoni. |
24. |
Tali reġistri sekondarji ma jistgħux jittrasmettu dokumenti TRES SECRET UE/EU TOP SECRET direttament lil reġistri sekondarji oħrajn tal-istess reġistru ċentrali TRES SECRET UE/EU TOP SECRET jew esternament mingħajr l-approvazzjoni espliċita bil-miktub ta’ dan tal-aħħar. |
IV. IKKUPJAR U TRADUZZJONI TA' DOKUMENTI KLASSIFIKATI TAL-UE
25. |
Dokumenti TRES SECRET UE/EU TOP SECRET jistgħu jiġu kkupjati jew tradotti biss bil-permess bil-miktub minn qabel tal-oriġinatur. |
26. |
Fejn l-oriġinatur ta’ dokumenti klassifikati SECRET UE/EU SECRET u anqas ma jkunx impona restrizzjonijiet dwar l-ikkupjar jew it-traduzzjoni tagħhom, tali dokumenti jistgħu jiġu kkupjati jew tradotti fuq istruzzjoni tad-detentur. |
27. |
Il-miżuri ta’ sigurtà applikabbli għad-dokument oriġinali għandhom japplikaw għall-kopji u t-traduzzjonijiet tagħhom. |
V. ĠARR TA' IKUE
28. |
Il-ġarr ta’ IKUE għandu jkun soġġett għall-miżuri protettivi stabbiliti fil-paragrafi 30 sa 40. Meta IKUE tinġarr b'mezzi elettroniċi, u irrispettivament mill-Artikolu 9(4), il-miżuri protettivi stabbiliti hawn taħt jistgħu jiġu ssupplimentati b'kontramiżuri tekniċi adatti preskritti mill-awtorità ta’ sigurtà kompetenti sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ telf jew periklu. |
29. |
L-awtoritajiet ta’ sigurtà kompetenti fis-SĠK u fl-Istati Membri għandhom joħorġu struzzjonijiet dwar il-ġarr ta’ IKUE skont din id-Deċiżjoni. |
F'bini jew grupp ta’ bini awtosuffiċjenti
30. |
IKUE mġarra f'bini jew grupp ta’ bini awtosuffiċjenti għandha tkun koperta sabiex tiġi evitata l-osservazzjoni tal-kontenuti tagħha. |
31. |
F'bini jew grupp ta’ bini awtosuffiċjenti, informazzjoni klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET għandha tinġarr f'envelopp issiġillat li jkollu biss l-isem tad-destinatarju. |
Ġewwa l-UE
32. |
IKUE li tinġarr bejn bini jew edifiċji fl-UE għandha tiġi mballata sabiex tkun protetta minn żvelar mhux awtorizzat. |
33. |
Il-ġarr ta’ informazzjoni klassifikata sa SECRET UE/EU SECRET fl-UE għandu jsir b'wieħed mill-mezzi li ġejjin:
Fil-każ ta’ ġarr minn Stat Membru wieħed għal ieħor, id-dispożizzjonijiet tal-punt (c) għandhom ikunu limitati għal informazzjoni klassifikata sa CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL. |
34. |
Materjal klassifikat CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL and SECRET UE/EU SECRET (pereżempju tagħmir jew makkinarju) li ma jistax jinġarr bil-mezzi msemmijin fil-paragrafu 33, għandu jkun ittrasportat bħala merkanzija minn kumpanniji tal-ġarr kummerċjali skont l-Anness V. |
35. |
Il-ġarr ta’ informazzjoni klassifikata sa TRES SECRET UE/EU TOP SECRET bejn bini jew edifiċji fl-UE għandu jsir permezz ta’ kurrier militari, governattiv jew diplomatiku, kif adatt. |
Minn ġewwa l-UE għat-territorju ta’ Stat terz
36. |
L-IKUE li tkun qed tinġarr minn ġewwa l-UE għat-territorju ta’ Stat terz għandha tiġi imballata b'tali mod li tkun protetta minn żvelar mhux awtorizzat. |
37. |
Il-ġarr ta’ informazzjoni klassifikata sa CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET minn ġewwa l-UE għat-territorju ta’ Stat terz għandu jsir b'wieħed mill-mezzi li ġejjin:
|
38. |
Il-ġarr ta’ informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET rilaxxata mill-UE lil Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti taħt Ftehim dwar is-sigurtà ta’ informazzjoni jew arranġament amministrattiv skont l-Artikolu 12(2)(a) jew (b). |
39. |
Informazzjoni klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED tista' wkoll tinġarr permezz ta’ servizzi postali jew servizzi ta’ kurrier kummerċjali. |
40. |
Il-ġarr ta’ informazzjoni klassifikata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET minn ġewwa l-UE għat-territorju ta’ Stat terz għandu jsir permezz ta’ kurrier militari jew diplomatiku. |
VI. QERDA TA' IKUE
41. |
Id-dokumenti klassifikati tal-UE li m'għadhomx meħtieġa jistgħu jinqerdu, mingħajr preġudizzju għar-regoli u r-regolamenti rilevanti dwar l-arkivjar. |
42. |
Id-dokumenti li huma soġġetti għal reġistrazzjoni f'konformità mal-Artikolu 9(2) għandhom jinqerdu mir-reġistru responsabbli fuq struzzjoni mid-detentur jew minn awtorità kompetenti. Il-logbooks u informazzjoni oħra dwar ir-reġistrazzjoni għandhom jiġu aġġornati kif meħtieġ. |
43. |
Dokumenti klassifikati SECRET UE/EU SECRET jew TRES SECRET UE/EU TOP SECRET għandhom jinqerdu fil-preżenza ta’ xhud, li għandu jkun approvat sa mill-inqas il-livell ta’ klassifikazzjoni tad-dokument li jkun qed jinqered. |
44. |
Ir-reġistratur u x-xhud, fejn tkun meħtieġa l-preżenza ta’ dan tal-aħħar, għandhom jiffirmaw ċertifikat ta’ qerda, li għandu jiddaħħal fir-reġistru. Ir-reġistru għandu jżomm iċ-ċertifikati ta’ qerda tad-dokumenti TRES SECRET UE/EU TOP SECRET għal perijodu ta’ mill-anqas għaxar snin u tad-dokumenti CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL u SECRET UE/EU SECRET għal perijodu ta’ mill-anqas ħames snin. |
45. |
Dokumenti klassifikati, inklużi dawk klassifikati RESTREINT UE/EU RESTRICTED, għandhom jinqerdu b'metodi li jilħqu standards UE rilevanti jew oħrajn ekwivalenti jew li jkunu ġew approvati mill-Istati Membri f'konformità ma’ standards tekniċi nazzjonali sabiex tiġi impeduta r-rikostruzzjoni sħiħa jew parzjali. |
46. |
Il-qerda ta’ mezzi ta’ ħażna elettronika użata għall-IKUE għandha ssir f'konformità mal-paragrafu 36 tal-Anness IV. |
VII. ISPEZZJONIJIET U ŻJARAT TA' VALUTAZZJONI
47. |
It-terminu “ispezzjoni” għandu jintuża minn hawn 'il quddiem biex jirreferi għal kwalunkwe
għall-evalwazzjoni tal-effettività ta’ miżuri implimentati għall-protezzjoni ta’ IKUE. |
48. |
L-ispezzjonijiet għandhom isiru, inter alia biex:
|
49. |
Qabel it-tmiem ta’ kull sena kalendarja, il-Kunsill għandu jadotta l-programmi ta’ ispezzjoni previsti fil-punt (c) tal-Artikolu 15(1) għas-sena ta’ wara. Id-dati proprji għal kull ispezzjoni għandhom jiġu determinati bi qbil mal-aġenzija jew il-korp tal-UE, l-Istat Membru, l-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata. |
Twettiq ta’ ispezzjonijiet
50. |
Għandhom isiru ispezzjonijiet sabiex jiġu vverifikati r-regoli, ir-regolamenti u l-proċeduri rilevanti fl-entità spezzjonata u biex jiġi vverifikat jekk il-prattiki tal-entità jikkonformawx mal-istandards minimi mniżżlin f'din id-Deċiżjoni u fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata ma’ dik l-entità. |
51. |
L-ispezzjonijiet għandhom isiru f'żewġ fażijiet. Jekk meħtieġ, qabel l-ispezzjoni nnifisha għandha tiġi organizzata laqgħa preparatorja mal-entità kkonċernata. Wara din il-laqgħa preparatorja l-grupp ta’ ispezzjoni għandu jistabbilixxi, bi qbil mal-entità imsemmija, programm ta’ ispezzjoni dettaljata li jkun ikopri l-oqsma kollha ta’ sigurtà. Il-grupp ta’ ispezzjoni għandu jkollu aċċess għal kull post fejn tiġi ttrattata l-IKUE, b'mod partikolari għar-reġistri u l-punti ta’ preżenza ta’ SKI. |
52. |
L-ispezzjonijiet fl-amministrazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri għandhom isiru taħt ir-responsabbiltà ta’ grupp konġunt ta’ ispezzjoni SĠK/Kummissjoni f'kooperazzjoni sħiħa mal-uffiċjali tal-entità li tkun qed tiġi spezzjonata. |
53. |
L-ispezzjonijiet fi Stati terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom isiru taħt ir-responsabbiltà ta’ grupp konġunt ta’ ispezzjoni SĠK/Kummissjoni f'kooperazzjoni sħiħa mal-uffiċjali tal-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali li tkun qed tiġi spezzjonata. |
54. |
L-ispezzjonijiet tal-aġenziji u l-korpi tal-UE stabbiliti taħt it-Titolu V, Kapitolu 2 tat-TUE, kif ukoll tal-Europol u tal-Eurojust għandhom jitmexxew mill-Uffiċċju ta’ Sigurtà tas-SĠK b'assistenza minn esperti tal-ASN li fuq it-territorju tagħha tinsab l-aġenzija jew il-korp. Id-Direttorat ta’ Sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea (ECSD) jista' jiġi assoċjat fejn regolarment jiskambja IKUE mal-aġenzija jew il-korp in kwistjoni. |
55. |
Fil-każ ta’ ispezzjonijiet ta’ aġenziji u korpi tal-UE stabbiliti taħt it-Titolu V, Kapitolu 2 tat-TUE, kif ukoll tal-Europol u tal-Eurojust, u ta’ Stati terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, assistenza u kontributi minn esperti tal-ASN għandhom jintalbu f'konformità ma’ arranġamenti dettaljati li jridu jiġu maqbula mal-Kumitat ta’ Sigurta. |
Rapporti dwar l-ispezzjoni
56. |
Fi tmiem l-ispezzjoni, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet prinċipali għandhom jiġu ppreżentati lill-entità spezzjonata. Għalhekk, għandu jitfassal rapport dwar l-ispezzjoni taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità ta’ sigurtà tas-SĠK (Uffiċċju ta’ Sigurtà). Fejn ikunu ġew proposti azzjoni korrettiva u rakkomandazzjonijiet, għandhom jiġu inklużi biżżejjed dettalji fir-rapport biex isostnu l-konklużjonijiet li jkunu ntlaħqu. Ir-rapport għandu jintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-entità spezzjonata. |
57. |
Għall-ispezzjonijiet li jsiru fl-amministrazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri:
Għandu jitħejja rapport regolari taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità ta’ Sigurtà tas-SĠK (Uffiċċju ta’ Sigurtà) biex jiġu enfasizzati l-lezzjonijiet li jinkisbu mill-ispezzjonijiet li jsiru fl-Istati Membri matul perijodu speċifikat u eżaminati mill-Kumitat ta’ Sigurtà. |
58. |
Għal żjarat ta’ valutazzjoni ta’ Stati terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, ir-rapport għandu jitqassam lill-Kumitat ta’ Sigurtà u lill-ECSD. Ir-rapport għandu jkun klassifikat mill-inqas RESTREINT UE/EU RESTRICTED. Kwalunkwe azzjoni korrettiva għandha tiġi vverifikata matul żjara ta’ segwitu u tiġi rapportata lill-Kumitat ta’ Sigurtà. |
59. |
Għal jiet ta’ aġenziji u korpi tal-UE stabbiliti taħt it-Titolu V, Kapitolu 2 tat-TUE, kif ukoll tal-Europol u tal-Eurojust, ir-rapporti dwar l-ispezzjoni għandhom jitqassmu lill-membri tal-Kumitat ta’ Sigurtà u lill-ECSD. L-abbozz tar-rapport dwar l-ispezzjoni għandu jitressaq lill-aġenzija jew il-korp ikkonċernati biex jiġi vverifikat li hu fattwalment korrett u li dan ma jkun fih l-ebda informazzjoni klassifikata ogħla minn RESTREINT UE/EU RESTRICTED. Kwalunkwe azzjoni korrettiva għandha tiġi vverifikata matul żjara ta’ segwitu u tiġi rapportata lill-Kumitat ta’ Sigurtà. |
60. |
L-Awtorità ta’ sigurtà tas-SĠK għandha tagħmel ispezzjonijiet regolari ta’ entitajiet organizzattivi fis-SĠK għall-finijiet stabbiliti fil-paragrafu 48. |
Lista ta’ verifika dwar l-ispezzjoni
61. |
L-Awtorità ta’ sigurtà tas-SĠK (Uffiċċju ta’ Sigurtà) għandha tfassal u taġġorna lista ta’ verifika dwar l-ispezzjoni ta’ sigurtà ta’ punti li għandhom jiġu vverifikati matul ispezzjoni. Din il-lista ta’ verifika għandha tintbagħat lill-Kumitat ta’ Sigurtà. |
62. |
L-informazzjoni għall-ikkompletar tal-lista ta’ verifika għandha tinkiseb, b'mod partikolari matul l-ispezzjoni, mill-persunal tal-ġestjoni tal-entità li tkun qed tiġi spezzjonata. Ladarba tkun ikkompletata bit-tweġibiet dettaljati, il-lista ta’ verifika għandha tkun klassifikata bi qbil mal-entità spezzjonata. Hija m'għandhiex tifforma parti mir-rapport dwar l-ispezzjoni. |
ANNESS IV
PROTEZZJONI TA’ IKUE TTRATTATA F’SKI
I. INTRODUZZJONI
1. |
Dan l-Anness jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 10. |
2. |
Il-kwalitajiet u l-kunċetti tal-AI li ġejjin huma essenzjali għas-sigurtà u l-funzjonament korrett tal-operazzjonijiet dwar is-SKI:
|
II. PRINĊIPJI DWAR L-ASSIGURAZZJONI TAL-INFORMAZZJONI
3. |
Id-dispożizzjonijiet stabbiliti hawn taħt għandhom jiffurmaw il-pedament għas-sigurtà ta’ kull SKI li tittratta IKUE. Ir-rekwiżiti dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu definiti fil-linji politiċi ta’ sigurtà tal-AI u linji gwida tekniċi ta’ sigurtà. |
Ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà
4. |
Il-ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà għandu jkun parti integrali fid-definizzjoni, l-iżvilupp, l-operat u l-manutenzjoni tas-SKI. Il-ġestjoni tar-riskju (valutazzjoni, trattament, aċċettazzjoni u komunikazzjoni) għandha ssir bħala proċess iterattiv, b’mod konġunt mar-rappreżentanti tal-proprjetarji tas-sistema, l-awtoritajiet tal-proġett, l-awtoritajiet operattivi u l-awtoritajiet tal-approvazzjoni ta’ sigurtà, bl-użu ta’ proċess tal-valutazzjoni tar-riskju li jkun ippruvat, trasparenti u kompletament ċar. L-ambitu tas-SKI u l-assi tagħha għandhom jiġu definiti b’mod ċar fil-bidu tal-proċess tal-ġestjoni tar-riskju. |
5. |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu t-theddid potenzjali għas-SKI u għandhom iżommu valutazzjonijiet aġġornati u eżatti tat-theddid li jirriflettu l-ambjent operattiv attwali. Huma għandhom jaġġornaw kontinwament l-għarfien tagħhom dwar kwistjonijiet ta’ vulnerabbiltà u jirrevedu perjodikament il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà biex jilħqu mal-ambjent tal-informatika (IT) li dejjem jinbidel. |
6. |
L-għan tat-trattament tar-riskju għas-sigurtà għandu jkun li japplika sett ta’ miżuri ta’ sigurtà li jirriżultaw f’kompromess sodisfaċenti bejn ir-rekwiżiti tal-utent, l-ispiża u r-riskju residwu għas-sigurtà. |
7. |
Ir-rekwiżiti, l-iskala u l-grad speċifiċi ta’ dettall determinati mill-AAS rilevanti għall-akkreditament ta’ SKI għandhom ikunu fi proporzjon mar-riskju vvalutat, b’kont meħud tal-fatturi rilevanti kollha, inkluż il-livell ta’ klassifikazzjoni tal-IKUE ttrattata f’SKI. L-akkreditament għandu jinkludi dikjarazzjoni formali dwar ir-riskju residwu u l-aċċettazzjoni tar-riskju residwu minn awtorità responsabbli. |
Sigurtà fiċ-ċiklu kollu tal-ħajja tas-SKI
8. |
L-iżgurar ta’ sigurtà għandu jkun rekwiżit matul iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tas-SKI mill-inizjazzjoni sal-irtirar mis-servizz. |
9. |
Ir-rwol u l-interazzjoni ta’ kull attur involut f’SKI fir-rigward ta’ sigurtà tagħha għandu jiġi identifikat għal kull fażi taċ-ċiklu tal-ħajja. |
10. |
Kwalunkwe SKI, inkluż il-miżuri ta’ sigurtà tekniċi u non-tekniċi tagħha, għandhom ikunu soġġetti għall-ittestjar ta’ sigurtà waqt il-proċess ta’ akkreditament biex jiġi żgurat li jinkiseb il-livell xieraq ta’ assigurazzjoni u biex jiġi vverifikat li dawn ikunu implimentati, integrati u konfigurati sew. |
11. |
Għandhom isiru valutazzjonijiet, ispezzjonijiet u reviżjonijiet ta’ sigurtà perjodikament waqt l-operat u l-manutenzjoni ta’ SKI u meta jirriżultaw ċirkostanzi eċċezzjonali. |
12. |
Id-dokumentazzjoni ta’ sigurtà għal SKI għandha tevolvi matul iċ-ċiklu tal-ħajja bħala parti integrali tal-proċess tal-ġestjoni tal-bidla u l-konfigurazzjoni. |
L-aħjar prattika
13. |
Is-SĠK u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jiżviluppaw l-aħjar għall-prattika biex tiġi protetta l-IKUE ttrattata fuq is-SKI. Il-linji gwida għall-aħjar prattika għandhom jistabbilixxu miżuri ta’ sigurtà tekniċi, fiżiċi, organizzattivi u proċedurali għas-SKI li l-effikaċja tagħhom biex jaffrontaw theddid u vulnerabbiltajiet partikolari ġiet ippruvata. |
14. |
Il-protezzjoni ta’ IKUE ttrattata fuq SKI għandha tibbenefika mill-lezzjonijiet li tgħallmu dawk l-entitajiet involuti fl-AI, kemm ġewwa kif ukoll barra mill-UE. |
15. |
Id-disseminazzjoni u l-implimentazzjoni sussegwenti tal-aħjar prattika għandhom jgħinu biex jintlaħaq livell ekwivalenti ta’ assigurazzjoni għad-diversi SKI li huma operati mis-SĠK u mill-Istati Membri li jittrattaw IKUE. |
Difiża fil-fond
16. |
Biex jitnaqqas ir-riskju għal SKI, għandha tiġi implimentata medda ta’ miżuri ta’ sigurtà tekniċi u mhux tekniċi, organizzati bħala saffi multipli ta’ difiża. Dawn is-saffi għandhom jinkludu: (a) Deterrent: miżuri ta’ sigurtà bil-għan li jiddiswadu kwalunkwe avversarju li jkun qed jippjana li jattakka s-SKI; (b) Prevenzjoni: miżuri ta’ sigurtà bil-għan li jimpedixxu jew jibblokkaw attakk fuq is-SKI; (c) Żvelar: miżuri ta’ sigurtà bil-għan li jiskopru l-okkorrenza ta’ attakk fuq is-SKI; (d) Kapaċità ta’ reżistenza: miżuri ta’ sigurtà bil-għan li jillimitaw l-impatt ta’ attakk għal sett minimu ta’ informazzjoni jew assi tas-SKI u li jimpedixxu aktar ħsara; u (e) Rkupru: miżuri ta’ sigurtà bil-għan li jirkupraw sitwazzjoni sigura għas-SKI. Il-livell ta’ strettezza ta’ tali miżuri ta’ sigurtà għandu jiġi ddeterminat b’segwitu għal valutazzjoni tar-riskju. |
17. |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jagħtu rispons għal inċidenti li jistgħu jaqbżu l-limiti organizzattivi u nazzjonali biex jikkoordinaw rispons u jikkondividu informazzjoni dwar dawn l-inċidenti u r-riskju relatat (kapaċitajiet ta’ rispons f’każ ta’ emerġenza ta’ kompjuters). |
Prinċipju ta’ minimalità u l-inqas privileġġ
18. |
Sabiex jiġi evitat riskju mhux neċessarju għandhom jiġu implimentati biss il-funzjonalitajiet, it-tagħmir u s-servizzi essenzjali sabiex jiġi sodisfatti r-rekwiżiti operattivi. |
19. |
L-utenti tas-SKI u l-proċessi awtomatizzati għandhom jingħataw l-aċċess, il-privileġġi jew l-awtorizzazzjonijiet biss li jeħtieġu biex iwettqu l-kompiti tagħhom sabiex ikun limitat kwalunkwe dannu li jirriżulta minn inċidenti, żbalji, jew użu mhux awtorizzat ta’ riżorsi tas-SKI. |
20. |
Il-proċeduri ta’ reġistrazzjoni imwettqa minn SKI, fejn meħtieġ, għandhom jiġu verifikati bħala parti mill-proċess ta’ akkreditament. |
Konoxxenza tal-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni
21. |
Il-konoxxenza tar-riskji u l-miżuri ta’ sigurtà disponibbli hija l-ewwel linja ta’ difiża għas-sigurtà tas-SKI. B’mod partikolari, il-persunal kollu involut fiċ-ċiklu tal-ħajja tas-SKI, inklużi l-utenti, għandu jifhem:
|
22. |
Sabiex jiġi żgurat li r-responsabbiltajiet għas-sigurtà jkunu ċari, l-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ konoxxenza dwar l-AI għandhom ikunu mandatorji għall-persunal kollu involut, inklużi l-amministraturi anzjani u l-utenti tas-SKI. |
Evalwazzjoni u approvazzjoni ta’ prodotti għas-sigurtà tal-informatika
23. |
Il-livell meħtieġ ta’ fiduċja fil-miżuri ta’ sigurtà, definit bħala livell ta’ assigurazzjoni, għandu jiġi determinat skont l-eżitu tal-proċess tal-ġestjoni tar-riskju u f’konformità mal-politika u l-linji gwida rilevanti ta’ sigurtà. |
24. |
Il-livell ta’ assigurazzjoni għandu jiġi vverifikat bl-użu ta’ proċessi u metodoloġiji rikonoxxuti internazzjonalment jew approvati nazzjonalment. Primarjament, dan jinkludi evalwazzjoni, kontrolli u verifika. |
25. |
Prodotti kriptografiċi għall-protezzjoni ta’ IKUE għandhom jiġu evalwati u approvati minn AAK nazzjonali ta’ Stat Membru. |
26. |
Qabel ma jiġu rrakkomandati għal approvazzjoni mill-Kunsill jew mis-Segretarju Ġenerali skont l-Artikolu 10(6), tali prodotti kriptografiċi għandhom ikunu għaddew b’suċċess minn evalwazzjoni tat-tieni parti minn Awtorità ta’ Evalwazzjoni Kwalifikata (AQUA) ta’ Stat Membru mhux involut fit-tfassil jew il-manifatturar tat-tagħmir. Il-livell ta’ dettall meħtieġ f’evalwazzjoni mit-tieni parti, għandu jiddependi fuq il-livell massimu previst ta’ klassifikazzjoni tal-IKUE li dawn il-prodotti għandhom jipproteġu. Il-Kunsill għandu japprova politika ta’ sigurtà dwar l-evalwazzjoni u l-approvazzjoni ta’ prodotti kriptografiċi. |
27. |
Fejn meħtieġ minħabba raġunijiet operattivi speċifiċi, il-Kunsill jew is-Segretarju Ġenerali kif adatt jista’, fuq rakkomandazzjoni mill-Kumitat ta’ Sigurtà, ineħħi r-rekwiżiti skont il-paragrafi 25 u 26 u jagħti approvazzjoni interim għal perijodu speċifiku skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10(6). |
28. |
AQUA għandha tkun AAK ta’ Stat Membru li tkun ġiet akkreditata fuq il-bażi ta’ kriterji stabbiliti mill-Kunsill biex twettaq it-tieni evalwazzjoni ta’ prodotti kriptografiċi għall-protezzjoni ta’ IKUE. |
29. |
Il-Kunsill għandu japprova politika ta’ sigurtà dwar il-kwalifika u l-approvazzjoni ta’ prodotti mhux kriptografiċi għas-sigurtà tal-informatika. |
Trasmissjoni f’Żoni Siguri
30. |
Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni, meta t-trasmissjoni ta’ IKUE tkun konfinata f’Żoni Siguri, id-distribuzzjoni mhux kodifikata jew l-ikkodifikar f’livell aktar baxx jistgħu jintużaw abbażi tal-eżitu tal-proċess ta’ ġestjoni tar-riskju u soġġetti għall-approvazzjoni tal-AAS. |
Interkonnessjoni sigura tas-SKI
31. |
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, interkonnessjoni għandha tfisser il-konnessjoni diretta ta’ żewġ sistemi tal-informatika, jew aktar bil-fini tal-kondiviżjoni ta’ data u riżorsi oħra ta’ informazzjoni (eż. komunikazzjoni) b’mod unidirezzjonali jew multidirezzjonali. |
32. |
SKI għandha tittratta kwalunkwe sistema tal-informatika interkonnessa bħala li ma tistax tiġi fdata u għandha timplimenta miżuri protettivi għall-kontroll tal-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata. |
33. |
Għall-interkonnessjonijiet kollha ta’ SKI ma’ sistema oħra tal-informatika, għandhom jiġu sodisfatti r-rekwiżiti bażiċi li ġejjin:
|
34. |
M’għandu jkun hemm l-ebda interkonnessjoni bejn SKI akkreditata u netwerk pubbliku jew mhux protett, ħlief fejn is-SKI tkun approvat SPK installati għal tali fini bejn is-SKI u n-netwerk pubbliku jew mhux protett. Il-miżuri ta’ sigurtà għal tali interkonnessjonijiet għandhom jiġu riveduti mill-AAI u approvati mill-AAS kompetenti. Meta n-netwerk pubbliku jew mhux protett jintuża biss bħala kurrier u d-data tkun kodifikata bi prodott kriptografiku approvat skont l-Artikolu 10, tali konnessjoni għandha titqies li hija interkonnessjoni. |
35. |
L-interkonnessjoni diretta jew cascaded ta’ SKI akkreditata biex tittratta TRES SECRET UE/EU TOP SECRET ma’ netwerk pubbliku jew mhux protett għandha tkun ipprojbita. |
Mezzi ta’ ħażna elettronika
36. |
Mezzi ta’ ħażna elettronika għandhom jinqerdu skont il-proċeduri approvati mill-awtorità tas-sigurtà kompetenti. |
37. |
Il-mezzi ta’ ħażna elettronika għandhom jiġu użati mill-ġdid, imniżżla mill-grad jew deklassifikati f’konformità ma’ politika ta’ sigurtà li għandha tkun stabbilita skont l-Artikolu 6(1). |
Ċirkostanzi ta’ emerġenza
38. |
Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-proċeduri speċifiċi deskritti hawn taħt jistgħu jiġu applikati f’emerġenza, bħal waqt kriżi imminenti jew reali, kunflitt, jew sitwazzjonijiet ta’ gwerra jew f’ċirkostanzi operattivi eċċezzjonali. |
39. |
IKUE tista’ tiġi trasmessa bl-użu ta’ prodotti kriptografiċi li jkunu ġew approvati għal livell ta’ klassifikazzjoni aktar baxx jew mingħajr ikkodifikar bil-kunsens tal-awtorità kompetenti jekk kwalunkwe dewmien ikun jikkawża dannu li jegħleb b’mod ċar id-dannu li jirriżulta minn kwalunkwe żvelar tal-materjal klassifikat u jekk:
|
40. |
L-informazzjoni klassifikata trasmessa taħt iċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-paragrafu 38 ma għandu jkollha l-ebda marka jew indikazzjoni li tiddistingwiha minn informazzjoni mhux klassifikata jew li tista’ tiġi protetta minn prodott kriptografiku disponibbli. Dawk li jirċevuha għandhom jiġu notifikati dwar il-livell ta’ klassifikazzjoni, mingħajr dewmien, permezz ta’ mezzi oħrajn. |
41. |
Jekk jintuża l-paragrafu 38 għandu jsir rapport sussegwenti lill-awtorità kompetenti u lill-Kumitat ta’ Sigurtà. |
III. FUNZJONIJIET U AWTORITAJIET TAL-ASSIGURAZZJONI TAL-INFORMAZZJONI
42. |
Il-funzjonijiet AI li ġejjin għandhom jiġu stabbiliti fl-Istati Membri u s-SĠK. Dawn il-funzjonijiet ma jirrikjedux entitajiet organizzativi uniċi. Madanakollu, dawn il-funzjonijiet, u r-responsabbiltajiet li jakkumpanjawhom jistgħu jingħaqdu jew jiġu integrati fl-istess entità organizzattiva jew mifrudin f’entitajiet organizzattivi differenti, dment li jiġu evitati konflitti interni ta’ interess jew ta’ kompiti. |
Awtorità għall-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni
43. |
L-AAI għandha tkun responsabbli għal:
|
L-Awtorità TEMPEST
44. |
L-Awtorità TEMPEST (AT) għandha tkun responsabbli mill-iżgurar tal-konformità tas-CIS mal-politiki u l-linji gwida TEMPEST. Hija għandha tapprova l-kontromiżuri TEMPEST għall-istallazzjonijiet u l-prodotti għall-protezzjoni ta’ IKUE sa livell definit ta’ klassifikazzjoni fl-ambjent operattiv tagħha. |
Awtorità ta’ Approvazzjoni Kripto
45. |
L-Awtorità ta’ Approvazzjoni Kripto (AAK) għandha tkun responsabbli biex tiżgura li l-prodotti kriptografiċi jikkonformaw mal-politika kriptografika nazzjonali jew il-politika kriptografika tal-Kunsill. Hija għandha tagħti l-approvazzjoni ta’ prodott kriptografiku għall-protezzjoni ta’ IKUE sa livell definit ta’ klassifikazzjoni fl-ambjent operattiv tagħha. Fir-rigward tal-Istati Membri, l-AAK għandha tkun responsabbli wkoll għall-evalwazzjoni tal-prodotti kriptografiċi. |
Awtorità ta’ Distribuzzjoni Kripto
46. |
L-Awtorità ta’ Distribuzzjoni Kripto (ADK) għandha tkun responsabbli għal:
|
Awtorità ta’ Akkreditament ta’ sigurtà
47. |
L-AAS għal kull sistema għandha tkun responsabbli għal:
|
48. |
L-AAS tas-SĠK għandha tkun responsabbli biex takkredita s-SKI kollha li joperaw taħt ir-responsabbiltà tas-SĠK. |
49. |
L-AAS rilevanti ta’ Stat Membru għandha tkun responsabbli biex takkredita SKI u l-komponenti tagħha li joperaw taħt ir-responsabbiltà ta’ Stat Membru. |
50. |
Bord ta’ Akkreditament ta’ sigurtà (BAS) konġunt għandu jkun responsabbli għall-akkreditament ta’ SKI taħt ir-responsabbiltà kemm tal-AAS tas-SĠK u tal-AASs tal-Istati Membri. Huwa għandu jkun magħmul minn rappreżentant tal-AAS minn kull Stat Membru u rappreżentant tal-AAS tal-Kummissjoni għandu jattendih. Entitajiet oħrajn b’punti fuq SKI għandhom ikunu mistiedna jattendu meta tkun qed tiġi diskussa dik is-sistema. Il-BAS għandu jkun presjedut minn rappreżentant tal-AAS tas-SĠK. Huwa għandu jaġixxi bil-kunsens tar-rappreżentanti tal-AAS tal-istituzzjonijiet, l-Istati Membru u entitajiet oħrajn b’punti fuq is-SKI. Huwa għandu jirrapporta perjodikament dwar l-attivitajiet tiegħu lill-Kumitat ta’ Sigurtà u għandu jinnotifika d-dikjarazzjonijiet ta’ akkreditament kollha lilu. |
Awtorità Operattiva għall-Assigurazzjoni tal-Informazzjoni
51. |
L-Awtorità Operattiva tal-AI għal kull sistema għandha tkun responsabbli għal:
|
ANNESS V
SIGURTÀ INDUSTRIJALI
I. INTRODUZZJONI
1. |
Dan l-Anness jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 11. Huwa jistabbilixxi dispożizzjonijiet ta’ sigurtà ġenerali applikabbli għal entitajiet industrijali jew oħrajn fin-negozjati ta’ qabel kuntratt u matul iċ-ċiklu ta’ ħajja kollu ta’ kuntratti klassifikati mogħtija mis-SĠK. |
2. |
Il-Kunsill għandu japprova politika dwar is-sigurtà industrijali li tistabbilixxi b'mod partikolari rekwiżiti dettaljati rigward l-ASF, l-Ittri dwar Aspetti ta’ sigurtà (SALs), iż-żjarat, it-trasmissjoni u l-ġarr ta’ IKUE. |
II. ELEMENTI TA' SIGURTÀ F'KUNTRATT KLASSIFIKAT
Gwida tal-Klassifikazzjoni ta’ sigurtà (GKS)
3. |
Qabel it-tnedija ta’ sejħa għal offerti jew l-għoti ta’ kuntratt klassifikat, is-SĠK, bħala l-awtorità kontraenti, għandu jiddetermina l-klassifikazzjoni ta’ sigurtà ta’ kwalunkwe informazzjoni li għandha tingħata lill-offerenti u lill-kuntratturi, kif ukoll il-klassifikazzjoni ta’ sigurtà ta’ kwalunkwe informazzjoni li għandha tinħoloq mill-kuntrattur. Għal dak il-fini, is-SĠK għandu jħejji GKS li għandha tintuża għall-prestazzjoni tal-kuntratt. |
4. |
Sabiex tiġi ddeterminata l-klassifikazzjoni ta’ sigurtà tad-diversi elementi ta’ kuntratt klassifikat, għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:
|
Ittra dwar aspetti ta’ sigurtà (SAL)
5. |
Ir-rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi għal kuntratt għandhom jiġu deskritti f' SAL. Is-SAL għandu jkun fiha, fejn xieraq, il-GKS u għandha tkun parti integrali minn kuntratt jew subkuntratt klassifikat. |
6. |
Is-SAL għandu jkun fiha d-dispożizzjonijiet li jeħtieġu lill-kuntrattur u/jew is-subkuntrattur iżomm f'konformità mal-istandards minimi stabbiliti f'din id-Deċiżjoni. In-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn l-istandards minimi jista' jikkostitwixxi raġuni suffiċjenti biex il-kuntratt jiġi terminat. |
Istruzzjonijiet ta’ sigurtà ta’ Programm/Proġett (ISP)
7. |
Jiddependi mill-ambitu tal-programmi jew proġetti li jinvolvu aċċess għal jew trattament jew ħżin ta’ IKUE, jistgħu jitħejjew Istruzzjonijiet ta’ Sigurtà ta’ Programm/Proġett speċifiku (ISP) mill-kuntrattur kontraenti magħżul għall-ġestjoni tal-programm jew proġett. L-ISP għandhom jeħtieġu l-approvazzjoni tal-ASN/ASM tal-Istati Membri jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra li tipparteċipa fil-programm/proġett u jista' jkun fihom rekwiżiti ta’ sigurtà addizzjonali. |
III. APPROVAZZJONI TA' SIGURTÀ GĦAL FAĊILITÀ (ASF)
8. |
ASF għandha tingħata mill-ASN jew l-ASM jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra ta’ Stat Membru biex tindika, skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, li entità industrijali jew entità oħra tista' tipproteġi IKUE fil-livell adatt ta’ klassifikazzjoni (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET) fil-faċilitajiet tagħha. Hija għandha tiġi ppreżentata lis-SĠK, bħala l-awtorità kontraenti, qabel kuntrattur jew subkuntrattur jew kuntrattur jew subkuntrattur potenzjali jkun jista' jingħata aċċess għal IKUE. |
9. |
Meta tkun qed toħroġ ASF, l-ASN jew l-ASM rilevanti għandha, bħala minimu:
|
10. |
Fejn rilevanti, is-SĠK, bħala l-awtorità kontraenti, għandu jinnotifika lill-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra li tenħtieġ ASF fl-istadju prekuntrattwali jew għall-prestazzjoni tal-kuntratt. ASF jew PSC għandhom jintalbu fl-istadju prekuntrattwali fejn IKUE klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET għandha tiġi pprovduta matul il-proċess tal-irkant. |
11. |
L-awtorità kontraenti m'għandhiex tagħti kuntratt klassifikat lill-offerent preferut qabel ma tkun irċeviet konferma mill-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra tal-Istat Membru li fih il-kuntrattur jew is-subkuntrattur ikkonċernat huwa reġistrat, li, fejn meħtieġ, tkun inħarġet ASF adatta. |
12. |
L-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra li ħarġet ASF għandha tinnotifika lis-SĠK bħala awtorità kontraenti dwar kwalunkwe tibdil li jolqot lill-ASF. Fil-każ ta’ subkuntratt, l-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra għandha tiġi informata kif adatt. |
13. |
L-irtirar ta’ ASF mill-ASN/ASM rilevanti jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra għandu jikkostitwixxi raġuni biżżejjed biex is-SĠK, bħala l-awtorità kontraenti, ittemm kuntratt klassifikat jew teskludi offerent mill-kompetizzjoni. |
IV. KUNTRATTI U SUBKUNTRATTI KLASSIFIKATI
14. |
Fejn tingħata IKUE lil offerent fl-istadju prekuntrattwali, l-istedina biex jitfa' offerta għandu jkun fiha dispożizzjoni li tobbliga lill-offerent li jonqos milli jitfa' offerta jew li ma jintgħażilx, biex jirritorna d-dokumenti klassifikati kollha f'perijodu speċifikat ta’ żmien. |
15. |
Ladarba kuntratt jew subkuntratt klassifikat ikun ingħata, is-SĠK, bħala l-awtorità kontraenti, għandu jinnotifika lill-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra tal-kuntrattur jew subkuntrattur dwar id-dispożizzjonijiet ta’ sigurtà tal-kuntratt klassifikat. |
16. |
Meta tali kuntratti jintemmu, is-SĠK, bħala l-awtorità kontraenti (u/jew l-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra, kif adatt, fil-każ ta’ subkuntratt), għandhom minnufih jinnotifikaw lill-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra tal-Istat Membru li fih il-kuntrattur jew is-subkuntrattur ikun reġistrat. |
17. |
Bħala regola ġenerali, il-kuntrattur jew is-subkuntrattur għandu jkun meħtieġ jirritorna kwalunkwe IKUE li jkollu lill-awtorità kontraenti, hekk kif jintemm il-kuntratt jew is-subkuntratt klassifikat. |
18. |
Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi mis-SAL għall-qerda ta’ IKUE matul il-prestazzjoni tal-kuntratt jew meta jintemm. |
19. |
Fejn il-kuntrattur jew is-subkuntrattur ikun awtorizzat iżomm IKUE wara li jintemm kuntratt, huwa għandu jibqa' konformi mal-istandards minimi li jinsabu f'din id-Deċiżjoni u jipproteġi l-kunfidenzjalità tal-IKUE. |
20. |
Il-kondizzjonijiet li taħthom il-kuntrattur jista' jagħmel subkuntratt għandhom ikunu definiti fis-sejħa għall-offerti u fil-kuntratt. |
21. |
Kuntrattur għandu jikseb permess mis-SĠK, bħala l-awtorità kontraenti, qabel ma jsir subkuntratt ta’ kwalunkwe parti ta’ kuntratt klassifikat. L-ebda subkuntratt ma jista' jingħata lil entitajiet industrijali jew oħrajn reġistrati fi Stat Membru li mhux membru tal-UE li ma jkunx ikkonkluda Ftehim ta’ sigurtà tal-informazzjoni mal-UE. |
22. |
Il-kuntrattur għandu jkun responsabbli biex jiżgura li l-attivitajiet subkuntrattwali kollha jitwettqu skont l-istandards minimi stabbiliti f'din id-Deċiżjoni u m'għandux jipprovdi IKUE lil subkuntrattur mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-awtorità kontraenti. |
23. |
Fir-rigward ta’ IKUE maħluqa jew ittrattata mill-kuntrattur jew is-subkuntrattur, id-drittijiet tal-oriġinatur għandhom jiġu eżerċitati mill-awtorità kontraenti. |
V. ŻJARAT KONNESSI MA' KUNTRATTI KLASSIFIKATI
24. |
Meta s-SĠK, il-kuntratturi jew is-subkuntratturi jirrikjedu aċċess għal informazzjoni klassifikata CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew SECRET UE/EU SECRET fil-kwartieri ta’ xulxin għat-twettiq ta’ kuntratt klassifikat, iż-żjajjar għandhom isiru b'kollegament mal-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra kkonċernata. Madankollu, fil-kuntest ta’ proġetti speċifiċi, l-NSAs/id-DSAs jistgħu wkoll jaqblu fuq proċedura li biha tali żjarat ikunu jistgħu jiġu organizzati direttament. |
25. |
Il-viżitaturi kollha għandu jkollhom PSC xierqa u jkollhom “ħtieġa ta’ għarfien” għal aċċess għal IKUE relatata mal-kuntratt tas-SĠK. |
26. |
Il-viżitaturi għandhom jingħataw aċċess biss għal IKUE relatata mal-fini taż-żjara. |
VI. TRASMISSJONI U ĠARR TA' IKUE
27. |
Fir-rigward tat-trasmissjoni ta’ IKUE b'mezzi elettroniċi, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 10 u l-Anness IV. |
28. |
Fir-rigward tal-ġarr ta’ IKUE, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Anness III, skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali. |
29. |
Għat-trasport ta’ materjal klassifikat bħala merkanzija, għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin meta jiġu ddeterminati l-arranġamenti tas-sigurtà:
|
VII. TRASFERIMENT TA' IKUE LIL KUNTRATTURI LI JINSABU FI STATI TERZI
30. |
It-trasmissjoni ta’ IKUE lil kuntratturi u subkuntratturi li jinsabu fi Stati terzi għandha ssir skont miżuri ta’ sigurtà maqbulin bejn is-SĠK, bħala l-awtorità kontraenti, u l-ASN/ASM tal-Istat terz ikkonċernat fejn il-kuntrattur ikun reġistrat. |
VIII. TRATTAMENT U ĦŻIN TA' IKUE KLASSIFIKATA RESTREINT UE/EU RESTRICTED
31. |
Flimkien, mal-ASN/ASM tal-Istat Membru, kif adatt, is-SĠK, bħala l-awtorità kontraenti, għandu jkun intitolat jagħmel żjarat fil-faċilitajiet tal-kuntrattur/tas-subkuntrattur abbażi ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali sabiex jivverifika li l-miżuri ta’ sigurtà rilevanti għall-protezzjoni ta’ IKUE fil-livell RESTREINT UE/EU RESTRICTED kif meħtieġ taħt il-kuntratt, ikunu ġew stabbiliti. |
32. |
Safejn ikun meħtieġ mil-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, l-ASN/ASM jew kwalunkwe awtorità ta’ sigurtà kompetenti oħra għandha tiġi nnotifikata mis-SĠK bħala l-awtorità kontraenti ta’ kuntratti jew subkuntratti li jkun fihom informazzjoni klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED. |
33. |
ASF jew PSC għal kuntratturi jew subkuntratturi u l-persunal tagħhom m'għandhomx ikunu meħtieġa għal kuntratti mogħtija mis-SĠK li fihom informazzjoni klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED. |
34. |
Is-SĠK, bħala l-awtorità kontraenti, għandu jeżamina t-tweġibiet għal sejħiet għal offerti għal kuntratti li jeħtieġu aċċess għal informazzjoni klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED, minkejja kwalunkwe rekwiżit relatat ma’ ASF jew PSC li jista' jeżisti taħt il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali. |
35. |
Il-kondizzjonijiet li taħthom il-kuntrattur jista' jagħmel subkuntratt għandhom ikunu skont il-paragrafu 21. |
36. |
Fejn kuntratt ikun jinvolvi t-trattament ta’ informazzjoni klassifikata RESTREINT UE/EU RESTRICTED f'SKI operata minn kuntrattur, is-SĠK bħala l-awtorità kontraenti għandu jiżgura li l-kuntratt jew kwalunkwe subkuntratt jispeċifika r-rekwiżiti tekniċi u amministrattivi meħtieħġa rigward l-akkreditament tas-SKI fi proporzjoni mar-riskju vvalutat, b'kont meħud tal-fatturi rilevanti kollha. Il-fini tal-akkreditament ta’ tali SKI għndu jkun maqbul bejn l-awtorità kontraenti u l-ASN/ASM rilevanti. |
ANNESS VI
SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI KLASSIFIKATA MA’ STATI TERZI U ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI
I. INTRODUZZJONI
1. |
Dan l-Anness jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 12. |
II. OQFSA LI JIRREGOLAW L-ISKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI KLASSIFIKATA
2. |
Fejn il-Kunsill jiddetermina li teżisti ħtieġa għall-perijodu fit-tul għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata,
skont l-Artikolu 12(2) u t-taqsimiet III u IV u abbażi ta’ rakkomandazzjoni mill-Kumitat ta’ Sigurtà. |
3. |
Fejn IKUE ġġenerata għall-finijiet ta’ operazzjoni tal-PKSD tkun trid tiġi pprovduta lil Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali li jkunu qed jieħdu sehem f’tali operazzjoni, u fejn l-ebda wieħed mill-oqfsa msemmijin fil-paragrafu 2 ma jeżisti, l-iskambju ta’ IKUE mal-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali kontribwenti għandu jkun irregolat skont it-Taqsima V, taħt:
|
4. |
Fin-nuqqas ta’ qafas kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3, u fejn tittieħed deċiżjoni biex IKUE tiġi rilaxxata lil Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali fuq bażi eċċezzjonali ad hoc, skont it-Taqsima VI, għandhom jinkisbu assigurazzjonijiet bil-miktub mill-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata biex ikun żgurat li huma jipproteġu kwalunkwe IKUE rilaxxata lilhom skont il-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi stabbilit f’din id-Deċiżjoni. |
III. FTEHIMIET TAS-SIGURTA’ TAL-INFORMAZZJONI
5. |
Il-ftehimiet dwar is-sigurtà ta’ informazzjoni għandhom jistabbilixxu l-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi li jirregolaw l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata bejn l-UE u Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali. |
6. |
Il-ftehimiet dwar is-sigurtà ta’ informazzjoni għandhom jipprevedu li jkun hemm ftehim dwar l-arranġamenti implimentattivi tekniċi bejn l-Uffiċċju ta’ Sigurtà tas-SĠK, l-ECSD u l-awtorità ta’ sigurtà kompetenti tal-Istat terz jew l-organizzazjoni internazzjonali inkwistjoni. Tali arranġamenti għandhom jieħdu kont tal-livell ta’ protezzjoni pprovdut mir-regolamenti, l-istrutturi u l-proċeduri ta’ sigurtà li jkunu fis-seħħ fl-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata. Huma għandhom ikunu approvati mill-Kumitat ta’ Sigurtà. |
7. |
L-ebda IKUE m’għandha tiġi skambjata b’mezzi elettroniċi dment li dan ma jkunx previst espliċitament fil-ftehim dwar is-sigurtà ta’ informazzjoni jew fl-arranġamenti implimentattivi tekniċi. |
8. |
Il-ftehimiet dwar is-sigurtà ta’ informazzjoni għandhom jipprevedu li qabel l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata taħt il-ftehim, l-Uffiċċju ta’ Sigurtà tas-SĠK u l-ECSD għandhom jaqblu li l-parti riċeventi tista’ tipproteġi u tissalvagwardja l-informazzjoni pprovduta lilha b’mod adatt. |
9. |
Meta l-Kunsill jikkonkludi ftehim dwar is-sigurtà ta’ informazzjoni, għandu jintagħżel reġistru f’kull parti bħala l-punt prinċipali ta’ dħul u ħruġ għall-iskambji ta’ informazzjoni klassifikata. |
10. |
Sabiex tkun ivvalutata l-effettività tar-regolamenti, l-istrutturi u l-proċeduri ta’ sigurtà fl-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata, għandhom jitwettqu żjarat ta’ valutazzjoni mill-Uffiċċju ta’ Sigurtà tas-SĠK flimkien mal-ECSD u fi ftehim reċiproku mal-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata. Tali żjarat ta’ valutazzjoni għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Anness III u għandhom jevalwaw:
|
11. |
Il-grupp li jwettaq żjara ta’ valutazzjoni f’isem l-UE għandu jivvaluta jekk ir-regolamenti u l-proċeduri ta’ sigurtà tal-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni jkunux adegwati għall-protezzjoni ta’ IKUE f’livell partikolari. |
12. |
Ir-riżultati ta’ dawn iż-żjarat għandhom jitniżżlu f’rapport li abbażi tiegħu l-Kumitat ta’ Sigurtà għandu jiddetermina l-livell massimu ta’ IKUE li tista’ tiġi skambjata fuq karta stampata, u fejn xieraq elettronikament, mal-parti terza kkonċernata kif ukoll kwalunkwe kondizzjoni speċifika li tirregola l-iskambju ma’ dik il-parti. |
13. |
Għandu jsir kull sforz biex issir żjara ta’ valutazzjoni kompluta ta’ sigurtà lill-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni qabel mal-Kumitat ta’ Sigurtà japprova l-arranġamenti implimentattivi sabiex jiġu stabbiliti n-natura u l-effikaċja tas-sistema ta’ sigurtà attwata. Madankollu, fejn dan ma jkunx possibbli, il-Kumitat ta’ Sigurtà għandu jirċievi rapport komplut kemm jista’ jkun mill-Uffiċċju ta’ Sigurtà tas-SĠK, ibbażat fuq l-informazzjoni disponibbli għalih, li jinforma lill-Kumitat ta’ Sigurtà dwar ir-regolamenti ta’ sigurtà applikabbli u l-mod li bih is-sigurtà hija organizzata fl-Istat terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata. |
14. |
Il-Kumitat ta’ Sigurtà jista’ jiddeċiedi li sakemm isir eżami tal-eżitu ta’ żjara ta’ valutazzjoni, ma tista’ tiġi rilaxxata l-ebda IKUE, jew tista’ tiġi rilaxxata biss sa livell speċifikat, jew huwa jista’ jistabbilixxi kondizzjonijiet speċifiċi oħrajn li jirregolaw ir-rilaxx ta’ IKUE lill-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni. Dan għandu jiġi notifikat mill-Uffiċċju ta’ Sigurtà tas-SĠK lill-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni. |
15. |
Bi ftehim reċiproku mal-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata, l-Uffiċċju ta’ Sigurtà tas-SĠK għandu jagħmel, f’intervalli regolari, żjarat ta’ valutazzjoni ta’ segwitu biex jivverifika li l-arranġamenti fis-seħħ ikomplu jilħqu l-istandards minimi miftehma. |
16. |
Ladarba l-ftehim dwar is-sigurtà ta’ informazzjoni jkun fis-seħħ u l-informazzjoni klassifikata tiġi skambjata mal-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata, il-Kumitat ta’ Sigurtà jista’ jiddeċiedi li jimmodifika l-livell massimu ta’ IKUE li tista’ tiġi skambjata fil-forma stampata jew b’mezzi elettroniċi, b’mod partikolari fid-dawl ta’ kwalunkwe żjara ta’ valutazzjoni ta’ segwitu. |
IV. ARRANĠAMENTI AMMINISTRATTIVI
17. |
Fejn teżisti ħtieġa għal perijodu fit-tul għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata, bħala regola ġenerali, mhux ogħla minn RESTREINT UE/EU RESTRICTED ma’ Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali, u fejn il-Kumitat ta’ Sigurtà jkun stabbilixxa li l-parti inkwistjoni ma jkollhiex sistema ta’ sigurtà żviluppata biżżejjed biex ikun possibbli li hija tidħol fi ftehim dwar is-sigurtà ta’ informazzjoni, is-Segretarju Ġenerali jista’, soġġett għall-approvazzjoni mill-Kunsill, jidħol fi ftehim amministrattiv mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni. |
18. |
Fejn, għal raġunijiet operattivi urġenti, ikun jeħtieġ li jiġi stabbiliti rapidament qafas għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata, eċċezzjonalment il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jsir arranġament amministrattiv għall-iskambju ta’ informazzjoni ta’ livell ta’ klassifikazzjoni ogħla. |
19. |
L-arranġamenti amministrattivi, bħala regola ġenerali, għandhom jieħdu l-forma ta’ skambju ta’ ittri. |
20. |
Għandha ssir żjara ta’ valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 10 u r-rapport għandu jintbagħat lill-Kumitat ta’ Sigurtà u jitqies bħala sodisfaċenti minnu, qabel ma l-IKUE tiġi tabilħaqq rilaxxata lill-Istat terz jew lill-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni. Madankollu, fejn ikun hemm raġunijiet eċċezzjonali għal skambju urġenti ta’ informazzjoni klassifikata, li jitressqu quddiem il-Kunsill, l-IKUE tista’ tiġi rilaxxata dment li jsir kull sforz biex tali żjara ta’ valutazzjoni ssir malajr kemm jista’ jkun. |
21. |
L-ebda IKUE m’għandha tiġi skambjata b’mezzi elettroniċi dment li dan ma jkunx previst espliċitament fl-arranġament amministrattiv. |
V. SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI KLASSIFIKATA FIL-KUNTEST TA’ OPERAZZJONIJIET TAL-PKSD
22. |
Ftehimiet qafas ta’ parteċipazzjoni jirregolaw il-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali fl-operazzjonijiet tal-PKSD. Tali ftehimiet għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar ir-rilaxx ta’ IKUE ġġenerata għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-PKSD lill-Istati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali kontribwenti. Il-livell massimu ta’ klassifikazzjoni ta’ IKUE li jista’ jkun skambjat għandu jkun RESTREINT UE/EU RESTRICTED għal operazzjonijiet ċivili tal-PKSD u CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL għal operazzjonijiet militari tal-PKSD sakemm mhux stabbilit mod ieħor fid-Deċiżjoni li tistabbilixxi kull operazzjoni tal-PKSD. |
23. |
Ftehimiet ta’ parteċipazzjoni ad hoc konklużi għal operazzjoni speċifika tal-PKSD għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar ir-rilaxx ta’ IKUE ġġenerata għall-finijiet ta’ dik l-operazzjoni lill-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali kontribwenti. Il-livell massimu ta’ klassifikazzjoni ta’ IKUE li jista’ jkun skambjat għandu jkun RESTREINT UE/EU RESTRICTED għal operazzjonijiet ċivili tal-PKSD u CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL għal operazzjonijiet militari tal-PKSD sakemm mhux stabbilit mod ieħor fid-Deċiżjoni li tistabbilixxi kull operazzjoni tal-PKSD. |
24. |
Arranġamenti amministrattivi ad hoc dwar il-parteċipazzjoni ta’ Stat terz jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali f’operazzjoni speċifika tal-PKSD jistgħu jkopru inter alia r-rilaxx ta’ IKUE ġġenerata għall-finijiet tal-operazzjoni lil dak l-Istat terz jew organizzazzjoni internazzjonali. Tali arranġamenti amministrattivi ad hoc għandhom isiru skont il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 17 u 18 tat-Taqsima IV. Il-livell massimu ta’ klassifikazzjoni ta’ IKUE li jista’ jkun skambjat għandu jkun RESTREINT UE/EU RESTRICTED għal operazzjonijiet ċivili tal-PKSD u CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL għal operazzjonijiet militari tal-PKSD sakemm mhux stabbilit mod ieħor fid-Deċiżjoni li tistabbilixxi kull operazzjoni tal-PKSD. |
25. |
M’huma meħtieġa l-ebda arranġamenti implimentattivi jew żjarat ta’ valutazzjoni qabel l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar ir-rilaxx ta’ IKUE fil-kuntest tal-paragrafi 22, 23 u 24. |
26. |
Fejn l-Istat ospitanti li fuq it-territorju tiegħu ssir l-operazzjoni tal-PKSD ma jkollu l-ebda ftehim dwar is-sigurtà ta’ informazzjoni jew arranġament amministrattiv fis-seħħ mal-UE għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata, fil-każ ta’ ħtieġa operattiva speċifika u immedjata, jista’ jiġi stabbilit arranġament amministrattiv ad hoc. Din il-possibbiltà għandha tiġi prevista fid-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-operazzjoni tal-PKSD. L-IKUE rilaxxata taħt dawn iċ-ċirkostanzi għandha tkun ristretta għal dik iġġenerata għall-finijiet tal-operazzjoni tal-PKSD u ma tkunx klassifikata ogħla minn RESTREINT UE/EU RESTRICTED. Taħt tali arranġament amministrattiv ad hoc, l-Istat ospitanti għandu jieħu l-impenn li jipproteġi l-IKUE skont standards minimi li ma jkunux inqas strinġenti minn dawk stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. |
27. |
Id-dispożizzjonijiet dwar informazzjoni klassifikata li għandhom jiġu inklużi fil-ftehimiet qafas ta’ parteċipazzjoni, ftehimiet ta’ parteċipazzjoni ad hoc u arranġamenti amministrattivi ad hoc, imsemmija fil-paragrafi 22 sa 24, għandhom jipprevedu li l-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni għandha tiżgura li l-persunal tagħha ssekondat għal kwalunkwe operazzjoni ser jipproteġi l-IKUE skont ir-regoli ta’ sigurtà tal-Kunsill u bi gwida ulterjuri maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-linja ta’ kmand tal-operazzjoni. |
28. |
Jekk sussegwentement jiġi konkluż ftehim dwar is-sigurtà ta’ informazzjoni bejn l-UE u Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali kontribwenti, il-ftehim dwar is-sigurtà ta’ informazzjoni għandu jieħu post kwalunkwe ftehim qafas ta’ parteċipazzjoni, ftehim ta’ parteċipazzjoni ad hoc jew arranġament amministrattiv ad hoc f’dak li jikkonċerna l-iskambju u t-trattament ta’ IKUE. |
29. |
Ma għandu jkun permess l-ebda skambju ta’ IKUE b’mezzi elettroniċi taħt ftehim qafas ta’ parteċipazzjoni, ftehim ta’ parteċipazzjoni ad hoc jew arranġament amministrattiv ad hoc ma’ Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali, dment li dan ma jkunx espliċitament previst fil-ftehim jew l-arranġament inkwistjoni. |
30. |
IKUE ġġenerata għall-finijiet ta’ operazzjoni tal-PKSD tista’ tiġi żvelata lil persunal issekondat lill-imsemmija operazzjoni minn Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali f’konformità mal-paragrafi 22 sa 29. Meta jkun awtorizzat l-aċċess għal IKUE f’bini jew f’SKI ta’ operazzjoni tal-PKSD mit-tali persunal, għandhom jiġu applikati miżuri (inkluż ir-reġistrar tal-IKUE żvelata) biex jitnaqqas ir-riskju ta’ telf jew kompromess. Tali miżuri għandhom jiġu ddefiniti fl-ippjanar rilevanti jew fid-dokumenti tal-missjoni. |
VI. RILAXX EĊĊEZZJONALI AD HOC TA’ IKUE
31. |
Fejn ma jeżisti l-ebda qafas f’konformità mat-taqsimiet III sa V, u fejn il-Kunsill jew wieħed mill-korpi preparatorji tiegħu jiddetermina l-ħtieġa eċċezzjonali li tkun rilaxxata IKUE lil Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali, is-SĠK għandu:
|
32. |
Jekk il-Kumitat ta’ Sigurtà jagħti opinjoni favur ir-rilaxx tal-IKUE, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (COREPER), li għandu jieħu deċiżjoni dwar ir-rilaxx tagħha. |
33. |
Jekk ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Sigurtà ma tkunx favur ir-rilaxx tal-IKUE:
|
34. |
Fejn jitqies adatt, u soġġett għall-kunsens bil-miktub minn qabel tal-oriġinatur, il-COREPER jista’ jiddeċiedi li l-informazzjoni klassifikata tista’ tiġi rilaxxata parzjalment biss jew jekk titnaqqas fil-grad jew tiġi deklassifikata minn qabel biss, jew li l-informazzjoni li għandha tiġi rilaxxata għandha titħejja mingħajr referenza għas-sors jew il-livell oriġinali tal-klassifikazzjoni tal-UE. |
35. |
Wara deċiżjoni għar-rilaxx ta’ IKUE, is-SĠK għandu jibgħat id-dokument ikkonċernat, li għandu jkollu marka ta’ rilaxxibbiltà li tindika l-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali li lilhom tkun ġiet rilaxxata. Qabel ir-rilaxx jew malli dan attwalment iseħħ, il-parti terza inkwistjoni għandha tintrabat bil-miktub li tipproteġi l-IKUE li tirċievi skont il-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. |
VII. AWTORITÀ GĦAL RILAXX TA’ IKUE LIL STATI TERZI JEW ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI
36. |
Fejn jeżisti qafas skont il-paragrafu 2 għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata ma’ Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni fejn jawtorizza lis-Segretarju Ġenerali biex jirrilaxxa IKUE, skont il-prinċipju ta’ kunsens tal-oriġinatur, lill-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni. |
37. |
Fejn jeżisti qafas skont il-paragrafu 3 għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata ma’ Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali, is-Segretarju Ġenerali għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa IKUE, skont id-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-operazzjoni tal-PKSD u skont il-prinċipju ta’ kunsens tal-oriġinatur. |
38. |
Is-Segretarju Ġenerali jista’ jiddelega tali awtorizzazzjoni lil uffiċjali anzjani tas-SĠK jew lil persuni oħra taħt l-awtorità tiegħu. |
Appendiċi
Appendiċi A
Definizzjonijiet
Appendiċi B
Ekwivalenza tal-klassifikazzjonijiet ta’ sigurtà
Appendiċi Ċ
Lista ta’ Awtoritajiet ta’ Sigurtà Nazzjonali (ASN)
Appendiċi D
Lista ta’ abbrevjazzjonijiet
Appendiċi A
DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
“Akkreditament” tfisser il-proċess li jwassal għal dikjarazzjoni formali mill-Awtorità ta’ Akkreditament ta’ Sigurtà (AAS) li sistema hija approvata biex topera b’livell definit ta’ klassifikazzjoni, f’mod partikolari ta’ sigurtà fl-ambjent operattiv tagħha u f’livell aċċettabbli ta’ riskju, abbażi tal-premessa li jkun ġie implimentat sett approvat ta’ miżuri ta’ sigurtà tekniċi, fiżiċi, organizzattivi u proċedurali; |
|
“Assi” tfisser kwalunkwe ħaġa li hija ta’ valur għal organizzazzjoni, l-operazzjonijiet kummerċjali tagħha u l-kontinwità tagħhom, inkluż ir-riżorsi ta’ informazzjoni li jappoġġaw il-missjoni tal-organizzazzjoni; |
|
“Ċiklu ta’ ħajja ta’ SKI” tfisser it-tul komplet tal-eżistenza ta’ SKI, li jinkludi l-inizjazzjoni, il-konċezzjoni, l-ippjannar, l-analiżi tar-rekwiżiti, id-disinn, l-iżvilupp, l-ittestjar, l-implimentazzjoni, l-operazzjoni, il-manutenzjoni u l-iżmantellament; |
|
“Kuntratt klassifikat” tfisser kuntratt li jsir mis-SĠK ma’ kuntrattur għall-provvista ta’ oġġetti, twettiq ta’ xogħlijiet jew il-forniment ta’ servizzi, li l-prestazzjoni tagħhom teħtieġ jew tinvolvi l-aċċess għal IKUE jew il-ħolqien tagħha; |
|
“Subkuntratt klassifikat” tfisser kuntratt li jsir minn kuntrattur tas-SĠK ma’ kuntrattur ieħor (eż. is-subkuntrattur) għall-provvista ta’ oġġetti, it-twettiq ta’ xogħlijiet jew il-forniment ta’ servizzi, li l-prestazzjoni tagħhom teħtieġ jew tinvolvi l-aċċess għal IKUE jew il-ħolqien tagħha; |
|
“Sistema ta’ Komunikazzjoni u Informazzjoni” (SKI) - ara l-Artikolu 10(2); |
|
“Kuntrattur” tfisser individwu jew entità ġuridika li jkollha l-kapaċità ġuridika li tassumi kuntratti; |
|
“Materjal kriptografiku (Kripto)” tfisser algoritmi kriptografiċi, hardware kriptografiku u moduli tas-software, u prodotti li jkollhom id-dettalji tal-implimentazzjoni u dokumenti assoċjati u materjal li jaġixxi ta’ ċavetta (keying material); |
|
“Operazzjoni PKSD” tfisser operazzjoni militari jew ċivili ta’ maniġġar tal-kriżijiet taħt it-Titolu V, Kapitolu 2 tat-TUE; |
|
“Deklassifikazzjoni” tfisser it-tneħħija ta’ kwalunkwe klassifikazzjoni ta’ sigurtà; |
|
“Difiża fil-fond” tfisser l-applikazzjoni ta’ firxa ta’ miżuri ta’ sigurtà, organizzati bħala saffi multipli ta’ difiża; |
|
“Awtorità ta’ Sigurtà Magħżula” (ASM) tfisser awtorità responsabbli għall-Awtorità ta’ Sigurtà Nazzjonali (ASN) ta’ Stat Membru li hija responsabbli biex tikkomunika lil entitajiet industrijali jew entitajiet oħrajn il-politika nazzjonali dwar il-kwistjonijiet kollha ta’ sigurtà industrijali u biex tipprovdi direzzjoni u assistenza fl-implimentazzjoni tagħha. Il-funzjoni ta’ ASM tista’ titwettaq mill-ASN jew minn kwalunkwe awtorità kompetenti oħra; |
|
“Dokument” tfisser kwalunkwe informazzjoni reġistrata tkun xi tkun il-forma fiżika jew il-karatteristiċi tagħha; |
|
“Tnaqqis fil-grad” tfisser tnaqqis fil-livell tal-klassifikazzjoni ta’ sigurtà; |
|
“Informazzjoni klassifikata tal-UE” (IKUE) - ara l-Artikolu 2(1); |
|
“Approvazzjoni tas-Sigurtà għal Faċilità” (ASF) tfisser determinazzjoni amministrattiva minn ASN jew ASM li, mill-perspettiva ta’ sigurtà, faċilità tista’ tippermetti livell adegwat ta’ protezzjoni tal IKUE ta’ livell speċifiku ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà u tal-persunal tagħha li jeħtieġ aċċess għal IKUE jkun ingħata approvazzjoni ta’ sigurtà adatta u jkun ġie infurmat dwar ir-rekwiżiti ta’ sigurtà rilevanti meħtieġa għall-aċċess u l-protezzjoni ta’ IKUE; |
|
“Trattament” ta’ IKUE tfisser l-azzjonijiet possibbli kollha li għalihom tista’ tkun soġġetta IKUE matul iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħha. Huwa jkopri il-ħolqien, il-proċessar, il-ġarr, id-downgrading, id-deklassifikazzjoni u l-qerda tagħha. Fir-rigward ta’ SKI huwa jkopri wkoll il-ġbir, il-wiri, it-trasmissjoni u l-ħżin tagħha; |
|
“Detentur” tfisser individwu debitament awtorizzat bi ħtieġa ta’ għarfien stabbilit li huwa fil-pussess ta’ oġġett ta’ IKUE u huwa għaldaqstant responsabbli li jipproteġih; |
|
“Entità industrijali jew entità oħra” tfisser entità involuta fil-provvista ta’ oġġetti, fit-twettiq ta’ xogħlijiet jew fil-forniment ta’ servizzi; din tista’ tkun entità industrijali, kummerċjali, tas-servizzi, xjentifika, tar-riċerka, edukattiva jew tal-iżvilupp jew individwu li jaħdem għal rasu; |
|
“Sigurtà industrijali” - ara l-Artikolu 11(1); |
|
“Assigurazzjoni tal-Informazzjoni” - ara l-Artikolu 10(1); |
|
“Interkonnessjoni” - ara l-Anness IV, paragrafu 31; |
|
“Ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata” - ara l-Artikolu 9(1); |
|
“Materjal” tfisser kwalunkwe dokument jew oġġett ta’ makkinarju jew tagħmir, kemm jekk manifatturat kif ukoll jekk fil-proċess ta’ manifattura; |
|
“Oriġinatur” tfisser l-istituzzjoni, l-aġenzija jew il-korp tal-UE, l-Istat Membru, l-istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali li taħt l-awtorità tagħha tkun inħolqot u/jew ġiet introdotta informazzjoni klassifikata fl-istrutturi tal-UE; |
|
“Sigurtà tal-persunal” - ara l-Artikolu 7(1); |
|
“Approvazzjoni tas-Sigurtà tal-Persunal” (PSC) tfisser it-tnejn li ġejjin jew waħda minnhom:
|
|
“Ċertifikat ta’ Approvazzjoni ta’ Sigurtà tal-Persunal” (ĊASP) tfisser ċertifikat maħruġ minn awtorità kompetenti li jistabbilixxi li individwu huwa awtorizzat b’sigurtà u għandu PSC UE jew nazzjonali valida u li juri l-livell ta’ IKUE li dak l-individwu jista’ jingħata aċċess għaliha (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla), id-data ta’ validità tal-PSC rilevanti u d-data tal-iskadenza taċ-ċertifikat innifsu; |
|
“Sigurtà fiżika” - ara l-Artikolu 8(1); |
|
“Istruzzjoni ta’ Sigurtà ta’ Programm/Proġett” (ISP) tfisser lista ta’ proċeduri ta’ sigurtà li huma applikati għal programm/proġett speċifiku sabiex ikunu standardizzati l-proċeduri ta’ sigurtà. Din tista’ tiġi riveduta matul il-programm/proġett kollu; |
|
“Reġistrazzjoni” - ara l-Anness III, paragrafu 18; |
|
“Riskju residwu” tfisser ir-riskju li jibqa’ wara li jkunu ġew implimentati l-miżuri ta’ sigurtà, peress li mhux it-theddid kollu jista’ jiġi affrontat u mhux il-vulnerabbiltajiet kollha jistgħu jiġu eliminati; |
|
“Riskju” tfisser il-potenzjal li theddida partikolari tisfrutta vulnerabbiltajiet interni jew esterni ta’ organizzazzjoni jew ta’ kwalunkwe waħda mis-sistemi li tuża’ u għalhekk tikkawża dannu lill-organizzazzjoni u l-assi tanġibbli jew intanġibbli tagħha. Dan jitkejjel bħala t-total tal-probabbiltà tat-theddid li jseħħ u l-impatt tiegħu.
|
|
“Ittra dwar Aspetti ta’ Sigurtà” (SAL) tfisser sett ta’ kondizzjonijiet kuntrattwali speċjali maħruġ mill-awtorità kontraenti li jifforma parti integrali minn kwalunkwe kuntratt klassifikat li jinvolvi l-aċċess għal jew il-ħolqien ta’ IKUE, li jidentifika r-rekwiżiti ta’ sigurtà jew dawk l-elementi tal-kuntratt li jkunu jeħtieġu protezzjoni ta’ sigurtà; |
|
“Gwida tal-Klassifikazzjoni ta’ Sigurtà” (GKS) tfisser dokument li jiddeskrivi l-elementi ta’ programm jew kuntratt li huma klassifikati, waqt li jispeċifika l-livelli tal-klassifikazzjoni ta’ sigurtà applikabbli. Il-GKS tista’ titwessa’ matul il-ħajja tal-programm jew tal-kuntratt u l-elementi ta’ informazzjoni jistgħu jiġu riklassifikati jew imnaqqsa fil-grad; fejn ikun hemm GKS, hija għandha tkun parti mis-SAL; |
|
“Investigazzjoni ta’ sigurtà” tfisser il-proċeduri investigattivi mwettqa mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont l-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tiegħu sabiex tinkiseb assigurazzjoni li m’hemm xejn negattiv magħruf li jista’ jipprevjeni individwu milli jingħata PSC nazzjonali jew tal-UE għal aċċess għal IKUE sa livell speċifikat (CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla); |
|
“Mod ta’ ħidma ta’ sigurtà” tfisser id-definizzjoni tal-kondizzjonijiet taħt liema SKI taħdem abbażi tal-klassifikazzjoni tal-informazzjoni ttrattata u l-livelli ta’ approvazzjoni, l-approvazzjonijiet ta’ aċċess formali u l-ħtieġa ta’ għarfien tal-utenti tagħha. Jeżistu erba’ modi ta’ ħidma għat-trattament jew it-trasmissjoni ta’ informazzjoni klassifikata: mod dedikat, mod system-high, mod kompartimentat u mod b’diversi livelli;
|
|
“Proċess ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ sigurtà” tfisser il-proċess intier tal-identifikazzjoni, il-kontroll u l-imminimizzar ta’ avvenimenti inċerti li jistgħu jaffettwaw s-sigurtà ta’ organizzazzjoni jew ta’ kwalunkwe waħda mis-sistemi li hija tuża. Dan ikopri t-totalità tal-attivitajiet relatati mar-riskju, inklużi l-valutazzjoni, it-trattament, l-aċċettazzjoni u l-komunikazzjoni; |
|
“TEMPEST” tfisser l-investigazzjoni, l-istudju u l-kontroll ta’ emanazzjonijiet elettromanjetiċi kompromettenti u l-miżuri biex jiġu mrażżna; |
|
“Theddida” tfisser kawża potenzjali ta’ aċċident mhux mixtieq li jista’ jirriżulta f’dannu lil organizzazzjoni jew waħda mis-sistemi li hija tuża; tali theddid jista’ jkun aċċidentali jew intenzjonat (malizzjużi) u huwa kkaratterizzat minn elementi ta’ theddid, miri potenzjali u metodi ta’ attakk; |
|
“Vulnerabbiltà” tfisser dgħufija ta’ kwalunkwe natura li tista’ tiġi sfruttata minn theddida waħda jew aktar. Vulnerabbiltà tista’ tkun ommissjoni jew tista’ tkun relatata ma’ dgħufija fil-kontrolli f’termini tas-saħħa, il-kompletezza jew il-konsistenza tagħhom u tista’ tkun ta’ natura teknika, proċedurali, fiżika jew operattiva. |
Appendiċi B
EKWIVALENZA TAL-KLASSIFIKAZZJONIJIET TA' SIGURTÀ
UE |
TRES SECRET UE/EU TOP SECRET |
SECRET UE/EU SECRET |
CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL |
RESTREINT UE/EU RESTRICTED |
Belġju |
Très Secret (Loi 11.12.1998) Zeer Geheim (Wet 11.12.1998) |
Secret (Loi 11.12.1998) Geheim (Wet 11.12.1998) |
Confidentiel (Loi 11.12.1998) Vertrouwelijk (Wet 11.12.1998) |
nota (1) hawn taħt |
Bulgarija |
Cтpoгo ceкретно |
Ceкретно |
Поверително |
За служебно ползване |
Repubblika Ċeka |
Přísně tajné |
Tajné |
Důvěrné |
Vyhrazené |
Danimarka |
Yderst hemmeligt |
Hemmeligt |
Fortroligt |
Til tjenestebrug |
Ġermanja |
STRENG GEHEIM |
GEHEIM |
VS (2)— VERTRAULICH |
VS — NUR FÜR DEN DIENSTGEBRAUCH |
Estonja |
Täiesti salajane |
Salajane |
Konfidentsiaalne |
Piiratud |
Ireland |
Top Secret |
Secret |
Confidential |
Restricted |
Greċja |
Άκρως Απόρρητο Abr: ΑΑΠ |
Απόρρητο Abr: (ΑΠ) |
Εμπιστευτικό Αbr: (ΕΜ) |
Περιορισμένης Χρήσης Abr: (ΠΧ) |
Spanja |
SECRETO |
RESERVADO |
CONFIDENCIAL |
DIFUSION LIMITADA |
Franza |
Très Secret Défense |
Secret Défense |
Confidentiel Défense |
nota (3) hawn taħt |
Italja |
Segretissimo |
Segreto |
Riservatissimo |
Riservato |
Ċipru |
Άκρως Απόρρητο Αbr: (AΑΠ) |
Απόρρητο Αbr: (ΑΠ) |
Εμπιστευτικό Αbr: (ΕΜ) |
Περιορισμένης Χρήσης Αbr: (ΠΧ) |
Latvja |
Sevišķi slepeni |
Slepeni |
Konfidenciāli |
Dienesta vajadzībām |
Litwanja |
Visiškai slaptai |
Slaptai |
Konfidencialiai |
Riboto naudojimo |
Lussemburgu |
Très Secret Lux |
Secret Lux |
Confidentiel Lux |
Restreint Lux |
Ungerija |
Szigorúan titkos! |
Titkos! |
Bizalmas! |
Korlátozott terjesztésű! |
Malta |
L-Ogħla Segretezza |
Sigriet |
Kunfidenzjali |
Ristrett |
Olanda |
Stg. ZEER GEHEIM |
Stg. GEHEIM |
Stg. CONFIDENTIEEL |
Dep. VERTROUWELIJK |
Awstrija |
Streng Geheim |
Geheim |
Vertraulich |
Eingeschränkt |
Polonja |
Ściśle Tajne |
Tajne |
Poufne |
Zastrzeżone |
Portugall |
Muito Secreto |
Secreto |
Confidencial |
Reservado |
Rumanija |
Strict secret de importanță deosebită |
Strict secret |
Secret |
Secret de serviciu |
Slovenja |
Strogo tajno |
Tajno |
Zaupno |
Interno |
Slovakkja |
Prísne tajné |
Tajné |
Dôverné |
Vyhradené |
Finlandja |
ERITTÄIN SALAINEN YTTERST HEMLIG |
SALAINEN HEMLIG |
LUOTTAMUKSELLINEN KONFIDENTIELL |
KÄYTTÖ RAJOITETTU BEGRÄNSAD TILLGÅNG |
Svezja (4) |
HEMLIG/TOP SECRET HEMLIG AV SYNNERLIG BETYDELSE FÖR RIKETS SÄKERHET |
HEMLIG/SECRET HEMLIG |
HEMLIG/CONFIDENTIAL HEMLIG |
HEMLIG/RESTRICTED HEMLIG |
Renju Unit |
Top Secret |
Secret |
Confidential |
Restricted |
(1) Diffusion Restreinte/Beperkte Verspreiding mhijiex klassifikazzjoni ta’ sigurtà fil-Belġju. Il-Belġju jittratta u jipproteġi informazzjoni “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” b'mod xejn anqas strett mill-istandards u l-proċeduri deskritti fir-regoli ta’ sigurtà tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(2) Ġermanja: VS = Verschlusssache.
(3) Franza ma tużax il-klassifikazzjoni “RESTREINT” fis-sistema nazzjonali tagħha. Franza tittratta u tipproteġi informazzjoni “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” b'mod mhux anqas strett mill-istandards u l-proċeduri deskritti fir-regoli ta’ sigurtà tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(4) Svezja: il-marki tal-klassifikazzjoni ta’ sigurtà fir-ringiela ta’ fuq jintużaw mill-awtoritajiet tad-difiża u l-marki fir-ringiela ta’ taħt minn awtoritajiet oħra.
Appendiċi Ċ
LISTA TA' AWTORITAJIET TA' SIGURTÀ NAZZJONALI (ASN)
BELĠJU
Autorité nationale de Sécurité |
SPF Affaires étrangères, Commerce extérieur et Coopération au Développement |
15, rue des Petits Carmes |
B-1000 Bruxelles |
Telephone Secretariat: + 32/2/501 45 42 |
Fax: + 32/2/501 45 96 |
E-mail: nvo-ans@diplobel.fed.be |
DANIMARKA
Politiets Efterretningstjeneste |
(Danish Security Intelligence Service) |
Klausdalsbrovej 1 |
DK-2860 Søborg |
Telephone: + 45/33/14 88 88 |
Fax: + 45/33/43 01 90 |
Forsvarets Efterretningstjeneste |
(Danish Defence Intelligence Service) |
Kastellet 30 |
DK-2100 Copenhagen Ø |
Telephone: + 45/33/32 55 66 |
Fax: + 45/33/93 13 20 |
BULGARIJA
State Commission on Information Security |
90 Cherkovna Str. |
BG-1505 Sofia |
Telephone: + 359/2/921 5911 |
Fax: + 359/2/987 3750 |
E-mail: dksi@government.bg |
Website: www.dksi.bg |
ĠERMANJA
Bundesministerium des Innern |
Referat ÖS III 3 |
Alt-Moabit 101 D |
D-11014 Berlin |
Telephone: + 49/30/18 681 0 |
Fax: + 49/30/18 681 1441 |
E-mail: oesIII3@bmi.bund.de |
REPUBLIKA ĊEKA
Národní bezpečnostní úřad |
(National Security Authority) |
Na Popelce 2/16 |
CZ-150 06 Praha 56 |
Telephone: + 420/257 28 33 35 |
Fax: + 420/257 28 31 10 |
E-mail: czech.nsa@nbu.cz |
Website: www.nbu.cz |
ESTONJA
National Security Authority Department |
Estonian Ministry of Defence |
Sakala 1 |
EE-15094 Tallinn |
Telephone: +372/7170 113, +372/7170 117 |
Fax: +372/7170 213 |
E-mail: nsa@kmin.ee |
IRLANDA
National Security Authority |
Department of Foreign Affairs |
76 - 78 Harcourt Street |
Dublin 2 |
Ireland |
Telephone: + 353/1/ 478 08 22 |
Fax: + 353/1/ 408 29 59 |
SPANJA
Autoridad Nacional de Seguridad |
Oficina Nacional de Seguridad |
Avenida Padre Huidobro s/n |
E-28023 Madrid |
Telephone: + 34/91/372 50 00 |
Fax: + 34/91/372 58 08 |
E-mail: nsa-sp@areatec.com |
GREĊJA
Γενικό Επιτελείο Εθνικής Άμυνας (ΓΕΕΘΑ) |
Διακλαδική Διεύθυνση Στρατιωτικών Πληροφοριών (ΔΔΣΠ) |
Διεύθυνση Ασφαλείας και Αντιπληροφοριών |
ΣΤΓ 1020 -Χολαργός (Αθήνα) |
Ελλάδα |
Τηλέφωνα: + 30/210/657 20 45 (ώρες γραφείου) |
+ 30/210/657 20 09 (ώρες γραφείου) |
Φαξ: + 30/210/653 62 79 |
+ 30/210/657 76 12 |
Hellenic National Defence General Staff (HNDGS) |
Military Intelligence Sectoral Directorate |
Security Counterintelligence Directorate |
GR-STG 1020 Holargos – Athens |
Telephone: + 30/210/657 20 45 |
+ 30/210/657 20 09 |
Fax: + 30/210/653 62 79 |
+ 30/210/657 76 12 |
FRANZA
Secrétariat général de la défense et de la sécurité nationale |
Sous-direction Protection du secret (SGDSN/PSD) |
51 Boulevard de la Tour-Maubourg |
F-75700 Paris 07 SP |
Telephone: + 33/1/71 75 81 77 |
Fax: + 33/1/71 75 82 00 |
ITALJA
Presidenza del Consiglio dei Ministri |
Autorità Nazionale per la Sicurezza |
D.I.S. - U.C.Se. |
Via di Santa Susanna, 15 |
I-00187 Roma |
Telephone: + 39/06/611 742 66 |
Fax: + 39/06/488 52 73 |
LATVJA
National Security Authority |
Constitution Protection Bureau of the Republic of Latvia |
P.O.Box 286 |
LV-1001 Riga |
Telephone: + 371/6702 54 18 |
Fax: + 371/6702 54 54 |
Email: ndi@sab.gov.lv |
ĊIPRU
ΥΠΟΥΡΓΕΙΟ ΑΜΥΝΑΣ |
ΣΤΡΑΤΙΩΤΙΚΟ ΕΠΙΤΕΛΕΙΟ ΤΟΥ ΥΠΟΥΡΓΟΥ |
Εθνική Αρχή Ασφάλειας (ΕΑΑ) |
Υπουργείο Άμυνας |
Λεωφόρος Εμμανουήλ Ροΐδη 4 |
1432 Λευκωσία, Κύπρος |
Τηλέφωνα: + 357/22/80 75 69, + 357/22/80 76 43, +357/22/80 77 64 |
Τηλεομοιότυπο: + 357/22/30 23 51 |
Ministry of Defence |
Minister's Military Staff |
National Security Authority (NSA) |
4 Emanuel Roidi street |
CY-1432 Nicosia |
Telephone: + 357/22/80 75 69, + 357/22/80 76 43, +357 /22/80 77 64 |
Fax: + 357/22/30 23 51 |
E-mail: cynsa@mod.gov.cy |
LITWANJA
Lietuvos Respublikos paslapčių apsaugos koordinavimo komisija |
(The Commission for Secrets Protection Coordination of the Republic of Lithuania |
National Security Authority) |
Gedimino 40/1 |
LT-01110 Vilnius |
Telephone: + 370/5/266 32 01, +370/5/266 32 02 |
Fax: + 370/5/266 32 00 |
E-mail: nsa@vsd.lt |
LUSSEMBURGU
Autorité nationale de Sécurité |
Boîte postale 2379 |
L-1023 Luxembourg |
Telephone: + 352/2478 22 10 central |
+ 352/2478 22 53 direct |
Fax: + 352/2478 22 43 |
OLANDA
Ministerie van Binnenlandse Zaken en Koninkrijksrelaties |
Postbus 20010 |
NL-2500 EA Den Haag |
Telephone: + 31/70/320 44 00 |
Fax: + 31/70/320 07 33 |
Ministerie van Defensie |
Beveiligingsautoriteit |
Postbus 20701 |
NL-2500 ES Den Haag |
Telephone: + 31/70/318 70 60 |
Fax: + 31/70/318 75 22 |
UNGERIJA
Nemzeti Biztonsági Felügyelet |
(National Security Authority) |
P.O. Box 2 |
HU-1357 Budapest |
Telephone: + 361/346 96 52 |
Fax: + 361/346 96 58 |
E-mail: nbf@nbf.hu |
Website: www.nbf.hu |
MALTA
Ministry of Justice and Home Affairs |
P.O. Box 146 |
MT-Valletta |
Telephone: + 356/21 24 98 44 |
Fax: + 356/25 69 53 21 |
AWSTRIJA
Informationssicherheitskommission |
Bundeskanzleramt |
Ballhausplatz 2 |
A-1014 Wien |
Telephone: + 43/1/531 15 25 94 |
Fax: + 43/1/531 15 26 15 |
E-mail: ISK@bka.gv.at |
POLONJA
Agencja Bezpieczeństwa Wewnętrznego – ABW |
(Internal Security Agency) |
2A Rakowiecka St. |
PL-00-993 Warszawa |
Telephone: + 48/22/585 73 60 |
Fax: + 48/22/585 85 09 |
E-mail: nsa@abw.gov.pl |
Website: www.abw.gov.pl |
Służba Kontrwywiadu Wojskowego |
(Military Counter-Intelligence Service) |
Classified Information Protection Bureau |
Oczki 1 |
PL-02-007 Warszawa |
Telephone: + 48/22/684 12 47 |
Fax: + 48/22/684 10 76 |
E-mail: skw@skw.gov.pl |
RUMANIJA
Oficiul Registrului Național al Informațiilor Secrete de Stat |
(Romanian NSA – ORNISS |
National Registry Office for Classified Information) |
4 Mures Street |
RO-012275 Bucharest |
Telephone: + 40/21/224 58 30 |
Fax: + 40/21/224 07 14 |
E-mail: nsa.romania@nsa.ro |
Website: www.orniss.ro |
PORTUGAL
Presidência do Conselho de Ministros |
Autoridade Nacional de Segurança |
Rua da Junqueira, 69 |
P-1300-342 Lisboa |
Telephone: +351/ 213 031 710 |
Fax: +351/ 213 031 711 |
SLOVENJA
Urad Vlade RS za varovanje tajnih podatkov |
Gregorčičeva 27 |
SVN-1000 Ljubljana |
Telephone: + 386/1/478 13 90 |
Fax: + 386/1/478 13 99 |
SLOVAKKJA
Národný bezpečnostný úrad |
(National Security Authority) |
Budatínska 30 |
P.O. Box 16 |
SVK-850 07 Bratislava |
Telephone: + 421/2/68 69 23 14 |
Fax: + 421/2/63 82 40 05 |
Website: www.nbusr.sk |
ŻVEZJA
Utrikesdepartementet |
(Ministry for Foreign Affairs) |
SSSB |
S-103 39 Stockholm |
Telephone: + 46/8/405 10 00 |
Fax: + 46/8/723 11 76 |
E-mail: ud-nsa@foreign.ministry.se |
FINLANDJA
National Security Authority |
Ministry for Foreign Affairs |
P.O. Box 453 |
FI-00023 Government |
Telephone: + 358/9/160 |
56487 |
Fax: + 358/9/160 56484 |
E-mail: NSA@formin.fi |
RENJU UNIT
UK National Security Authority |
Room 335, 3rd Floor |
70 Whitehall |
London |
SW1A 2AS |
Telephone 1: + 44/20/7276 5649 |
Telephone 2: + 44/20/7276 5497 |
Fax: + 44/20/7276 5651 |
Email: UK-NSA@cabinet-office.x.gsi.gov.uk |
Appendiċi D
LISTA TA' ABBREVJAZZJONIJIET
Akronimu |
Tifsira |
AAI |
Awtorità ta’ Assigurazzjoni tal-Informazzjoni |
AAK |
Awtorità ta’ Approvazzjoni Kripto |
AAS |
Awtorità ta’ Akkreditament ta’ Sigurtà |
ADK |
Awtorità ta’ Distribuzzjoni Kripto |
AI |
Assigurazzjoni tal-Informazzjoni |
AQUA |
Awtorità ta’ Evalwazzjoni Kwalifikata |
ASF |
Approvazzjoni ta’ Sigurtà għal Faċilità |
ASM |
Awtorità ta’ Sigurtà Magħżula |
ASN |
Awtorità ta’ Sigurtà Nazzjonali |
BAS |
Bord ta’ Akkreditament ta’ Sigurtà |
ĊASP |
Ċertifikat ta’ Approvazzjoni ta’ Sigurtà tal-Persunal |
CCTV |
Televiżjoni b'Ċirkwit Magħluq |
COREPER |
Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti |
DRSS |
Dikjarazzjoni dwar ir-Rekwiżiti ta’ Sigurtà Speċifiċi għal Sistema |
ECSD |
Direttorat ta’ Sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea |
GKS |
Gwida tal-Klassifikazzjoni ta’ Sigurtà |
IKUE |
Informazzjoni Klassifikata tal-UE |
ISP |
Istruzzjonijiet ta’ Sigurtà ta’ Programm/Proġett |
IT |
Teknoloġija tal-Informazzjoni |
PESK |
Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni |
PKSD |
Politika Komuni ta’ Sigurtà u Difiża |
PSC |
Approvazzjoni ta’ Sigurtà tal-Persunal |
RSUE |
Rappreżentant Speċjali tal-UE |
SAL |
Ittra dwar Aspetti ta’ Sigurtà |
SecOPs |
Proċeduri Operattivi ta’ Sigurtà |
SĠK |
Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill |
SKI |
Sistema ta’ Komunikazzjoni u Informazzjoni li jittrattaw IKUE |
SPK |
Servizzi ta’ Protezzjoni fil-Konfini |
SSI |
Sistema ta’ Sejbien ta’ Intrużi |
TA |
L-Awtorità TEMPEST |