Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0302

    2009/302/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta' Mejju 2008 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

    ĠU L 84, 31.3.2009, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/302/oj

    Related international agreement

    31.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 84/33


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-21 ta' Mejju 2008

    dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

    (2009/302/KE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2), flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar it-tibdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi strumenti ta’ ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

    (2)

    Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità, Ftehim mal-Pakistan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru konformement mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2003 li tawtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar it-tibdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi strumenti ta’ ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

    (3)

    Suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar ‘il quddiem, il-Ftehim negozjat mill-Kummissjoni għandu jiġi ffirmat u applikat proviżorjament,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità suġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.

    It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem il-Komunità suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

    Artikolu 3

    Sa meta jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jiġi applikat proviżorjament mill-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri kollha meħtieġa għal dan il-għan.

    Artikolu 4

    Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(2) tal-Ftehim.

    Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Mejju 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. ZVER


    Top

    31.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 84/34


    FTEHIM

    bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA

    minn naħa waħda, u

    R-REPUBBLIKA IŻLAMIKA TAL-PAKISTAN (minn hawn ‘il quddiem “il-Pakistan”)

    min-naħa l-oħra

    (minn hawn ‘il quddiem “il-Partijiet”)

    FILWAQT LI JINNUTAW li ċerti dispożizzjonijiet fi strumenti ta’ ftehim bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn bosta Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan jeħtiġilhom jinġiebu konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità,

    FILWAQT LI JINNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward ta’ bosta aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehim bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

    FILWAQT LI JINNUTAW li t-trasportaturi tal-ajru Komunitarji stabbiliti f’xi wieħed mill-Istati Membri ingħataw id-dritt, mill-Komunità Ewropea skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità, għal aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot tal-ajru bejn dak l-Istat Membru u pajjiżi terzi,

    FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW l-istrumenti ta’ ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-erba’ pajjiżi Ewropej elenkati fl-Anness III li jipprovdu dwar il-possibbiltà għaċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi li jiksbu dritt ta’ sjieda fi trasportaturi tal-ajru mogħtija liċenzja f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità Ewropea,

    FILWAQT LI JAGĦRFU li l-aspetti kollha relatati ma’ strumenti ta’ ftehim bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan jeħtiġilhom ikunu konformi mal-liġijiet tal-partijiet sabiex tiġi stabbilita bażi ġuridika soda għas-servizzi tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u sabiex tinżamm il-kontinwità ta’ servizzi tal-ajru bħal dawn,

    FILWAQT LI JINNUTAW li d-dispożizzjonijiet ta’ strumenti ta’ ftehim bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan, li ma jmorrux kontra l-leġiżlazzjoni tal-Komunità Ewropea u dik tal-Pakistan, ma għandhomx bżonn jiġu milquta minn dan il-Ftehim,

    FILWAQT LI JAGĦRFU li d-dispożizzjonijiet fi strumenti ta’ ftehim bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru konklużi bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan li i) jirrikjedu jew jiffavorixxu l-adozzjoni ta’ ftehim bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiki kkonċertati li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru fuq ir-rotot rilevanti; jew (ii) isaħħu l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika kkonċertata ta’ dan it-tip; jew iii) jiddelegaw lit-trasportaturi tal-ajru jew lil operaturi ekonomiċi privati oħrajn ir-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru fuq ir-rotot rilevanti, jistgħu jrendu mhux effettivi r-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi,

    FILWAQT LI JINNUTAW li, f’dan il-Ftehim, mhuwiex għan tal-Komunità Ewropea u tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan li jiżdied il-volum totali tat-traffiku tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan, li jiġi milqut il-bilanċ bejn it-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità u t-trasportaturi tal-ajru tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan, jew li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet ta’ strumenti ta’ ftehim bilaterali eżistenti dwar is-servizzi tal-ajru rigward id-drittijiet tat-traffiku,

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, “Stati Membri” tfisser l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.

    2.   Ir-referenzi f’kull ftehim elenkat fl-Anness I għaċ-ċittadini tal-Istat Membru li huwa parti fil-ftehim għandhom jinftiehmu bħala referenzi għaċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.

    3.   Ir-referenzi f’kull ftehim elenkat fl-Anness I għat-trasportaturi tal-ajru jew linji tal-ajru tal-Istat Membru li huwa parti fil-ftehim għandhom jinftiehmu bħala referenzi għat-trasportaturi tal-ajru jew linji tal-ajru nominati minn dak l-Istat Membru.

    Artikolu 2

    Nomina minn Stat Membru

    1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jirbħu fuq id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-artikoli elenkati fl-Anness II(a) u (b) rispettivament, f’dak li għandu x’jaqsam man-nomina tat-trasportatur tal-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi tiegħu mogħtija mir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tat-trasportatur tal-ajru, rispettivament.

    2.   Malli tirċievi nomina mingħand Stat Membru tal-Komunità Ewropea, ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan għandha tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi meħtieġa bl-anqas dewmien proċedurali, sakemm:

    (i)

    it-trasportatur tal-ajru jkun stabbilit fit-territorju tal-Istat Membru li jinnomina skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u li għandu Liċenzja Operattiva valida maħruġa minn Stat Membru f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità Ewropea; kif ukoll

    (ii)

    jiġi eżerċitat u jinżamm kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur tal-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat ta’ Operatur tal-Ajru tiegħu u l-awtorità ajrunawtika rilevanti tkun identifikata b’mod ċar fin-nomina; kif ukoll

    (iii)

    it-trasportatur tal-ajru jkun proprjetà, direttament jew permezz tal-akbar sehem azzjonarju, ta’, u jkun kontrollat effettivament minn, l-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati Membri, u/jew mill-Istati l-oħra elenkati fl-Anness III u/jew miċ-ċittadini ta’ dawn l-Istati l-oħra; kif ukoll

    (iv)

    it-trasportatur tal-ajru ikollu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru li jkun ħariġlu l-Liċenzja Operattiva valida tiegħu.

    3.   Ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan tista’ tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ trasportatur tal-ajru nnominat minn Stat Membru fejn:

    (i)

    it-trasportatur tal-ajru ma jkunx stabbilit fit-territorju tal-Istat Membru li nnominah skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jew ma għandux Liċenzja Operattiva valida minn Stat Membru f’konformità mal-liġi tal-Komunità Ewropea; jew

    (ii)

    ma jitħaddimx jew ma jinżammx kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur tal-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat tiegħu tal-Operatur tal-Ajru, jew l-awtorità ajrunawtika rilevanti ma tkunx identifikata biċ-ċar fin-nomina; jew

    (iii)

    it-trasportatur tal-ajru ma jkunx proprjetà, direttament jew permezz tal-akbar sehem azzjonarju, ta’, jew ma jkunx kontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati Membri, u/jew mill-Istati l-oħra elenkati fl-Anness III u/jew miċ-ċittadini ta’ dawn l-Istati l-oħra; jew

    (iv)

    it-trasportatur tal-ajru ma jkollux il-post prinċipali tan-negozju tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru li jkun ħariġlu l-Liċenzja Operattiva valida tiegħu. jew

    (v)

    it-trasportatur tal-ajru jkun diġà awtorizzat li jopera fl-ambitu ta’ ftehim bilaterali bejn ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u xi Stat Membru ieħor u, billi jeżerċita d-drittijiet tat-traffiku fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt f’dak l-Istat Membru l-ieħor, dan ikun qed jevita r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tat-traffiku imposti minn dak il-ftehim l-ieħor; jew

    (vi)

    it-trasportatur tal-ajru nnominat ikun fil-pussess ta’ Ċertifikat tal-Operaturi tal-Ajru u Liċenzja Operattiva maħruġin minn Stat Membru li miegħu r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan ma għandhiex ftehim bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru, u dak l-Istat Membru jkun ċaħad lil trasportatur tal-ajru b’liċenzja maħruġa mir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan id-drittijiet tat-traffiku jew l-opportunitajiet kummerċjali relatati.

    4.   Hija u tħaddem id-dritt tagħha skont il-paragrafu 3, ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan ma għandhiex tiddiskrimina bejn trasportaturi tal-ajru tal-Komunità abbażi tan-nazzjonalità, bil-kundizzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq.

    Artikolu 3

    Is-sikurezza

    1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness II(c).

    2.   Fejn Stat Membru jkun innomina trasportatur tal-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu huwa mħaddem u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan skont id-dispożizzjonijiet ta’ sikurezza tal-ftehim bejn l-Istat Membru li nnomina t-trasportatur tal-ajru u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan għandhom japplikaw b’mod ugwali fir-rigward tal-adozzjoni, it-tħaddim jew iż-żamma tal-istandards tas-sikurezza minn dak l-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għall-operat ta’ dak it-trasportatur tal-ajru.

    Artikolu 4

    It-tariffi għall-ġarr fi ħdan il-Komunità Ewropea

    1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-artikoli elenkati fl-Anness II(d).

    2.   It-tariffi li għandhom jinżammu mit-trasportatur/i tal-ajru nnominat/i mir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan permezz ta’ ftehim elenkat fl-Anness I li fih dispożizzjoni elenkata fl-Anness II(d) għal ġarr li jseħħ kollu kemm hu fi ħdan il-Komunità Ewropea għandhom ikunu suġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Komunità Ewropea. Il-leġiżlazzjoni tal-Komunità Ewropea hija applikata fuq bażi mhux diskriminatorja.

    Artikolu 5

    Kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni

    1.   Minkejja kull dispożizzjoni oħra għall-kuntrarju, xejn f’kull wieħed mill-ftehim elenkati fl-Anness I ma għandu (i) jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ akkordji bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiki kkonċertati li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni; (ii) isaħħaħ l-effetti ta’ kwalunkwe akkordju, deċiżjoni jew prattika kkonċertata ta’ dan it-tip; jew (iii) jiddelega lill-operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni.

    2.   Id-dispożizzjonijiet fil-ftehim elenkati fl-Anness I li mhumiex kompatibbli mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu applikati.

    Artikolu 6

    Annessi ma’ dan il-Ftehim

    L-Annessi ma’ dan il-Ftehim għandhom jiffurmaw parti integrali minnu.

    Artikolu 7

    Reviżjoni jew emendament

    Il-Partijiet jistgħu, f’kull ħin, jirrivedu jew jemendaw dan il-Ftehim b’kunsens reċiproku. Kull waħda mill-Partijiet tista’, fi kwalunkwe waqt, titlob konsultazzjonijiet bil-għan li jiġi rivedut jew emendat dan il-Ftehim b’kunsens reċiproku, u l-parti l-oħra għandha twieġeb għal din it-talba sa mhux aktar tard minn 60 (sittin) jum wara li tkun saret it-talba għall-konsultazzjoni.

    Artikolu 8

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja

    1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu jkunu tlestew.

    2.   Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu li japplikaw dan il-Ftehim provviżorjament mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri kollha meħtieġa għal dan il-għan ikunu tlestew.

    3.   Jinsabu elenkati fl-Anness I(b) dawk l-istrumenti ta’ ftehim u arranġamenti oħra bejn l-Istati Membri u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, għadhom ma daħlux fis-seħħ u m’humiex qed jiġu applikati provviżorjament. Dan il-Ftehim għandu japplika għal dawn l-istrumenti ta’ ftehim u arranġamenti kollha mad-dħul fis-seħħ jew mal-applikazzjoni provviżorja tagħhom.

    Artikolu 9

    Terminazzjoni

    1.   Fil-każ li ftehim elenkat fl-Anness I jiġi tterminat, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li għandhom x’jaqsmu mal-ftehim elenkat fl-Anness I ikkonċernat għandhom jiġu tterminati fl-istess ħin.

    2.   Fil-każ li l-istrumenti ta’ ftehim kollha elenkati fl-Anness I jiġu tterminati, dan il-Ftehim jiġi tterminat fl-istess ħin.

    B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji, debitament awtorizzati, iffirmaw dan il-Ftehim.

    Magħmul fi Brussell f’żewġ kopji, fl-erbgħa u għoxrin jum ta’ Frar, tas-sena elfejn u disgħa bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża.

    За Европейската общност

    Por la Comunidad Europea

    Za Evropské společenství

    For Det Europæiske Fællesskab

    Für die Europäische Gemeinschaft

    Euroopa Ühenduse nimel

    Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

    For the European Community

    Pour la Communauté européenne

    Per la Comunità europea

    Eiropas Kopienas vārdā

    Europos bendrijos vardu

    Az Európai Közösség részéről

    Għall-Komunità Ewropea

    Voor de Europese Gemeenschap

    W imieniu Wspólnoty Europejskiej

    Pela Comunidade Europeia

    Pentru Comunitatea Europeană

    Za Európske spoločenstvo

    Za Evropsko skupnost

    Euroopan yhteisön puolesta

    För Europeiska gemenskapen

    Image

    Image

    За Ислямска република Пакистан

    Por la República Islámica de Pakistán

    Za Pákistánskou islámskou republiku

    For Den Islamiske Republik Pakistan

    Für die Islamische Republik Pakistan

    Pakistani Islamivabariigi nimel

    Για την Ισλαμική Δημοκρατία του Πακιστάν

    For the Islamic Republic of Pakistan

    Pour la République islamique du Pakistan

    Per la Repubblica islamica del Pakistan

    Pakistānas Islāma Republikas vārdā

    Pakistano Islamo Respublikos vardu

    A Pakisztáni Iszlám Köztársaság részéről

    Għar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan

    Voor de Islamitische Republiek Pakistan

    W imieniu Islamskiej Republiki Pakistanu

    Pela República Islâmica do Paquistão

    Pentru Republica Islamică Pakistan

    Za Pakistanskú islamskú republiku

    Za Islamsko republiko Pakistan

    Pakistanin islamilaisen tasavallan puolesta

    För Islamiska republiken Pakistan

    Image


    ANNESS I

    Lista provviżorja ta’ strumenti ta’ ftehim imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim

    (a)

    Ftehim dwar is-servizzi tal-ajru bejn ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati provviżorjament

    Il-Ftehim bejn il-Gvern Federali tal-Awstrija u l-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar is-servizzi tal-ajru magħmul f’Rawalpindi fit-28 ta’ Mejju 1971, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Pakistan-Awstrija” fl-Anness II;

    Emendat l-aħħar bil-Memorandum ta’ Qbil magħmul f’Iżlamabad fis-27 ta’ Settembru 2006, minn hawn ‘il quddiem “il-Memorandum ta’ Qbil Pakistan-Awstrija” fl-Anness II;

    Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija u l-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar is-servizzi tal-ajru magħmul f’Iżlamabad fit-22 ta’ Ottubru 1969, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Pakistan-Bulgarija” fl-Anness II;

    Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista taċ-Ċekoslovakkja u l-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar is-servizzi tal-ajru magħmul fi Praga fit-2 ta’ Settembru 1969, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Pakistan-Repubblika Ċeka” fl-Anness II;

    Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tad-Danimarka u l-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar is-servizzi tal-ajru magħmul f’Oslo fit-23 ta’ Marzu 1999, minn hawn ‘il quddiem “l-Abbozz ta' Ftehim Pakistan-Danimarka” fl-Anness II;

    Supplimentat bil-Memorandum ta’ Qbil bejn il-pajjiżi Skandinavi u l-Pakistan magħmul f’Oslo fit-23 ta’ Marzu 1999;

    Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża u l-Gvern tal-Pakistan dwar is-servizzi tal-ajru magħmul f’Karachi fil-31 ta’ Lulju 1950, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Pakistan-Franza” fl-Anness II;

    Emendat bi skambju ta’ noti fid-29 ta’ Awwissu u fl-20 u l-31 ta’ Ottubru 1960;

    Emendat bi skambju ta’ noti fit-2 u d-9 ta’ Lulju 1974;

    Il-Ftehim bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Pakistan dwar it-trasport tal-ajru magħmul f’Bonn fl-20 ta’ Lulju 1960, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Pakistan-Ġermanja” fl-Anness II;

    Għandu jinqara flimkien mal-Minuti Miftiehma magħmula f’Bonn fit-12 ta’ Novembru 1998;

    Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Ellenika u l-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar is-servizzi tal-ajru magħmul f’Ateni fil-15 ta’ Novembru 2005, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Pakistan-Greċja” fl-Anness II;

    Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu tal-Ungerija u l-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar is-servizzi tal-ajru magħmul f’Budapest fil-11 ta’ Mejju 1977, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Pakistan-Ungerija” fl-Anness II;

    Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Taljana u l-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar is-servizzi tal-ajru magħmul f’Ruma fil-5 ta’ Ottubru 1957, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Pakistan-Italja” fl-Anness II;

    Emendat bil-Memorandum ta’ Qbil magħmul f’Ruma fis-16 ta’ Jannar 1974;

    Emendat l-aħħar bil-Memorandum ta’ Qbil magħmul f’Ruma fl-24 ta’ Marzu 2004;

    Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta u l-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar is-servizzi tal-ajru magħmul fil-Belt Valletta fil-25 ta’ April 1975, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Pakistan-Malta” fl-Anness II;

    Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Olandiż u l-Gvern tal-Pakistan dwar is-servizzi tal-ajru magħmul f’Karachi fis-17 ta’ Lulju 1952; minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Pakistan-Olanda” fl-Anness II;

    Emendat bil-Minuti Miftiehma magħmula fl-Aja fis-27 ta’ April 1995;

    Emendat bil-Minuti Miftiehma magħmula fl-Aja fit-28 ta’ Ġunju 1995;

    Emendat bil-Memorandum ta’ Qbil magħmul f’Bhurban fis-16 ta’ Novembru 1995;

    L-Abbozz ta’ Ftehim dwar is-servizzi tal-ajru bejn il-Gvern tar-Renju tal-Olanda u l-Gvern tal-Pakistan magħmul f’Bhurban fis-16 ta’ Novembru 1995, minn hawn ‘il quddiem “l-Abbozz ta' Ftehim Pakistan-Olanda” fl-Anness II;

    Emendat bil-Minuti Miftiehma magħmula fl-Aja fil-25 ta’ Marzu 1997;

    Emendat l-aħħar bil-Memorandum Kunfidenzjali ta’ Qbil magħmul f’Karachi fit-28 ta’ Novembru 1998;

    Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu tal-Polonja u l-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar is-servizzi tal-ajru magħmul f’Rawalpindi fit-30 ta’ Ottubru 1970, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Pakistan-Polonja” fl-Anness II;

    Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u l-Gvern tal-Portugall dwar is-servizzi tal-ajru magħmul f’Karachi fis-7 ta’ Ġunju 1958, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Pakistan-Portugall” fl-Anness II;

    Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u l-Gvern tar-Renju ta’ Spanja dwar it-trasport tal-ajru magħmul f’Madrid fid-19 ta’ Ġunju 1979, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Pakistan-Spanja” fl-Anness II;

    Emendat bi skambju ta’ noti fl-20 u d-29 ta’ Lulju 1988;

    Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija u l-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar is-servizzi tal-ajru magħmul f’Rawalpindi fid-9 ta’ Jannar 1973, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Pakistan-Rumanija” fl-Anness II;

    Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tal-Iżvezja u l-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar is-servizzi tal-ajru magħmul f’Oslo fit-23 ta’ Marzu 1999, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Pakistan-Żvezja” fl-Anness II;

    Supplimentat bil-Memorandum ta’ Qbil bejn il-pajjiżi Skandinavi u l-Pakistan magħmul f’Oslo fit-23 ta’ Marzu 1999.

    Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar is-servizzi tal-ajru, magħmul f’Karachi fl-14 ta’ Settembru 1999, minn hawn ‘il quddiem “Ftehim Pakistan-Renju Unit” fl-Anness II;

    Emendat bil-Memorandum ta’ Qbil magħmul f’Londra fid-9 ta’ Frar 2000.

    (b)

    Ftehim dwar is-servizzi tal-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u Stati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati provviżorjament:

    Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u l-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu dwar is-servizzi tal-ajru inizjalat f’Karachi fl-14 ta’ Ottubru 1997, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Pakistan-Lussemburgu” fl-Anness II;

    Supplimentat bil-Memorandum ta’ Qbil iffirmat f’Karachi fl-14 ta’ Ottubru 1997.


    ANNESS II

    Lista proviżorja ta’ Artikoli fil-ftehim elenkati fl-Anness I u msemmija fl-Artikoli 2 sa 4 ta’ dan il-Ftehim

    (a)

    Nomina minn Stat Membru:

    L-Artikoli 3 tal-Ftehim Pakistan-Awstrija u 2a tal-Memorandum ta’ Qbil Pakistan-Awstrija magħmul f’Iżlamabad fis-27 ta’ Settembru 2006;

    L-Artikolu III tal-Ftehim Pakistan-Bulgarija;

    L-Artikolu III tal-Ftehim Pakistan-Repubblika Ċeka;

    L-Artikolu 3 tal-Abbozz ta' Ftehim Pakistan-Danimarka;

    L-Artikolu 2 tal-Ftehim Pakistan-Franza;

    L-Artikolu 3 tal-Ftehim Pakistan-Ġermanja;

    L-Artikolu 3 tal-Ftehim Pakistan-Greċja;

    L-Artikolu 3 tal-Ftehim Pakistan-Ungerija;

    L-Artikolu II tal-Ftehim Pakistan-Italja;

    L-Artikolu 3 tal-Ftehim Pakistan-Malta;

    L-Artikolu III tal-Ftehim Pakistan-Polonja;

    L-Artikolu II tal-Ftehim Pakistan-Portugall;

    L-Artikolu III tal-Ftehim Pakistan-Rumanija;

    L-Artikolu 3 tal-Ftehim Pakistan-Spanja;

    L-Artikolu 3 tal-Abbozz ta' Ftehim Pakistan-Żvezja;

    L-Artikolu 4 tal-Ftehim Pakistan-Renju Unit.

    (b)

    Rifjut, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet jew permessi:

    L-Artikoli 4 tal-Ftehim Pakistan-Awstrija u 2b tal-Memorandum ta’ Qbil Pakistan-Awstrija;

    L-Artikolu IV tal-Ftehim Pakistan-Bulgarija;

    L-Artikolu IV tal-Ftehim Pakistan-Repubblika Ċeka;

    L-Artikolu 4 tal-Abbozz ta' Ftehim Pakistan-Danimarka;

    L-Artikolu 2 tal-Ftehim Pakistan-Franza;

    L-Artikolu 4 tal-Ftehim Pakistan-Ġermanja;

    L-Artikolu 4 tal-Ftehim Pakistan-Greċja;

    L-Artikolu 4 tal-Ftehim Pakistan-Ungerija;

    L-Artikolu VIII tal-Ftehim Pakistan-Italja;

    L-Artikolu 4 tal-Ftehim Pakistan-Lussemburgu;

    L-Artikolu 4 tal-Ftehim Pakistan-Malta;

    L-Artikolu VIII tal-Ftehim Pakistan-Olanda;

    L-Artikolu IV tal-Ftehim Pakistan-Polonja;

    L-Artikolu VIII tal-Ftehim Pakistan-Portugall;

    L-Artikolu IV tal-Ftehim Pakistan-Rumanija;

    L-Artikolu 4 tal-Ftehim Pakistan-Spanja;

    L-Artikolu 4 tal-Abbozz tal-Ftehim Pakistan-Żvezja;

    L-Artikolu 5 tal-Ftehim Pakistan-Renju Unit.

    (c)

    Sikurezza:

    L-hemża D għall-Memorandum ta’ Qbil Pakistan-Awstrija;

    L-Artikolu V tal-Ftehim Pakistan-Bulgarija;

    L-Artikolu V tal-Ftehim Pakistan-Repubblika Ċeka;

    L-Artikolu 16 tal-Abbozz tal-Ftehim Pakistan-Danimarka;

    L-Artikolu 8 tal-Ftehim Pakistan-Greċja;

    L-Artikolu 5 tal-Ftehim Pakistan-Ungerija;

    L-Artikolu II tal-Ftehim Pakistan-Italja;

    L-Artikolu 6 tal-Ftehim Pakistan-Ġermanja;

    L-Artikolu 5 tal-Ftehim Pakistan-Malta;

    L-Appendiċi II għall-Minuti Miftiehma Pakistan-Olanda tal-25 ta’ Marzu 1997;

    L-Artikolu V tal-Ftehim Pakistan-Rumanija;

    L-Artikolu 5 tal-Ftehim Pakistan-Spanja;

    L-Artikolu 16 tal-Abbozz tal-Ftehim Pakistan-Żvezja.

    (d)

    Tariffi għall-Ġarr fi ħdan il-Komunità Ewropea:

    L-Artikolu 9 tal-Ftehim Pakistan-Awstrija;

    L-Artikolu VIII tal-Ftehim Pakistan-Bulgarija;

    L-Artikolu VIII tal-Ftehim Pakistan-Repubblika Ċeka;

    L-Artikolu 11 talAbbozz tal-Ftehim Pakistan-Danimarka;

    L-Artikolu 6 tal-Ftehim Pakistan-Franza;

    L-Anness 4 għall-Minuti Miftiehma magħmula f’Bonn fit-12 ta’ Novembru 1998-kif applikati provviżorjament fil-qafas tal-Ftehim Pakistan-Ġermanja;

    L-Artikolu 13 tal-Ftehim Pakistan-Greċja;

    L-Artikolu 9 tal-Ftehim Pakistan-Ungerija;

    L-Artikolu VI tal-Ftehim Pakistan-Italja;

    L-Artikolu 10 tal-Ftehim Pakistan-Lussemburgu;

    L-Artikolu 9 tal-Ftehim Pakistan-Malta;

    L-Artikolu VI tal-Ftehim Pakistan-Olanda;

    L-Artikolu VIII tal-Ftehim Pakistan-Polonja;

    L-Artikolu VI tal-Ftehim Pakistan-Portugall;

    L-Artikolu IX tal-Ftehim Pakistan-Rumanija;

    L-Artikolu 9 tal-Ftehim Pakistan-Spanja;

    L-Artikolu 11 talAbbozz tal-Ftehim Pakistan-Żvezja;

    L-Artikolu 7 tal-Ftehim Pakistan-Renju Unit.


    ANNESS III

    Lista ta’ Stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim

    (a)

    Ir-Repubblika tal-Iżlanda (skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

    (b)

    Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

    (c)

    Ir-Renju Norveġiż (skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

    (d)

    Il-Konfederazzjoni Żvizzera (skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport tal-Ajru).

    Top