EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0633

2007/633/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Settembru 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

ĠU L 256, 2.10.2007, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/633/oj

Related international agreement

2.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 256/27


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Settembru 2007

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

(2007/633/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

B'Deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(2)

Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità ftehim ma’ New Zealand dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru bi qbil mal-mekkanizmi u d-Direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2003.

(3)

Il-ftehim ġie ffirmat f'isem il-Komunità suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f'data aktar tard, bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/466/KE (2).

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru huwa approvat f'isem il-Komunità.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jinnomina l-persuna li jkollha s-setgħa tagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

R. PEREIRA


(1)  Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 184, 6.7.2006, p. 25.


Top