EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22020A0226(01)

Ftehim bejn l-Uunjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċinadwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

ST/9685/2018/INIT

ĠU L 55, 26.2.2020, p. 3–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2020/255/oj

Related Council decision

26.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 55/3


FTEHIM

bejn l-Uunjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċinadwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

L-UNJONI EWROPEA

u

L-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA,

minn hawn ’il quddiem imsejħin “il-Partijiet”,

FILWAQT LI JINNUTAW li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sabet li ċerti dispożizzjonijiet ta' ftehimiet bilaterali eżistenti bejn diversi Stati Membri u pajjiżi terzi mhumiex kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni Ewropea,

FILWAQT LI JINNUTAW li ġew konklużi għadd ta’ ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn diversi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li kellhom fihom dispożizzjonijiet simili u li hemm obbligu fuq l-Istati Membri li jieħdu l-passi kollha xierqa biex jeliminaw in-nuqqas ta’ kompatibilità bejn tali ftehimiet u t-Trattati tal-UE,

FILWAQT LI JINNUTAW li l-Unjoni Ewropea għandha kompetenza esklużiva fir-rigward ta’ diversi aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi,

FILWAQT LI JINNUTAW li, skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea, it-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni Ewropea stabbiliti f’xi wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju biex jipprovdu servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-ftehimiet bejn l-Unjoni Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibbiltà għaċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi terzi li jiksbu dritt ta’ sjieda fi trasportaturi tal-ajru mogħtija liċenzja skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea,

FILWAQT LI JAGĦRFU li l-konsistenza bejn il-liġi tal-Unjoni Ewropea u d-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina se tipprovdi bażi legali tajba għas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u tippreżerva l-kontinwità ta’ tali servizzi tal-ajru,

FILWAQT LI JAGĦRFU li fejn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jkun iddeżinja trasportatur tal-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu jkun eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, id-drittijiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina taħt id-dispożizzjonijiet dwar is-sikurezza mogħtija fil-ftehim bejn l-Istat Membru li jkun iddeżinja t-trasportatur tal-ajru u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għandhom japplikaw bl-istess mod fir-rigward ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor,

FILWAQT LI JINNUTAW li mhuwiex għan tal-Unjoni Ewropea, f’dan il-Ftehim, li jiżdied il-volum totali ta’ traffiku tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li jiġi affettwat il-bilanċ bejn trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni Ewropea u trasportaturi tal-ajru tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew li jipprevali fuq l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ ftehimiet bilaterali eżistenti dwar is-servizzi tal-ajru li għandhom x’jaqsmu mad-drittijiet tat-traffiku,

FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-intenzjonijiet tagħhom li r-rikonoxximent tad-dritt tal-istabbiliment u l-adozzjoni tal-prinċipju tad-deżinjazzjoni tal-UE m’għandhomx ikunu intiżi jew interpretati bħala li jiffaċilitaw iċ-ċirkomvenzjoni u ma jipprevenux ir-rifjut tad-drittijiet tat-traffiku f’tali każ ta’ ċirkomvenzjoni,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, “Stati Membri” tfisser Stati Membri tal-Unjoni Ewropea u “Trattati tal-UE” tfisser it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2.   Ir-referenzi f’kull ftehim elenkat fl-Anness I għaċ-ċittadini tal-Istat Membru li huwa Parti għal dak il-ftehim għandhom jinftiehmu bħala referenzi għaċ-ċittadini ta' kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri.

3.   Ir-referenzi f’kull ftehim elenkat fl-Anness I għat-trasportaturi tal-ajru jew għal-linji tal-ajru tal-Istat Membru li huwa Parti għal dak il-ftehim għandhom jinftiehmu bħala referenzi għat-trasportaturi tal-ajru jew għal-linji tal-ajru deżinjati minn dak l-Istat Membru.

4.   L-għoti tad-drittijiet tat-traffiku se jkompli jsir permezz ta’ ftehimiet bilaterali bejn ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u kull Stat Membru individwali.

Artikolu 2

Id-deżinjazzjoni ta' trasportatur tal-ajru, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi, ir-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew tal-permessi

1.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-artikoli elenkati fl-Anness II(a) u (b) rispettivament, f’dak li għandu x’jaqsam mad-deżinjazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi mogħtija lilu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta' tali awtorizzazzjonijiet jew permessi, rispettivament.

2.   Malli tirċievi deżinjazzjoni mingħand Stat Membru, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għandha tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi xierqa bl-inqas dewmien proċedurali, sakemm:

(a)

it-trasportatur tal-ajru jkun stabbilit fit-territorju tal-Istat Membru li jiddeżinjah skont it-Trattati tal-UE u f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti dwar l-istabbiliment tal-Istat Membru li jiddeżinjah u jkollu liċenzja operattiva valida skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea;

(b)

il-kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur tal-ajru huwa eżerċitat u miżmum mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat tiegħu ta' Operatur tal-Ajru u l-awtorità aeronawtika rilevanti hija identifikata b'mod ċar fid-deżinjazzjoni;

(c)

it-trasportatur tal-ajru għandu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru li mingħandu jkun irċieva l-liċenzja operattiva valida; u

(d)

it-trasportatur tal-ajru jkun, direttament jew b’maġġoranza ta’ ishma, proprjetà ta', u jkun effettivament ikkontrollat minn, Stati Membri u/jew minn ċittadini ta' Stati Membri, u/jew minn Stati oħrajn elenkati fl-Anness III u/jew minn ċittadini ta’ tali Stati oħrajn.

3.   Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tista’ tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ trasportatur tal-ajru deżinjat minn Stat Membru f’każ li:

(a)

it-trasportatur tal-ajru ma jkunx stabbilit fit-territorju tal-Istat Membru li jiddeżinjah skont it-Trattati tal-UE jew ma jkollux liċenzja operattiva valida skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea; jew

(b)

l-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru tat-trasportatur tal-ajru ma jkunx jeżerċita jew iżomm kontroll regolatorju effettiv fuqu, jew l-awtorità ajrunawtika rilevanti ma tkunx identifikata b’mod ċar fid-deżinjazzjoni; jew

(c)

it-trasportatur tal-ajru m’għandux il-post prinċipali tan-negozju tiegħu fit-territorju tal-Istat Membru li mingħandu jkun irċieva l-liċenzja operattiva tiegħu; jew

(d)

it-trasportatur tal-ajru ma jkunx, direttament jew b’maġġoranza ta’ ishma, proprjetà ta', jew ma jkunx effettivament ikkontrollat minn, Stati Membri u/jew minn ċittadini ta' Stati Membri, u/jew minn Stati oħrajn elenkati fl-Anness III u/jew minn ċittadini ta’ tali Stati oħrajn; jew

(e)

it-trasportatur tal-ajru jkun diġà awtorizzat li jopera taħt ftehim bilaterali bejn ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u xi Stat Membru ieħor, u li, bl-eżerċizzju ta' drittijiet ta' traffiku taħt dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt f’dak l-Istat Membru l-ieħor, inkluż it-tħaddim ta’ servizz li jkun ikkumerċjalizzat bħala, jew inkella jikkostitwixxi, through service, ikun qed jevita restrizzjonijiet fuq it-tielet jew ir-raba' jew il-ħames drittijiet ta' traffiku ħieles imposti minn dak il-ftehim l-ieħor; jew

(f)

it-trasportatur tal-ajru deżinjat ikollu Ċertifikat ta' Operatur tal-Ajru maħruġ minn Stat Membru li miegħu ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ma jkollhiex ftehim bilaterali dwar servizzi tal-ajru u dak l-Istat Membru jkun caħħad lir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina minn drittijiet ta' traffiku.

4.   Id-drittijiet u l-obbligi taħt dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu eżerċizzati f’manjiera li tiddiskrimina bejn it-trasportaturi tal-Unjoni Ewropea abbażi tan-nazzjonalità.

Artikolu 3

Is-sikurezza

1.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkomplimentaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Artikoli elenkati fl-Anness II(c).

2.   Fejn Stat Membru jkun iddeżinja trasportatur tal-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu jkun eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina taħt id-dispożizzjonijiet dwar is-sikurezza mogħtija fil-ftehim bejn l-Istat Membru li jkun iddeżinja t-trasportatur tal-ajru u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għandhom japplikaw bl-istess mod fir-rigward tal-adozzjoni, l-eżerċizzju jew iż-żamma tal-istandards tas-sikurezza minn dak l-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward tal-awtorizzazzjoni ta' operatur ta’ dak it-trasportatur tal-ajru.

Artikolu 4

Il-kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni

1.   Il-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru konklużi bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Partijiet.

2.   Id-dispożizzjonijiet elenkati fl-Anness II(d) jitħassru u ma jibqgħux fis-seħħ.

Artikolu 5

L-Annessi għal dan il-Ftehim

L-Annessi għal dan il-Ftehim jifformaw parti integrali minnu.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

1.   Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bil-miktub permezz ta’ mezzi diplomatiċi li jkunu tlestew il-proċeduri interni rispettivi tagħhom li huma meħtieġa biex dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-aħħar notifika.

2.   Dan il-Ftehim għandu japplika għal dawk il-ftehimiet u l-arranġamenti elenkati fl-Anness I li huma fis-seħħ.

Artikolu 7

Rieżami, reviżjoni jew emendar

1.   Il-Partijiet għandhom jimmonitorjaw u jirrivedu regolarment l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Tali rieżamijiet għandhom b’mod partikolari jivvalutaw kwalunkwe effetti negattivi u imprevisti ta’ dan il-Ftehim, kif jintgħarfu minn kwalunkwe mill-Partijiet.

2.   Jekk jiġi mitlub minn kwalunkwe wieħed minnhom, il-Partijiet għandu jkollhom konsultazzjonijiet biex jiddiskutu reazzjonijiet adatti għall-effetti imprevisti msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Il-Partijiet jistgħu, f’kull ħin, jirrieżaminaw, jirrivedu jew jemendaw dan il-Ftehim bi qbil reċiproku.

Artikolu 8

It-terminazzjoni

1.   Fil-każ li jintemm xi ftehim elenkat fl-Anness I, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li għandhom x’jaqsmu mal-ftehimiet ikkonċernati elenkati fl-Anness I għandhom jintemmu fl-istess ħin.

2.   Fil-każ li l-ftehimiet kollha elenkati fl-Anness I jintemmu, dan il-Ftehim għandu jintemm fl-istess ħin.

B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji ta’ hawn taħt, billi huma debitament awtorizzati, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul f’żewġ eżemplari, bil-Bulgaru, bil-Kroat, biċ-Ċek, bid-Daniż, bin-Netherlandiż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż u biċ-Ċiniż.

Image 1

Image 2


ANNESS 1

Lista tal-ftehimiet imsemmijin fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim

Il-ftehimiet u l-arranġamenti l-oħra dwar is-servizzi tal-ajru bejn ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, kif immodifikati jew emendati, li, dakinhar tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati jew inizjalati:

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern Federali tal-Awstrija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, iffirmat f’Beijing fit-12 ta’ Settembru 1985, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Awstrija” fl-Anness II;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tal-Belġju u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina marbut mas-servizzi tal-ajru, iffirmat f’Beijing fl-20 ta’ April 1975, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Belġju” fl-Anness II;

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, iffirmat f’Beijing fil-21 ta’ Ġunju 1993, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Bulgarija” fl-Anness II;

Ftehim dwar is-Servizzi bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja u l-Gvern tar-Repubblika taċ-Ċina, iffirmat f’Zagreb fl-20 ta’ Ġunju 2009, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Kroazja” fl-Anness II;

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru u l-Gvern tar-Repubblika taċ-Ċina, inizjalat fil-5 ta’ April 2000, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u Ċipru” fl-Anness II;

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, iffirmat f’Beijing fil-25 ta’ Mejju 1988, li fir-rigward tiegħu r-Repubblika Ċeka ddikjarat li tqis lilha nnifisha marbuta bid-dispożizzjonijiet ta’ dan, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Awstrija” fl-Anness II;

Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju tad-Danimarka u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, inizjalat fit-12 ta’ Marzu 2010, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u d-Danimarka” fl-Anness II;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Estonja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina marbut mat-trasport bl-ajru ċivili, iffirmat f’Talinn fl-1 ta’ Marzu 1999, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Estonja” fl-Anness II;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Finlandja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina marbut mat-trasport bl-ajru ċivili, iffirmat f’Beijing fit-2 ta’ Ottubru 1975, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Finlandja” fl-Anness II;

Ftehim bejn il-il-Gvern tar-Repubblika ta’ Franza u l-Gvern tar-Repubblika taċ-Ċina “relatif aux communications aériennes” iffirmat f’Pariġi fl-1 ta’ Ġunju 1966, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u Franza” fl-Anness II;

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru Ċivili bejn il-il-Gvern Federali tal-Ġermanja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, iffirmat f’Beijing fil-31 ta’ Ottubru 1975, kif emendat bil-Protokoll ta’ Emenda tal-Ftehim tat-Trasport tal-Ajru Ċivili bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ffirmat f’Beijing fil-11 ta’ Diċembru 1995, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Awstrija” fl-Anness II;

Ftehim bejn il-il-Gvern tar-Renju tal-Greċja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina marbut mat-Trasport bl-Ajru Ċivili, iffirmat f’Beijing fit-23 ta’ Mejju 1973, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn ċ-Ċina u l-Greċja” fl-Anness II;

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Ungerija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, iffirmat f’Budapest fil-15 ta’ Settembru 1993, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Ungerija” fl-Anness II;

Ftehim bejn il-Gvern tal-Irlanda u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar it-trasport bl-ajru ċivili, iffirmat f’Beijing fl-14 ta’ Settembru 1998, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Irlanda” fl-Anness II;

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru ċivili bejn il-Gvern tar-Repubblika Taljana u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, iffirmat f’Beijing fit-8 ta’ Jannar 1973, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Italja” fl-Anness II;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Latvja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar it-trasport bl-ajru ċivili, iffirmat f’Riga fl-4 ta’ Marzu 1999, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Latvja fl-Anness II.

Ftehim dwar it-trasport bl-ajru ċivili bejn il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, iffirmat f’Beijing fit-18 ta’ Novembru 2002, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Lussemburgu” fl-Anness II;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar it-trasport bl-ajru ċivili, iffirmat f’Beijing fl-1 ta’ Settembru 1997, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u Malta” fl-Anness II.

Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tan-Netherlands u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina marbut mat-trasport bl-ajru ċivili, iffirmat f’Beijing fit-23 ta’ Mejju 1966; minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u n-Netherlands” fl-Anness II;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu Pollakk u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina marbut mas-servizzi bl-ajru, iffirmat f’Beijing fl-20 ta’ Marzu 1986, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Polonja” fl-Anness II;

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Portugiża u l-Gvern tar-Repubblika taċ-Ċina inizjalat fis-26 ta’ Marzu 1999, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Portugall” fl-Anness II;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Soċjali tar-Rumanija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina marbut mat-trasport tal-ajru ċivili, iffirmat f’Bucharest fis-6 ta’ April 1972, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u r-Rumanija” fl-Anness II;

Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Slovakka u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, inizjalat fit-12 ta’ Awwissu 2010, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u s-Slovakkja” fl-Anness II;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugoslavja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina marbut mat-Trasport bl-Ajru Ċivili, iffirmat f’Belgrad fl-14 ta’ April 1972 u li jibqa’ effettiv bejn iċ-Ċina u s-Slovenja, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u s-Slovenja” fl-Anness II;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju ta’ Spanja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina iffirmat f’Beijing fid-19 ta’ Ġunju 1978, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u Spanja” fl-Anness II;

Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju tal-Iżvezja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, inizjalat fit-12 ta’ Marzu 2010, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Iżvezja” fl-Anness II;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar is-servizzi tal-ajru inizjalat fl-14 ta’ April 2011, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn iċ-Ċina u r-Renju Unit” fl-Anness II;


ANNESS II

Lista tal-artikoli fil-ftehimiet elenkati fl-Anness I u msemmija fl-Artikoli 2 sa 4 ta’ dan il-Ftehim

(a)

Id-deżinjazzjoni minn Stat Membru:

l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Awstrija;

l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Belġju;

l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Bulgarija;

l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Kroazja;

l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u Ċipru;

l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u r-Repubblika Ċeka;

l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u d-Danimarka;

l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Estonja;

l-Artikolu 2 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Finlandja;

l-Artikolu 2 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u Franza;

l-Artikolu 2(2) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Ġermanja;

l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Greċja;

l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Ungerija;

l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Irlanda;

l-Artikolu III tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Italja;

l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Latvja;

l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Lussemburgu;

l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u Malta;

l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u n-Netherlands;

l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Polonja;

l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Portugall;

l-Artikolu 2 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u r-Rumanija;

l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u s-Slovakkja;

l-Artikolu 2 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u s-Slovenja;

l-Artikolu 2 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u Spanja;

l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Iżvezja;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u r-Renju Unit;

(b)

Ir-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew tal-permessi:

l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Awstrija;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Belġju;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Bulgarija;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Kroazja;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u Ċipru;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u r-Repubblika Ċeka;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u d-Danimarka;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Estonja;

l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Finlandja;

l-Artikolu 15 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u Franza;

l-Artikolu 3, il-paragrafu 1a tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Ġermanja;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Greċja;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Ungerija;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Irlanda;

l-Artikolu III tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Italja;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Latvja;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Lussemburgu;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u Malta;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u n-Netherlands;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Polonja;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Portugall;

l-Artikolu 2 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u r-Rumanija;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u s-Slovakkja;

l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u s-Slovenja;

l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u Spanja;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Iżvezja;

l-Artikolu 5 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u r-Renju Unit;

(c)

Is-sikurezza:

l-Artikolu 15 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Kroazja;

l-Artikolu 13 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u d-Danimarka;

l-Artikolu 17 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Ungerija;

l-Artikolu XIbis tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Italja;

l-Artikolu 6 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Lussemburgu;

l-Artikolu 15 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Portugall;

l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u s-Slovakkja;

l-Anness 3 tal-Memorandum ta’ Qbil bejn iċ-Ċina u Spanja li sar f’Beijing fis-26 ta’ Novembru 2004;

l-Artikolu 13 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Iżvezja;

l-Artikolu 10 tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u r-Renju Unit;

(d)

Il-kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni:

l-Artikolu 12(2) u l-Artikolu 14 (2-4) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Bulgarija;

l-Artikolu 9(2-4) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u Ċipru;

l-Artikolu 10(2-4) u l-Artikolu 12 (2-4) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u r-Repubblika Ċeka;

l-Artikolu 8(2-4) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Estonja;

l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 8 (2-6) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Finlandja;

Għall-Ftehim bejn Ċina u Franza;

l-aħħar sentenza tal-paragrafu 1, u l-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 5,

l-ewwel żewġ sentenzi tal-paragrafu 1, l-ewwel sentenza tal-paragrafu 2 u s-subparagrafu (B) tal-paragrafu 2, fl-Artikolu 3,

il-kliem "dans la monnaie convenue entre les entreprises de transport aérien désignées des deux parties contractantes" ("fil-munita maqbula bejn il-linji tal-ajru ddeżinjati taż-żewġ Partijiet Kontraenti"), fl-Artikolu 12, kif immodifikat mill-iskambju tan-noti diplomatiċi tal-15 u tat-22 ta’ Settembru 1966,

l-Artikolu 16, kif immodifikat bl-iskambju ta’ noti diplomatiċi tas-27 ta’ Lulju u tas-7 ta’ Settembru 1973,

it-2 paragrafu tas-subparagrafu 2) tal-paragrafu II tal-iskambju tan-noti diplomatiċi tad-19 ta’ Jannar u tal-11 ta’ Marzu 1991 (li jibda b"Par ailleurs, les modalités d’exploitation de ces services..." ("Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet operattivi ta’ dawk is-servizzi…");

Għall-Ftehim bejn Ċina u l-Ġermanja;

l-ewwel sentenza tal-Artikolu 7(3) u l-kliem "die auf diese Weise vereinbart werden" ("kif maqbul") fit-tieni sentenza,

l-ewwel sentenza tal-Artikolu 8(2) u l-kelma "Diese" ("Tali") fit- tieni sentenza,

il-kliem “so vereinbarten” (“kif maqbul”) fl-Artikolu 8(3),

il-kliem "Kann ein Tarif nicht nach Absatz 2 dieses Artikels vereinbart werden oder" (“Jekk ma jistax ikun hemm qbil dwar tariffa skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jew”) u l-kliem "nach Absatz 2 dieses Artikels vereinbarten Tarif " (“maqbul skont id-dispożizzjonijiet tal- paragrafu 2”) fl-Artikolu 8 (4);

l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 11 (2-5) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Ġreċja;

l-Artikolu 10(2-4) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Ungerija;

l-Artikolu 8(2-4) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Latvja;

l-Artikolu 11(2-4) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Lussemburgu;

l-Artikolu 12(2.a-b) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u Malta;

l-Artikolu 8(2-4) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u n-Netherlands;

l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 12 (2-4) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Polonja;

l-Artikolu 17(2-5) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u l-Portugall;

l-Artikolu 4(2-3) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u s-Slovenja;

l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 8 (2-6) tal-Ftehim bejn iċ-Ċina u Spanja;


ANNESS III

Lista ta’ Stati oħrajn imsemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim

(a)

Ir-Repubblika tal-Iżlanda (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(b)

Il-Prinċipat tal-Liechtenstein(taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(c)

Ir-Renju tan-Norveġja (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(d)

Il-Konfederazzjoni Żvizzera (taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru).


Top