This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02010D0023-20151231
Decision of the European Central Bank of 25 November 2010 on the allocation of monetary income of the national central banks of Member States whose currency is the euro (recast) (ECB/2010/23) (2011/66/EU)
Consolidated text: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 25 ta' Novembru 2010 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (tfassil mill-ġdid) (BĊE/2010/23) (2011/66/UE)
Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 25 ta' Novembru 2010 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (tfassil mill-ġdid) (BĊE/2010/23) (2011/66/UE)
No longer in force
2010D0023 — MT — 31.12.2015 — 004.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-25 ta' Novembru 2010 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (tfassil mill-ġdid) (BĊE/2010/23) (ĠU L 035 9.2.2011, p. 17) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 319 |
116 |
2.12.2011 |
||
|
L 168 |
117 |
7.6.2014 |
||
|
DEĊIŻJONI (UE) 2015/297 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-15 ta' Diċembru 2014 |
L 53 |
21 |
25.2.2015 |
|
|
DEĊIŻJONI (UE) 2015/2202 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tad-19 ta' Novembru 2015 |
L 313 |
42 |
28.11.2015 |
|
DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-25 ta' Novembru 2010
dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro
(tfassil mill-ġdid)
(BĊE/2010/23)
(2011/66/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn 'il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), u partikolarment l-Artikolu 32 tiegħu,
Billi:|
(1) |
Deċiżjoni BĊE/2001/16 tas-6 ta' Diċembru 2001 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri parteċipanti mis-sena finanzjarja 2002 ( 1 ) issa ġiet emendata sostanzjalment bosta drabi ( 2 ) Peress illi jridu jsiru aktar emendi, hija għandha tkun riformulata fl-interessi taċ-ċarezza. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 32.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, id-dħul monetarju huwa d-dħul akkumulat għall-BĊNi fit-twettiq tal-funzjoni tagħhom tal-politika monetarja. Taħt l-Artikolu 32.2 tal-Istatut tas-SEBĊ, l-ammont ta' dħul ta' kull BĊN huwa ugwali għad-dħul annwali tiegħu mill-assi miżmumin fuq karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni u passiv fuq depożiti lejn istituzzjonijiet ta' kreditu. Dawn l-assi għandhom jiġu mmarkati minn BĊNi skont il-linji ta' gwida tal-Kunsill Governattiv. Il-BĊNi għandhom jimmarkaw l-assi li jirriżultaw mit-twettiq tal-funzjoni tagħhom tal-politika monetarja bħala assi miżmumin fuq karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni u passiv fuq depożiti lejn istituzzjonijiet ta' kreditu. Skont l-Artikolu 32.4 tal-Istatut tas-SEBĊ, l-ammont tad-dħul monetarju ta' kull BĊN huwa mnaqqas b'ammont ekwivalenti għal kull imgħax imħallas minn dak il-BĊN fuq passiv fuq depożiti lejn istituzzjonijiet ta' kreditu skont l-Artikolu 19. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 32.5 tal-Istatut tas-SEBĊ, is-somma tad-dħul monetarju tal-BĊNi hija allokata lilhom skont il-proporzjon tal-ishma mħallsa tagħhom fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). |
|
(4) |
Skont l-Artikoli 32.6 u 32.7 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-Kunsill Governattiv għandu s-setgħa li jistabbilixxi linji ta' gwida għall-ikklerjar u l-ħlas mill-BĊE tal-bilanċi li jirriżultaw mill-allokazzjoni ta' dħul monetarju u li jieħu kull miżuri oħrajn li huma meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Artikolu 32. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta' Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni tal-euro ( 3 ), il-BĊE u l-BĊNi daħħlu fiċ-ċirkolazzjoni karti tal-flus tal-euro. Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament jgħid illi karti tal-flus denominati f'unitajiet ta' munita nazzjonali jibqgħu valuta legali fil-konfini territorjali tagħhom sa mhux aktar tard minn sitt xhur mill-bidla tal-flus rispettiva. Is-sena tal-bidla tal-flus għandha għalhekk tiġi meqjusa bħala sena speċjali, peress illi l-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni denominati f'unitajiet ta' munita nazzjonali jistgħu jkunu għadhom jgħoddu għal proporzjon konsiderevoli tal-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni. |
|
(6) |
Artikolu 15(1) tal-Linja ta' Gwida BĊE/2006/9 tal-14 ta' Lulju 2006 dwar ċerti preparazzjonijiet għat-tibdil tal-flus kontanti euro u dwar il-frontloading u s-subfrontloading tal-karti tal-flus u muniti euro barra ż-żona tal-euro ( 4 ) jistipula illi karti tal-flus tal-euro mqassmin minn qabel lil kontropartijiet eliġibbli huma ddebitati fil-kontijiet ta' dawk il-kontropartijiet mal-BĊN tagħhom skont il-valur nominali tagħhom, skont il-“linear debiting model” li ġej: l-ammont totali ta' karti tal-flus tal-euro mqassmin minn qabel jiġi ddebitat fi tliet rati ugwali, fid-data tal-ħlas tal-ewwel, ir-raba' u l-ħames operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament tal-Eurosistema wara d-data tal-bidla tal-flus. Il-kalkolu tad-dħul monetarju għas-sena tal-bidla tal-flus trid tagħti konsiderazzjoni lil dan il-“linear debiting model”. |
|
(7) |
Din id-Deċiżjoni hija marbuta ma' Deċiżjoni BĊE/2010/29 tat-13 ta' Diċembru 2010 dwar il-ħruġ ta' karti tal-flus tal-euro ( 5 ), li tistipula illi l-BĊE u l-BĊNi joħorġu karti tal-flus tal-euro. Id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 tistabbilixxi l-allokazzjoni ta' karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni lill-BĊNi skont il-proporzjon tal-ishma li għandhom imħallsin fil-kapital tal-BĊE. Hija talloka ukoll lill-BĊE 8 % tal-valur totali tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni. L-allokazzjoni ta' karti tal-flus tal-euro fost il-membri tal-Eurosistema twassal għal bilanċi intra-Eurosistema. Ir-remunerazzjoni ta' dawn il-bilanċi intra-Eurosistema fuq karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni għandha effett dirett fuq id-dħul ta' kull membru tal-Eurosistema, u għalhekk hija għandha tkun irregolata taħt din id-Deċiżjoni. Id-dħul li jakkumula lill-BĊE mir-remunerazzjoni tal-klejms intra-Eurosistema tiegħu fil-konfront ta' BĊNi b'rabta ma' sehmu tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni għandu fil-prinċipju jitqassam lill-BĊNi skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/24 tal-25 ta' Novembru 2010 dwar id-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-karti tal-flus euro fiċ-ċirkolazzjoni u li jirriżulta minn titoli mixtrijin taħt il-programm tas-swieq tat-titoli (riformulazzjoni) ( 6 ) skont il-proporzjon tal-ishma tagħhom fl-iskema tal-kapital sottoskritt fl-istess sena finanzjarja li jakkumula fiha. |
|
(8) |
Il-bilanċ nett tal-klejms u l-passiv intra-Eurosistema fuq karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni għandu jitħallas billi jiġi applikat kriterju oġġettiv li jiddefinixxi l-prezz tal-flus. F'dan il-kuntest, ir-rata tal-operazzjonijiet ewlenin ta' rifinanzjament użata mill-Eurosistema fl-offerti tagħha għal operazzjonijiet ewlenin ta' rifinanzjament hija meqjusa bħala xierqa. |
|
(9) |
Il-passiv intra-Eurosistema nett fuq karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni għandu jiġi inkluż fil-bażi tal-passiv għall-finijiet tal-kalkolu tad-dħul monetarju tal-BĊNi taħt l-Artikolu 32.2 tal-Istatut tas-SEBĊ peress illi huwa ekwivalenti għall-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni. Il-ħlas ta' imgħax fuq bilanċi intra-Eurosistema fuq karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni għandu għalhekk jirriżulta fid-distribuzzjoni ta' ammont sostanzjali tad-dħul monetarju tal-Eurosistema fost BĊNi skont il-proporzjon tal-ishma imħallsin li għandhom fil-kapital tal-BĊE. Dawn il-bilanċi intra-Eurosistema għandhom jiġu aġġustati sabiex jippermettu adattazzjoni gradwali tal-karti tal-bilanċ u kontijiet tal-qligħ u t-telf tal-BĊNi. L-aġġustamenti għandhom ikunu bbażati fuq il-valur ta' karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni ta' kull BĊN matul perijodu qabel l-introduzzjoni ta' karti tal-flus tal-euro. Dawn l-aġġustamenti għandhom japplikaw fuq bażi annwali skont formola fissa għal mhux aktar minn ħames snin ta' wara. |
|
(10) |
L-aġġustamenti lill-bilanċi intra-Eurosistema fuq karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni ġew ikkalkolati sabiex jikkumpensaw għal bidliet sinifikanti fil-pożizzjonijiet tad-dħul tal-BĊNi bħala konsegwenza tal-introduzzjoni ta' karti tal-flus u l-allokazzjoni sussegwenti tad-dħul monetarju. |
|
(11) |
Ir-regoli ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 22 tal-Istatut tas-SEBĊ japplikaw ukoll għad-dħul li jirriżulta mill-istralċju ta' karti tal-flus tal-euro li ġew irtirati miċ-ċirkolazzjoni. |
|
(12) |
L-Artikolu 32.5 tal-Istatut tas-SEBĊ jispeċifika illi s-somma tad-dħul monetarju tal-BĊNi għandha tiġi allokata lill-BĊNi skont il-proporzjon tal-ishma mħallsa tagħhom fil-kapital tal-BĊE. Skont l-Artikolu 32.7 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-Kunsill Governattiv huwa kompetenti biex jieħu l-miżuri kollha neċessarji għall-applikazzjoni tal-Artikolu 32. Dan jinkludi l-kompetenza biex jikkunsidra fatturi oħrajn meta jkun qed jiddeċiedi dwar l-allokazzjoni tad-dħul li jirriżulta mill-kanċellament ta' karti tal-flus tal-euro li jkunu ġew irtirati miċ-ċirkolazzjoni. F'dan il-kuntest, il-prinċipji tat-trattament ugwali u tal-imparzjalità jeħtieġu illi jiġi kkunsidrat il-perijodu ta' żmien li matulu nħarġu l-karti tal-flus tal-euro li jkunu ċew irtirati. L-iskema tal-allokazzjoni għal dan id-dħul speċifiku għandha għalhekk tirrifletti kemm is-sehem rilevanti fil-kapital tal-BĊE kif ukoll it-tul tal-fażi tal-ħruġ. |
|
(13) |
L-irtirar ta' karti tal-flus tal-euro għandu bżonn jiġi rregolat minn deċiżjonijiet separati li jridu jittieħdu taħt l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni BĊE/2003/4 tal-20 ta' Marzu 2003 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, il-bdil u l-irtirar ta' karti tal-flus tal-euro ( 7 ), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni:
(a) “BĊN” tfisser bank ċentrali nazzjonali ta' Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro;
(b) “bażi tal-passiv” tfisser l-ammont ta' passiv li jikkwalifika, fil-karta tal-bilanċ ta' kull BĊN, speċifikat skont l-Anness I ta' din id-Deċiżjoni;
(ċ) “assi assenjabbli” tfisser l-ammont ta' assi miżmumin fil-konfront tal-bażi tal-passiv, fil-karta tal-bilanċ ta' kull BĊN, speċifikati skont l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni;
(d) “bilanċi intra-Eurosistema fuq karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni” tfisser il-klejms u l-passiv li jirriżulta bejn BĊN u l-BĊE u bejn BĊN u l-BĊNi l-oħra bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni BĊE/2010/29;
(e) “skema tal-kapital sottoskritt” tfisser l-ishma tal-BĊNi, espressi bħala persentaġġi, fil-kapital sottoskritt tal-BĊE li jirriżulta mill-applikazzjoni lill-BCNi tal-ippeżar fl-iskema msemmija fl-Artikolu 29.1 tal-Istatut tas-SEBĊ u kif applikabbli għas-sena finanzjarja relevanti;
(f) istituzzjoni ta' kreditu tfisser jew (a) istituzzjoni ta' kreditu fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikoli 2 u 4(1)(a) tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta kreditu ( 8 ), kif implimentata fil-liġi nazzjonali, li hija suġġetta għas-superviżjoni minn awtorità kompetenti; jew (b) istituzzjoni ta' kreditu oħra fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 123(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li hija suġġetta għall-iskrutinju ta' standard paragunabbli mas-superviżjoni minn awtorità kompetenti;
(g) “HBS” tfisser il-karta tal-bilanċ armonizzata kif stabbilita fl-Anness VIII tal-Linja ta' Gwida BĊE/2010/20 tal-11 ta' Novembru 2010 dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rappurtar finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali ( 9 );
(h) “rata ta' referenza” tfisser l-aħħar rata ta' imgħax marġinali disponsibbli li hija użata mill-Eurosistema fl-offerti tagħha għall-operazzjonijiet ewlenin ta' rifinanzjament taħt il-paragrafu 3.1.2 tal-Anness I tal-Linja ta' Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta' Awwissu 2000 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema ( 10 ). Fejn titmexxa aktar minn operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament għall-ħlas fl-istess jum, tintuża medja sempliċi tar-rati marġinali tal-operazzjonijiet li jitmexxew b'mod parallel;
(i) “data tal-bidla tal-flus kontanti” tfisser id-data li fiha l-karti tal-flus u l-muniti euro jiksbu l-istat ta' valuta legali fi Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro;
(j) “perijodu ta' referenza” tfisser perijodu ta' 24 xahar li jibda 30 xahar qabel id-data tal-bidla tal-flus kontanti;
(k) “sena tal-bidla tal-flus kontanti” tfisser perijodu ta' 12-il xahar li jibda fid-data tal-bidla tal-flus kontanti;
(l) “rata ta' referenza kwotidjana tal-kambju barrani” tfisser ir-rata ta' referenza kwotidjana tal-kambju li hija bbażata fuq il-proċedura regolari ta' ftehim kwotidjan bejn banek ċentrali fi ħdan u barra s-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali, li normalment isseħħ fis-14.15 Ħin Ċentrali Ewropew (CET);
(m) “karti tal-flus tal-euro rtirati” tfisser kull tip jew serje ta' karta tal-flus li ġiet irtirata miċ-ċirkolazzjoni permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv meħuda skont l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni BĊE/2003/4;
(n) “skema tal-ħruġ” tfisser il-medja tal-iskema tal-kapital sottoskritt matul il-fażi tal-ħruġ ta' xi tip jew serje ta' karti ta' flus euro irtirati;
(o) “fażi tal-ħruġ”, b'rabta ma tip jew serje ta' karti tal-flus tal-euro, tfisser il-perijodu li jibda fid-data li fiha l-ewwel ħarġa ta' karta ta flus tal-euro ta' dan it-tip jew ta' din is-sensiela tiġi rreġistrata fil-bażi tal-passiv u jispiċċa fid-data li fiha l-aħħar ħarġa ta' karta tal-flus tal-euro ta' dan it-tip jew ta' din is-sensiela tiġi rreġistrata fil-bażi tal-passiv;
(p) “tikkanċella” tfisser li telimina karti ta' flus tal-euro rtirati mill-element tal-karta tal-bilanċ “karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni”.
Artikolu 2
Bilanċi intra-Eurosistema ta' karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni
1. Il-bilanċi intra-Eurosistema ta' karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni għandhom jiġu kkalkolati fuq bażi mensili u għandu jiġi rreġistrat fil-kotba tal-BĊE u tal-BĊNi fl-ewwel jum tan-negozju tax-xahar bid-data tal-aħħar jum tan-negozju tax-xahar preċedenti.
Fejn Stat Membru jadotta l-euro, il-kalkolu tal-bilanċi intra-Eurosistema ta' karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni taħt l-ewwel sub-paragrafu għandu jiġi rreġistrat fil-kotba tal-BĊE u tal-BĊNi bid-data tal-jum tal-bidla tal-flus kontanti.
Il-bilanċi intra-Eurosistema ta' karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni għandhom, għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Jannar tal-ewwel sena li b'effett minnu japplika kull aġġustament li jsir kull ħames snin skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-SEBĊ, jinħadmu abbażi tal-iskema aġġustata tal-kapital sottoskritt applikata lil bilanċi tat-total tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni fil-31 ta' Diċembru tas-sena preċedenti.
2. Il-bilanċi intra-Eurosistema ta' karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni, għandhom jiġu rremunerati bir-rata ta' referenza.
3. Ir-remunerazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi mħallsa permezz ta' pagamenti TARGET2 fuq bażi trimestrali.
Artikolu 3
Metodu biex jiġi kkalkolat id-dħul monetarju
1. L-ammont ta' dħul monetarju ta' kull BĊN għandu jkun iddeterminat billi jitkejjel id-dħul attwali li jirriżulta mill-assi assenjabbli rreġistrati fil-kotba tiegħu. Bħala eċċezzjonijiet għal dan:
(a) id-deheb m'għandux jitqies li jiġġenera dħul;
(b) dawn li ġejjin għandhom jitqiesu li jiġġeneraw dħul monetarju bir-rata ta' referenza:
(i) titoli miżmumin għall-finijiet tal-politika monetarja skont id-Deċiżjoni BĊE/2009/16 ( 11 );
(ii) titoli miżmumin għall-finijiet tal-politika monetarja skont id-Deċiżjoni BĊE/2011/17 ( 12 );
(iii) strumenti ta' dejn maħruġa minn gvernijiet ċentrali u aġenziji rikonoxxuti u strumenti ta' dejn sostituti maħruġin minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/10) ( 13 ).
2. Fejn il-valur ral-assi assenjabbli ta' BĊN jeċċedu jew ma jlaħħqux il-valur tal-bażi tal-passiv tiegħu, id-differenza għandha titpaċa billi tiġi applikata r-rata ta' referenza lill-valur tad-differenza.
Artikolu 4
Aġġustamenti għall-bilanċi intra-Ewrosistema
1. Għall-finijiet tal-kalkolu tad-dħul monetarju, il-bilanċi intra-Eurosistema ta' kull BĊN fuq il-bilanċi tal-karti tal-flus euro fiċ-ċirkolazzjoni għandhom jiġu aġġustati b'ammont kumpensatorju li jiġi determinat skont il-formula li ġejja:
C = (K – A) × S
fejn:
|
C |
huwa l-ammont kumpensatorju, |
|
K |
huwa l-ammont f'euro għal kull BĊN li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-iskema tal-kapital sottoskritt lill-valur medju ta' karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni matul il-perijodu ta' referenza, fejn l-ammont ta' karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni denominati fil-munita nazzjonali ta' Stat Membru li jadotta l-euro għandu jiġi maqlub f'euro bir-rata ta' referenza kwotidjana tal-kambju barrani matul il-perijodu ta' referenza, |
|
A |
hija l-valur medju f'euro għal kull BĊN ta' karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni matul il-perijodu ta' referenza, maqlub f'euro bir-rata ta' referenza kwotidjana tal-kambju barrani matul il-perijodu ta' referenza, |
|
S |
huwa l-koeffiċjent għal kull sena finanzjarja, li jibda bid-data tal-bidla tal-flus kontanti:
|
2. Is-somma tal-ammonti kumpensatorji tal-BĊNi għandha tkun żero.
3. Ammonti kumpensatorji għandhom jiġu kkalkolati kull darba li Stat Membru jadotta l-euro jew meta l-iskema tal-kapital sottoskritt tal-BĊE tinbidel.
4. Meta BĊN jingħaqad mal-Eurosistema, l-ammont kumpensatorju tiegħu għandu jiġi allokat lill-BĊNi l-oħrajn skont il-proporzjon tal-ishma rispettivi tal-BĊNi l-oħrajn fl-iskema tal-kapital sottoskritt, bis-sinjal (+/–) irriversjat, u għandu jkun miżjud ma' kull ammonti kumpensatorji li huma diġà fis-seħħ għall-BĊNi l-oħrajn.
5. L-ammonti kumpensatorji u l-elementi tal-kontabilità biex jibbilanċjaw dawk l-ammonti kumpensatorji għandhom jiġu rreġstrati f'kontijiet intra-Eurosistema separati fil-kotba ta' kull BĊN bid-data tad-data tal-bidla tal-flus kontanti u l-istess data ta' kull sena segwenti tal-perijodu t'aġġustament. L-elementi tal-kontabilità biex jibbilanċjaw l-ammonti kumpensatorji m'għandhomx ikunu rremunerati.
6. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, mal-okkorrenza ta' ġrajjiet speċifiċi marbutin ma' bidliet fit-tendenzi taċ-ċirkolazzjoni tal-karti tal-flus, kif stabbilit fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni, il-bilanċi intra-Eurosistema ta' kull BĊN tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni għandhom jiġu aġġustati skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
7. L-aġġustamenti għall-bilanċi intra-Eurosistema li għalihom hemm provvediment f'dan l-Artikolu għandhom jieqfu milli japplikaw mill-ewwel jum tas-sitt sena li ssegwi s-sena rilevanti tal-bidla tal-flus kontanti.
Artikolu 5
Kalkolu u allokazzjoni tad-dħul monetarju
1. Il-kalkolazzjoni u l-allokazzjoni tad-dħul monetarju ta' kull BĊN għandu jsir mill-BĊE ta' kuljum. Il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq dejta tal-kontabilità rrapportata mill-BĊNi lill-BĊE. Il-BĊE għandu jinforma lill-BĊNi bl-ammonti kumulattivi fuq bażi trimestrali.
2. L-ammont tad-dħul monetarju ta' kull BĊN għandu jiġi aġġustat b'ammont ekwivalenti għal kull imgħax akkumulat, imħallas jew riċevut fuq passiv inkluż fi ħdan il-bażi tal-passiv, u b'mod konformi ma' kull deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32.4 tal-Istatut tas-SEBĊ.
3. L-allokazzjoni tas-somma tad-dħul monetarju ta' kull BĊN skont il-proporzjon tal-iskema tal-kapital sottoskritt għandha sseħħ fit-tmiem ta' kull sena finanzjarja.
Artikolu 6
Kalkolu u allokazzjoni tad-dħul li jirriżulta mill-kanċellament ta' karti tal-flus tal-euro
1. Karti tal-flus tal-euro rtirati għandhom jibqgħu parti mill-bażi tal-passiv sakemm jiġu skambjati jew ikkanċellati, skont liema minnhom iseħħ l-ewwel.
2. Il-Kunsill Governattiv jista' jiddeċiedi li jikkanċella karti tal-flus tal-euro, f'liema każ għandu jispeċifika d-data tal-kanċellament u l-ammont totali tal-provvediment li jrid isir għal dawk il-karti tal-flus tal-euro rtirati li għadhom mistennija li jiġu skambjati.
3. Karti ta' flus tal-euro rtirati għandhom jiġu kkanċellati kif ġej:
(a) Fid-data tal-kanċellament, l-elementi “Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni” fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE u tal-BĊNi għandhom jitnaqqsu bl-ammont totali ta' karti tal-flus tal-euro rtirati li għadhom fiċ-ċirkolazzjoni. Għal dan il-għan, l-ammonti attwali ta' karti tal-flus tal-euro rtitrati li tpoġġew fiċ-ċirkolazzjoni għandhom jiġu aġġustati għall-ammonti pro rata tagħhom ikkalkolati skont l-iskema tal-ħruġ, u d-differenzi għandhom jiġu paċuti bejn il-BĊE u l-BĊNi.
(b) L-ammont aġġustat ta' karti tal-flus tal-euro rtirati għandu jiġi kkanċellat mill-element tal-karta tal-bilanċ “Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni” fil-kontijiet tal-qligħ u t-telf tal-BĊNi.
(ċ) Kull BĊN għandu jistabbilixxi provvediment għal karti ta' flus euro rtirati li għadhom mistennija li jiġu skambjati. Il-provvediment għandu jkun ekwivalenti għas-sehem tal-BĊN rilevanti fl-ammont totali tal-provvediment ikkalkulat bl-użu tal-iskema tal-ħruġ.
4. Karti tal-flus tal-euro rtirati li jiġu skambjati wara d-data tal-kanċellament għandu jiġi rreġistrat fil-kotba tal-BĊN li jkun aċċettahom. Il-karti tal-flus tal-euro rtirati li jidħlu għandhom jerġgħu jitqassmu bejn il-BĊNi mill-anqas darba fis-sena billi tiġi applikata l-iskema tal-ħruġ, u d-differenzi għandhom jiġu paċuti bejniethom. Kull BĊN għandu jpaċi l-ammont pro rata mal-provvediment tiegħu jew, f'każ li dak li jidħol jeċċedi l-provvediment, jirreġistra spiża korrispondenti fil-kont tal-qligħ u t-telf tiegħu.
5. Il-Kunsill Governattiv għandu jirrevedi l-ammont totali tal-provvediment fuq bażi annwali.
Artikolu 7
Revoka
Id-Deċiżjoni BĊE/2001/16 hija b'din irrevokata. Ir-referenzi għad-Deċizjoni rrevokata għandhom jiġu miftehma bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness IV.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2010.
ANNESS I
KOMPOŻIZZJONI TAL-BAŻI TAL-PASSIV
A. Il-bażi tal-passiv tinkludi, bl-esklużjoni ta' kull element ieħor:
1. Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni
Għall-finijiet ta' dan l-Anness, fis-sena tal-bidla tal-flus kontanti għal kull BĊN li jingħaqad mal-Eurosistema “Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni”:
(a) jinkludu karti tal-flus maħruġin mill-BĊN u ddenominati fil-munita nazzjonali tiegħu; u
(b) għandu jitnaqqas il-valur tas-self mhux remunerat marbut ma' karti tal-flus euro frontloaded li għadhom ma ġewx iddebitati (parti mill-element 6 tal-assi tal-HBS).
Wara s-sena relevanti tal-bidla tal-flus kontanti, għal kull BĊN “karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni” tfisser karti tal-flus denominati f'euro, bl-esklużjoni ta' karti tal-flus oħrajn.
Jekk id-data tal-bidla tal-flus kontanti tkun jum li fih it-TARGET2 huwa magħluq, il-passiv ta' BĊN li jirriżulta minn karti tal-flus euro li ġew frontloaded skont il-Linja Gwida BĊE/2006/9 u li daħlu fiċ-ċirkolazzjoni qabel id-data tal-bidla tal-flus kontanti jkun parti mill-bażi tal-passiv (bħala parti mill-kontijiet korrispondenti taħt l-element tal-passiv 10.4 tal-HBS) sakemm il-passiv isir parti mill-passiv intra-Eurosistema li jirriżulta minn tranżazzjonijiet TARGET2.
2. Passiv fil-konfront ta' istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro marbut ma' operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f'euro, jinkludu kull wieħed minn dawn li ġejjin:
(a) kontijiet kurrenti inklużi r-rekwiżiti minimi tar-riżerva taħt l-Artikolu 19.1 tal-Istatut tas-SEBĊ (element tal-passiv 2.1 tal-HBS);
(b) ammonti f'depożiti taħt il-faċilità ta' depożitu tal-Eurosistema (element tal-passiv 2.2 tal-HBS);
(c) depożiti għal terminu fiss (element tal-passiv 2.3 tal-HBS);
(d) passiv li jirriżulta minn operazzjonijiet ta' rfinar bil-maqlub (element tal-passiv 2.4 tal-HBS);
(e) depożiti marbutin ma' sejħiet għal marġni (element tal-passiv 2.5 tal-HBS).
3. Passiv ta' depożiti fil-konfront ta' kontropartijiet inadempjenti fl-Eurosistema u li ġew ikklassifikati mill-ġdid mill-element tal-passiv 2.1 tal-HBS.
4. Passiv intra-Eurosistema ta' BĊNi li jirriżulta mill-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn tal-BĊE skont il-Kapitolu 3.3 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 ( 14 ) (element tal-passiv 10.2 tal-HBS).
5. Passiv nett intra-Eurosistema fuq karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni, inkluż dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni (parti mill-element tal-passiv 10.3 tal-HBS).
6. Passiv intra-Eurosistema nett li jirriżulta minn tranżazzjonijiet TARGET2 remunerati skont ir-rata ta' referenza (parti mill-element tal-passiv 10.4 tal-HBS).
7. Imgħax akkumulat irreġistrat fl-aħħar ta' trimestru minn kull BĊN dwar il-passiv tal-politika monetarja li l-maturità tiegħu hija ta' sena jew itwal (parti mill-element tal-passiv 12.2 tal-HBS).
8. Obbligazzjonijiet fil-konfront tal-BĊE li jappoġġaw pretensjoni relatata ma' ftehimiet swap bejn il-BĊE u bank ċentrali mhux tal-Eurosistema li joħolqu dħul nett għall-Eurosistema (parti mill-obbligazzjonijiet barra l-karta tal-bilanċ).
B. L-ammont tal-bażi tal-passiv ta' kull BĊN huwa kkalkolat skont il-prinċipji u r-regoli armonizzati tal-kontabbiltà stabbiliti fil-Linja Gwida BĊE/2010/20.
ANNESS II
ASSI ASSENJABBLI
A. L-assi assenjabbli jinkludu, bl-esklużjoni ta' kull element ieħor:
1. Self lil istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro marbut ma' operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f'euro (element tal-assi 5 tal-HBS).
2. Titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja (parti mill-element tal-assi 7.1 tal-HBS).
3. Talbiet intra-Eurosistema ekwivalenti għat-trasferiment ta' assi ta' riżervi barranin li mhumiex deheb lill-BĊE taħt l-Artikolu 30 tal-Istatut tas-SEBĊ (parti mill-element tal-assi 9.2 tal-HBS).
4. Talbiet intra-Eurosistema netti fuq karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni (parti mill-element tal-assi 9.4 tal-HBS).
5. Talbiet intra-Eurosistema netti li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet TARGET2 remunerati skont ir-rata ta' referenza (parti mill-element tal-assi 9.5 tal-HBS).
6. Deheb, inklużi talbiet fil-konfront ta' deheb ittrasferit lill-BĊE, f'ammont li jippermetti lil kull BĊN jassenja proporzjon tad-deheb tiegħu li jikkorrispondi mal-applikazzjoni ta' sehmu fl-iskema tal-kapital sottoskritt lill-ammont totali ta' deheb assenjabbli mill-BĊNi kollha (element tal-assi 1 u parti mill-element tal-assi 9.2 tal-HBS).
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, id-deheb huwa vvalutat abbażi tal-prezz tad-deheb f'euro għal kull uqija fina fil-31 ta' Diċembru 2002.
7. Talbiet li jirriżultaw minn karti tal-flus euro li ġew frontloaded skont il-Linja Gwida BĊE/2006/9 u li mbagħad daħlu fiċ-ċirkolazzjoni qabel id-data tal-bidla tal-flus kontanti (parti mill-element tal-assi 4.1 tal-HBS sad-data tal-bidla tal-flus kontanti u wara parti mill-kontijiet korrispondenti taħt l-element tal-assi 9.5 tal-HBS), iżda biss sakemm dawk it-talbiet isiru parti mill-klejms intra-Eurosistema li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet TARGET2.
8. Talbiet pendenti li jirriżultaw minn inadempjenza ta' kontropartijiet tal-Eurosistema fil-kuntest ta' operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema, u/jew assi jew passiv finanzjarju (fil-konfront ta' terzi) approprjati u/jew miksuba fil-kuntest ta' operazzjonijiet tar-realizzazzjoni tal-garanzija ppreżentata minn kontropartijiet inadempjenti tal-Eurosistema fil-kuntest ta' operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema kklassifikati mill-ġdid mill-element tal-assi 5 tal-HBS (parti mill-element tal-attiv 11.6 tal-HBS).
9. Imgħax akkumulat irreġistrat fl-aħħar ta' trimestru minn kull BĊN dwar l-assi tal-politika monetarja li l-maturità tagħhom hija ta' sena jew itwal (parti mill-element tal-passiv 11.5 tal-HBS).
10. Pretenzjonijiet fil-konfront ta' kontrapartijiet taż-żona tal-euro li jirrigwardaw ftehimiet swap bejn il-BĊE u bank ċentrali mhux tal-Eurosistema li joħolqu dħul nett għall-Eurosistema (parti mill-partita tal-assi 3.1 tal-HBS).
B. Il-valur tal-assi assenjabbli ta' kull BĊN huwa kkalkolat skont il-prinċipji u r-regoli armonizzati tal-kontabilità stabbiliti fil-Linja Gwida BĊE/2010/20.
ANNESS III
A. L-ewwel aġġustament kontinġenti
Jekk il-medja tal-valur totali tal-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni f’sena ta' bidla tal-flus kontanti hija aktar baxxa mill-medja tal-valur totali f’euro tal-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni matul il-perijodu ta' referenza (inklużi dawk denominati fil-munita nazzjoanli tal-Istat Membru li adotta l-euro u maqlubin f’euro bir-rata ta' referenza kwotidjana tal-kambju barrani matul il-perijodu ta' referenza), imbagħad il-koeffiċjent “S” li japplika għas-sena tal-bidla tal-flus kontanti skont l-Artikolu 4(1) jitnaqqas b’effett retroattiv bl-istess proporzjon bħat-tnaqqis fil-medja totali tal-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni.
It-tnaqqis ma jistax jirriżulta f’koeffiċjent aktar baxx minn 0,8606735. Jekk din id-deroga tiġi applikata, kwart tat-tnaqqis li jirriżulta fl-ammonti kumpensatorji (Ċ) tal-BĊNi applikabbli fis-sena tal-bidla tal-flus kontanti għandu jiżdied mal-ammont kumpensatorju ta' kull BĊN applikabbli mit-tieni sal-ħames sena wara s-sena tal-bidla tal-flus kontanti taħt l-Artikolu 4(1).
B. B. It-tieni aġġustament kontinġenti
Jekk dawk il-BĊNi li għalihom l-ammont kumpensatorju msemmi fl-Artikolu 4(1) huwa ċifra pożittiva jħallsu remunerazzjoni nett fuq bilanċi intra-Eurosistema fuq karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni li tirrizulta fi spiża nett meta miżjuda mal-element “riżultat nett tal-ippuljar tad-dħul monetarju” fil-kont tal-qligħ u t-telf tagħhom fl-aħħar tas-sena, imbagħad il-koeffiċjent “S” li japplika għas-sena tal-bidla tal-flus kontanti skont l-Artikolu 4(1) jitnaqqas sal-punt meħtieġ sabiex tiġi eliminata din il-kundizzjoni.
It-tnaqqis ma jistax jirriżulta f’koeffiċjent aktar baxx minn 0,8606735. Jekk din id-deroga tiġi applikata, kwart tat-tnaqqis li jirriżulta fl-ammonti kumpensatorji (Ċ) tal-BĊNi applikabbli fis-sena tal-bidla tal-flus kontanti għandu jiżdied mal-ammont kumpensatorju ta' kull BĊN applikabbli mit-tieni sal-ħames sena wara s-sena tal-bidla tal-flus kontanti taħt l-Artikolu 4(1).
ANNESS IV
DEĊIŻJONI REVOKATA U EMENDI SUĊĊESSIVI
|
Deċiżjoni BĊE/2001/16 |
ĠU L 337, 20.12.2001, p. 55. |
|
Deċiżjoni BĊE/2003/22 |
ĠU L 9, 15.1.2004, p. 39. |
|
Deċiżjoni BĊE/2006/7 |
ĠU L 148, 2.6.2006, p. 56. |
|
Deċiżjoni BĊE/2007/15 |
ĠU L 333, 19.12.2007, p. 86. |
|
Deċiżjoni BĊE/2009/27 |
ĠU L 339, 22.12.2009, p. 55. |
ANNESS V
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
|
Deċiżjoni BĊE/2001/16 |
Din id-Deċiżjoni |
|
Artikolu 5a |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 7 |
( 1 ) ĠU L 337, 20.12.2001, p. 55.
( 2 ) Ara l-Anness IV.
( 3 ) ĠU L 139, 11.5.1998, p. 1.
( 4 ) ĠU L 207, 28.7.2006, p. 39.
( 5 ) Ara paġna ta' 26 dan il-Ġurnal Uffiċjali. Deċiżjoni BĊE/2010/29 adottata qabel il-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni BĊE/2010/23.
( 6 ) Ara paġna … ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. Deċiżjoni BĊE/2010/24 adottata qabel il-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni BĊE/2010/23.
( 7 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 3 p. 246 sa 249.
( 8 ) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.
( 9 ) Ara paġna ta' 31 dan il-Ġurnal Uffiċjali.
( 10 ) ĠU L 310, 11.12.2000, p. 1.
( 11 ) Deċiżjoni BĊE/2009/16 tat-2 ta' Lulju 2009 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (covered bond) (ĠU L 175, 4.7.2009, p. 18).
( 12 ) Deċiżjoni BĊE/2011/17 tat-3 ta' Novembru 2011 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (ĠU L 297, 16.11.2011, p. 70).
( 13 ) Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Marzu 2015 dwar programm ta' xiri ta' assi ta' swieq sekondarji mis-settur pubbliku (BĊE/2015/10)(ĠU L 121, 14.5.2015, p. 20).
( 14 ) Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta' Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1).