This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02007D0777-20190627
Commission Decision of 29 November 2007 laying down the animal and public health conditions and model certificates for imports of certain meat products and treated stomachs, bladders and intestines for human consumption from third countries and repealing Decision 2005/432/EC (notified under document number C(2007) 5777) (Text with EEA relevance) (2007/777/EC)Text with EEA relevance
Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5777) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2007/777/KE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5777) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2007/777/KE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02007D0777 — MT — 27.06.2019 — 029.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5777) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 312 30.11.2007, p. 49) |
Emendata bi:
Ikkoreġuta bi:
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta’ Novembru 2007
li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5777)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/777/KE)
Artikolu 1
Is-suġġett u l-għan
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika għall-importazzjonijiet lejn il-Komunità u t-tranżitu u l-ħażna fil-Komunità, ta’ kunsinni ta’:
(a) prodotti tal-laħam kif definiti fil-punt 7.1 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; kif ukoll
(b) l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati, kif definit fil-punt 7.9 ta’ dan l-Anness, li jkunu għaddew minn wieħed mit-trattamenti stipulati fl-Anness II Parti 4 ta’ din id-Deċiżjoni.
Dawn ir-regoli għandhom jinkudu l-listi ta’ pajjiżi terzi u partijiet minnhom li minnhom għandhom jiġu awtorizzati importazzjonijiet bħal dawn kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati u r-regoli tas-saħħa pubblika u tas-saħħa ta’ l-annimali dwar l-oriġini u t-trattamenti meħtieġa għal dawn l-importazzjonijiet.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika bla ħsara għad-Deċiżjoni 2004/432/KE u d-Deċiżjoni 2003/779/KE.
Artikolu 2
Kunidizzjonijiet li jikkonċernaw l-ispeċi u l-annimali
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-Komunità jiġu importati biss kunsinni tal-prodotti tal-laħam u dawk ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati, ġejjin minn laħam jew minn prodotti tal-laħam mill-ispeċijiet jew mill-annimali li ġejjin:
(a) tjur inklużi l-pollam, dundjani, fargħuni, papri, wiżż, summien, ħamiem, faġani u perniċi mkabbra jew miżmuma f'kaptività għal tkabbir, il-produzzjoni tal-laħam u l-bajd għal konsum, jew biex iżidu l-provvista tat-tjur;
(b) annimali domestiċi ta’ l-ispeċijiet li ġejjin: annimali bovini, inklużi l-Bubalus bubalis u l-Bison bison, il-ħnieżer, in-nagħaġ, il-mogħoż u s-solipedi;
(c) fniek u liebri, u annimali tal-kaċċa mrobbija, kif definit fil-punt 1.6 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
(d) annimali tal-kaċċa selvaġġi, kif definit fil-punt 1.5 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
Artikolu 3
Rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali li jikkonċernaw l-oriġini u t-trattament tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati
L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti tal-laħam kif ukoll ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li:
(a) huma konformi mal-kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-oriġini u t-trattament stipulati fl-Anness I(1) jew (2); kif ukoll
(b) joriġinaw fil-pajjiżi terzi u partijiet minnhom kif ġej:
(i) fil-każ tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li mhumiex soġġetti għal trattament speċifiku kif jissemma fil-punt 1(b) ta’ l-Anness I, il-pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 2 ta’ l-Anness II u l-partijiet mill-pajjiżi terzi elenkati fit-Taqsima 1 ta’ dak l-Anness;
(ii) fil-każ tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren li huma soġġetti għal trattament speċifiku kif jissemma fil-punt 2(a)(ii) ta’ l-Anness I, il-pajjiżi terzi elenkati fil-Partijiet 2 u 3 ta’ l-Anness II u l-partijiet mill-pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 ta’ dak l-Anness.
Artikolu 4
Rekwiżiti dwar is-saħħa pubblika li jikkonċernaw il-laħam frisk użat fil-produzzjoni tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li għandhom jiġu importati fil-Komunità u ċ-ċertifikati dwar is-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) fil-Komunità jiġu importati biss kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati u li huma miksuba minn laħam frisk, kif definit fil-punt 1.10 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u li huwa konformi mar-rekwiżiti Komunitarji dwar is-saħħa pubblika;
(b) fil-Komunità jiġu importati biss kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li huma konformi mar-rekwiżiti tal-mudell taċ-ċertifikat dwar is-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika kif stipulat fl-Anness III;
(c) dan iċ-ċertifikat jakkumpanja kunsinni bħal dawn u jkun komplut u ffirmat kif xieraq mill-veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz ta’ esportazzjoni.
Artikolu 5
Kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati fi tranżitu jew maħżuna fil-Komunità
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kunsinni tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati, introdotti ġewwa l-Komunità u li huma maħsuba għall-pajjiż terz jew bi transitu minnufih jew wara l-ħażna skond l-Artikolu 12(4) jew l-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, u li mhumiex maħsuba għall-importazzjoni ġewwa l-Komunità għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) li huma ġejjin mit-territorju ta’ pajjiż terz jew parti minnu mniżżel fl-Anness II u li għaddew mit-trattament minimu għall-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati ta’ l-ispeċi msemmija fih;
(b) li huma konformi mal-kundizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa ta’ l-annimali għall-ispeċi kkonċernata stipulata fil-mudell taċ-ċertifikat dwar is-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika fl-Anness III;
(c) li huma akkumpanjati minn ċertifikat dwar is-saħħa ta’ l-annimali magħmul skond il-mudell imfassal fl-Anness IV, iffirmat kif xieraq minn veterinarju uffiċjali ta’ pajjiż terz ikkonċernat;
(d) li huma ċċertifikati bħala aċċettabbli għat-transitu u għall-ħażna, kif xieraq, fuq id-dokument komuni veterinarju tad-dħul mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ ispezzjoni fil-fruntiera ta’ introduzzjoni ġewwa l-Komunità.
Artikolu 6
Deroga għal ċerti destinazzjonijiet fir-Russja
1. B'deroga mill-Artikolu 5, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-tranżitu fit-triq jew bil-ferrovija madwar il-Komunità, bejn postijiet magħrufa ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera mniżżla fl-Anness tad-Deċiżjoni 2001/881/KE, tal-kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li ġejjin minn u li huma ddestinati għar-Russja direttament jew permezz ta’ pajjiż terz ieħor sakemm dawn ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) il-kunsinna għandha tiġi ssiġillata b’siġill innumerat f’serje mill-veterinarju uffiċjali ta’ l-awtorità kompetenti tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ l-introduzzjoni fil-Komunità;
(b) id-dokumenti li jakkumpanjaw il-kunsinna u msemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE għandhom ikunu ttimbrati “GĦAT-TRANSITU BISS LEJN IR-RUSSJA VIA L-KE” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali ta’ l-awtorità kompetenti tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ l-introduzzjoni fil-Komunità;
(ċ) ir-rekwiżiti proċedurali mogħtija fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE għandhom jitħarsu;
(d) il-kunsinna għandha tiġi ċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fuq id-dokument komuni veterinarju tad-dħul mill-veterinarju uffiċjali ta’ l-awtorità kompetenti tal-post ta’ ispezzjoni fil-fruntiera ta’ introduzzjoni fil-Komunità.
2. L-Istati Membri ma għandhomx jawtorizzaw il-ħatt jew il-ħażna, kif definit fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, fil-Komunità ta’ kunsinni bħal dawn.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tagħmel verifiki regolari biex tiżgura li l-għadd ta’ kunsinni u ta’ kwantitajiet ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati, li ġejjin jew li huma ddestinati għar-Russja, u li qed jitilqu mill-Komunità jaqbel ma’ l-għadd u l-kwantitajiet li deħlin fil-Komunità.
Artikolu 6a
Deroga għat-tranżitu fil-Kroazja, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi
1. B’deroga mill-Artikolu 5, it-tranżitu dirett bit-triq fl-Unjoni, bejn il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ Nova Sela u Ploče, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi, għandu jiġi awtorizzat jekk ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) il-konsenja tkun issiġillata b’siġill innumerat f’serje fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera għall-introduzzjoni fl-Unjoni mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;
(b) id-dokumenti li jakkumpanjaw il-konsenja u li jissemmew fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE jkunu ttimbrati “GĦAL TRANŻITU FL-UE LEJN PAJJIŻI TERŻI, BISS” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;
(c) ikun hemm konformità mar-rekwiżiti proċedurali previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE;
(d) il-konsenja tkun iċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fid-Dokument Veterinarju Komuni ta’ Dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 ( 1 ) mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul.
2. Il-ħatt jew il-ħżin, kif definiti fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, ta’ dawn il-konsenji fl-Unjoni ma għandux jiġi permess.
3. L-awtorità kompetenti trid twettaq verifiki b’mod regolari biex tiżgura li l-għadd ta’ konsenji u l-kwantitajiet ta’ prodotti li jħallu l-Unjoni jaqbel mal-għadd u l-kwantitajiet li jkunu qed jidħlu fl-Unjoni.
Artikolu 7
Dispożizzjoni tranżitorja
Kunsinni li għalihom inħarġu ċertifikati veterinarji qabel l-1.5.2008 skond il-mudelli stabbiliti bid-Deċiżjoni 2005/432/KE għandhom jiġu aċċettati għall-importazzjoni lejn il-Komunità sa l-1.6.2008.
Artikolu 8
Revoka
Id-Deċiżjoni 2005/432/KE hija rrevokata.
Artikolu 9
Data ta’ l-applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2007.
Artikolu 10
Id-destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.
ANNESS I
1. Prodotti tal-laħam kif ukoll ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsarem ttrattati li joriġinaw mill-pajjiżi terzi jew minn partijiet minnhom imsemmija fl-Artikolu 3(b)(i) ta’ din id-Deċiżjoni:
(a) irid ikun fihom laħam eliġibbli għall-importazzjoni fil-Komunità bħala laħam frisk, kif definit fil-punt 1.10 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; kif ukoll
(b) għandhom ikunu ġejjin minn speċi wieħed jew iżjed ta’ annimali li jkunu għaddew minn trattament mhux speċifiku kif stipulat fil-punt A Parti 4 ta’ l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
2. Prodotti tal-laħam kif ukoll ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsarem ttrattati li joriġinaw mill-pajjiżi terzi jew minn partijiet minnhom, kif imsemmija fl-Artikolu 3(b)(ii) għandhom ikunu konformi mal-kundizzjonijiet stipulati f’(a), (b) jew (c) ta’ dan il-punt:
(a) il-prodotti tal-laħam u/jew ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati:
(i) irid ikun fihom laħam u/jew prodotti tal-laħam li ġejjin minn speċi waħda jew minn annimal wieħed kif stipulat taħt il-kolonna rilevanti fil-Partijiet 2 u 3 ta’ l-Anness II li tindika l-ispeċi jew l-annimal ikkonċernat; kif ukoll
(ii) iridu jkunu għaddew għall-inqas mit-trattament speċifiku meħtieġ għal-laħam ta’ dik l-ispeċi jew ta’ dak l-annimal kif stipulat fil-Parti 4 ta’ l-Anness II;
(b) il-prodotti tal-laħam u/jew ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati:
(i) irid ikun fihom laħam frisk, ipproċessat jew parzjalment ipproċessat ta’ aktar minn speċi waħda jew ta’ aktar minn annimal wieħed, kif stipulat taħt il-kolonna rilevanti tal-Partijiet 2 u 3 ta’ l-Anness II li jitħalltu flimkien qabel ma jgħaddu mit-trattament finali tagħhom, kif stipulat fit-Taqsima 4 ta’ l-Anness II; kif ukoll
(ii) iridu jkunu għaddew mit-trattament finali li jissemma f’(i) li jrid ikun iebes għall-inqas daqs l-aktar trattament iebes kif stipulat fil-Parti 4 ta’ l-Anness II għal-laħam ta’ l-ispeċijiet jew ta’ l-annimali kkonċernati, kif stipulat taħt il-kolonna rilevanti fit-Taqsimiet 2 u 3 ta’ l-Anness II;
(c) il-prodotti finali tal-laħam u/jew ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati:
(i) iridu jitħejjew billi jitħallat il-laħam li ġie ttrattat qabel jew l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati ta’ aktar minn speċi waħda jew ta’ aktar minn annimal wieħed; kif ukoll
(ii) iridu jkunu għaddew mit-trattament ta’ qabel li jissemma f'(i) li jrid ikun iebes għall-anqas daqs l-aktar trattament rilevanti stipulat fil-Parti 4 ta’ l-Anness II għall-ispeċi jew għall-annimal ikkonċernat kif stipulat taħt il-kolonna rilevanti fil-Partijiet 2 u 3 ta’ l-Anness II għal kull komponent tal-laħam tal-prodott tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati.
3. It-trattamenti deskritti fil-Parti 4 ta’ l-Anness II għandhom jikkostitwixxu l-kundizzjonijiet ta’ l-ipproċessar li huma l-inqas aċċettabbli għall-finijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-prodotti tal-laħam u għall-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ġejjin mill-ispeċi jew mill-annimal rilevanti li toriġina/joriġina fil-pajjiżi terzi jew fil-partijiet mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II.
Madankollu, fil-każijiet fejn l-importazzjoni ta’ ġewwieni mhuwiex awtorizzat skond id-Deċiżjoni 79/542/KEE minħabba fir-restrizzjonijiet Komunitarji dwar is-saħħa ta’ l-annimali, dan jista’ jiġi importat bħala prodott tal-laħam jew stonku, bużżieqa ta’ l-awrina jew imsaren ittrattati jew użat fi prodott tal-laħam sakemm it-trattament rilevanti msemmi fil-Parti 2 ta’ l-Anness II jitwettaq u r-rekwiżiti Komunitarji dwar is-saħħa pubblika jkunu ntlaħqu.
Barra minn hekk, stabbiliment minn pajjiż imniżżel fl-Anness II jista' jiġi awtorizzat li jipproduċi prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li għaddew mit-trattamenti B, C jew D, kif jissemma fil-Parti 4 ta’ l-Anness II, anke fejn dak l-istabbiliment jinsab f'pajjiż terz jew f'parti minn pajjiż terz li mhuwiex awtorizzat għall-importazzjonijiet ta’ laħam frisk fil-Komunità bil-kundizzjoni li r-rekwiżiti Komunitarji dwar is-saħħa pubblika jkunu ntlaħqu.
ANNESS II
PARTI 1
It-territorji reġjonalizzati għall-pajjiżi elenkati fil-partijiet 2 u 3
Pajjiż |
Territorju |
Deskrizzjoni tat-territorju |
|
|
Kodiċi ISO |
Verżjoni |
|
L-Arġentina |
AR |
01/2004 |
Il-pajjiż kollu |
AR-1 |
02/2016 |
It-territorji definiti f'AR-1 u AR-3 fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 |
|
AR-2 |
02/2016 |
It-territorji definiti f'AR-2 fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 |
|
Il-Brażil |
BR |
01/2004 |
Il-pajjiż kollu |
BR-1 |
01/2005 |
L-Istati ta' Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo u Mato Grosso do Sul |
|
BR-2 |
02/2016 |
It-territorji definiti f'BR-1, BR-2, BR-3 u BR-4 fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 |
|
BR-3 |
01/2005 |
L-Istati ta' Goiás, Minas Gerais, Mato Grosso, Mato Grosso do Sul, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo |
|
BR-4 |
01/2016 |
Distrito Federal, l-Istati ta' Acre, Rondônia, Pará, Tocantins, Maranhão, Piauí, Bahia, Ceará, Rio Grande do Norte, Paraíba, Pernambuco, Alagoas u Sergipe |
|
Il-Kanada |
CA |
01/2015 |
Il-pajjiż kollu |
CA-1 |
01/2015 |
Il-pajjiż kollu tal-Kanada, ħlief iż-żona CA-2 |
|
CA-2 |
01/2015 |
It-territorji tal-Kanada deskritti taħt CA-2 fil-kolonna 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, soġġetta għad-dati msemmija fil-kolonni 6 A u 6B ta' dik it-tabella |
|
Iċ-Ċina |
CN |
01/2007 |
Il-pajjiż kollu |
CN-1 |
01/2007 |
Il-Provinċja ta’ Shandong |
|
Il-Malasja |
MY |
01/2004 |
Il-pajjiż kollu |
MY-1 |
01/2004 |
Il-Malasja peniżolari (tal-Punent) biss |
|
In-Namibja |
NA |
01/2005 |
Il-pajjiż kollu |
NA-1 |
01/2005 |
Lejn in-Nofsinhar mill-perimetru taż-żona magħluqa li jestendi mill-Punt ta’ Palgrave fil-Punent sa Gam fil-Lvant |
|
Ir-Russja |
RU |
04/2012 |
Il-pajjiż kollu |
RU-1 |
04/2012 |
Il-pajjiż kollu ħlief ir-reġjun ta’ Kaliningrad |
|
RU-2 |
04/2012 |
Ir-reġjun ta’ Kaliningrad |
|
L-Ukrajna |
UA |
01/2016 |
Il-pajjiż kollu |
UA-1 |
01/2016 |
Il-pajjiż kollu tal-Ukrajna, ħlief iż-żona UA-2 |
|
UA-2 |
01/2016 |
It-territorji tal-Ukrajna deskritti taħt UA-2 fil-kolonna 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, soġġetta għad-dati msemmija fil-kolonni 6 A u 6B ta' dik it-tabella |
|
L-Istati Uniti |
US |
01/2015 |
Il-pajjiż kollu |
US-1 |
01/2015 |
Il-pajjiż kollu tal-Istati Uniti, minbarra ż-żona US-2 |
|
US-2 |
01/2015 |
It-territorji tal-Istati Uniti deskritti f'US-2 fil-kolonna 3 tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (1) |
|
L-Afrika ta’ Isfel |
ZA |
01/2005 |
Il-pajjiż kollu |
ZA-1 |
01/2005 |
Il-pajjiż kollu ħlief: il-parti taż-żona tal-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tinsab fir-reġjuni veterinarji ta’ Mpumalanga u l-provinċji tat-Tramuntana, id-distrett ta’ Ingwavuma fir-reġjun veterinarju ta’ Natal u fiż-żona konfinali mal-Botswana lejn il-Lvant tal-lonġitudni 28°, u d-distrett ta’ Camperdown fil-provinċja ta’ KwaZuluNatal. |
|
(1) Għall-importazzjonijiet skont din id-Deċiżjoni jrid jitqies il-perjodu ta' żmien indikat bid-dati tal-għeluq u tal-ftuħ fil-kolonni 6 A u 6B fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għat-territorji rispettivi. |
PARTI 2
Il-pajjiżi terzi u partijiet minnhom mnejn hija awtorizzata l-introduzzjoni ta' prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati lejn l-UE
(Ara l-Parti 4 ta’ dan l-Anness għall-interpretazzjoni tal-kodiċi użati f’din it-tabella)
Kodiċi ISO |
Pajjiż ta' oriġini jew parti minnu |
1. Annimali bovini domestiċi 2. Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija (ħlief għall-ħnieżer) |
Annimali domestiċi ovini / kaprini |
1. Annimali porċini domestiċi 2. Annimali tal-kaċċa mrobbija bid-difer mifruq (ħnieżer) |
Annimali domestiċi solipedi |
1. Tajr 2. Annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija (ħlief għar-ratiti) |
Annimali ratiti mrobbija |
Fniek domestiċi u liebri mrobbija |
Annimali tal-kaċċa salvaġġi (minbarra l-ħnieżer) |
Ħnieżer salvaġġi |
Annimali salvaġġi solipedi |
Leporidae salvaġġi (fniek u liebri) |
Għasafar tal-kaċċa salvaġġi |
Mammali tal-art salvaġġi tal-kaċċa (ħlief għall-ungulati, għas-solipedi u għal-leporidae) |
AR |
l-Arġentina AR |
C |
C |
C |
A |
A |
A |
A |
C |
C |
XXX |
A |
D |
XXX |
l-Arġentina AR-1 (1) |
C |
C |
C |
A |
A |
A |
A |
C |
C |
XXX |
A |
D |
XXX |
|
l-Arġentina AR-2 (1) |
A (2) |
A (2) |
C |
A |
A |
A |
A |
C |
C |
XXX |
A |
D |
XXX |
|
AU |
l-Awstralja |
A |
A |
A |
A |
D |
D |
A |
A |
A |
XXX |
A |
D |
A |
BA |
Il-Bożnija-Ħerzegovina |
A (3) |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
BH |
il-Baħrejn |
B |
B |
B |
B |
XXX |
XXX |
A |
C |
C |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
BR |
il-Brażil |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
D |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
il-Brażil BR-1 |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
A |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
A |
XXX |
|
il-Brażil BR-2 |
C |
C |
C |
A |
D |
D |
A |
C |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
|
il-Brażil BR-3 |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
A |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
|
Il-Brażil BR-4 |
B |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
|
BW |
il-Botswana |
B |
B |
B |
B |
XXX |
A |
A |
B |
B |
A |
A |
XXX |
XXX |
BY |
il-Belarus |
C |
C |
C |
B |
XXX |
XXX |
A |
C |
C |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
CA |
Il-Kanada CA |
A |
A |
A |
A |
XXX |
XXX |
A |
A |
A |
XXX |
A |
XXX |
A |
Il-Kanada CA-1 |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
XXX |
A |
A |
A |
|
Il-Kanada CA-2 |
A |
A |
A |
A |
D |
D |
A |
A |
A |
XXX |
A |
D |
A |
|
CH |
l-Isvizzera (1) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
CL |
iċ-Ċilì |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
B |
B |
XXX |
A |
A |
XXX |
CN |
ic-Ċina |
B |
B |
B |
B |
B |
B |
A |
B |
B |
XXX |
A |
B |
XXX |
iċ-Ċina CN-1 |
B |
B |
B |
B |
D |
B |
A |
B |
B |
XXX |
A |
B |
XXX |
|
CO |
il-Kolombja |
B |
B |
B |
B |
XXX |
A |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
ET |
l-Etjopja |
B |
B |
B |
B |
XXX |
XXX |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
GL |
il-Groenlandja |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
A |
A |
HK |
Ħong Kong |
B |
B |
B |
B |
D |
D |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
▼M15 ————— |
||||||||||||||
IL (4) |
L-Iżrael |
B |
B |
B |
B |
D |
D |
A |
B |
B |
XXX |
A |
D |
XXX |
IN |
l-Indja |
B |
B |
B |
B |
XXX |
XXX |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
IS |
l-Islanda |
A |
A |
B |
A |
A |
A |
A |
A |
B |
XXX |
A |
A |
XXX |
JP |
Il-Ġappun |
A |
XXX |
B |
XXX |
D |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
KE |
il-Kenja |
B |
B |
B |
B |
XXX |
XXX |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
KR |
il-Korea t’ Isfel |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
D |
D |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
MA |
il-Marokk |
B |
B |
B |
B |
XXX |
XXX |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
ME |
il-Montenegro |
A |
A |
D |
A |
D |
D |
A |
D |
D |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
MG |
il-Madagaskar |
B |
B |
B |
B |
D |
D |
A |
B |
B |
XXX |
A |
D |
XXX |
MK |
L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (2) |
A |
A |
B |
A |
A |
XXX |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
MU |
il-Mawrizju |
B |
B |
B |
B |
XXX |
XXX |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
MX |
Il-Messiku |
A |
D |
D |
A |
D |
D |
A |
D |
D |
XXX |
A |
D |
XXX |
MY |
il-Malasja MY |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
il-Malasja MY-1 |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
D |
D |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
|
NA |
in-Namibja (1) |
B |
B |
B |
B |
D |
A |
A |
B |
B |
A |
A |
D |
XXX |
NC |
il-Kaledonja Ġdida |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
NZ |
in-New Zealand |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
XXX |
A |
A |
A |
PM |
Saint Pierre u Miquelon |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
D |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
PY |
il-Paragwaj |
C |
C |
C |
B |
XXX |
XXX |
A |
C |
C |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
RS |
is-Serbja (3) |
A |
A |
D |
A |
D |
D |
A |
D |
D |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
RU |
Ir-Russja RU |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
D |
XXX |
A |
C |
C |
XXX |
A |
XXX |
A |
Ir-Russja (3) RU-1 |
C |
C |
C |
B |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
|
Ir-Russja RU-2 |
C jew D1 |
C jew D1 |
C |
B |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
|
SG |
Singapor |
B |
B |
B |
B |
D |
D |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
SZ |
is-Sważiland |
B |
B |
B |
B |
XXX |
XXX |
A |
B |
B |
A |
A |
XXX |
XXX |
TH |
it-Tajlandja |
B |
B |
B |
B |
A |
A |
A |
B |
B |
XXX |
A |
D |
XXX |
TN |
it-Tuneżija |
C |
C |
B |
B |
A |
A |
A |
B |
B |
XXX |
A |
D |
XXX |
TR |
it-Turkija |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
D |
D |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
UA |
L-Ukrajna UA |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
L-Ukrajna UA-1 |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
A |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
A |
XXX |
|
L-Ukrajna UA-2 |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
D |
D |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
|
US |
L-Istati Uniti US |
A |
A |
A |
A |
XXX |
XXX |
A |
A |
A |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
L-Istati Uniti US-1 |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
XXX |
A |
A |
XXX |
|
L-Istati Uniti US-2 |
A |
A |
A |
A |
D |
D |
A |
A |
A |
XXX |
A |
D |
XXX |
|
UY |
l-Urugwaj |
C |
C |
B |
A |
D |
A |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
ZA |
L-Afrika t'Isfel |
C |
C |
C |
A |
D |
D |
A |
C |
C |
A |
A |
D |
XXX |
▼M7 ————— |
||||||||||||||
ZW |
Iż-Żimbabwe (1) |
C |
C |
B |
A |
D |
D |
A |
B |
B |
XXX |
A |
D |
XXX |
(1) Ara l-Parti 3 ta’ dan l-Anness għar-rekwiżiti minimi ta’ trattament li japplikaw għall-prodotti tal-laħam u għall-biltong pasturizzati. (2) Għall-prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ttrattati ppreparati minn laħam frisk miksub minn annimali maqtula wara l- 1 ta’ Marzu 2002. (3) Biss għat-tranżitu mill-Unjoni. (*1) Skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli. (*2) Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorju li ma jippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li tkun miftiehma wara l-konklużjoni tan-negozjati li fil-preżent qed isiru dwar dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti. (*3) Ma jinkludix il-Kosovo kif definit bir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Ġunju 1999. (*4) Minn hawn 'il quddiem mifhum bħala l-Istat tal-Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji li jinsabu taħt l-Amministrazzjoni tal-Iżrael sa minn Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet ta' Golan, l-Istrixxa ta' Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent. XXX L-ebda ċertifikat ma hu stabbilit, u prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati li fihom il-laħam ta' din l-ispeċi mhumiex awtorizzati. |
PARTI 3
Il-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li mhumiex awtorizzati għal ċerti speċji taħt ir-reġim ta’ trattament mhux speċifiku (A) iżda minn fejn hija awtorizzata l-importazzjoni fil-Komunità tal-biltong/jerky u tal-prodotti tal-laħam pasturizzat
KoDiċi ISO |
Pajjiż l-oriġini jew parti minnu |
1. Annimal bovin domestiku 2. Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija (ħlief il-qżieqeż) |
Annimali domestiċi ovini/kaprini |
1. Annimal porċin domestiku 2. Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija (qżieqeż) |
Annimali domestiċi bid-difer sħiħ |
1. Tjur 2. Tjur tal-kaċċa mrobbija |
Għasafar li ma jtirux |
Fniek domestiċi u liebri mrobbija |
Annimali tal-kaċċa salvaġġi tad-dwiefer mifruqa (minbarra l-qżieqeż) |
Ħnieżer salvaġġi |
Annimali salvaġġi tad-dwiefer sħaħ |
Leporidae salvaġġi (fniek u liebri) |
Għasafar tal-kaċċa salvaġġi |
Mammali tal-art salvaġġi tal-kaċċa (minbarra l-mammali bid-difer mgħawweġ, dawk bid-difer sħiħ u l-leporidae) |
AR |
L-Arġentina - AR |
F |
F |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
BR |
Il-Brażil BR-2 |
E jew F |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
NA |
In-Namibja |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
E |
E |
A |
XXX |
XXX |
A |
A |
E |
XXX |
In-Namibja NA-1 |
E |
E |
XXX |
XXX |
E |
E |
A |
XXX |
XXX |
A |
A |
E |
||
UY |
L-Urugwaj |
E |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
ZA |
L-Afrika t'Isfel |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
D |
D |
A |
XXX |
XXX |
A |
A |
D |
XXX |
L-Afrika t'Isfel ZA-1 |
E |
E |
XXX |
XXX |
D |
D |
A |
E |
XXX |
A |
A |
D |
XXX |
|
ZW |
Iż-Żimbabwe |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
D |
D |
A |
XXX |
XXX |
E |
A |
D |
XXX |
XXX |
PARTI 4
L-INTERPRETAZZJONI TAL-KODIĊIJIET LI NTUŻAW FIT-TABELLI FIL-PARTIIET 2 U 3
IT-TRATTAMENTI LI JISSEMMEW FL-ANNESS I
It-trattament mhux speċifiku:
A |
= |
L-ebda temperatura minima speċifikata jew trattament ieħor ma huma stabbiliti għall-finijiet tas-saħħa ta' l-annimali għall-prodotti tal-laħam u għall-istonku, il-bużżieqa ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati. Madankollu, il-laħam ta’ prodotti tal-laħam bħal dawn kif ukoll ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u ta’ l-imsaren ittrattati jrid ikun għadda minn trattament tali li l-wiċċ maqtugħ tiegħu juri li m’għadx għandu l-karatteristiċi ta’ laħam frisk u l-laħam frisk użat irid jissodisfa wkoll ir-regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali li japplikaw għall-esportazzjonijiet tal-laħam frisk fil-Komunità. |
It-trattamenti speċifiċi elenkati bl-aktar trattament iebes jissemma l-ewwel:
B |
= |
Trattament f'kontenitur issiġillat ermetikament għal valur ta' Fo ta' tlieta jew aktar. |
C |
= |
Temperatura minima ta’ 80 °C li trid tintlaħaq fil-laħam kollu kif ukoll/jew fl-istonku, il-bżieżaq ta' l-awrina u fl-imsaren matul l-ipproċessar tal-prodott tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati. |
D |
= |
Temperatura minima ta' 70 °C li trid tintlaħaq fil-laħam kollu kif ukoll/jew fl-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u fl-imsaren matul l-ipproċessar tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u ta’ l-imsarem ttrattati, jew għal laħam mhux ipproċessat, trattament li jikkonsisti minn fermentazzjoni naturali u maturazzjoni ta' mhux inqas minn disa' xhur u li jirriżulta f'dawn il-karatteristiċi li ġejjin: — Valur Aw ta’ mhux aktar minn 0.93, — Valur pH ta’ mhux aktar minn 6.0. |
D1 |
= |
Is-sajran tajjeb ta’ laħam, bl-għadam u bix-xaħam imneħħi minn qabel, soġġett għat-tisħin sabiex tinżamm temperatura interna ta’ 70 °C jew akbar għal minimu ta’ 30 minuta. |
E |
= |
Fil-każ ta’ prodotti tat-tip biltong, trattament biex jinkisbu: — Valur Aw ta’ mhux aktar minn 0.93, — Valur pH ta’ mhux aktar minn 6.0. |
F |
= |
Trattament bis-sħana li jiżgura li tintlaħaq temperatura tal-qalba ta’ mill-inqas 65 °C għal perjodu ta’ żmien kif ikun meħtieġ biex jintlaħaq valur tal-pasturizzazzjoni (pv) daqs jew akbar minn 40. |
ANNESS III
Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa tal-annimali u pubblika għal ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati maħsubin għal konsenja lejn l-Unjoni Ewropea minn pajjiżi terzi
ANNESS IV
(Transitu u/jew ħażna)
( 1 ) ĠU L 21, 28.1.2004, p. 11.