Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02007D0777-20170701

    Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5777) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2007/777/KE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/777/2017-07-01

    02007D0777 — MT — 01.07.2017 — 027.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tad-29 ta’ Novembru 2007

    li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5777)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2007/777/KE)

    (ĠU L 312 30.11.2007, p. 49)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

     M1

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2008/638/KE tat-30 ta' Lulju 2008

      L 207

    24

    5.8.2008

     M2

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2008/817/KE tat-22 ta’ Ottubru 2008

      L 283

    49

    28.10.2008

    ►M3

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2009/864/KE tat-30 ta’ Novembru 2009

      L 314

    97

    1.12.2009

    ►M4

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 925/2010 tal-15 ta’ Ottubru 2010

      L 272

    1

    16.10.2010

     M5

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 536/2011 tal-1 ta’ Ġunju 2011

      L 147

    1

    2.6.2011

     M6

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 991/2011 tal-5 ta’ Ottubru 2011

      L 261

    19

    6.10.2011

    ►M7

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 110/2012 tad-9 ta’ Frar 2012

      L 37

    50

    10.2.2012

     M8

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 532/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012

      L 163

    1

    22.6.2012

     M9

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2012/479/UE tal-14 ta’ Awwissu 2012

      L 219

    23

    17.8.2012

     M10

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1036/2012 tas-7 ta’ Novembru 2012

      L 308

    13

    8.11.2012

    ►M11

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1162/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012

      L 336

    17

    8.12.2012

     M12

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 88/2013 tal-31 ta’ Jannar 2013

      L 32

    8

    1.2.2013

    ►M13

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2013/104/UE tal-21 ta’ Frar 2013

      L 51

    16

    23.2.2013

     M14

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2013/217/UE tat-8 ta’ Mejju 2013

      L 129

    38

    14.5.2013

    ►M15

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta’ Frar 2013

      L 158

    74

    10.6.2013

    ►M16

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2013/292/UE tal-14 ta’ Ġunju 2013

      L 164

    27

    18.6.2013

    ►M17

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2013/436/UE tat-13 ta’ Awwissu 2013

      L 220

    46

    17.8.2013

    ►M18

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/175/UE tas-27 ta’ Marzu 2014

      L 95

    31

    29.3.2014

    ►M19

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/759/UE tad-29 ta' Ottubru 2014

      L 311

    78

    31.10.2014

    ►M20

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/204 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-6 ta' Frar 2015

      L 33

    45

    10.2.2015

    ►M21

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/216 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-10 ta' Frar 2015

      L 36

    11

    12.2.2015

    ►M22

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/252 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-13 ta' Frar 2015

      L 41

    52

    17.2.2015

    ►M23

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/267 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-17 ta' Frar 2015

      L 45

    19

    19.2.2015

     M24

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/349 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-2 ta' Marzu 2015

      L 60

    68

    4.3.2015

    ►M25

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/536 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-27 ta' Marzu 2015

      L 86

    154

    31.3.2015

    ►M26

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/911 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-11 ta' Ġunju 2015

      L 148

    25

    13.6.2015

    ►M27

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1353 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-3 ta' Awwissu 2015

      L 208

    36

    5.8.2015

    ►M28

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/41 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-14 ta' Jannar 2016

      L 11

    8

    16.1.2016

    ►M29

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/887 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-2 ta' Ġunju 2016

      L 148

    6

    4.6.2016

    ►M30

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1781 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-5 ta' Ottubru 2016

      L 272

    88

    7.10.2016

    ►M31

    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1832 tas-17 ta' Ottubru 2016

      L 280

    13

    18.10.2016

    ►M32

    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/193 tat-3 ta' Frar 2017

      L 31

    13

    4.2.2017

    ►M33

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/622 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-31 ta' Marzu 2017

      L 89

    11

    1.4.2017


    Ikkoreġut b'

    ►C1

    Rettifika, ĠU L 276, 17.10.2008, p.  50 (2007/777/KE)




    ▼B

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tad-29 ta’ Novembru 2007

    li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5777)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2007/777/KE)



    Artikolu 1

    Is-suġġett u l-għan

    1.  Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika għall-importazzjonijiet lejn il-Komunità u t-tranżitu u l-ħażna fil-Komunità, ta’ kunsinni ta’:

    (a) prodotti tal-laħam kif definiti fil-punt 7.1 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; kif ukoll

    (b) l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati, kif definit fil-punt 7.9 ta’ dan l-Anness, li jkunu għaddew minn wieħed mit-trattamenti stipulati fl-Anness II Parti 4 ta’ din id-Deċiżjoni.

    Dawn ir-regoli għandhom jinkudu l-listi ta’ pajjiżi terzi u partijiet minnhom li minnhom għandhom jiġu awtorizzati importazzjonijiet bħal dawn kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati u r-regoli tas-saħħa pubblika u tas-saħħa ta’ l-annimali dwar l-oriġini u t-trattamenti meħtieġa għal dawn l-importazzjonijiet.

    2.  Din id-Deċiżjoni għandha tapplika bla ħsara għad-Deċiżjoni 2004/432/KE u d-Deċiżjoni 2003/779/KE.

    Artikolu 2

    Kunidizzjonijiet li jikkonċernaw l-ispeċi u l-annimali

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-Komunità jiġu importati biss kunsinni tal-prodotti tal-laħam u dawk ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati, ġejjin minn laħam jew minn prodotti tal-laħam mill-ispeċijiet jew mill-annimali li ġejjin:

    (a) tjur inklużi l-pollam, dundjani, fargħuni, papri, wiżż, summien, ħamiem, faġani u perniċi mkabbra jew miżmuma f'kaptività għal tkabbir, il-produzzjoni tal-laħam u l-bajd għal konsum, jew biex iżidu l-provvista tat-tjur;

    (b) annimali domestiċi ta’ l-ispeċijiet li ġejjin: annimali bovini, inklużi l-Bubalus bubalis u l-Bison bison, il-ħnieżer, in-nagħaġ, il-mogħoż u s-solipedi;

    (c) fniek u liebri, u annimali tal-kaċċa mrobbija, kif definit fil-punt 1.6 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (d) annimali tal-kaċċa selvaġġi, kif definit fil-punt 1.5 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

    Artikolu 3

    Rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali li jikkonċernaw l-oriġini u t-trattament tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati

    L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti tal-laħam kif ukoll ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li:

    ▼C1

    (a) huma konformi mal-kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-oriġini u t-trattament stipulati fl-Anness I(1) jew (2); kif ukoll

    ▼B

    (b) joriġinaw fil-pajjiżi terzi u partijiet minnhom kif ġej:

    (i) fil-każ tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li mhumiex soġġetti għal trattament speċifiku kif jissemma fil-punt 1(b) ta’ l-Anness I, il-pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 2 ta’ l-Anness II u l-partijiet mill-pajjiżi terzi elenkati fit-Taqsima 1 ta’ dak l-Anness;

    (ii) fil-każ tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren li huma soġġetti għal trattament speċifiku kif jissemma fil-punt 2(a)(ii) ta’ l-Anness I, il-pajjiżi terzi elenkati fil-Partijiet 2 u 3 ta’ l-Anness II u l-partijiet mill-pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 ta’ dak l-Anness.

    Artikolu 4

    Rekwiżiti dwar is-saħħa pubblika li jikkonċernaw il-laħam frisk użat fil-produzzjoni tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li għandhom jiġu importati fil-Komunità u ċ-ċertifikati dwar is-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

    (a) fil-Komunità jiġu importati biss kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati u li huma miksuba minn laħam frisk, kif definit fil-punt 1.10 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u li huwa konformi mar-rekwiżiti Komunitarji dwar is-saħħa pubblika;

    (b) fil-Komunità jiġu importati biss kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li huma konformi mar-rekwiżiti tal-mudell taċ-ċertifikat dwar is-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika kif stipulat fl-Anness III;

    (c) dan iċ-ċertifikat jakkumpanja kunsinni bħal dawn u jkun komplut u ffirmat kif xieraq mill-veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz ta’ esportazzjoni.

    Artikolu 5

    Kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati fi tranżitu jew maħżuna fil-Komunità

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kunsinni tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati, introdotti ġewwa l-Komunità u li huma maħsuba għall-pajjiż terz jew bi transitu minnufih jew wara l-ħażna skond l-Artikolu 12(4) jew l-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, u li mhumiex maħsuba għall-importazzjoni ġewwa l-Komunità għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

    (a) li huma ġejjin mit-territorju ta’ pajjiż terz jew parti minnu mniżżel fl-Anness II u li għaddew mit-trattament minimu għall-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati ta’ l-ispeċi msemmija fih;

    (b) li huma konformi mal-kundizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa ta’ l-annimali għall-ispeċi kkonċernata stipulata fil-mudell taċ-ċertifikat dwar is-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika fl-Anness III;

    (c) li huma akkumpanjati minn ċertifikat dwar is-saħħa ta’ l-annimali magħmul skond il-mudell imfassal fl-Anness IV, iffirmat kif xieraq minn veterinarju uffiċjali ta’ pajjiż terz ikkonċernat;

    (d) li huma ċċertifikati bħala aċċettabbli għat-transitu u għall-ħażna, kif xieraq, fuq id-dokument komuni veterinarju tad-dħul mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ ispezzjoni fil-fruntiera ta’ introduzzjoni ġewwa l-Komunità.

    Artikolu 6

    Deroga għal ċerti destinazzjonijiet fir-Russja

    1.  B'deroga mill-Artikolu 5, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-tranżitu fit-triq jew bil-ferrovija madwar il-Komunità, bejn postijiet magħrufa ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera mniżżla fl-Anness tad-Deċiżjoni 2001/881/KE, tal-kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li ġejjin minn u li huma ddestinati għar-Russja direttament jew permezz ta’ pajjiż terz ieħor sakemm dawn ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

    (a) il-kunsinna għandha tiġi ssiġillata b’siġill innumerat f’serje mill-veterinarju uffiċjali ta’ l-awtorità kompetenti tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ l-introduzzjoni fil-Komunità;

    (b) id-dokumenti li jakkumpanjaw il-kunsinna u msemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE għandhom ikunu ttimbrati “GĦAT-TRANSITU BISS LEJN IR-RUSSJA VIA L-KE” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali ta’ l-awtorità kompetenti tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ l-introduzzjoni fil-Komunità;

    (ċ) ir-rekwiżiti proċedurali mogħtija fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE għandhom jitħarsu;

    (d) il-kunsinna għandha tiġi ċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fuq id-dokument komuni veterinarju tad-dħul mill-veterinarju uffiċjali ta’ l-awtorità kompetenti tal-post ta’ ispezzjoni fil-fruntiera ta’ introduzzjoni fil-Komunità.

    2.  L-Istati Membri ma għandhomx jawtorizzaw il-ħatt jew il-ħażna, kif definit fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, fil-Komunità ta’ kunsinni bħal dawn.

    3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tagħmel verifiki regolari biex tiżgura li l-għadd ta’ kunsinni u ta’ kwantitajiet ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati, li ġejjin jew li huma ddestinati għar-Russja, u li qed jitilqu mill-Komunità jaqbel ma’ l-għadd u l-kwantitajiet li deħlin fil-Komunità.

    ▼M16

    Artikolu 6a

    Deroga għat-tranżitu fil-Kroazja, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi

    1.  B’deroga mill-Artikolu 5, it-tranżitu dirett bit-triq fl-Unjoni, bejn il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ Nova Sela u Ploče, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi, għandu jiġi awtorizzat jekk ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a) il-konsenja tkun issiġillata b’siġill innumerat f’serje fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera għall-introduzzjoni fl-Unjoni mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;

    (b) id-dokumenti li jakkumpanjaw il-konsenja u li jissemmew fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE jkunu ttimbrati “GĦAL TRANŻITU FL-UE LEJN PAJJIŻI TERŻI, BISS” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;

    (c) ikun hemm konformità mar-rekwiżiti proċedurali previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE;

    (d) il-konsenja tkun iċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fid-Dokument Veterinarju Komuni ta’ Dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 ( 1 ) mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul.

    2.  Il-ħatt jew il-ħżin, kif definiti fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, ta’ dawn il-konsenji fl-Unjoni ma għandux jiġi permess.

    3.  L-awtorità kompetenti trid twettaq verifiki b’mod regolari biex tiżgura li l-għadd ta’ konsenji u l-kwantitajiet ta’ prodotti li jħallu l-Unjoni jaqbel mal-għadd u l-kwantitajiet li jkunu qed jidħlu fl-Unjoni.

    ▼B

    Artikolu 7

    Dispożizzjoni tranżitorja

    Kunsinni li għalihom inħarġu ċertifikati veterinarji qabel l-1.5.2008 skond il-mudelli stabbiliti bid-Deċiżjoni 2005/432/KE għandhom jiġu aċċettati għall-importazzjoni lejn il-Komunità sa l-1.6.2008.

    Artikolu 8

    Revoka

    Id-Deċiżjoni 2005/432/KE hija rrevokata.

    Artikolu 9

    Data ta’ l-applikazzjoni

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2007.

    Artikolu 10

    Id-destinatarji

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    1. Prodotti tal-laħam kif ukoll ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsarem ttrattati li joriġinaw mill-pajjiżi terzi jew minn partijiet minnhom imsemmija fl-Artikolu 3(b)(i) ta’ din id-Deċiżjoni:

    (a) irid ikun fihom laħam eliġibbli għall-importazzjoni fil-Komunità bħala laħam frisk, kif definit fil-punt 1.10 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; kif ukoll

    (b) għandhom ikunu ġejjin minn speċi wieħed jew iżjed ta’ annimali li jkunu għaddew minn trattament mhux speċifiku kif stipulat fil-punt A Parti 4 ta’ l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

    2. Prodotti tal-laħam kif ukoll ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsarem ttrattati li joriġinaw mill-pajjiżi terzi jew minn partijiet minnhom, kif imsemmija fl-Artikolu 3(b)(ii) għandhom ikunu konformi mal-kundizzjonijiet stipulati f’(a), (b) jew (c) ta’ dan il-punt:

    (a) il-prodotti tal-laħam u/jew ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati:

    (i) irid ikun fihom laħam u/jew prodotti tal-laħam li ġejjin minn speċi waħda jew minn annimal wieħed kif stipulat taħt il-kolonna rilevanti fil-Partijiet 2 u 3 ta’ l-Anness II li tindika l-ispeċi jew l-annimal ikkonċernat; kif ukoll

    (ii) iridu jkunu għaddew għall-inqas mit-trattament speċifiku meħtieġ għal-laħam ta’ dik l-ispeċi jew ta’ dak l-annimal kif stipulat fil-Parti 4 ta’ l-Anness II;

    (b) il-prodotti tal-laħam u/jew ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati:

    (i) irid ikun fihom laħam frisk, ipproċessat jew parzjalment ipproċessat ta’ aktar minn speċi waħda jew ta’ aktar minn annimal wieħed, kif stipulat taħt il-kolonna rilevanti tal-Partijiet 2 u 3 ta’ l-Anness II li jitħalltu flimkien qabel ma jgħaddu mit-trattament finali tagħhom, kif stipulat fit-Taqsima 4 ta’ l-Anness II; kif ukoll

    (ii) iridu jkunu għaddew mit-trattament finali li jissemma f’(i) li jrid ikun iebes għall-inqas daqs l-aktar trattament iebes kif stipulat fil-Parti 4 ta’ l-Anness II għal-laħam ta’ l-ispeċijiet jew ta’ l-annimali kkonċernati, kif stipulat taħt il-kolonna rilevanti fit-Taqsimiet 2 u 3 ta’ l-Anness II;

    (c) il-prodotti finali tal-laħam u/jew ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati:

    (i) iridu jitħejjew billi jitħallat il-laħam li ġie ttrattat qabel jew l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati ta’ aktar minn speċi waħda jew ta’ aktar minn annimal wieħed; kif ukoll

    (ii) iridu jkunu għaddew mit-trattament ta’ qabel li jissemma f'(i) li jrid ikun iebes għall-anqas daqs l-aktar trattament rilevanti stipulat fil-Parti 4 ta’ l-Anness II għall-ispeċi jew għall-annimal ikkonċernat kif stipulat taħt il-kolonna rilevanti fil-Partijiet 2 u 3 ta’ l-Anness II għal kull komponent tal-laħam tal-prodott tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati.

    3. It-trattamenti deskritti fil-Parti 4 ta’ l-Anness II għandhom jikkostitwixxu l-kundizzjonijiet ta’ l-ipproċessar li huma l-inqas aċċettabbli għall-finijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-prodotti tal-laħam u għall-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ġejjin mill-ispeċi jew mill-annimal rilevanti li toriġina/joriġina fil-pajjiżi terzi jew fil-partijiet mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II.

    Madankollu, fil-każijiet fejn l-importazzjoni ta’ ġewwieni mhuwiex awtorizzat skond id-Deċiżjoni 79/542/KEE minħabba fir-restrizzjonijiet Komunitarji dwar is-saħħa ta’ l-annimali, dan jista’ jiġi importat bħala prodott tal-laħam jew stonku, bużżieqa ta’ l-awrina jew imsaren ittrattati jew użat fi prodott tal-laħam sakemm it-trattament rilevanti msemmi fil-Parti 2 ta’ l-Anness II jitwettaq u r-rekwiżiti Komunitarji dwar is-saħħa pubblika jkunu ntlaħqu.

    Barra minn hekk, stabbiliment minn pajjiż imniżżel fl-Anness II jista' jiġi awtorizzat li jipproduċi prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li għaddew mit-trattamenti B, C jew D, kif jissemma fil-Parti 4 ta’ l-Anness II, anke fejn dak l-istabbiliment jinsab f'pajjiż terz jew f'parti minn pajjiż terz li mhuwiex awtorizzat għall-importazzjonijiet ta’ laħam frisk fil-Komunità bil-kundizzjoni li r-rekwiżiti Komunitarji dwar is-saħħa pubblika jkunu ntlaħqu.




    ANNESS II

    ▼M11

    PARTI 1

    It-territorji reġjonalizzati għall-pajjiżi elenkati fil-partijiet 2 u 3



    Pajjiż

    Territorju

    Deskrizzjoni tat-territorju

     

    Kodiċi ISO

    Verżjoni

     

    ▼M29

    L-Arġentina

    AR

    01/2004

    Il-pajjiż kollu

    AR-1

    02/2016

    It-territorji definiti f'AR-1 u AR-3 fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010

    AR-2

    02/2016

    It-territorji definiti f'AR-2 fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010

    Il-Brażil

    BR

    01/2004

    Il-pajjiż kollu

    BR-1

    01/2005

    L-Istati ta' Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo u Mato Grosso do Sul

    BR-2

    02/2016

    It-territorji definiti f'BR-1, BR-2, BR-3 u BR-4 fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010

    BR-3

    01/2005

    L-Istati ta' Goiás, Minas Gerais, Mato Grosso, Mato Grosso do Sul, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo

    BR-4

    01/2016

    Distrito Federal, l-Istati ta' Acre, Rondônia, Pará, Tocantins, Maranhão, Piauí, Bahia, Ceará, Rio Grande do Norte, Paraíba, Pernambuco, Alagoas u Sergipe

    ▼M26

    Il-Kanada

    CA

    01/2015

    Il-pajjiż kollu

    CA-1

    01/2015

    Il-pajjiż kollu tal-Kanada, ħlief iż-żona CA-2

    CA-2

    01/2015

    It-territorji tal-Kanada deskritti taħt CA-2 fil-kolonna 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, soġġetta għad-dati msemmija fil-kolonni 6 A u 6B ta' dik it-tabella

    ▼M11

    Iċ-Ċina

    CN

    01/2007

    Il-pajjiż kollu

    CN-1

    01/2007

    Il-Provinċja ta’ Shandong

    Il-Malasja

    MY

    01/2004

    Il-pajjiż kollu

    MY-1

    01/2004

    Il-Malasja peniżolari (tal-Punent) biss

    In-Namibja

    NA

    01/2005

    Il-pajjiż kollu

    NA-1

    01/2005

    Lejn in-Nofsinhar mill-perimetru taż-żona magħluqa li jestendi mill-Punt ta’ Palgrave fil-Punent sa Gam fil-Lvant

    Ir-Russja

    RU

    04/2012

    Il-pajjiż kollu

    RU-1

    04/2012

    Il-pajjiż kollu ħlief ir-reġjun ta’ Kaliningrad

    RU-2

    04/2012

    Ir-reġjun ta’ Kaliningrad

    ▼M32

    L-Ukrajna

    UA

    01/2016

    Il-pajjiż kollu

    UA-1

    01/2016

    Il-pajjiż kollu tal-Ukrajna, ħlief iż-żona UA-2

    UA-2

    01/2016

    It-territorji tal-Ukrajna deskritti taħt UA-2 fil-kolonna 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, soġġetta għad-dati msemmija fil-kolonni 6 A u 6B ta' dik it-tabella

    ▼M25

    L-Istati Uniti

    US

    01/2015

    Il-pajjiż kollu

    US-1

    01/2015

    Il-pajjiż kollu tal-Istati Uniti, minbarra ż-żona US-2

    US-2

    01/2015

    It-territorji tal-Istati Uniti deskritti f'US-2 fil-kolonna 3 tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (1)

    ▼M11

    L-Afrika ta’ Isfel

    ZA

    01/2005

    Il-pajjiż kollu

    ZA-1

    01/2005

    Il-pajjiż kollu ħlief:

    il-parti taż-żona tal-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tinsab fir-reġjuni veterinarji ta’ Mpumalanga u l-provinċji tat-Tramuntana, id-distrett ta’ Ingwavuma fir-reġjun veterinarju ta’ Natal u fiż-żona konfinali mal-Botswana lejn il-Lvant tal-lonġitudni 28°, u d-distrett ta’ Camperdown fil-provinċja ta’ KwaZuluNatal.

    (1)   Għall-importazzjonijiet skont din id-Deċiżjoni jrid jitqies il-perjodu ta' żmien indikat bid-dati tal-għeluq u tal-ftuħ fil-kolonni 6 A u 6B fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għat-territorji rispettivi.

    ▼M4

    PARTI 2

    Il-pajjiżi terzi u partijiet minnhom mnejn hija awtorizzata l-introduzzjoni ta' prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati lejn l-UE

    (Ara l-Parti 4 ta’ dan l-Anness għall-interpretazzjoni tal-kodiċi użati f’din it-tabella)



    Kodiċi ISO

    Pajjiż ta' oriġini jew parti minnu

    1.  Annimali bovini domestiċi

    2.  Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija (ħlief għall-ħnieżer)

    Annimali domestiċi ovini / kaprini

    1.  Annimali porċini domestiċi

    2.  Annimali tal-kaċċa mrobbija bid-difer mifruq (ħnieżer)

    Annimali domestiċi solipedi

    1.  Tajr

    2.  Annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija (ħlief għar-ratiti)

    Annimali ratiti mrobbija

    Fniek domestiċi u liebri mrobbija

    Annimali tal-kaċċa salvaġġi (minbarra l-ħnieżer)

    Ħnieżer salvaġġi

    Annimali salvaġġi solipedi

    Leporidae salvaġġi (fniek u liebri)

    Għasafar tal-kaċċa salvaġġi

    Mammali tal-art salvaġġi tal-kaċċa (ħlief għall-ungulati, għas-solipedi u għal-leporidae)

    AR

    l-Arġentina AR

    C

    C

    C

    A

    A

    A

    A

    C

    C

    XXX

    A

    D

    XXX

    l-Arġentina AR-1 (1)

    C

    C

    C

    A

    A

    A

    A

    C

    C

    XXX

    A

    D

    XXX

    l-Arġentina AR-2 (1)

    (2)

    (2)

    C

    A

    A

    A

    A

    C

    C

    XXX

    A

    D

    XXX

    AU

    l-Awstralja

    A

    A

    A

    A

    D

    D

    A

    A

    A

    XXX

    A

    D

    A

    BH

    il-Baħrejn

    B

    B

    B

    B

    XXX

    XXX

    A

    C

    C

    XXX

    A

    XXX

    XXX

    BR

    il-Brażil

    XXX

    XXX

    XXX

    A

    D

    D

    A

    XXX

    XXX

    XXX

    A

    D

    XXX

    il-Brażil BR-1

    XXX

    XXX

    XXX

    A

    XXX

    A

    A

    XXX

    XXX

    XXX

    A

    A

    XXX

    il-Brażil BR-2

    C

    C

    C

    A

    D

    D

    A

    C

    XXX

    XXX

    A

    D

    XXX

    il-Brażil BR-3

    XXX

    XXX

    XXX

    A

    A

    XXX

    A

    XXX

    XXX

    XXX

    A

    D

    XXX

    ▼M29

    Il-Brażil BR-4

    B

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    ▼M4

    BW

    il-Botswana

    B

    B

    B

    B

    XXX

    A

    A

    B

    B

    A

    A

    XXX

    XXX

    BY

    il-Belarus

    C

    C

    C

    B

    XXX

    XXX

    A

    C

    C

    XXX

    A

    XXX

    XXX

    ▼M20

    CA

    Il-Kanada CA

    A

    A

    A

    A

    XXX

    XXX

    A

    A

    A

    XXX

    A

    XXX

    A

    Il-Kanada CA-1

    A

    A

    A

    A

    A

    A

    A

    A

    A

    XXX

    A

    A

    A

    Il-Kanada CA-2

    A

    A

    A

    A

    D

    D

    A

    A

    A

    XXX

    A

    D

    A

    ▼M4

    CH

    l-Isvizzera (1)

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    CL

    iċ-Ċilì

    A

    A

    A

    A

    A

    A

    A

    B

    B

    XXX

    A

    A

    XXX

    CN

    ic-Ċina

    B

    B

    B

    B

    B

    B

    A

    B

    B

    XXX

    A

    B

    XXX

    iċ-Ċina CN-1

    B

    B

    B

    B

    D

    B

    A

    B

    B

    XXX

    A

    B

    XXX

    CO

    il-Kolombja

    B

    B

    B

    B

    XXX

    A

    A

    B

    B

    XXX

    A

    XXX

    XXX

    ET

    l-Etjopja

    B

    B

    B

    B

    XXX

    XXX

    A

    B

    B

    XXX

    A

    XXX

    XXX

    GL

    il-Groenlandja

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    A

    XXX

    XXX

    XXX

    A

    A

    A

    HK

    Ħong Kong

    B

    B

    B

    B

    D

    D

    A

    B

    B

    XXX

    A

    XXX

    XXX

    ▼M15 —————

    ▼M21

    IL (4)

    L-Iżrael

    B

    B

    B

    B

    D

    D

    A

    B

    B

    XXX

    A

    D

    XXX

    ▼M4

    IN

    l-Indja

    B

    B

    B

    B

    XXX

    XXX

    A

    B

    B

    XXX

    A

    XXX

    XXX

    IS

    l-Islanda

    A

    A

    B

    A

    A

    A

    A

    A

    B

    XXX

    A

    A

    XXX

    ▼M23

    JP

    Il-Ġappun

    A

    XXX

    B

    XXX

    D

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    ▼M4

    KE

    il-Kenja

    B

    B

    B

    B

    XXX

    XXX

    A

    B

    B

    XXX

    A

    XXX

    XXX

    KR

    il-Korea t’ Isfel

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    D

    D

    A

    XXX

    XXX

    XXX

    A

    D

    XXX

    MA

    il-Marokk

    B

    B

    B

    B

    XXX

    XXX

    A

    B

    B

    XXX

    A

    XXX

    XXX

    ME

    il-Montenegro

    A

    A

    D

    A

    D

    D

    A

    D

    D

    XXX

    A

    XXX

    XXX

    MG

    il-Madagaskar

    B

    B

    B

    B

    D

    D

    A

    B

    B

    XXX

    A

    D

    XXX

    MK

    Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (2)

    A

    A

    B

    A

    XXX

    XXX

    A

    B

    B

    XXX

    A

    XXX

    XXX

    MU

    il-Mawrizju

    B

    B

    B

    B

    XXX

    XXX

    A

    B

    B

    XXX

    A

    XXX

    XXX

    ▼M28

    MX

    Il-Messiku

    A

    D

    D

    A

    D

    D

    A

    D

    D

    XXX

    A

    D

    XXX

    ▼M4

    MY

    il-Malasja MY

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    il-Malasja MY-1

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    D

    D

    A

    XXX

    XXX

    XXX

    A

    D

    XXX

    NA

    in-Namibja (1)

    B

    B

    B

    B

    D

    A

    A

    B

    B

    A

    A

    D

    XXX

    NC

    il-Kaledonja Ġdida

    A

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    A

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    NZ

    in-New Zealand

    A

    A

    A

    A

    A

    A

    A

    A

    A

    XXX

    A

    A

    A

    ▼M30

    PM

    Saint Pierre u Miquelon

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    D

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    ▼M4

    PY

    il-Paragwaj

    C

    C

    C

    B

    XXX

    XXX

    A

    C

    C

    XXX

    A

    XXX

    XXX

    RS

    is-Serbja (3)

    A

    A

    D

    A

    D

    D

    A

    D

    D

    XXX

    A

    XXX

    XXX

    ▼M17

    RU

    Ir-Russja

    RU

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    A

    XXX

    A

    C

    C

    XXX

    A

    XXX

    A

    Ir-Russja (3)

    RU-1

    C

    C

    C

    B

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    Ir-Russja

    RU-2

    C jew D1

    C jew D1

    C

    B

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    ▼M4

    SG

    Singapor

    B

    B

    B

    B

    D

    D

    A

    B

    B

    XXX

    A

    XXX

    XXX

    SZ

    is-Sważiland

    B

    B

    B

    B

    XXX

    XXX

    A

    B

    B

    A

    A

    XXX

    XXX

    TH

    it-Tajlandja

    B

    B

    B

    B

    A

    A

    A

    B

    B

    XXX

    A

    D

    XXX

    TN

    it-Tuneżija

    C

    C

    B

    B

    A

    A

    A

    B

    B

    XXX

    A

    D

    XXX

    TR

    it-Turkija

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    D

    D

    A

    XXX

    XXX

    XXX

    A

    D

    XXX

    ▼M32

    UA

    L-Ukrajna UA

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    A

    XXX

    XXX

    XXX

    A

    XXX

    XXX

    L-Ukrajna UA-1

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    A

    A

    A

    XXX

    XXX

    XXX

    A

    A

    XXX

    L-Ukrajna UA-2

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    D

    D

    A

    XXX

    XXX

    XXX

    A

    D

    XXX

    ▼M22

    US

    L-Istati Uniti US

    A

    A

    A

    A

    XXX

    XXX

    A

    A

    A

    XXX

    A

    XXX

    XXX

    L-Istati Uniti US-1

    A

    A

    A

    A

    A

    A

    A

    A

    A

    XXX

    A

    A

    XXX

    L-Istati Uniti US-2

    A

    A

    A

    A

    D

    D

    A

    A

    A

    XXX

    A

    D

    XXX

    ▼M4

    UY

    l-Urugwaj

    C

    C

    B

    A

    D

    A

    A

    XXX

    XXX

    XXX

    A

    D

    XXX

    ▼M27

    ZA

    L-Afrika t'Isfel

    C

    C

    C

    A

    D

    A

    A

    C

    C

    A

    A

    D

    XXX

    ▼M7 —————

    ▼M4

    ZW

    iż-Żimbabwe (1)

    C

    C

    B

    A

    D

    A

    A

    B

    B

    XXX

    A

    D

    XXX

    (1)   Ara l-Parti 3 ta’ dan l-Anness għar-rekwiżiti minimi ta’ trattament li japplikaw għall-prodotti tal-laħam u għall-biltong pasturizzati.

    (2)   Għall-prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ttrattati ppreparati minn laħam frisk miksub minn annimali maqtula wara l- 1 ta’ Marzu 2002.

    (3)   Biss għat-tranżitu mill-Unjoni.

    (*1)   Skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli.

    (*2)   Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorju li ma jippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li tkun miftiehma wara l-konklużjoni tan-negozjati li fil-preżent qed isiru dwar dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.

    (*3)   Ma jinkludix il-Kosovo kif definit bir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Ġunju 1999.

    (*4)   Minn hawn 'il quddiem mifhum bħala l-Istat tal-Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji li jinsabu taħt l-Amministrazzjoni tal-Iżrael sa minn Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet ta' Golan, l-Istrixxa ta' Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.

    XXX  L-ebda ċertifikat ma hu stabbilit, u prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati li fihom il-laħam ta' din l-ispeċi mhumiex awtorizzati.

    ▼M3

    PARTI 3

    Il-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li mhumiex awtorizzati għal ċerti speċji taħt ir-reġim ta’ trattament mhux speċifiku (A) iżda minn fejn hija awtorizzata l-importazzjoni fil-Komunità tal-biltong/jerky u tal-prodotti tal-laħam pasturizzat



    KoDiċi ISO

    Pajjiż l-oriġini jew parti minnu

    1.  Annimal bovin domestiku

    2.  Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija (ħlief il-qżieqeż)

    Annimali domestiċi ovini/kaprini

    1.  Annimal porċin domestiku

    2.  Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija (qżieqeż)

    Annimali domestiċi bid-difer sħiħ

    1.  Tjur

    2.  Tjur tal-kaċċa mrobbija

    Għasafar li ma jtirux

    Fniek domestiċi u liebri mrobbija

    Annimali tal-kaċċa salvaġġi tad-dwiefer mifruqa

    (minbarra l-qżieqeż)

    Ħnieżer salvaġġi

    Annimali salvaġġi tad-dwiefer sħaħ

    Leporidae salvaġġi

    (fniek u liebri)

    Għasafar tal-kaċċa salvaġġi

    Mammali tal-art salvaġġi tal-kaċċa

    (minbarra l-mammali bid-difer mgħawweġ, dawk bid-difer sħiħ u l-leporidae)

    AR

    L-Arġentina - AR

    F

    F

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    A

    XXX

    XXX

    XXX

    A

    XXX

    XXX

    ▼M13

    BR

    Il-Brażil BR-2

    E jew F

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    ▼M3

    NA

    In-Namibja

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    E

    E

    A

    XXX

    XXX

    A

    A

    E

    XXX

    In-Namibja NA-1

    E

    E

    XXX

    XXX

    E

    E

    A

    XXX

    XXX

    A

    A

    E

    UY

    L-Urugwaj

    E

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    ▼M27

    ZA

    L-Afrika t'Isfel

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    E

    E

    A

    XXX

    XXX

    A

    A

    E

    XXX

    L-Afrika t'Isfel ZA-1

    E

    E

    XXX

    XXX

    E

    E

    A

    E

    XXX

    A

    A

    E

    XXX

    ▼M3

    ZW

    Iż-Żimbabwe

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    E

    E

    A

    XXX

    XXX

    E

    A

    E

    XXX

    XXX

    ▼B

    PARTI 4

    L-INTERPRETAZZJONI TAL-KODIĊIJIET LI NTUŻAW FIT-TABELLI FIL-PARTIIET 2 U 3

    IT-TRATTAMENTI LI JISSEMMEW FL-ANNESS I

    It-trattament mhux speċifiku:

    A

    =

    L-ebda temperatura minima speċifikata jew trattament ieħor ma huma stabbiliti għall-finijiet tas-saħħa ta' l-annimali għall-prodotti tal-laħam u għall-istonku, il-bużżieqa ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati. Madankollu, il-laħam ta’ prodotti tal-laħam bħal dawn kif ukoll ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u ta’ l-imsaren ittrattati jrid ikun għadda minn trattament tali li l-wiċċ maqtugħ tiegħu juri li m’għadx għandu l-karatteristiċi ta’ laħam frisk u l-laħam frisk użat irid jissodisfa wkoll ir-regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali li japplikaw għall-esportazzjonijiet tal-laħam frisk fil-Komunità.

    It-trattamenti speċifiċi elenkati bl-aktar trattament iebes jissemma l-ewwel:

    B

    =

    Trattament f'kontenitur issiġillat ermetikament għal valur ta' Fo ta' tlieta jew aktar.

    C

    =

    Temperatura minima ta’ 80 °C li trid tintlaħaq fil-laħam kollu kif ukoll/jew fl-istonku, il-bżieżaq ta' l-awrina u fl-imsaren matul l-ipproċessar tal-prodott tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati.

    D

    =

    Temperatura minima ta' 70 °C li trid tintlaħaq fil-laħam kollu kif ukoll/jew fl-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u fl-imsaren matul l-ipproċessar tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u ta’ l-imsarem ttrattati, jew għal laħam mhux ipproċessat, trattament li jikkonsisti minn fermentazzjoni naturali u maturazzjoni ta' mhux inqas minn disa' xhur u li jirriżulta f'dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

     Valur Aw ta’ mhux aktar minn 0.93,

     Valur pH ta’ mhux aktar minn 6.0.

    ▼M17

    D1

    =

    Is-sajran tajjeb ta’ laħam, bl-għadam u bix-xaħam imneħħi minn qabel, soġġett għat-tisħin sabiex tinżamm temperatura interna ta’ 70 °C jew akbar għal minimu ta’ 30 minuta.

    ▼B

    E

    =

    Fil-każ ta’ prodotti tat-tip biltong, trattament biex jinkisbu:

     Valur Aw ta’ mhux aktar minn 0.93,

     Valur pH ta’ mhux aktar minn 6.0.

    F

    =

    Trattament bis-sħana li jiżgura li tintlaħaq temperatura tal-qalba ta’ mill-inqas 65 °C għal perjodu ta’ żmien kif ikun meħtieġ biex jintlaħaq valur tal-pasturizzazzjoni (pv) daqs jew akbar minn 40.

    ▼M18




    ANNESS III

    Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa tal-annimali u pubblika għal ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati maħsubin għal konsenja lejn l-Unjoni Ewropea minn pajjiżi terzi

    image

    image

    image

    ►(1) M19  

    image

    ►(1) M33  

    image

    ►(2) M31  

    ►(2) M33  

    image

    image

    ►(2) M19  

    ►(2) M33  

    ▼B




    ANNESS IV

    (Transitu u/jew ħażna)

    image

    image



    ( 1 ) ĠU L 21, 28.1.2004, p. 11.

    Top