Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D1760

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1760 tal-11 ta’ Settembru 2023 dwar ir-rikonoxximent tar-rapport li jinkludi informazzjoni dwar l-emissjonijiet tipiċi ta’ gassijiet serra mill-kultivazzjoni taż-żrieragħ żejtnija tal-lift (kolza) fl-Awstralja skont l-Artikolu 31(3) u (4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    C/2023/6012

    ĠU L 224, 12.9.2023, p. 105–107 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/1760/oj

    12.9.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 224/105


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1760

    tal-11 ta’ Settembru 2023

    dwar ir-rikonoxximent tar-rapport li jinkludi informazzjoni dwar l-emissjonijiet tipiċi ta’ gassijiet serra mill-kultivazzjoni taż-żrieragħ żejtnija tal-lift (kolza) fl-Awstralja skont l-Artikolu 31(3) u (4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(4) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tistabbilixxi li l-bijofjuwils, il-bijolikwidi, u l-fjuwils tal-bijomassa għandhom iwasslu għall-iffrankar sinifikanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra meta mqabbla mal-fjuwils fossili biex ikunu jistgħu jingħaddu lejn il-miri stabbiliti f’dik id-Direttiva. Għal dak il-għan, l-Artikolu 29(10) jistabbilixxi limiti speċifiċi għall-iffrankar tal-emissjonijiet għal dawk il-fjuwils, u l-Artikolu 31 jistabbilixxi kif għandu jiġi kkalkulat l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-użu tagħhom. Meta jsiru dawk il-kalkoli, jistgħu jintużaw il-valuri prestabbiliti stipulati fl-Annessi V u VI tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Minflok il-valuri prestabbiliti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-kultivazzjoni ta’ materja prima agrikola, jistgħu jintużaw valuri tipiċi taħt ċerti kundizzjonijiet. Dawk il-valuri tipiċi, li jirrappreżentaw il-valur medju f’żona speċifika, jistgħu jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi. Il-valuri tipiċi jistgħu jintużaw biss jekk il-Kummissjoni tirrikonoxxihom bħala akkurati.

    (2)

    Fit-18 ta’ Mejju 2023, l-Awstralja bagħtet ir-rapport finali bid-data biex jitkejlu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni taż-żrieragħ żejtnija tal-lift (kolza) tipikament prodotti f’reġjuni fl-Awstralja ekwivalenti għar-reġjuni NUTS 2 (2) tal-Unjoni, lill-Kummissjoni, u talbet li l-akkuratezza ta’ tali data tiġi rikonoxxuta f’konformità mal-Artikolu 31(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

    (3)

    Il-Kummissjoni vvalutat ir-rapport u sabet li fih data akkurata għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni taż-żrieragħ żejtnija tal-lift (kolza) tipikament prodotti f’reġjuni fl-Awstralja ekwivalenti għar-reġjuni NUTS 2 tal-Unjoni.

    (4)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijofjuwils, il-Bijolikwidi u l-Fjuwils tal-Bijomassa,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Ir-rapport li ressqet l-Awstralja għar-rikonoxximent tal-Kummissjoni fit-18 ta’ Mejju 2023 fih data akkurata għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni taż-żrieragħ żejtnija tal-lift (kolza) tipikament prodotti f’reġjuni fl-Awstralja ekwivalenti għar-reġjuni NUTS 2 tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 31(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Is-sommarju tad-data tar-rapport huwa stabbilit fl-Anness.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija valida għal perjodu ta’ ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha. Jekk il-kontenut tar-rapport, kif tressaq lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent fit-18 ta’ Mejju 2023, jinbidel b’xi mod li jista’ jaffettwa l-bażi ta’ din id-Deċiżjoni, dan it-tibdil għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni minnufih. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-bidliet innotifikati biex tiddetermina jekk ir-rapport ikunx għadu jipprovdi d-data akkurata li għaliha huwa rikonoxxut.

    Artikolu 3

    Il-Kummissjoni tista’ tirrevoka din id-Deċiżjoni jekk jintwera biċ-ċar li d-data li hemm fir-rapport ma għadhiex akkurata għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni taż-żrieragħ żejtnija tal-lift (kolza) prodotti fl-Awstralja.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Settembru 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82.

    (2)  In-NUTS hija sistema ta’ klassifikazzjoni għall-unitajiet territorjali tal-UE għall-istatistika.


    ANNESS

    L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-kultivazzjoni taż-żrieragħ żejtnija tal-lift (kolza) fl-Istati tal-Awstralja (tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2/tunnellata ta’ żrieragħ tal-lift maħsuda abbażi tal-materja niexfa)

     

    N2O fil-ħamrija

    Residwi fl-għelejjel

    Inkorporat

    Użu tal-fjuwil

    Aċidifikazzjoni kkawżata mill-fertilizzanti

    Żerriegħa

    Total

     

    Dirett

    Indirett

     

    Fertilizzant

    Pestiċida

    Ġir

     

     

     

     

    New South Wales

    0,060

    0,015

    0,056

    0,229

    0,038

    0,002

    0,065

    0,041

    0,002

    0,508

    Skop uniku

    0,057

    0,011

    0,066

    0,248

    0,047

    0,002

    0,075

    0,044

    0,002

    0,554

    Skop doppju

    0,039

    0,007

    0,026

    0,162

    0,018

    0,001

    0,029

    0,028

    0,002

    0,313

    Irrigat

    0,261

    0,136

    0,066

    0,327

    0,007

    0,003

    0,096

    0,058

    0,001

    0,954

    Victoria

    0,023

    0,009

    0,062

    0,221

    0,036

    0,002

    0,050

    0,040

    0,002

    0,444

    Skop uniku

    0,024

    0,009

    0,065

    0,226

    0,038

    0,002

    0,052

    0,041

    0,002

    0,458

    Skop doppju

    0,017

    0,006

    0,030

    0,161

    0,017

    0,001

    0,024

    0,029

    0,002

    0,288

    Queensland

    0,061

    0,008

    0,063

    0,239

    0,054

    0,002

    0,167

    0,043

    0,003

    0,641

    Awstralja tan-Nofsinhar

    0,016

    0,004

    0,059

    0,214

    0,068

    0,002

    0,062

    0,039

    0,002

    0,466

    Skop uniku

    0,012

    0,002

    0,061

    0,216

    0,071

    0,002

    0,064

    0,039

    0,002

    0,469

    Skop doppju

    0,009

    0,001

    0,028

    0,155

    0,032

    0,001

    0,029

    0,028

    0,002

    0,285

    Irrigat

    0,232

    0,125

    0,061

    0,288

    0,007

    0,003

    0,096

    0,052

    0,001

    0,865

    Awstralja tal-Punent

    0,014

    0,003

    0,058

    0,225

    0,030

    0,002

    0,069

    0,037

    0,002

    0,441

    Skop uniku

    0,014

    0,003

    0,059

    0,225

    0,031

    0,002

    0,069

    0,037

    0,002

    0,441

    Skop doppju

    0,010

    0,002

    0,023

    0,159

    0,012

    0,001

    0,027

    0,026

    0,002

    0,263

    Tasmanja*

    0,240

    0,127

    0,057

    0,298

    0,013

    0,003

    0,079

    0,054

    0,001

    0,873


    Top