Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1755

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1755 tal-11 ta’ Settembru 2023 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva b’riskju baxx, ir-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2023/6021

    ĠU L 224, 12.9.2023, p. 18–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 12/09/2023

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1755/oj

    12.9.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 224/18


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1755

    tal-11 ta’ Settembru 2023

    li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva b’riskju baxx, ir-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) flimkien mal-Artikolu 22(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE (2) inkludiet ir-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3).

    (2)

    F’konformità mal-Artikolu 78(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4).

    (3)

    Kif stipulat fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-approvazzjoni tas-sustanza attiva, ir-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, tiskadi fil-15 ta’ Diċembru 2024.

    (4)

    F’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5) u fil-perjodu ta’ żmien previst f’dak l-Artikolu, ġiet sottomessa applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva, ir-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, liċ-Ċekja, l-Istat Membru relatur, u lil Franza, l-Istat Membru korelatur.

    (5)

    L-applikant issottometta l-fajls supplimentari lill-Istat Membru relatur, lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet ammissibbli.

    (6)

    L-Istat Membru relatur ħejja abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid b’konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur, u ssottomettieh lill-Awtorità u lill-Kummissjoni fil-25 ta’ Frar 2021. Fl-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid tiegħu, l-Istat Membru relatur ippropona li l-approvazzjoni tar-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam tiġġedded.

    (7)

    L-Awtorità ppubblikat il-fajl sommarju supplimentari. Barra minn hekk, l-Awtorità ċċirkolat l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri biex jagħtu l-kummenti tagħhom u nediet konsultazzjoni pubblika dwaru. L-Awtorità għaddiet il-kummenti li rċeviet lill-Kummissjoni.

    (8)

    Fil-5 ta’ Jannar 2023, l-Awtorità kkomunikat lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha (6), skont liema jista’ jkun mistenni li r-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam jissodisfaw il-kriterji tal-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

    (9)

    Fit-22 ta’ Marzu 2023 u fil-25 ta’ Mejju 2023 rispettivament, il-Kummissjoni ressqet rapport tat-tiġdid u abbozz ta’ Regolament dwar ir-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

    (10)

    Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant jibgħat il-kummenti tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Awtorità u, f’konformità mal-Artikolu 14(1), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, dwar ir-rapport tat-tiġdid. L-applikant issottometta l-kummenti tiegħu, li ġew eżaminati bir-reqqa u tqiesu.

    (11)

    Ġie stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati rigward użu rappreżentattiv wieħed jew aktar ta’ mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, ir-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam.

    (12)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li r-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam hija sustanza attiva b’riskju baxx skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Ir-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam mhix sustanza ta’ tħassib u tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

    (13)

    Għalhekk, jixraq li tiġġedded l-approvazzjoni tar-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam bħala sustanza attiva b’riskju baxx.

    (14)

    F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali u l-eżitu tal-valutazzjoni tar-riskju, jeħtieġ, madankollu, li tiġi stabbilita purità minima għar-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam u ammont massimu tal-impurità tan-nikil fir-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam kif manifatturati sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tas-sustanza attiva meta tintuża fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

    (15)

    Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

    (16)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1446 (7) estenda l-perjodu ta’ approvazzjoni tar-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam sal-15 ta’ Diċembru 2024 sabiex il-proċess tat-tiġdid ikun jista’ jitlesta qabel ma jiskadi l-perjodu tal-approvazzjoni ta’ dik is-sustanza attiva. Madankollu, minħabba li d-deċiżjoni dwar it-tiġdid ittieħdet qabel dik id-data tal-iskadenza estiża, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika qabel dik id-data.

    (17)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva

    L-approvazzjoni tas-sustanza attiva, ir-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, kif speċifikata fl-Anness I, hija mġedda soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

    L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness II.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ u data ta’ applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2023.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Settembru 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

    (2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta’ bosta sustanzi attivi (ĠU L 344, 20.12.2008, p. 89).

    (3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

    (6)  Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance fat distillation residues, EFSA Journal doi:10.2903/j.efsa.2023.7811.

    (7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1446 tat-12 ta’ Lulju 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, aċidu aċetiku, sulfat tal-ammonju tal-aluminju, aluminium phosphide, silikat tal-aluminju, calcium carbide, cymoxanil, dodemorph, ethylene, estratt mis-siġra tat-te, residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, aċidi grassi C7 sa C20, flonicamid (IKI-220), gibberellic acid, gibberellins, alosulfuron-metil, hydrolysed proteins, sulfat tal-ħadid, magnesium phosphide, maltodestrina, metamitron, żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza, żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ, piretrini, sulcotrione, tebuconazole u urea (ĠU L 178, 13.7.2023, p. 1).


    ANNESS I

    Isem Komuni, Numri tal-Identifikazzjoni

    Isem tal-IUPAC

    Purità (1)

    Data tal-approvazzjoni

    Skadenza tal-approvazzjoni

    Dispożizzjonijiet speċifiċi

    Residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam

    Nru CAS mhux disponibbli

    915 (Nru CIPAC)

    Mhux disponibbli

    ≥ 400 g/kg ta’ aċidi grassi separati (ħielsa/esterifikati)

    aċidu palmitiku minimu ta’ 19 % ta’ aċidi grassi separati

    aċidu steariku minimu ta’ 18 % ta’ aċidi grassi separati

    aċidu olejku minimu ta’ 37 % ta’ aċidi grassi separati

    valur tal-aċidu minimu ta’ 70 mg KOH/g

    L-impurità li ġejja hija ta’ tħassib tossikoloġiku u ma għandhiex taqbeż il-livelli li ġejjin fil-materjal tekniku:

    nikil massimu ta’ 0,1 g/kg

    1 ta’ Novembru 2023

    31 ta’ Ottubru 2038

    Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tat-tiġdid dwar ir-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

    Skont kif ikun xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju.


    (1)  Fir-rapport tat-tiġdid jinsabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva.


    ANNESS II

    L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fil-Parti A, titħassar l-entrata 229 dwar ir-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam;

    (2)

    fil-Parti D, tiżdied l-entrata li ġejja:

    Nru.

    Isem Komuni, Numri tal-Identifikazzjoni

    Isem tal-IUPAC

    Purità (1)

    Data tal-approvazzjoni

    Skadenza tal-approvazzjoni

    Dispożizzjonijiet speċifiċi

    “44

    Residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam

    Nru CAS mhux disponibbli

    915 (Nru CIPAC)

    Mhux disponibbli

    ≥ 400 g/kg ta’ aċidi grassi separati (ħielsa/esterifikati)

    aċidu palmitiku minimu ta’ 19 % ta’ aċidi grassi separati

    aċidu steariku minimu ta’ 18 % ta’ aċidi grassi separati

    aċidu olejku minimu ta’ 37 % ta’ aċidi grassi separati

    valur tal-aċidu minimu ta’ 70 mg KOH/g

    L-impurità li ġejja hija ta’ tħassib tossikoloġiku u ma għandhiex taqbeż il-livelli li ġejjin fil-materjal tekniku:

    nikil massimu ta’ 0,1 g/kg

    1 ta’ Novembru 2023

    31 ta’ Ottubru 2038

    Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tat-tiġdid dwar ir-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

    Skont kif ikun xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju.


    (1)  Fir-rapport tat-tiġdid jinsabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva.”


    Top