Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D2185

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2185 tat-8 ta’ Novembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1939 dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni Internazzjonali għat-Trażżin ta’ Atti ta’ Terroriżmu Nukleari

    ST/12978/2022/INIT

    ĠU L 288, 9.11.2022, p. 80–80 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2185/oj

    9.11.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 288/80


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2185

    tat-8 ta’ Novembru 2022

    li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1939 dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni Internazzjonali għat-Trażżin ta’ Atti ta’ Terroriżmu Nukleari

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fl-10 ta’ Diċembru 2018 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1939 (1).

    (2)

    Fis-7 ta’ Ġunju 2021 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/919 (2), li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1939 u li testendi l-perjodu ta’ implimentazzjoni għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tagħha sat-30 ta’ Novembru 2022.

    (3)

    Fis-7 ta’ Ġunju 2022 u fis-6 ta’ Settembru 2022 l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità u l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu, rispettivament, fil-kapaċità tagħhom bħala aġenziji ta’ implimentazzjoni, talbu estensjoni ta’ seba’ xhur tal-perjodu ta’ implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1939 sat-30 ta’ Ġunju 2023, fid-dawl tad-dewmien kontinwu fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-proġetti skont id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1939 minħabba l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19.

    (4)

    Il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1939 sat-30 ta’ Ġunju 2023 tista’ titwettaq mingħajr ebda konsegwenza fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji.

    (5)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1939 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1939, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Hija għandha tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2023.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brusell, it-8 ta’ Novembru 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Z. STANJURA


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1939 tal-10 ta’ Diċembru 2018 dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni Internazzjonali għat-Trażżin ta’ Atti ta’ Terroriżmu Nukleari (ĠU L 314, 11.12.2018, p. 41).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/919 tas-7 ta’ Ġunju 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1939 dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni Internazzjonali għat-Trażżin ta’ Atti ta’ Terroriżmu Nukleari (ĠU L 201, 8.6.2021, p. 27).


    Top