EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D2128

Deċiżjoni (UE) 2022/2128 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Ottubru 2022 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 dwar it-tielet serje ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2019/21) (BĊE/2022/37)

ECB/2022/37

ĠU L 285, 7.11.2022, p. 15–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2128/oj

7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/15


DEĊIŻJONI (UE) 2022/2128 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-27 ta’ Ottubru 2022

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 dwar it-tielet serje ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2019/21) (BĊE/2022/37)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, l-Artikolu 12.1, it-tieni inċiż tal-Artikolu 18.1 u t-tieni inċiż tal-Artikolu 34.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (Linja Gwida dwar id-Dokumentazzjoni Ġenerali) (BĊE/2014/60) (1);

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 1(4) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510, (BĊE/2014/60), il-Kunsill Governattiv jista', f'kull ħin, jibdel l-għodda, l-istrumenti, ir-rekwiżiti, il-kriterji u l-proċeduri għall-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

(2)

Fit-22 ta’ Lulju 2019, fit-twettiq tal-għan li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet billi jiġu ppreżervati kundizzjonijiet ta’ tislif bankarju favorevoli u b’hekk jappoġġja l-pożizzjoni aġevolanti tal-politika monetarja fl-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, il-Kunsill Governattiv adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/21) (2). Din id-Deċiżjoni pprovdiet għat-tielet serje ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament għal żmien itwal (TLTROs-III) li għandhom jitwettqu matul il-perijodu minn Settembru 2019 sa Marzu 2021.

(3)

Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 (BĊE/2019/21), il-parametri u l-kundizzjonijiet tat-TLTROs-III ġew ikkalibrati mill-ġdid f’diversi okkażjonijiet, kif jitqies neċessarju u xieraq fid-dawl tar-riskji għall-istabbiltà tal-prezzijiet, il-mekkaniżmu ta’ trażmissjoni tal-politika monetarja u l-prospetti ekonomiċi fiż-żona tal-euro eżistenti f’dak iż-żmien. Dawn l-aġġustamenti seħħew f’ambjent diżinflazzjonarju, li kien jeħtieġ pożizzjoni ta’ politika monetarja aġevolanti ħafna biex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-prezzijiet fuq terminu medju. B’mod partikolari, fit-12 ta’ Settembru 2019, sabiex jiġu ppreservati kundizzjonijiet favorevoli ta’ self bankarju, tiġi żgurata t-trażmissjoni bla xkiel tal-politika monetarja fl-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u biex tiġi appoġġata l-pożizzjoni aġevolanti tal-politika monetarja, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jibdel ċerti parametri tat-TLTROs-III, inkluż li jżid il-maturità tal-operazzjonijiet kollha minn sentejn għal tliet snin u jipprevedi tnaqqis fir-rati tal-imgħax applikabbli. Fit-12 ta’ Marzu 2020, sabiex jappoġġa s-self mill-banek lil dawk l-aktar milquta mill-imxija tal-marda tal-coronavirus (COVID-19), b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jbiddel ċerti parametri tat-TLTROs-III, inkluż li jżid il-limitu fuq is-self. Barra minn hekk, nhar it-30 ta’ April 2020, sabiex jingħata aktar appoġġ lill-għoti ta’ kreditu lil unitajiet domestiċi u lil ditti f’dan iż-żmien ta’ tfixkil ekonomiku u inċertezza kbira prevalenti, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jipprovdi tnaqqis temporanju addizzjonali fir-rati tal-imgħax applikati għat-TLTROs-III kollha taħt ċerti kundizzjonijiet (3). Fl-10 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jerġa' jikkalibra l-kundizzjonijiet tat-TLTROs-III bil-għan li jikkontribwixxi għall-preservazzjoni ta' kundizzjonijiet ta' finanzjament favorevoli matul il-perijodu pandemiku, biex b'hekk jappoġġa l-fluss ta' kreditu għas-setturi kollha tal-ekonomija, jirfed l-attività ekonomika u jissalvagwardja l-istabbiltà tal-prezzijiet fuq terminu medju. B’mod partikolari, ġie deċiż li jiġi estiż l-perijodu li matulu japplikaw termini konsiderevolment aktar favorevoli għal Ġunju 2022, jitwettqu tliet operazzjonijiet addizzjonali bejn Ġunju u Diċembru 2021, u jgħolew l-ammont totali li l-parteċipanti huma intitolati li jissellfu f'TLTROs-III. F’dak il-waqt, il-Kunsill Governattiv indika li baqa’ lest biex jaġġusta l-istrumenti kollha tiegħu, kif xieraq, biex jiżgura li l-inflazzjoni tersaq lejn l-għan tiegħu b’mod sostnut, skont l-impenn tiegħu għas-simetrija (4).

(4)

It-TLTROs-III, kif aġġustati meta meħtieġ, kellhom għalhekk rwol ewlieni fiż-żamma tal-istabbiltà tal-prezzijiet, b’mod partikolari matul il-fażi akuta tal-perijodu tal-pandemija, billi ppreżervaw kundizzjonijiet ta’ finanzjament favorevoli f’ambjent diżinflazzjonarju u appoġġaw il-pożizzjoni aġevolanti tal-politika monetarja meħtieġa biex jiġu indirizzati r-riskji negattivi severi għall-ekonomija u għall-istabbiltà tal-prezzijiet. Matul dak il-perijodu, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ta kundizzjonijiet ta’ finanzjament eċċezzjonalment favorevoli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu parteċipanti permezz tat-TLTROs-III, bil-ħsieb li jsostni s-self lill-ekonomija reali fi żmien ta’ stress intens.

(5)

Iż-żieda rapida u mhux mistennija fl-inflazzjoni għal livelli li huma mingħajr preċedent sa mill-introduzzjoni tal-euro, prinċipalment minħabba kostijiet għoljin mhux mistennija tal-enerġija u nuqqasijiet fil-provvista, u r-reviżjoni sostanzjali ’l fuq fil-prospettiva għall-inflazzjoni fuq terminu medju sa minn tmiem l-2021, titlob valutazzjoni mill-ġdid fundamentali tal-pożizzjoni xierqa tal-politika monetarja. Il-prezzijiet tal-enerġija u tal-komoditajiet żdiedu drastikament wara l-invażjoni Russa tal-Ukrajna u t-tfixkil fil-kummerċ li rriżulta li aggravaw il-konġestjonijiet fil-provvista, żied l-inċertezza u intensifika l-pressjonijiet tal-inflazzjoni fis-setturi kollha. Din il-bidla drastika fiċ-ċirkostanzi ma setax jiġi previst la meta t-TLTROs-III ġew stabbiliti u lanqas meta l-kundizzjonijiet tagħhom ġew ikkalibrati mill-ġdid u kien dovut, sa ċertu punt importanti, għal xokkijiet esterni. Din il-bidla mhux mistennija u bla preċedent fiċ-ċirkostanzi, aggravata mill-konsegwenzi ekonomiċi tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna, teħtieġ aġġustamenti fil-pożizzjoni tal-politika monetarja u kalibrazzjoni mill-ġdid tal-istrumenti kollha tal-politika monetarja, inkluż it-TLTROs-III. B’mod partikolari, il-Kunsill Governattiv beda triq aċċellerata u antiċipata tan-normalizzazzjoni tal-politika monetarja sabiex jiżgura li l-inflazzjoni tistabbilizza għall-mira ta’ 2 % fuq terminu medju f’konformità mal-mandat tal-BĊE għall-istabbiltà tal-prezzijiet. Minn Diċembru 2021, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jwaqqaf ix-xiri nett ta’ assi taħt il-Programm ta’ Xiri ta’ Assi u l-Programm ta’ Xiri ta’ Emerġenza fil-każ ta’ Pandemija u, sussegwentement, li jżid ir-rati ta’ politika ewlenin tal-BĊE b’total ta’ 200 punt bażi sal-lum.

(6)

Filwaqt li ż-żieda fir-rati ta’ politika ewlenin s’issa ġiet trażmessa bla xkiel lill-unitajiet domestiċi u lid-ditti fiż-żona tal-euro, iċ-ċirkostanzi attwali jeħtieġu aktar aċċellerazzjoni tat-trażmissjoni tal-politika tar-rati għall-kundizzjonijiet ta’ finanzjament b’mod aktar wiesa’. It-termini tal-ipprezzar eżistenti tat-TLTROs-III jimplikaw li qabel u wara ż-żewġ perijodi tar-rata tal-imgħax speċjali li jvarjaw mill-24 ta’ Ġunju 2020 sat-23 ta’ Ġunju 2022, ir-rata tal-imgħax applikabbli hija marbuta mar-rata tal-faċilità ta’ depożitu jew ir-rata fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament matul il-ħajja kollha tal-operazzjoni rispettiva. Dan qed inaqqas ir-ritmu tan-normalizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tas-self mill-banek u qed ixekkel il-kapaċità tal-BĊE li jwettaq il-mandat tiegħu ta’ stabbiltà tal-prezzijiet. Fil-fatt, hekk kif ir-rati ta’ politika jogħlew, ir-rata tat-TLTROs-III taġġusta biss gradwalment ħafna. Il-kundizzjonijiet attwali tat-TLTROs-III għalhekk joffru ftit inċentivi lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu parteċipanti biex iħallsu lura l-ammonti tat-TLTROs-III pendenti tagħhom kmieni. Il-kundizzjonijiet attwali tat-TLTROs-III jikkontribwixxu wkoll għaż-żamma ta’ karta tal-bilanċ akbar tal-Eurosistema li min-naħa tagħha taħdem kontra n-normalizzazzjoni tal-politika monetarja maħsuba. Dan għaliex id-daqs tal-karta tal-bilanċ ta’ bank ċentrali huwa sinjal ewlieni tal-livell ta’ aġevolazzjoni li l-politika monetarja tipprovdi lill-ekonomija u tinfluwenza direttament il-kost tal-likwidità fis-suq. Aġġustament fit-termini u l-kundizzjonijiet tat-TLTROs-III li jneħħi d-deterrent għall-ħlas lura bikri tal-parteċipanti tal-ammonti tat-TLTROs-III pendenti tagħhom għalhekk jiffavorixxi wkoll it-tnaqqis tal-karta tal-bilanċ tal-Eurosistema, u jagħmilha aktar konformi mal-pożizzjoni attwali tal-politika monetarja. Għalhekk, l-aġġustament fit-termini u l-kundizzjonijiet tat-TLTROs-III għandu l-għan li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet billi jaċċellera n-normalizzazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ finanzjament u jnaqqas il-karta tal-bilanċ tal-Eurosistema.

(7)

Fis-27 ta’ Ottubru 2022, il-Kunsill Governattiv iddeċieda [li jadotta miżuri addizzjonali ta’ politika monetarja bl-għan li jiżgura r-ritorn f’waqtu tal-inflazzjoni għall-mira tal-BĊE ta’ 2 % fuq żmien medju. Il-Kunsill Governattiv iqis il-firxa sħiħa ta’ miżuri adottati fis-27 ta’ Ottubru 2022 bħala meħtieġa u proporzjonati għall-implimentazzjoni tal-pożizzjoni tal-politika monetarja adegwata biex terġa’ tinkiseb l-istabbiltà tal-prezzijiet fuq żmien medju. Bħala parti minn dan il-pakkett, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li r-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal kull TLTRO-III pendenti rispettiv għandha tiġi kkalkulata kif ġej: li tibda mit-23 ta' Novembru 2022 u sad-data tal-maturità jew id-data tal-ħlas lura bikri ta' kull TLTRO-III pendenti rispettiv, ir-rata tal-imgħax għandha tkun indiċjata mal-medja tar-rati tal-imgħax ewlenin applikabbli tal-BĊE matul dan il-perijodu, għall-kuntrarju tal-ħajja ta’ kull TLTRO-III rispettiv, sabiex tikkontribwixxi għall-proċess ġenerali tan-normalizzazzjoni tal-politika monetarja.

(8)

Huwa kkunsidrat li r-rabta tar-rata tal-imgħax tat-TLTROs-III mar-rata medja tal-faċilità ta’ depożitu jew ir-rata medja fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament għall-maturità li jifdal tat-TLTRO-III rispettiv hija adatta biex twassal għal aċċellerazzjoni fin-normalizzazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ finanzjament u tnaqqas il-karta tal-bilanċ tal-Eurosistema, biex jintlaħaq l-għan li tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet. Din il-miżura hija mistennija li żżid l-ispejjeż ta’ finanzjament tal-banek, u b’hekk tikkontribwixxi għar-restawr f’waqtu tal-istabbiltà tal-prezzijiet fl-ambjent inflazzjonarju attwali. Barra minn hekk, iż-żieda fl-ispejjeż tal-finanzjament tal-banek li tirriżulta mill-kalibrazzjoni mill-ġdid tal-kundizzjonijiet tat-TLTROs-III hija mistennija li jkollha effett mhux negliġibbli fuq ir-rati tas-self. L-impatt tal-bidliet fil-kundizzjonijiet tat-TLTROs-III fuq ir-rati tas-self bankarju fl-aħħar mill-aħħar huwa mistenni li jkollu impatt sinifikanti ‘l isfel fuq l-inflazzjoni fuq terminu medju. Barra minn hekk, il-bidliet fil-kundizzjonijiet tat-TLTROs-III huma mistennija wkoll li jneħħu deterrenti għall-ħlas lura bikri tas-self pendenti tat-TLTROs-III mill-istituzzjonijiet ta’ self parteċipanti, u b’hekk inaqqsu l-karta tal-bilanċ tal-Eurosistema u jikkontribwixxu għan-normalizzazzjoni ġenerali tal-politika monetarja.

(9)

Ir-rabta tar-rata tal-imgħax tat-TLTROs-III mar-rata medja tal-faċilità ta’ depożitu jew ir-rata medja fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament għall-maturità li jifdal tal-operazzjoni tat-TLTRO-III rispettiv ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ. Ma hemmx miżuri ta’ politika monetarja inqas intrużivi u fl-istess ħin ugwalment effiċjenti biex jintlaħaq l-għan kemm li jwasslu għan-normalizzazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ finanzjament kif ukoll li jnaqqsu l-karta tal-bilanċ tal-Eurosistema. Barra minn hekk, il-progress mixtieq lejn kundizzjonijiet monetarji u ta’ finanzjament aktar stretti li l-ipprezzar aġġustat tat-TLTRO-III jkun fassal ma jistgħax jinkiseb b’mod aktar effiċjenti permezz ta’ żidiet fir-rati.

(10)

Kwalunkwe impatt negattiv potenzjali li l-bidliet proposti jista’ jkollhom fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu parteċipanti huwa mmitigat billi jiġi ppreservat l-ipprezzar favorevoli attwalment applikabbli sat-22 ta’ Novembru 2022, bl-introduzzjoni ta’ dati addizzjonali ta’ ħlas lura bikri li fihom dawn l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jħallsu lura l-ammonti tat-TLTROs-III pendenti tagħhom, billi jingħataw biżżejjed żmien biex jikkunsidraw mill-ġdid it-taħlita ta’ finanzjament tagħhom qabel ma jidħlu fis-seħħ il-bidliet u billi jkomplu joffru rata tal-imgħax fuq it-TLTRO-IIIs li, anki wara l-bidla, tkun favorevoli meta mqabbla ma’ opzjonijiet ta’ finanzjament ibbażati fuq is-suq. Il-kalkolu tar-rata tal-imgħax eżistenti għandu għalhekk jinżamm għall-perijodu mid-data tas-saldu ta’ kull TLTRO-III rispettiv sat-22 ta’ Novembru 2022. Barra minn hekk, għandhom jiġu introdotti tliet dati addizzjonali ta’ ħlas lura bikri volontarju sabiex il-parteċipanti tat-TLTRO-III jingħataw opportunitajiet addizzjonali biex itemmu jew inaqqsu l-ammont ta’ TLTRO-III rispettiv qabel il-maturità.

(11)

Minħabba l-importanza tal-għan li tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet, it-tibdil tal-ipprezzar tat-TLTROs-III malajr kemm jista’ jkun u mingħajr miżuri tranżitorji huwa essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet maħsuba li jwasslu għan-normalizzazzjoni aċċellerat tal-kundizzjonijiet ta’ finanzjament u jnaqqsu l-karta tal-bilanċ tal-Eurosistema. L-adozzjoni ta’ miżuri tranżitorji tagħmel il-bidliet inqas effiċjenti biex iġiegħlu lill-banek jinnormalizzaw il-kundizzjonijiet tas-self u jżommu deterrenti qawwija għall-ħlas lura bikri, kif ukoll jirriskjaw li jċajpru s-sinjal ta’ politika mwassal mill-miżura. Din id-Deċiżjoni għandha għalhekk tidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta’ urġenza.

(12)

Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 (BĊE/2019/21) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi

Id-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 (BĊE/2019/21) hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (23) huwa mħassar;

(b)

jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(29)

‘perijodu tar-rata tal-imgħax ta’ qabel is-SIRP’ tfisser il-perijodu mid-data tas-saldu tat-TLTRO-III rispettiva sat-23 ta’ Ġunju 2020, jiġifieri, il-perijodu tar-rata tal-imgħax immedjatament qabel il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali (SIRP);

(30)

‘perijodu tar-rata tal-imgħax ta’ wara l-ASIRP’ tfisser il-perijodu mill-24 ta’ Ġunju 2022 sal-ewwel waħda mit-22 ta’ Novembru 2022 jew id-data ta’ ħlas lura bikri tat-TLTRO-III rispettiv, kif applikabbli, jiġifieri, il-perijodu tar-rata tal-imgħax immedjatament wara l-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali (ASIRP);

(31)

‘perijodu tar-rata tal-imgħax ewlenija’ tfisser il-perijodu mid-data tas-saldu tat-TLTRO-III rispettiv sal-ewwel waħda mit-22 ta’ Novembru 2022 jew id-data ta’ ħlas lura bikri tat-TLTRO-III rispettiv, kif applikabbli, jiġifieri l-perijodu inkluż il-perijodu tar-rata tal-imgħax ta’ qabel is-SIRP, il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali, il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali u l-perijodu tar-rata tal-imgħax ta’ wara l-ASIRP;

(32)

‘l-aħħar perijodu tar-rata tal-imgħax’ tfisser il-perijodu mit-23 ta’ Novembru 2022 sal-aktar data bikrija tad-data ta’ maturità jew id-data ta’ ħlas lura bikri tat-TLTRO-III rispettiv, kif applikabbli.”;

2.

L-Artikolu 5 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Imgħax

1.   Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal ammonti meħuda b’self taħt kull waħda mill-ewwel seba’ TLTROs-III minn parteċipanti li t-tislif nett eliġibbli tagħhom matul il-perijodu ta’ referenza speċjali jkun daqs jew jaqbeż il-parametru referenzjarju ta’ tislif nett u li t-tislif nett eliġibbli tagħhom matul il-perijodu ta’ referenza speċjali addizzjonali jkun inqas mill-parametru referenzjarju ta’ tislif nett għandha tiġi kkalkolata kif ġej, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 (3a):

(a)

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata medja tal-imgħax fuq il-faċilità ta’ depożitu matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi. Ir-rata tal-imgħax riżultanti m’għandhiex tkun, fi kwalunkwe każ, ogħla minn minus 100 punt bażi;

(b)

matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax għandha tkun l-anqas waħda mir-rati li ġejjin:

(i)

ir-rata tal-imgħax medja fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament fuq dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi;

(ii)

ir-rata tal-imgħax medja fuq il-faċilità ta’ depożitu matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax ewelinja tat-TLTRO-III rispettiv;

(c)

matul il-perijodi tar-rata tal-imgħax ta’ qabel is-SIRP u ta’ wara l-ASIRP tat-TLTRO-III rispettiv, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata tal-imgħax medja fuq il-faċilità ta’ depożitu fuq il-perijodu tar-rata tal-imgħax ewlenija tat-TLTRO-III rispettiv;

(d)

matul l-aħħar perijodu tar-rata tal-imgħax tat-TLTRO-III rispettiv, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata tal-imgħax medja fuq il-faċilità ta’ depożitu matul dak il-perijodu.

2.   Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal ammonti meħudin b'self taħt kull waħda mill-ewwel seba’ TLTROs-III minn parteċipanti li s-self nett eliġibbli tagħhom matul il-perijodu ta' referenza speċjali u matul il-perijodu ta’ referenza speċjali addizzjonali ikun anqas mill-parametru referenzjarju tat-tislif nett tagħhom iżda li s-self nett eliġibbli tagħhom matul it-tieni perijodu ta' referenza jaqbeż il-punt ta' riferiment tat-tislif nett għandha tiġi kkalkolata kif ġej:

(a)

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax għandha tkun l-anqas waħda mir-rati li ġejjin:

(i)

ir-rata tal-imgħax medja fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament fuq dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi;

(ii)

ir-rata tal-imgħax ikkalkolata skont id-devjazzjoni mill-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti, bħal kif stabbilit fil-punt (c);

(b)

matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax għandha tkun l-anqas waħda mir-rati li ġejjin:

(i)

ir-rata tal-imgħax medja fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament fuq dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi;

(ii)

ir-rata tal-imgħax ikkalkolata skont id-devjazzjoni mill-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti, bħal kif stabbilit fil-punt (c);

(c)

matul il-perijodi tar-rata tal-imgħax ta’ qabel is-SIRP u ta’ wara l-ASIRP tat-TLTRO-III rispettiv, ir-rata tal-imgħax għandha tkun anqas mir-rata tal-imgħax medja fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta' rifinanzjament matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax ewlenija tat-TLTRO-III rispettiv u tista' tkun baxxa daqs ir-rata tal-imgħax medja fuq il-faċilità ta’ depożitu tul il-perijodu tar-rata tal-imgħax ewlenija tat-TLTRO-III rispettiv, skont id-devjazzjoni mill-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti;

(d)

matul l-aħħar perijodu tar-rata tal-imgħax tat-TLTRO-III rispettiv, ir-rata tal-imgħax għandha tkun inqas mir-rata tal-imgħax medja fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament matul dak il-perijodu u tista’ tkun baxxa daqs ir-rata tal-imgħax medja fuq il-faċilità ta’ depożitu matul dak il-perijodu, skont id-devjazzjoni mill-parametru referenzjarju tal-ammont pendenti.

3.   Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal ammonti meħudin b’self taħt kull waħda mill-ewwel seba’ TLTROs-III minn parteċipanti li t-tislif nett eliġibbli tagħhom matul it-tieni perijodu ta’ referenza, il-perijodu ta’ referenza speċjali u l-perijodu ta’ referenza speċjali addizzjonali ikun inqas mill-parametru referenzjarju tat-tislif nett tagħhom għandha tiġi kkalkolata kif ġej:

(a)

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata tal-imgħax medja fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament fuq dak il-perjodu nieqes 50 punt bażi;

(b)

matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata tal-imgħax medja fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament fuq dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi;

(c)

matul il-perijodi tar-rata tal-imgħax ta’ qabel is-SIRP u ta’ wara l-ASIRP tat-TLTRO-III rispettiv, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata tal-imgħax medja fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax ewlenija tat-TLTRO-III rispettiv;

(d)

matul l-aħħar perijodu tar-rata tal-imgħax tat-TLTRO-III rispettiv, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata tal-imgħax medja fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament matul dak il-perjodu.

3a.   Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal ammonti meħuda b'self taħt kull wieħed mill-ewwel seba’ TLTROs-III minn parteċipanti li s-self nett eliġibbli tagħhom matul il-perijodu ta' referenza speċjali addizzjonali jkun daqs jew jaqbeż il-punt ta' riferiment ta' tislif nett tagħhom għandha tiġi kkalkolata kif ġej, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(3b):

(a)

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax ta’ qabel is-SIRP tat-TLTRO-III rispettiv, ir-rata tal-imgħax għandha tiġi kkalkulata skont il-paragrafu 1(c), il-paragrafu 2(c) jew il-paragrafu 3(c), kif applikabbli;

(b)

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax għandha tiġi kkalkolata skont il-paragrafu 1(a), il-paragrafu 2(a) jew il-paragrafu 3(a), kif applikabbli;

(c)

matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata tal-imgħax medja fuq il-faċilità ta’ depożitu matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi. Ir-rata tal-imgħax riżultanti m’għandhiex tkun, fi kwalunkwe każ, ogħla minn minus 100 punt bażi;

(d)

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax ta’ wara l-ASIRP tat-TLTRO-III rispettiv, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata tal-imgħax medja fuq il-faċilità ta’ depożitu fuq il-perijodu tar-rata tal-imgħax ewlenija tat-TLTRO-III rispettiv;

(e)

matul l-aħħar perijodu tar-rata tal-imgħax tat-TLTRO-III rispettiv, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata tal-imgħax medja fuq il-faċilità ta’ depożitu matul dak il-perijodu.

3b.   Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal ammonti meħuda b'self taħt it-tmien TLTRO-III jew it-TLTROs-III sussegwenti minn parteċipanti li s-self nett eliġibbli tagħhom matul il-perijodu ta' referenza speċjali addizzjonali jkun daqs jew jaqbeż il-punt ta' riferiment ta' tislif nett għandha tiġi kkalkolata kif ġej, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(3b):

(a)

matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata tal-imgħax medja fuq il-faċilità ta’ depożitu matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi. Ir-rata tal-imgħax riżultanti m’għandhiex tkun, fi kwalunkwe każ, ogħla minn minus 100 punt bażi;

(b)

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax ta’ wara l-ASIRP tat-TLTRO-III rispettiv, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata tal-imgħax medja fuq il-faċilità ta’ depożitu fuq il-perijodu tar-rata tal-imgħax ewlenija tat-TLTRO-III rispettiv;

(c)

matul l-aħħar perijodu tar-rata tal-imgħax tat-TLTRO-III rispettiv, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata tal-imgħax medja fuq il-faċilità ta’ depożitu matul dak il-perijodu.

3c.   Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal ammonti meħuda b’self taħt it-tmien TLTRO-III jew it-TLTROs-III sussegwenti minn parteċipanti li t-tislif nett eliġibbli tagħhom matul il-perijodu ta’ referenza speċjali addizzjonali jkun inqas mill-parametru referenzjarju ta’ tislif nett tagħhom għandha tiġi kkalkolata kif ġej:

(a)

matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata tal-imgħax medja fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament fuq dak il-perjodu nieqes 50 punt bażi;

(b)

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax ta’ wara l-ASIRP tat-TLTRO-III rispettiv, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata tal-imgħax medja fuq l-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin fuq il-perijodu tar-rata tal-imgħax ewlenija tat-TLTRO-III rispettiv;

(c)

matul l-aħħar perijodu tar-rata tal-imgħax tat-TLTRO-III rispettiv, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata tal-imgħax medja fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament matul dak il-perijodu.

4.   Aktar dettalji dwar il-kalkoli tar-rati tal-imgħax huma stabbiliti fl-Anness I. Ir-rata tal-imgħax finali u d-data rilevanti dwar il-kalkolu tagħha, għandhom jiġu kkomunikati lill-parteċipanti f’konformità mal-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit web tal-BĊE.

5.   L-imgħax għandu jitħallas bl-arretrati mal-maturazzjoni ta' kull TLTRO-III jew mal-ħlas lura bikri kif previst fl-Artikolu 5a, skont kif ikun applikabbli.

6.   Jekk, minħabba l-eżerċitar ta’ rimedji disponibbli għal BĊN skont l-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji tiegħu, parteċipant ikun meħtieġ iħallas lura ammonti pendenti f’wieħed mill-ewwel seba’ TLTROs-III qabel li d-data tal-imgħax relatata mat-tieni perijodu ta’ referenza u l-perijodu ta’ referenza speċjali tiġi kkomunikata lil dak il-parteċipant, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti mislufa minn dak il-parteċipant taħt kull waħda mill-ewwel seba’ TLTROs-III u soġġetta għal ħlas lura obbligatorji għandha tkun: (a) għall-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax medja fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi; (b) għall-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax medja fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi; u (c) għall-perjodu tar-rata tal-imgħax qabel is-SIRP, ir-rata medja fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax ewlenija tat-TLTRO-III rispettiv sad-data li fiha l-ħlas lura kien meħtieġ li jsir mill-BĊN. Jekk dak il-ħlas lura jkun meħtieġ wara li d-data dwar l-imgħax relatat mat-tieni perijodu ta’ referenza u mal-perijodu ta’ referenza speċjali tkun ġiet ikkomunikata lill-parteċipant iżda qabel ma d-data relatata mar-rata tal-imgħax tal-perijodu ta’ referenza speċjali addizzjonalii tkun ġiet ikkomunikata lill-parteċipant, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt kull waħda mill-ewwel seba’ TLTROs-III u soġġetti għal ħlasijiet lura obbligatorji għandha tiġi stabbilita skont il-paragrafi 1 sa 3. Jekk tali ħlas lura jkun meħtieġ wara li d-data relatata mar-rata tal-imgħax tal-perijodu ta’ referenza speċjali addizzjonili tkun ġiet ikkomunikata lill-parteċipant, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti ta’ ħlas lura meħtieġa meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt kull waħda mill-ewwel seba’ TLTROs-III għandha tiġi stabbilita skont il-paragrafi 1 sa 3a.

Jekk minħabba l-eżerċizzju ta’ rimedji disponibbli għal BĊN skont l-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji tiegħu, parteċipant huwa meħtieġ li jħallas lura ammonti pendenti fit-tmien TLTRO-III jew TLTROs-III sussegwenti qabel ma r-rata tal-imgħax li tirriżulta għall-perijodu ta’ referenza speċjali addizzjonali tkun ġiet ikkomunikata lill-parteċipant, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti mislufa minn dak il-parteċipant taħt it-tmien TLTRO-III jew TLTROs-III sussegwenti u soġġett għal ħlas lura obbligatorju għandha tiġi stabbilita skont il-paragrafu 3c. Jekk tali ħlas lura ikun meħtieġ wara li d-data relatata mal-imgħax tal-perijodu ta’ referenza speċjali addizzjonali tkun ġiet ikkomunikata lill-parteċipant, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti mislufa minn dak il-parteċipant taħt it-tmien TLTROs-III jew tat-TLTROs-III sussegwenti u soġġett għal ħlas lura obbligatorju għandha tiġi stabbilita f’konformità mal-paragrafi 3b u 3c.

7.   Jekk il-kontropartijiet iħallsu lura b’mod volontarju l-ammonti bikrija mislufa f’waħda mill-ewwel seba’ TLTROs-III f’konformità mal-Artikolu 5a qabel ma d-data relatata mal-imgħax tal-perijodu ta’ referenza speċjali addizzjonali tkun ġiet ikkomunikata lilhom, ir-rata tal-imgħax għall-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali għandha tiġi kkalkolata f’konformità mal-paragrafi 1(b), 2(b) u 3(b).”;

3.

fl-Artikolu 5a, huwa miżjud il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   Minbarra l-għażliet ta’ ħlas lura bikri previsti fil-paragrafu 1, il-parteċipanti għandu jkollhom ukoll l-għażla li jitterminaw jew inaqqsu l-ammont tat-TLTROs-III kkonċernati qabel il-maturità fi kwalunkwe waħda mid-dati addizzjonali ta’ ħlas lura bikri li ġejjin:

(a)

23 ta' Novembru 2022;

(b)

25 ta' Jannar 2023;

(c)

22 ta' Frar 2023.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu u b’deroga mill-paragrafi 3 u 4 fir-rigward tal-iskedi ta’ żmien għan-notifika ta’ ħlas lura bikri maħsub u l-effett vinkolanti tiegħu, fejn parteċipant itemm jew inaqqas l-ammont tat-TLTROs-III kkonċernati fit-23 ta’ Novembru 2022, huwa għandu jinnotifika lill-BĊN rilevanti mill-inqas ġimgħa qabel id-data addizzjonali ta’ ħlas lura bikri li biħsiebu jħallas lura f’din id-data addizzjonali ta’ ħlas lura bikri skont il-proċedura ta’ ħlas lura bikri. In-notifika għandha ssir vinkolanti fuq il-parteċipant involut ġimgħa qabel din id-data ta’ ħlas lura bikri.”;

4.

fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1, il-punti (f) u (g) huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“(f)

jekk parteċipant jonqos milli jagħmel id-data relatata mat-tielet rapport jew ir-riżultati tal-evalwazzjoni tal-awditur tad-data relatata mat-tielet rapport disponibbli lill-BĊN rilevanti sal-iskadenza rilevanti speċifikata fil-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit web tal-BĊE, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(i)

jekk jew id-data relatata mat-tielet rapport jew ir-riżultati tal-evalwazzjoni tal-awditur ta’ dik id-data tasal għand il-BĊN rilevanti fi żmien il-perjodu ta’ 14-il jum tal-kalendarju li jibdew fil-jum wara li tkun għaddiet l-iskadenza rilevanti, il-parteċipant, għal kull jum sakemm jiġi riċevut, għandu jġarrab penali ugwali għall-ammont pendenti totali meħud b’self mill-parteċipant taħt it-TLTROs-III diviż b’ 1 000 000 (jew jekk dak l-ammont ikun inqas minn EUR 1 000, penali ta’ EUR 1 000 għal kuljum sakemm jiġi riċevut). Il-penalitajiet imġarrba kuljum għandhom jiġu akkumulati u imposti fuq il-parteċipant mill-BĊN rilevanti wara li jirċievi d-data kollha relatata mat-tielet rapport jew il-valutazjoni tal-awditur ta’ dik id-data. Id-data relatata mar-rata tal-imgħax relatata mat-tieni perjodu ta’ referenza għandha tiġi kkommunikata mill-BĊN rilevanti lill-parteċipant fl-1 ta’ Lulju 2022;

(ii)

jekk jew id-data relatata mat-tielet rapport jew ir-riżultati tal-evalwazzjoni tal-awditur ta’ dik id-data ma jiġux riċevuti mill-BĊN rilevanti fil-perijodu ta’ 14-il jum tal-kalendarju speċifikat fil-punt (i), ir-rata tal-imgħax ikkalkulata skont l-Artikolu 5(1)(b), jew l-Artikolu 5(2)(b) jew l-Artikolu 5(3)(b) (jekk il-parteċipant ikun diġà pparteċipa f’wieħed mill-ewwel seba’ TLTROs-III), jew bis-saħħa tal-Artikolu 5(3c)(a) (jekk il-parteċipant ikun ipparteċipa fit-tmien TLTROs-III jew dawk sussegwenti), kif applikabbli, għandha tapplika matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali għall-ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt dawk it-TLTROs-III. Matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax ta’ wara l-ASIRP, ir-rata tal-imgħax għandha tiġi kkalkulata skont l-Artikolu 5(1)(c) jew l-Artikolu 5(2)(c) jew l-Artikolu 5(3)(c) jew l-Artikolu 5(3c)(b), kif applikabbli. Matul l-aħħar perijodu tar-rata tal-imgħax tat-TLTRO-III rispettiv, ir-rata tal-imgħax għandha tiġi kkalkolata skont l-Artikolu 5(1)(d) jew l-Artikolu 5(2)(d) jew l-Artikolu 5(3)(d) jew l-Artikolu 5(3c)(c), kif applikabbli. Jekk hija d-data relatata mat-tielet rapport li ma tiġix riċevuta mill-BĊN rilevanti fil-perijodu ta’ 14-il jum tal-kalendarju speċifikat fil-punt (i), il-parteċipant għandu jeħel ukoll penali ta’ EUR 5 000, li għandha tiġi imposta fuq il-parteċipant mill-BĊN rilevanti wara li jirċievi d-data kollha relatata mat-tielet rapport;

(g)

jekk parteċipant jonqos milli jikkonforma b’mod ieħor mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6(6) jew l-Artikolu 6(7) jew l-Artikolu 6(8a), ir-rata medja fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax ewlenija ta’ kull TLTRO-III rispettiv għandha tapplika għall-ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III, ħlief matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali u l-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali fejn għandha tapplika r-rata medja fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament nieqes 50 punt bażi matul kull tali perijodu, u ħlief matul l-aħħar perijodu tar-rata tal-imgħax tat-TLTRO-III rispettiv fejn għandha tapplika r-rata medja tal-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament matul l-aħħar perijodu tar-rata tal-imgħax tat-TLTRO-III rispettiv;”;

5.

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Novembru 2022.

Magħmul fi Frankfurt am Main ,is-27 ta’ Ottubru 2022.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3.

(2)  Id-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Lulju 2019 dwar it-tielet serje ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2019/21) (ĠU L 204, 2.8.2019, p. 100).

(3)  Deċiżjoni (UE) 2020/407 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 dwar it-tielet serje ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2020/13) (ĠU L 80, 17.3.2020, p. 23) u Deċiżjoni (UE) 2020/614 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-30 ta’ April 2020 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2020/407 dwar it-tielet serje ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2020/25) (ĠU L 141, 5.5.2020, p. 28) jimplimentaw dan it-tibdil.

(4)  Deċiżjoni (UE) 2021/124 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta’ Jannar 2021 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 dwar it-tielet serje ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2021/3) (ĠU L 38, 3.2.2021, p. 93) timplimenta dan it-tibdil.


ANNESS

L-Anness I tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 (BĊE/2019/21) hija emendata kif ġej:

Sezzjoni 3 hija mibdula b’li ġej:

“3.   Kalkolu tar-rata tal-imgħax

A.

Ħalli NLSpecial tindika l-ammont ta’ tislif nett eliġibbli matul il-perijodu ta’ referenza speċjali mill-1 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Marzu 2021.

Formula

B.

Ħalli NLADSpecial tindika l-ammont ta’ tislif nett eliġibbli matul il-perijodu ta’ referenza speċjali addizzjonali mill-1 ta’ Ottubru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2021.

Formula

C.

Ħalli NSMar  2021 juri l-ammont miksub billi jingħadd it-tislif nett eliġibbli fuq il-perijodu mill-1 ta' April 2019 sal-31 ta' Marzu 2021 u l-ammont pendenti fuq selfiet eliġibbli fil-31 ta' Marzu 2019; dan huwa kkalkulat bħala .

Formula

Jiddenota issa b’ EX id-devjazzjoni perċentwali ta’ NSMar 2021 mill-parametru referenzjarju tal-ammont pendenti matul il-perijodu mill-1 ta’ April 2019 sal-31 ta’ Marzu 2021, jiġifieri,

Formula

EX titqarreb sal-eqreb 15-il pożizzjoni deċimali. Fejn OAB huwa żero, EX jitqies daqs 1.15.

E.

Ħalli k pre  tindika l-perijodu tar-rata tal-imgħax ta’ qabel is-SIRP mid-data tas-saldu tat-TLTRO-III rispettiv sat-23 ta’ Ġunju 2020, k special tindika l-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali mill-24 ta’ Ġunju 2020 sat-23 ta’ Ġunju 2021, k adspecial tindika l-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali mill-24 ta’ Ġunju 2021 sat-23 ta’ Ġunju 2022, k post tindika l-perijodu tar-rata tal-imgħax ta’ wara l-ASIRP mill-24 ta’ Ġunju 2022 sal-aktar kmieni mit-22 ta’ Novembru 2022 jew id-data tal-ħlas lura bikri tat-TLTRO-III rispettiv, kif applikabbli, k main tindika l-perijodu tar-rata tal-imgħax ewlenija mid-data tas-saldu tat-TLTRO-III rispettiv sa l-aktar kmieni mit-22 ta’ Novembru 2022 jew id-data tal-ħlas lura bikri tat-TLTRO-III rispettiv, kif applikabbli, u k last tindika l-perijodu tar-rata tal-imgħax mit-23 ta’ Novembru 2022 sa l-aktar kmieni mid-data ta’ maturità tat-TLTRO-III rispettiv jew id-data tal-ħlas lura bikri tat-TLTRO-III rispettiv, kif applikabbli.

Ħalli

Formula
tkun il-medja tar-rata tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (MRO) applikabbli matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali mill-24 ta’ Ġunju 2020 sat-23 ta’ Ġunju 2021 tat-TLTRO-III k, espressa bħala rata perċentwali annwali u ħalli
Formula
tkun ir-rata medja tal-faċilità ta’ depożitu (DF) applikabbli matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali mill-24 ta’ Ġunju 2020 sat-23 ta’ Ġunju 2021 tat-TLTRO-III k, espressa bħala rata perċentwali annwali, jiġifieri:

Formula
Formula

Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq 

Formula
 tindika n-numru ta’ jiem tal-perijodu k special ta’ TLTRO-III k u, fejn l-MRO titwettaq taħt reġim ta’ allokazzjoni sħiħa b’rata fissa, 
Formula
 tindika r-rata applikata lill-MRO fil-ġurnata t tal-perijodu k special tat-TLTRO-III k, jew, fejn l-MRO titwettaq taħt proċedura ta’ sejħa għal offerti b’rata varjabbli, 
Formula
tindika r-rata minima tal-offerta applikata lill-MRO fil-ġurnata t tal-perijodu k special  ta’ TLTRO-III k, u f’kull każ
Formula
 hija espressa bħala rata perċentwali annwali. Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq
Formula
tindika r-rata applikata għad-DF fil-ġurnata t tal-perijodu k special tat-TLTRO-III k, u hija espressa bħala rata perċentwali annwali.

Ħalli

Formula
tkun il-medja tar-rata tal-MRO applikabbli matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali mill-24 ta’ Ġunju 2021 sat-23 ta’ Ġunju 2022 tat-TLTRO-III k, espressa bħala rata perċentwali annwali u ħalli
Formula
tkun il-medja tar-rata DF applikabbli matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali mill-24 ta’ Ġunju 2021 sat-23 ta’ Ġunju 2022 tat-TLTRO-III k, espressa bħala rata perċentwali annwali, jiġifieri:

Formula
Formula

Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq 

Formula
 tindika n-numru ta’ jiem tal-perijodu k adspecial ta’ TLTRO-III k u, fejn l-MRO titwettaq taħt reġim ta’ allokazzjoni sħiħa b’rata fissa, 
Formula
 tindika r-rata applikata lill-MRO fil-jum t tal-perijodu k adspecial tat-TLTRO-III k, jew, fejn l-MRO titwettaq taħt proċedura ta’ sejħa għal offerti b’rata varjabbli, 
Formula
tindika r-rata minima tal-offerta applikata lill-MRO fil-jum t tal-perijodu k adspecial  ta’ TLTRO-III k, u f’kull każ
Formula
 hija espressa bħala rata perċentwali annwali. Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq
Formula
tindika r-rata applikata għad-DF fil-jum t tal-perijodu k adspecial tat-TLTRO-III k, u hija espressa bħala rata perċentwali annwali.

Ħalli

Formula
tkun il-medja tar-rata MRO applikabbli mid-data tas-saldu tat-TLTRO-III k sa l-aktar kmieni mit-22 ta' Novembru 2022 jew id-data tal-ħlas lura tat-TLTRO-III k, kif applikabbli, espressa bħala rata perċentwali annwali u ħalli
Formula
tkun il-medja tar-rata DF applikabbli mid-data tas-saldu tat-TLTRO-III k sa l-aktar kmieni tat-22 ta' Novembru 2022 jew id-data tal-ħlas lura ta' TLTRO-III k, kif applikabbli, espressa bħala rata perċentwali annwali, jiġifieri:

Formula
Formula

Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq 

Formula
 tindika n-numru ta’ jiem tal-perijodu k main ta’ TLTRO-III k u, fejn l-MRO titwettaq taħt reġim ta’ allokazzjoni sħiħa b’rata fissa, 
Formula
 tindika r-rata applikata lill-MRO fil-ġurnata t tal-perijodu k main tat-TLTRO-III k, jew, fejn l-MRO titwettaq taħt proċedura ta’ sejħa għal offerti b’rata varjabbli, 
Formula
tindika r-rata minima tal-offerta applikata lill-MRO fil-ġurnata t tal-perijodu k main  ta’ TLTRO-III k, u f’kull każ
Formula
 hija espressa bħala rata perċentwali annwali. Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq
Formula
tindika r-rata applikata għad-DF fil-ġurnata t tal-perijodu k main tat-TLTRO-III k, u hija espressa bħala rata perċentwali annwali.

Ħalli

Formula
tkun il-medja tar-rata tal-MRO applikabbli mit-23 ta’ Novembru 2022 sal-aktar data bikrija tad-data tal-maturità tat-TLTRO-III k jew id-data tal-ħlas lura bikri tat-TLTRO-III k, kif applikabbli, espressa bħala rata perċentwali annwali u ħalli
Formula
tkun il-medja tar-rata DF applikabbli mit-23 ta’ Novembru 2022 sal-aktar data bikrija tal-maturità tat-TLTRO-III k jew id-data tal-ħlas lura bikri tat-TLTRO-III k, kif applikabbli, espressa bħala rata perċentwali annwali, jiġifieri:

Formula
Formula

Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq 

Formula
 tindika n-numru ta’ jiem tal-perijodu k last tat-TLTRO-III k u, fejn l-MRO titwettaq taħt reġim ta’ allokazzjoni sħiħa b’rata fissa, 
Formula
 tindika r-rata applikata lill-MRO fil-ġurnata t tal-perijodu k last tat-TLTRO-III k, jew, fejn l-MRO titwettaq taħt proċedura ta’ sejħa għal offerti b’rata varjabbli, 
Formula
tindika r-rata minima tal-offerta applikata lill-MRO fil-ġurnata t tal-perijodu k last  tat-TLTRO-III k, u f’kull każ
Formula
 hija espressa bħala rata perċentwali annwali. Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq
Formula
tindika r-rata applikata għad-DF fil-ġurnata t tal-perijodu k last tat-TLTRO-III k, u hija espressa bħala rata perċentwali annwali.

F.

Ħalli l-aġġustament tal-inċentiv tar-rata tal-imgħax, fejn applikabbli, ikun indikat bħala iri, imkejjel bħala frazzjoni tal-kuritur medju bejn:

i)

Formula

u

Formula

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax ewlenija tat-TLTRO-III rispettiv; jew

ii)

Formula

u

Formula

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax ewlenija tat-TLTRO-III rispettiv.

G.

Ħalli r-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għall-ħajja sħiħa ta’ TLTRO-III k (rata tal-imgħax finali), espressa bħala rata perċentwali annwali, tiġi indikata rk . Ħalli r-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal perijodu kj, b’ j = pre, special, adspecial, post jew last, tat-TLTRO-III k, espressa bħala rata perċentwali annwali, tkun indikata

Formula

.

H.

Ir-rata tal-imgħax rk hija definita bħala:

Formula

Fl-ekwazzjoni ta’ hawn fuq

Formula
tindika n-numru ta’ jiem tal-perijodu k pre tat-TLTRO-III k
Formula
tindika n-numru ta’ jiem tal-perijodu k post tat-TLTRO-III k.

Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal kull TLTRO-III k hija kkalkolata kif ġej:

(1)

Għal ammonti meħuda b’self fl-ewwel seba’ operazzjonijiet, jiġifieri, jekk k = 1,..., 7:

(a)

Jekk parteċipant ikun daqs jew jaqbeż il-parametru referezjarju tiegħu tat-tislif nett fil-perijodu ta' referenza speċjali u fil-perijodu ta’ referenza speċjali addizzjonali, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III hija:

(i)

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali: il-medja tar-rata DF matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi, li fi kwalunkwe każ ma tistax taqbeż minus 100 punt bażi, jiġifieri:

 

jekk NLSpecial ≥ NLB, mela

Formula
;

(ii)

matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali: il-medja tar-rata tad-DF matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi, li fi kwalunkwe każ ma tistax taqbeż minus 100 punt bażi, jiġifieri:

 

jekk NLADSpecial  ≥ NLB, mela

Formula
;

(iii)

matul il-perijodi tar-rata tal-imgħax ta’ qabel is-SIRP u wara l-ASIRP tat-TLTRO-III rispettivi: il-medja tar-rata tad-DF matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax ewlenija tat-TLTRO-III rispettivi, jiġifieri:

 

jekk NLSpecial ≥ NLB u NLADSpecial ≥ NLB, mela

Formula

(iv)

matul l-aħħar perijodu tar-rata tal-imgħax tat-TLTRO-III rispettiv: il-medja tar-rata tad-DF matul l-aħħar perijodu tar-rata tal-imgħax tat-TLTRO-III rispettiv, jiġifieri:

 

jekk NLSpecial ≥ NLB u NLADSpecial ≥ NLB, mela

Formula
.

(b)

Jekk parteċipant ikun daqs jew jaqbeż il-parametru referezjarju tiegħu tat-tislif nett fil-perijodu ta' referenza speċjali iżda ma jkunx daqs jew jaqbeż il-parametru referezjarju tiegħu tat-tislif nett fil-perjodu ta' referenza speċjali addizzjonali, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti mislufa minn dak il-parteċipant taħt TLTROs-III hija:

(i)

matul il-perijodu ta’ rata tal-imgħax speċjali: il-medja tar-rata DF matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi, li fi kwalunkwe każ ma tistax taqbeż minus 100 punt bażi, jiġifieri:

 

jekk NLSpecial ≥ NLB,

 

mela

Formula
;

(ii)

matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali: l-inqas bejn il-medja tar-rata tal-MRO matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi u l-medja tar-rata tad-DF matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax ewlenija tat-TLTRO-III rispettiv, jiġifieri:

 

jekk NLSpecial ≥ NLB u NLADSpecial < NLB,

 

mela

Formula
;

(iii)

matul il-perijodi tar-rata tal-imgħax ta’ qabel is-SIRP u ta’ wara l-ASIRP tat-TLTRO-III rispettivi: il-medja tar-rata tad-DF matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax ewlenija għat-TLTRO-III rispettivi, jiġifieri:

 

jekk NLSpecial ≥ NLB u NLADSpecial < NLB, mela

Formula

(iv)

matul l-aħħar perijodu tar-rata tal-imgħax tat-TLTRO-III rispettiv: il-medja tar-rata tad-DF matul l-aħħar perijodu tar-rata tal-imgħax tat-TLTRO-III rispettiv, jiġifieri:

 

jekk NLSpecial ≥ NLB u NLADSpecial < NLB, mela

Formula
.

(c)

Jekk parteċipant ma jkunx daqs jew jaqbeż il-parametru referenzjarju tiegħu tat-tislif nett fil-perijodu ta' referenza speċjali iżda jkun daqs jew jaqbeż il-parametru referenzjarju tiegħu tat-tislif nett fil-perijodu ta' referenza speċjali addizzjonali u jaqbeż il-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti tiegħu ta' self eliġibbli matul it-tieni perijodu ta' referenza b'mill-inqas 1,15 %, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti mislufa minn dak il-parteċipant taħt TLTROs-III hija:

(i)

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali: l-inqas bejn il-medja tar-rata tal-MRO matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi u l-medja tar-rata tad-DF matul il-perijodu tar-rata ta’ imgħax ewlenija tat-TLTRO-III rispettiv, jiġifieri:

 

jekk NLSpecjali < NLB u EX ≥ 1,15,

 

imbagħad iri = 100 % u

Formula
;

(ii)

matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali: il-medja tar-rata tad-DF matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi, li fi kwalunkwe każ ma tistax taqbeż minus 100 punt bażi, jiġifieri:

 

jekk NLADSpecial  ≥ NLB, NLSpecial  < NLB u EX ≥ 1,15,

 

mela

Formula
;

(iii)

matul il-perijodi tar-rata tal-imgħax ta’ qabel is-SIRP u ta’ wara l-ASIRP tat-TLTRO-III rispettivi: il-medja tar-rata tad-DF matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax ewlenija tat-TLTRO-III rispettivi, jiġifieri:

 

jekk NLSpecial < NLB, NLADSpecial ≥ NLB u EX ≥ 1,15,

 

imbagħad iri = 100 % u

Formula
;

(iv)

matul l-aħħar perijodu tar-rata tal-imgħax tat-TLTRO-III rispettiv: il-medja tar-rata tad-DF matul l-aħħar perijodu tar-rata tal-imgħax tat-TLTRO-III rispettiv, jiġifieri:

 

jekk NLSpecial  < NLB, NLADSpecial ≥ NLB u EX ≥ 1,15, mela iri = 100 % u

Formula
.

(d)

Jekk parteċipant ma jkunx daqs jew jaqbeż is-self nett tal-parametru referenzjarju tiegħu fil-perijodu ta' referenza speċjali, ma jkunx daqs jew jaqbeż is-self nett tal-punt ta' referenza tiegħu fil-perijodu ta' referenza speċjali addizzjonali, iżda jaqbeż il-punt ta’ riferiment tal-ammont pendenti tiegħu ta' self eliġibbli matul it-tieni perijodu ta' referenza b' tal-inqas 1,15 %, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti mislufa minn dak il-parteċipant taħt TLTROs-III hija:

(i)

matul il-perijodu ta’ rata ta’ imgħax speċjali: l-inqas bejn il-medja tar-rata tal-MRO matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi u l-medja tar-rata tad-DF matul il-perijodu tar-rata ta’ imgħax ewlenija tat-TLTRO-III rispettiv, jiġifieri:

 

jekk NLSpecjali < NLB u EX ≥ 1,15,

 

imbagħad iri = 100 % u

Formula
;

(ii)

matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali: l-inqas bejn il-medja tar-rata tal-MRO matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi u l-medja tar-rata tad-DF matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax ewlenija tat-TLTRO-III rispettiv, jiġifieri:

 

jekk NLADSpecial  < NLB, NLSpecial  < NLB u EX ≥ 1,15,

 

imbagħad iri = 100 % u

Formula
;

(iii)

matul il-perijodi tar-rata tal-imgħax ta’ qabel is-SIRP u ta’ wara l-ASIRP tat-TLTRO-III rispettivi: il-medja tar-rata tad-DF matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax ewlenija għat-TLTRO-III rispettivi, jiġifieri:

 

jekk NLSpecial < NLB, NLADSpecial  < NLB u EX ≥ 1,15,

 

imbagħad iri = 100 % u

Formula
;

(iv)

matul l-aħħar perijodu tar-rata tal-imgħax tat-TLTRO-III rispettiv: il-medja tar-rata tad-DF matul l-aħħar perijodu tar-rata tal-imgħax tat-TLTRO-III rispettiv, jiġifieri:

 

jekk NLSpecial < NLB, NLADSpecial  < NLB u EX ≥ 1,15,

 

imbagħad iri = 100 % u

Formula
.

(e)

Jekk parteċipant ma jkunx daqs jew jaqbeż il-parametru referenzjarju tiegħu tat-tislif nett fil-perijodu ta' referenza speċjali iżda jkun daqs jew jaqbeż il-parametru referenzjarju tiegħu tat-tislif nett fil-perijodu ta' referenza speċjali addizzjonali u jaqbeż il-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti ta' self eliġibbli matul it-tieni perijodu ta' referenza b'inqas minn 1,15 %, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti mislufa minn dak il-parteċipant taħt TLTROs-III hija:

(i)

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax ta' qabel is-SIRP tat-TLTRO-III rispettiv: ir-rata tal-imgħax li hija gradwata b'mod lineari skont il-perċentwal li bih il-parteċipant jaqbeż l-ammont pendenti tal-parametru referenzjarju tiegħu, jiġifieri,

 

jekk NLSpecial  < NLB u 0 < EX < 1,15,

 

mela

Formula
u
Formula
;

(ii)

matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali: l-inqas bejn il-medja tar-rata tal-MRO matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi u r-rata ta’ imgħax ikkalkulata skont il-punt (i), jiġifieri:

 

jekk NLSpecial  < NLB u 0 < EX < 1,15,

 

mela

Formula
u
Formula
;

(iii)

matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali: il-medja tar-rata tad-DF matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi, li fi kwalunkwe każ ma tistax taqbeż minus 100 punt bażi, jiġifieri:

 

jekk NLADSpecial  ≥ NLB, NLSpecial  < NLB u 0 < EX < 1,15 mela

Formula

(iv)

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax ta’ wara l-ASIRP tat-TLTRO-III rispettiv: il-medja tar-rata tad-DF matul l-aħħar perijodu tar-rata tal-imgħax tat-TLTRO-III rispettiv, jiġifieri:

 

jekk NLSpecial  < NLB, NLADSpecial  ≥ NLB u 0 < EX < 1,15,

 

mela

Formula

(v)

matul l-aħħar perijodu tar-rata tal-imgħax tat-TLTRO-III rispettiv: il-medja tar-rata tad-DF matul l-aħħar perijodu tar-rata tal-imgħax tat-TLTRO-III rispettiv, jiġifieri:

 

jekk NLSpecial  < NLB, NLADSpecial  ≥ NLB u 0 < EX < 1,15,

 

mela

Formula
.

(f)

Jekk parteċipant ma jkunx daqs jew jaqbeż il-parametru referenzjarju tiegħu tat-tislif nett fil-perijodu ta' referenza speċjali, ma jkunx daqs jew jaqbeż il-parametru referenzjarju tiegħu tat-tislif nett fil-perijodu ta' referenza speċjali addizzjonali iżda jaqbeż il-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti ta' self eliġibbli matul it-tieni perijodu ta' referenza b'inqas minn 1,15 %, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti mislufa minn dak il-parteċipant taħt TLTROs-III hija:

(i)

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali: l-inqas bejn il-medja tar-rata tal-MRO matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi u r-rata tal- imgħax ikkalkulata skont il-punt (iii), jiġifieri:

 

jekk NLSpecial  < NLB, u 0 < EX < 1,15,

 

mela

Formula
u
Formula
;

(ii)

matul il-perjodu addizzjoniali tar-rata tal-imgħax speċjali: l-inqas bejn il-medja tar-rata tal-MRO matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi u r-rata ta’ imgħax ikkalkulata skont il-punt (iii), jiġifieri:

 

jekk NLSpecial  < NLB, NLADSpecial  < NLB u 0 < EX < 1,15,

 

mela

Formula
u
Formula
;

(iii)

matul il-perijodi tar-rata tal-imgħax ta' qabel is-SIRP u ta' wara l-ASIRP tat-TLTRO-III rispettivi: ir-rata tal-imgħax li hija gradwata b'mod lineari skont il-perċentwal li bih il-parteċipant jaqbeż il-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti tiegħu, jiġifieri,

 

jekk NLSpecial  < NLB, NLADSpecial  < NLB u 0 < EX < 1,15,

 

mela

Formula
u
Formula

(iv)

matul l-aħħar perijodu tar-rata tal-imgħax tat-TLTRO-III rispettiv: ir-rata tal-imgħax li hija gradwata b'mod lineari skont il-perċentwal li bih il-parteċipant jaqbeż l-ammont pendenti tal-parametru referenzjarju tiegħu, jiġifieri,

 

jekk NLSpecial  < NLB, NLADSpecial  < NLB u 0 < EX < 1,15,

 

mela

Formula
u
Formula
;

(g)

Jekk parteċipant ma jkunx daqs jew jaqbeż il-parametru referenzjarju tiegħu tat-tislif nett fil-perijodu ta' referenza speċjali, ma jaqbiżx il-punt ta' riferiment tal-ammont tiegħu fit-tieni perijodu ta' referenza, iżda jkun daqs jew jaqbeż il-parametru referenzjarju tiegħu tat-tislif nett fil-perijodu ta' referenza speċjali addizzjonali, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti mislufa minn dak il-parteċipant taħt TLTROs-III huwa:

(i)

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax ta’ qabel is-SIRP tat-TLTRO-III rispettiv: il-medja tar-rata tal-MRO matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax ewlenija tat-TLTRO-III rispettiv, jiġifieri:

 

jekk NLSpecial  < NLB u EX ≤ 0, mela iri = 0 % u

Formula
;

(ii)

matul il-perijodu speċjali tar-rata tal-imgħax: il-medja tar-rata tal-MRO matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi, jiġifieri:

 

jekk NLSpecial < NLB u EX ≤ 0, mela

Formula
;

(iii)

matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali: il-medja tar-rata tad-DF matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi, li fi kwalunkwe każ ma tistax taqbeż minus 100 punt bażi, jiġifieri:

 

jekk NLADSpecial  ≥ NLB, NLSpecial  < NLB and EX ≤ 0

 

mela

Formula
;

(iv)

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax ta’ wara l-ASIRP tat-TLTRO-III rispettiv: il-medja tar-rata tad-DF matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax ewlenija tat-TLTRO-III rispettiv, jiġifieri:

 

jekk NLSpecial < NLB, NLADSpecial  ≥ NLB u EX ≤ 0, mela

Formula
 ;

(v)

matul l-aħħar perijodu tar-rata tal-imgħax tat-TLTRO-III rispettiv: il-medja tar-rata tad-DF matul l-aħħar perijodu tar-rata tal-imgħax tat-TLTRO-III rispettiv, jiġifieri:

 

jekk NLSpecial  < NLB, NLADSpecial  ≥ NLB u EX ≤ 0, mela

Formula
.

(h)

Jekk parteċipant ma jkunx daqs jew jaqbeż il-parametru referenzjarju tiegħu tat-tislif nett fil-perijodu ta’ referenza speċjali, ma jkunx daqs jew ma jaqbiżx il-parametru referenzjarju tiegħu tat-tislif nett fil-perijodu ta’ referenza speċjali addizzjonali u ma jaqbiżx il-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti fit-tieni perijodu ta’ referenza, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti mislufa minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III hija:

(i)

matul il-perijodu speċjali tar-rata tal-imgħax: il-medja tar-rata tal-MRO matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi, jiġifieri:

 

jekk NLSpecial < NLB u EX ≤ 0, mela

Formula
;

(ii)

matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali: il-medja tar-rata tal-MRO fuq dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi, jiġifieri:

 

jekk NLSpecial < NLB, NLADSpecial  < NLB u EX ≤ 0,

 

mela

Formula
;

(iii)

matul il-perijodi tar-rata tal-imgħax ta’ qabel is-SIRP u ta’ wara l-ASIRP tat-TLTRO-III rispettivi: il-medja tar-rata tal-MRO matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax ewlenija għat-TLTRO-III rispettivi, jiġifieri:

 

jekk NLSpecial < NLB, NLADSpecial  < NLB u EX ≤ 0,

 

mela iri = 0 % u

Formula
;

(iv)

matul l-aħħar perijodu tar-rata tal-imgħax tat-TLTRO-III rispettiv: il-medja tar-rata tal-MRO matul l-aħħar perijodu tar-rata tal-imgħax tat-TLTRO-III rispettiv, jiġifieri:

 

jekk NLSpecial < NLB, NLADSpecial  < NLB u EX ≤ 0,

 

mela iri = 0 % u

Formula
.

(2)

Għal ammonti mislufa fit-tmien TLTROs-III jew fit-TLTROs-III sussegwenti, jiġifieri, jekk k = 8, 9 jew 10:

(a)

Jekk parteċipant ikun daqs jew jaqbeż il-parametru referenzjarju tat-tislif nett tiegħu fil-perijodu ta' referenza speċjali addizzjonali, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III hija:

(i)

matul il-perijodu addizzjonali ta’ rata tal-imgħax speċjali: il-medja tar-rata tad-DF matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi, li fi kwalunkwe każ ma tistax taqbeż minus 100 punt bażi, jiġifieri:

 

jekk NLADSpecial  ≥ NLB, mela

Formula
;

(ii)

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax ta’ wara l-ASIRP tat-TLTRO-III rispettiv: il-medja tar-rata tad-DF matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax ewlenija tat-TLTRO-III rispettiv, jiġifieri:

 

jekk NLADSpecial  ≥ NLB, mela

Formula
;

(iii)

matul l-aħħar perijodu tar-rata tal-imgħax tat-TLTRO-III rispettiv: il-medja tar-rata tad-DF matul l-aħħar perijodu tar-rata tal-imgħax tat-TLTRO-III rispettiv, jiġifieri:

 

jekk NLADSpecial  ≥ NLB, mela

Formula
;

(b)

Jekk parteċipant ma jkunx daqs jew jaqbeż il-parametru referenzjarju tat-tislif nett tiegħu fil-perijodu ta' referenza speċjali addizzjonali, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għall-ammonti mislufa minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III hija:

(i)

matul il-perijodu addizzjonali tar-rata tal-imgħax speċjali: il-medja tar-rata tal-MRO matul il-perijodu rispettiv nieqes 50 punt bażi, jiġifieri:

 

jekk NLADSpecial  < NLB, mela

Formula
;

(ii)

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax ta’ wara l-ASIRP tat-TLTRO-III rispettiv: il-medja tar-rata tal-MRO fuq il-perjodu tar-rata tal-imgħax ewlenija tat-TLTRO-III rispettiv, jiġifieri:

 

jekk NLADSpecial  < NLB, mela

Formula

(iii)

matul l-aħħar perijodu tar-rata tal-imgħax tat-TLTRO-III rispettiv: il-medja tar-rata tal-MRO matul l-aħħar perijodu tar-rata tal-imgħax tat-TLTRO-III rispettiv, jiġifieri:

 

jekk NLADSpecial  < NLB, mela

Formula

L-aġġustament tal-inċentiv tar-rata tal-imgħax (iri) tiġi espressa bi tqarrib sa 15-il pożizzjoni deċimali.

Ir-rati tal-imgħax

Formula
Formula
huma espressi bħala rata perċentwali annwali mqarrba sa 13-il pożizzjoni deċimali.

Formula
,
Formula
huma espressi bħala rata perċentwali annwali mqarrba sa 13-il pożizzjoni deċimali.

Formula
,
Formula
huma espressi bħala rata perċentwali annwali mqarrba sa 13-il pożizzjoni deċimali.

Ir-rata tal-imgħax finali r k hija espressa bħala rata perċentwali annwali, imqarrba ’l-isfel sar-raba' pożizzjoni deċimali.”


Top