This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D1505
Council Decision (CFSP) 2022/1505 of 9 September 2022 amending Decision 2012/392/CFSP on the European Union CSDP mission in Niger (EUCAP Sahel Niger)
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1505 tad-9 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger)
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1505 tad-9 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger)
ST/11199/2022/INIT
ĠU L 235, 12.9.2022, p. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 235/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1505
tad-9 ta’ Settembru 2022
li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni ta’ PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-16 ta’ Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/392/PESK (1) li stabbiliet missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer sabiex tappoġġa t-tisħiħ tal-kapaċità tal-atturi tas-sigurtà tan-Niġer biex jikkumbattu t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata (EUCAP Sahel Niger). |
(2) |
Fis-7 ta’ Settembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1254 (2) u estenda l-Missjoni sat-30 ta’ Settembru 2022. |
(3) |
Fil-15 ta’ Ġunju 2022, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) eżamina r-Rieżami Strateġiku tal-Missjoni u qabel li jestendi l-EUCAP Sahel Niger sat-30 ta’ Settembru 2024. Fit-28 ta’ Ġunju 2022, meta għalaq ir-Rieżami Strateġiku tal-Missjoni, il-KPS qabel ukoll fost l-oħrajn li l-Missjoni jenħtieġ li tkun tista’ tiskambja informazzjoni klassifikata tal-UE mal-aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tal-Unjoni, fil-qafas tal-mandat tagħha. |
(4) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/392/PESK tiġi emendata skont dan. |
(5) |
L-EUCAP Sahel Niger ser titwettaq fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2012/392/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 3, il-paragrafu 4 huwa sostitwit u jiddaħħal paragrafu ġdid, kif ġej: “4. L-EUCAP Sahel Niger għandha tiżviluppa u timplimenta, f’koordinazzjoni mill-qrib mad-delegazzjoni tal-Unjoni f’Niamey, strateġija ta’ komunikazzjoni biex jitrawmu l-valuri tal-UE u tiġi promossa l-azzjoni tal-UE fis-Saħel, b’mod partikolari fin-Niġer. 5. L-EUCAP Sahel Niger ma għandha twettaq l-ebda funzjoni eżekuttiva.”; |
(2) |
fl-Artikolu 13(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-ammont ta’ referenza finanzjarja biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Sahel Niger għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2022 sat-30 ta’ Settembru 2024 għandu jkun ta’ EUR 72 161 381,16.”; |
(3) |
fl-Artikolu 14, jiżdied il-paragrafu li ġej: “4. Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoopera ma’ Missjonijiet oħra tal-PSDK, b’mod partikolari mal-EUCAP Sahel Mali, inkluż iċ-Ċellula ta’ Konsulenza u Koordinazzjoni Reġjonali, u mal-EUBAM Libya.”; |
(4) |
fl-Artikolu 15, il-paragrafu 4 huwa sostitwit, u jiżdied paragrafu ġdid, kif ġej: “4. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lill-aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tal-Unjoni, b’mod partikolari lill-Frontex u lill-Europol, informazzjoni klassifikata tal-UE ġġenerata għall-finijiet tal-EUCAP Sahel Niger sal-livell rilevanti ta’ klassifikazzjoni rispettivament għal kull waħda minnhom, f’konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti tekniċi għal dak il-għan. 5. Ir-Rappreżentant Għoli jista’ jiddelega s-setgħat imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4, kif ukoll il-kapaċità li jikkonkludu l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 2 u 4, lil persuni li jkunu mqiegħda taħt l-awtorità tiegħu/tagħha, lill-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili u/jew lill-Kap tal-Missjoni.”; |
(5) |
fl-Artikolu 16, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “Hija għandha tapplika sat-30 ta’ Settembru 2024.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. SÍKELA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/392/PESK tas-16 ta’ Lulju 2012 dwar il-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 187, 17.7.2012, p. 48).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1254 tas-7 ta’ Settembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 294, 8.9.2020, p. 3).