This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D1350
Council Decision (EU) 2022/1350 of 29 July 2022 authorising the opening of negotiations on a status agreement between the European Union and the Republic of North Macedonia on operational activities carried out by the European Border and Coast Guard Agency in the Republic of North Macedonia
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1350 tad-29 ta’ Lulju 2022 li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar ftehim dwar l-istatus bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1350 tad-29 ta’ Lulju 2022 li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar ftehim dwar l-istatus bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq
ST/11567/2022/INIT
ĠU L 203, 3.8.2022, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
3.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 203/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1350
tad-29 ta’ Lulju 2022
li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar ftehim dwar l-istatus bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2), il-punti (b) u (d), l-Artikolu 79(2), il-punt (c), u l-Artikolu 218(3) u (4) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
F’ċirkostanzi li jeħtieġu l-iskjerament ta’ timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta lejn pajjiż terz fejn il-membri tat-timijiet ser jeżerċitaw setgħat eżekuttivi, l-Artikolu 73(3) tar-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jitlob li jiġi konkluż ftehim dwar l-istatus mill-Unjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat abbażi tal-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Jenħtieġ li jinfetħu negozjati bil-ħsieb li jiġi konkluż ftehim dwar l-istatus mar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq dwar azzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fit-territorju tar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq. |
|
(3) |
Jenħtieġ li dawk in-negozjati jibnu fuq l-abbozz ta’ ftehim dwar l-istatus inizjalat fl-2018 mill-Unjoni u mir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq, filwaqt li jitqiesu l-bidliet fil-qafas legali introdotti bir-Regolament (UE) 2019/1896, b’mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, il-protezzjoni tad-data, il-privileġġi u l-immunitajiet u l-prevenzjoni tal-frodi, kif ukoll il-bidliet li jirriżultaw mill-Ftehim ta’ Prespa (2). Il-ftehim dwar l-istatus jenħtieġ li jiġi abbozzat f’żewġ kopji fl-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-lingwa tal-Maċedonja, bit-testi kollha ugwalment awtentiċi. |
|
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhix qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (3). Għalhekk l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata tiftaħ negozjati, f’isem l-Unjoni, għall-ftehim dwar l-istatus mar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq.
Artikolu 2
In-negozjati għandhom jitmexxew fuq il-bażi tad-direttivi ta’ negozjati tal-Kunsill li jinsabu fl-addendum ta’ din id-Deċiżjoni u f’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BEK
(1) Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1).
(2) Ftehim Finali għas-soluzzjoni tad-differenzi kif deskritt fir-Riżoluzzjonijiet 817 (1993) u 845 (1993) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, it-tmiem tal-Ftehim Interim tal-1995, u l-istabbiliment ta’ sħubija strateġika bejn il-Partijiet.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).