EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D1257

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1257 tat-18 ta’ Lulju 2022 li taħtar ħames membri u seba’ membri supplenti, proposti mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat tar-Reġjuni

ST/9823/2022/INIT

ĠU L 191, 20.7.2022, p. 63–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1257/oj

20.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/63


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1257

tat-18 ta’ Lulju 2022

li taħtar ħames membri u seba’ membri supplenti, proposti mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Filwaqt li kkunsidra l-proposti mill-Gvern Daniż,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Fis-17 ta’ Frar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/234 (3) li taħtar membru supplenti, propost mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Saru vakanti s-siġġijiet ta’ erba’ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni wara r-riżenji tas-Sur Jess LAURSEN, is-Sur Arne LÆGAARD u s-Sur Per NØRHAVE, u t-tmiem tal-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu s-Sur Per Bødker ANDERSEN ġie propost għall-ħatra.

(4)

Saru vakanti s-siġġijiet ta’ sitt membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni wara r-riżenja tas-Sur Søren WINDELL, u t-tmiem tal-mandati nazzjonali li abbażi tagħhom is-Sur Steen Bording ANDERSEN, is-Sa Vibeke Syppli ENRUM, is-Sur Erik HØGH-SØRENSEN, is-Sur Anders Rosenstand LAUGESEN u s-Sur Evan LYNNERUP OLESEN ġew proposti għall-ħatra.

(5)

Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Jens Christian GJESING bħala membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni, ser isir vakanti s-siġġu ta’ membru.

(6)

Konsegwentement għall-ħatra tas-Sa Kirsten Maria Meyer JENSEN bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, ser isir vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti.

(7)

Il-Gvern Daniż ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: is-Sur Bent GRAVERSEN, Regionsrådsmedlem, Regionsrådet, Region Midtjylland (Kunsillier Reġjonali, ir-Reġjun tad-Danimarka Ċentrali), is-Sa Kirsten Maria Meyer JENSEN, Borgmester, Hillerød Kommune (Sindku, il-Muniċipalità ta’ Hillerød), is-Sur Torsten NIELSEN, 2. Viceborgmester, Viborg Kommune (it-Tieni Viċi Sindku, il-Muniċipalità ta’ Viborg), is-Sa Hanne ROED, Regionsrådsmedlem, Regionsrådet, Region Midtjylland (Kunsillier Reġjonali, ir-Reġjun tad-Danimarka Ċentrali), u s-Sur Peter Sønderby Westphal SØRENSEN, Borgmester, Horsens Kommune (Sindku, il-Muniċipalità ta’ Horsens).

(8)

Il-Gvern Daniż ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sur Jens Christian GJESING, Kommunalbestyrelsesmedlem, Haderslev Kommune (membru tal-Kunsill tal-Belt, il-Muniċipalità ta’ Haderslev), is-Sur Flemming KNUDSEN, Regionsrådsmedlem, Regionsrådet, Region Midtjylland (Kunsillier Reġjonali, ir-Reġjun tad-Danimarka Ċentrali), is-Sur Tage LEEGAARD, Regionsrådsmedlem Regionsrådet, Region Nordjylland (Kunsillier Reġjonali, ir-Reġjun tad-Danimarka ta’ Fuq), is-Sa Anne MADSEN, Kommunalbestyrelsesmedlem, Sorø Kommune (membru tal-Kunsill tal-Belt, il-Muniċipalità ta’ Sorø), is-Sur Henrik Lena MADSEN, Byrådsmedlem, Kerteminde Kommune (membru tal-Kunsill tal-Belt, il-Muniċipalità ta’ Kerteminde), is-Sur Thomas ROHDEN, Regionsrådsmedlem, Regionsrådet, Region Hovedstaden (Kunsillier Reġjonali, Kunsill Reġjonali, ir-Reġjun Kapitali), is-Sur Mads SØRENSEN, Borgmester, Varde Kommune (Sindku, il-Muniċipalità ta’ Varde),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:

(a)

bħala membri:

is-Sur Bent GRAVERSEN, Regionsrådsmedlem, Regionsrådet, Region Midtjylland (Kunsillier Reġjonali, ir-Reġjun tad-Danimarka Ċentrali),

is-Sa Kirsten Maria Meyer JENSEN, Borgmester, Hillerød Kommune (Sindku, il-Muniċipalità ta’ Hillerød),

is-Sur Torsten NIELSEN, 2. Viceborgmester, Viborg Kommune (it-Tieni Viċi Sindku, il-Muniċipalità ta’ Viborg),

is-Sa Hanne ROED, Regionsrådsmedlem, Regionsrådet, Region Midtjylland (Kunsillier Reġjonali, ir-Reġjun tad-Danimarka Ċentrali),

is-Sur Peter Sønderby Westphal SØRENSEN, Borgmester, Horsens Kommune (Sindku, il-Muniċipalità ta’ Horsens),

u

(b)

bħala membri supplenti:

is-Sur Jens Christian GJESING, Kommunalbestyrelsesmedlem, Haderslev Kommune (membru tal-Kunsill tal-Belt, il-Muniċipalità ta’ Haderslev),

is-Sur Flemming KNUDSEN, Regionsrådsmedlem, Regionsrådet, Region Midtjylland (Kunsillier Reġjonali, ir-Reġjun tad-Danimarka Ċentrali),

is-Sur Tage LEEGAARD, Regionsrådsmedlem Regionsrådet, Region Nordjylland (Kunsillier Reġjonali, ir-Reġjun tad-Danimarka ta’ Fuq),

is-Sa Anne MADSEN, Kommunalbestyrelsesmedlem, Sorø Kommune (membru tal-Kunsill tal-Belt, il-Muniċipalità ta’ Sorø),

is-Sur Henrik Lena MADSEN, Byrådsmedlem, Kerteminde Kommune (membru tal-Kunsill tal-Belt, il-Muniċipalità ta’ Kerteminde),

is-Sur Thomas ROHDEN, Regionsrådsmedlem, Regionsrådet, Region Hovedstaden (Kunsillier Reġjonali, Kunsill Reġjonali, ir-Reġjun Kapitali),

is-Sur Mads SØRENSEN, Borgmester, Varde Kommune (Sindku, il-Muniċipalità ta’ Varde).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

Z. NEKULA


(1)  ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/234 tas-17 ta’ Frar 2020 li taħtar membru supplenti, propost mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 47 I, 20.2.2020, p. 6).


Top