EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R1246

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1246 tal-14 ta’ Lulju 2022 li japprova emendi mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti “Bra” (DOP)

C/2022/5148

ĠU L 191, 20.7.2022, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1246/oj

20.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1246

tal-14 ta’ Lulju 2022

li japprova emendi mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti “Bra” (DOP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-Ispeċifikazzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Bra”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1263/96 (2), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1280/2014 (3).

(2)

Billi l-emendi kkonċernati mhumiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Il-Kummissjoni rċeviet żewġ ittri li jopponu l-approvazzjoni tal-emenda għall-Ispeċifikazzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Bra”. L-ewwel ittra waslet fl-4 ta’ Marzu 2022 minn assoċjazzjoni ta’ produtturi tal-ingredjenti tal-ikel stabbilita fi Franza. It-tieni ittra waslet fil-15 ta’ Marzu 2022 mingħand persuna fiżika residenti fi Franza. Iż-żewġ ittri ntbagħtu direttament lill-Kummissjoni.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 51(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom interess leġittimu, jkunu residenti jew stabbiliti fi Stat Membru ieħor għajr dak minn fejn tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni, jistgħu jippreżentaw avviż ta’ oppożizzjoni lill-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti. Meta jitqies li ż-żewġ ittri li jopponu l-approvazzjoni tal-emenda ġew ippreżentati direttament lill-Kummissjoni u għalhekk mhux f’konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 51(1) imsemmi qabel, dawn l-ittri ta’ oppożizzjoni jitqiesu inammissibbli.

(5)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-emendi għall-Ispeċifikazzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Bra” jenħtieġ li jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi tal-Ispeċifikazzjoni ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar l-isem “Bra” (DOP), huma b’dan approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1263/96 tal-1 ta’ Lulju 1996 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi u d-Denominazzjoni tal-Oriġini skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 163, 2.7.1996, p. 19).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1280/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Bra (DPO)] (ĠU L 347, 3.12.2014, p. 10)

(4)  ĠU C 507, 16.12.2021, p. 18.


Top