This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R0090
Commission Implementing Regulation (EU) 2022/90 of 21 January 2022 laying down rules for the application of Directive (EU) 2019/883 of the European Parliament and of the Council as regards the detailed elements of the Union risk-based targeting mechanism for selecting ships for inspection (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/90 tal-21 ta’ Jannar 2022 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-elementi dettaljati tal-mekkaniżmu tal-Unjoni tal-immirar ibbażat fuq ir-riskju għall-għażla ta’ vapuri għall-ispezzjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/90 tal-21 ta’ Jannar 2022 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-elementi dettaljati tal-mekkaniżmu tal-Unjoni tal-immirar ibbażat fuq ir-riskju għall-għażla ta’ vapuri għall-ispezzjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2022/304
ĠU L 15, 24.1.2022, p. 7–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
24.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 15/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/90
tal-21 ta’ Jannar 2022
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-elementi dettaljati tal-mekkaniżmu tal-Unjoni tal-immirar ibbażat fuq ir-riskju għall-għażla ta’ vapuri għall-ispezzjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta’ skart minn vapuri, li temenda d-Direttiva 2010/65/UE u li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE (1), u b’mod partikolari l-Artiklu 11(2), it-tieni subparagrafu, tiegħu,
Billi:
(1) |
L-infurzar effettiv tal-obbligu li l-iskart jitwassal fil-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart huwa ta’ importanza kbira biex tiġi indirizzata b’mod effettiv il-problema taż-żibel fil-baħar u skart ieħor mit-trasport marittimu li jidħol fl-ambjent tal-baħar. |
(2) |
Mekkaniżmu uniku tal-Unjoni għall-immirar ibbażat fuq ir-riskju jeħtieġ jipprevedi kundizzjonijiet uniformi għall-għażla ta’ vapuri għall-ispezzjoni skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva (UE) 2019/883. |
(3) |
Bl-istabbiliment ta’ mekkaniżmu tal-Unjoni ta’ mmirar ibbażat fuq ir-riskju, l-awtoritajiet rilevanti fl-Istati Membri għandu jkollhom għodda ta’ appoġġ biex jissodisfaw l-impenn ta’ spezzjoni skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva (UE) 2019/883. |
(4) |
Sabiex jiġi vvalutat ir-riskju li vapur ma jikkonformax mal-obbligi stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2019/883, jeħtieġ jitqiesu diversi parametri, li flimkien jipprovdu indikazzjoni ċara ta’ tali riskju. Dawk il-parametri għandhom ikunu: in-nuqqas ta’ konformità jew indikazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti għall-konsenja tal-iskart; il-perjodu ta’ żmien li jkun għadda mill-aħħar spezzjoni; l-eżistenza ta’ rapporti preċedenti ta’ nuqqas ta’ konformità mill-awtoritajiet tal-port rilevanti; il-port tal-waqfa ta’ qabel u dak li jmiss; l-eżistenza ta’ eżenzjoni għal dak il-vapur; u l-informazzjoni inkluża fuq SafeSeaNet u fit-THETIS-EU. |
(5) |
Sabiex jiġu previsti kundizzjonijiet uniformi għall-għażla tal-vapuri għall-ispezzjoni, huwa indispensabbli li l-Istati Membri japplikaw metodoloġija armonizzata. Għalhekk l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont id-Direttiva (UE) 2019/883 jeħtieġ jieħdu l-forma ta’ regolamenti ta’ implimentazzjoni. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Vapuri, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Għall-finijiet tal-ispezzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jikklassifikaw il-vapuri msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2019/883, fil-kategoriji tal-livell tar-riskju li ġejjin:
(a) |
Livell tar-riskju 1 (riskju għoli); |
(b) |
Livell tar-riskju 2 (riskju medju); |
(c) |
Livell tar-riskju 3 (riskju baxx); |
(d) |
Livell tar-riskju 4 (riskju minimu); |
2. Il-kategorija tal-livell tar-riskju għal kull vapur għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-parametri tar-riskju stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness.
3. Il-parametri tal-livell tar-riskju stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness għandhom jiġu applikati skont il-metodoloġija msemmija fil-punti 1 sa 4 tal-Anness.
Artikolu 2
Meta jikkonformaw mal-impenji ta’ spezzjoni stabbiliti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva (UE) 2019/883, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
jagħtu prijorità lill-ispezzjoni ta’ vapuri b’kategorija ta’ livell ta’ riskju ogħla; |
(b) |
jagħżlu b’mod aleatorju għall-ispezzjoni mill-inqas 1 % tal-għadd ta’ vapuri li għandhom jiġu spezzjonati kull sena. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
Metodoloġija:
1.
Il-parametri tar-riskju stabbiliti fit-Tabella 1 għandhom jintużaw biex jiġi ddeterminat il-livell ta’ riskju tal-bastiment.
2.
Kull parametru tar-riskju stabbilit fit-Tabella 1 jiġi assenjat kodiċi tal-kulur differenti li jirrappreżenta l-livell ta’ riskju: Aħmar (għoli), oranġjo (medju) jew isfar (baxx).
3.
L-assenjazzjoni tal-livell tar-riskju lil vapur abbażi tal-allerti għall-parametri tar-riskji fit-Tabella 1 għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji stabbiliti fit-Tabella 2.
4.
Sabiex ikunu applikati diversi allerti attivi fl-istess ħin għall-assenjazzjoni tal-livelli ta’ riskju stabbiliti fit-Tabella 2, jistgħu jiġu applikati l-fatturi ta’ konverżjoni stabbiliti fit-Tabella 3.Tabella 1
Parametri tar-riskju
Numru tal-parametru tar-riskju |
Livell ta’ riskju tal-allert (Kodiċi tal-kulur) |
Deskrizzjoni tal-parametru tar-riskju |
Kriterji għall-attivazzjoni ta’ allert għall-parametru tar-riskju |
Kriterji għad-diżattivazzjoni ta’ allert għall-parametru tar-riskju |
1 |
Oranġjo |
Nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti avvanzati ta’ notifika tal-iskart stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2019/883. |
L-allert jiġi attivat jekk in-notifika bil-quddiem dwar l-iskart ma tkunx intbagħtet jew ma jkunx fiha informazzjoni obbligatorja. |
L-allert jintbagħat biex jiġi kkalkulat f’Port A abbażi tan-notifika bil-quddiem dwar l-iskart mibgħut lill-Port A. L-allert irid jerġa’ jiġi vvalutat f’kull Port. |
2 |
Oranġjo |
Informazzjoni pprovduta mill-operatur, l-aġent jew il-kaptan skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2019/883. |
L-allert jiġi attivat jekk il-kontrolli tal-validità tal-kontenut ta’ notifika bil-quddiem dwar l-iskart jiżvelaw li l-vapur jista’ jkun li mhux konformi mad-Direttiva. |
L-allert jintbagħat biex jiġi kkalkulat f’Port A abbażi tan-notifika bil-quddiem dwar l-iskart mibgħut lill-Port A. L-allert irid jerġa’ jiġi vvalutat f’kull Port. |
3 |
Oranġjo |
Id-data tal-ispezzjonijiet preċedenti mwettqa skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2019/883. |
L-allert jiġi attivat jekk il-bastiment ma jkunx ġie spezzjonat skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2019/883 fit-12-il xahar ta’ qabel. Nota: Dan l-allert għandu jkun attiv biss wara t-28 ta’ Ġunju 2022. |
L-allert jiġi diżattivat wara li tkun ġiet irreġistrata spezzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva (UE) 2019/883. |
4 |
Aħmar |
Rapport(i) eżistenti mill-awtoritajiet ta’ spezzjoni tal-Faċilitajiet tal-Akkoljenza fil-Portijiet, l-awtoritajiet tal-port jew korpi kompetenti oħra li jindikaw li l-vapur ma kkonformax mal-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2019/883. |
L-allert jiġi attivat manwalment f’THETIS-EU mill-ispetturi tal-Faċilitajiet tal-Akkoljenza fil-Portijiet. |
L-allert jiġi diżattivat wara li tiġi konkluża spezzjoni (status “Spezzjonat”) mingħajr nuqqasijiet ta’ konformità. |
5 |
Oranġjo |
Allert ta’ Nuqqas ta’ Konformità fil-Faċilitajiet tal-Akkoljenza fil-Portijiet |
Allert attivat jekk il-vapur ikun ġie identifikat b’nuqqasijiet ta’ konformità fil-Faċilitajiet tal-Akkoljenza fil-Portijiet fl-aħħar 6 xhur, b’rapport rilevanti f’THETIS-EU. |
L-allert jiġi diżattivat wara li tiġi konkluża spezzjoni (status “Spezzjonat”) mingħajr nuqqasijiet ta’ konformità. |
6 |
Oranġjo |
Ħażna Dedikata Suffiċjenti |
L-allert jiġi attivat jekk il-ħażna ddedikata abbord ma titqiesx suffiċjenti skont il-kriterji użati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8(4)(b) |
L-allert jintbagħat biex jiġi kkalkulat f’Port A abbażi tan-notifika bil-quddiem dwar l-iskart mibgħut lill-Port A. L-allert irid jerġa’ jiġi vvalutat f’kull Port. |
7 |
Isfar |
Port tal-Waqfa Li Jmiss |
Meqjusa li żżid il-livell tar-riskju jekk mhux tal-UE jew mhux magħruf. Għall-komputazzjoni ta’ dan l-allert, il-portijiet li jinsabu fl-Iżlanda, in-Norveġja, ir-Renju Unit (inkluż l-Isle of Man, iċ-Channel Islands u Ġibiltà) u l-portijiet Russi li jinsabu fil-Baħar Baltiku għandhom jiġu ttrattati bħala UE. |
L-allert jintbagħat biex jiġi kkalkulat f’Port A abbażi tan-notifika bil-quddiem dwar l-iskart mibgħut lill-Port A. L-allert irid jerġa’ jiġi vvalutat f’kull Port. |
8 |
Isfar |
Port taż-Żjara Preċedenti |
Meqjusa li żżid il-livell tar-riskju jekk mhux tal-UE. Għall-komputazzjoni ta’ dan l-allert, il-portijiet li jinsabu fl-Iżlanda, in-Norveġja, ir-Renju Unit (inkluż l-Isle of Man, iċ-Channel Islands u Ġibiltà) u l-portijiet Russi li jinsabu fil-Baħar Baltiku għandhom jiġu ttrattati bħala UE. |
L-allert jintbagħat biex jiġi kkalkulat f’Port A abbażi tan-notifika bil-quddiem dwar l-iskart mibgħut lill-Port A. L-allert irid jerġa’ jiġi vvalutat f’kull Port. |
9 |
Isfar |
Allert ta’ Eżenzjoni |
L-allert jiġi attivat jekk il-vapur ikollu eżenzjoni u ma jkunx ġie spezzjonat għal 12-il xahar, biex jiġi żgurat li dawn il-vapuri jiġu inklużi fl-ispezzjonijiet. |
L-allert irid jiġi vvalutat mill-ġdid f’kull port. |
10 |
Aħmar |
Tip ta’ Inċident Allert tal-Iskart |
L-allert jiġi attivat jekk ikun inħareġ Rapport ta’ Inċident tat-tip “skart” fis-SafeSeaNet għal dak il-bastiment f’port preċedenti. |
L-allert jiġi diżattivat wara li tiġi konkluża spezzjoni (status “Spezzjonat”) u tkun seħħet mingħajr nuqqasijiet ta’ konformità jew wara li l-inċident ma jkunx attiv fis-SafeSeaNet |
Tabella 2
Assenjazzjoni tal-livelli tar-riskju abbażi tal-għadd ta’ inputs attivi
Kriterji għal-livelli ta’ riskju |
|
Livell ta’ Riskju 1 |
Allert ħamra wieħed jew aktar |
Livell ta’ Riskju 2 |
Allert oranġjo (1) wieħed jew aktar |
Livell ta’ Riskju 3 |
Allert isfar (1) wieħed jew aktar |
Livell ta’ Riskju 4 |
L-ebda allert attiv |
Tabella 3
Fatturi ta’ konverżjoni biex jikkombinaw diversi parametri attivi konkorrenti għall-applikazzjoni tal-livelli ta’ riskju tat-Tabella 2
Fattur ta’ konverżjoni |
|
Tliet allerti sofor |
Allert oranġjo wieħed |
Tliet allerti oranġjo |
Allert aħmar wieħed |
(1) Sal-ammont li jiskatta l-applikazzjoni tal-fattur ta’ konverżjoni.