Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1728

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1728 tad-29 ta’ Settembru 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/442 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/521 relatati mal-mekkaniżmu li jagħmel ċerti prodotti soġġetti għall-produzzjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni

    C/2021/7207

    ĠU L 345, 30.9.2021, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1728/oj

    30.9.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 345/34


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1728

    tad-29 ta’ Settembru 2021

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/442 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/521 relatati mal-mekkaniżmu li jagħmel ċerti prodotti soġġetti għall-produzzjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/479 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-esportazzjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit-30 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/111 (2) li jagħmel l-esportazzjoni tal-vaċċini kontra l-COVID-19 kif ukoll tas-sustanzi attivi, inklużi banek ta’ ċelloli prinċipali u ċelloli operatorji, użati għall-manifattura ta’ dawn it-tilqimiet, soġġetti għall-produzzjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2015/479, għal perjodu ta’ sitt ġimgħat. Wara dan, fit-12 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/442 (3) li jagħmel l-esportazzjoni tal-istess prodotti soġġetta għal awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni sat-30 ta’ Ġunju 2021, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2015/479.

    (2)

    Fl-24 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni adottat Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/521 (4) li jintroduċi, bħala fattur addizzjonali li jrid jitqies fil-kunsiderazzjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni, il-ħtieġa li jittieħed kont dwar jekk din l-awtorizzazzjoni tkunx ta’ theddida fuq is-sigurtà tal-provvista tal-prodotti koperti mir-Regolament (UE) 2021/442 fl-Unjoni. Bl-istess Regolament, il-Kummissjoni ddeċidiet dwar sospensjoni temporanja tal-eżenzjoni ta’ ċerti pajjiżi ta’ destinazzjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/442.

    (3)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/521 ġie adottat skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2015/479 u japplika għal mhux aktar minn sitt ġimgħat. Il-miżuri introdotti b’dak ir-Regolament ġew sussegwentement estiżi sat-30 ta’ Ġunju 2021 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/734 (5) u sat-30 ta’ Settembru 2021 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1071 (6).

    (4)

    Il-konsenji tad-dożi tat-tilqim kontra l-COVID-19 fl-Unjoni baqgħu għaddejjin, u dan irriżulta fi progress ċar tal-kampanja ta’ tilqim fl-Unjoni.

    (5)

    Madankollu, din il-kampanja ta’ tilqim għadha għaddejja u għad hemm inċertezzi, b’mod partikolari bl-emerġenza ta’ varjanti ġodda tal-virus COVID-19. Għalhekk hemm ħtieġa kontinwa għat-trasparenza tal-kunsinni tal-esportazzjoni u l-provvisti tal-Unjoni.

    (6)

    Għadu jippersisti wkoll ir-riskju li l-esportazzjonijiet jheddu jew l-eżekuzzjoni tal-Ftehimiet ta’ Xiri bil-Quddiem bejn l-Unjoni u l-manifatturi tat-tilqim jew is-sigurtà tal-provvisti tal-Unjoni tat-tilqim kontra l-COVID-19 u s-sustanzi attivi tagħhom.

    (7)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-miżuri introdotti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/442 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/521 jibqgħu japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2021. Għalhekk dawk ir-Regolamenti jenħtieġ jiġu emendati skont dan.

    (8)

    Il-Kumitat tal-Appell ġie kkonsultat dwar dan ir-Regolament. Il-kumitat tal-appell ma tax opinjoni,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/442, it-tieni paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

    “Għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2021.”.

    Artikolu 2

    Fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/521, it-tieni paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

    “Għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2021.”.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2021.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2021.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 83, 27.3.2015, p. 34.

    (2)  ĠU L 31 I, 30.1.2021, p. 1.

    (3)  ĠU L 85, 12.3.2021, p. 190.

    (4)  ĠU L 104, 25.3.2021, p. 52.

    (5)  ĠU L 158, 6.5.2021, p. 13.

    (6)  ĠU L 230, 30.6.2021, p. 28.


    Top