Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D1311

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1311 tat-30 ta’ Lulju 2021 dwar ir-rikonoxximent tal-Hrvatski Registar Brodova (Reġistru tat-Tbaħħir Kroat) bħala soċjetà tal-klassifikazzjoni għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

C/2021/5558

ĠU L 284, 9.8.2021, pp. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/1311/oj

9.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/17


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1311

tat-30 ta’ Lulju 2021

dwar ir-rikonoxximent tal-Hrvatski Registar Brodova (Reġistru tat-Tbaħħir Kroat) bħala soċjetà tal-klassifikazzjoni għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/1629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li temenda d-Direttiva 2009/100/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(1) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz ta’ passaġġi interni fuq l-ilma (2),

Billi:

(1)

Il-Kroazja ssottomettiet applikazzjoni lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent tal-Hrvatski Registar Brodova (minn hawn ’il quddiem “HRB”) bħala soċjetà tal-klassifikazzjoni f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/1629.

(2)

Il-Kroazja ssottomettiet ukoll l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni meħtieġa sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivverifika li l-kriterji għar-rikonoxximent huma ssodisfati.

(3)

Peress li l-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu (CCNR) akkumulat għarfien espert sinifikanti fl-iżvilupp u l-aġġornament tar-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tan-navigazzjoni interna, u sabiex trawwem l-iżvilupp ta’ rekwiżiti uniformi f’dan il-qasam, il-Kummissjoni talbet lis-Segretarjat tas-CCNR biex jipprovdi rapport bil-għan li jiffaċilita l-analiżi teknika tad-data dwar l-HRB.

(4)

Il-Kummissjoni, wara li vvalutat l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni li jakkumpanjaw l-applikazzjoni għar-rikonoxximent, fejn kienet qed tqis ir-rapport imħejji mis-Segretarjat tas-CCNR, waslet għall-konklużjoni li l-HRB jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness VI tad-Direttiva (UE) 2016/1629,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Hrvatski Registar Brodova huwa rikonoxxut bħala soċjetà tal-klassifikazzjoni għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/1629.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 252, 16.9.2016, p. 118.

(2)   ĠU L 373, 31.12.1991, p. 29.


Top