This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document E2021C0012
EFTA Surveillance Authority Decision No 12/21/COL of 24 February 2021 replacing the Annex to the Guidelines on short-term export-credit insurance [2021/1238]
Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 12/21/COL tal-24 ta’ Frar 2021 li tissostitwixxi l-Anness tal-Linji Gwida dwar l-assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu għal żmien qasir [2021/1238]
Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 12/21/COL tal-24 ta’ Frar 2021 li tissostitwixxi l-Anness tal-Linji Gwida dwar l-assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu għal żmien qasir [2021/1238]
ĠU L 271, 29.7.2021, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Mibdul minn E2021C0293
|
29.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 271/1 |
DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA
tal-24 ta’ Frar 2021
li tissostitwixxi l-Anness tal-Linji Gwida dwar l-assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu għal żmien qasir [2021/1238]
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (“ESA”),
WARA li kkunsidrat:
il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), b’mod partikolari l-Artikoli 61 sa 63 u l-Protokoll 26,
il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), u b’mod partikolari l-Artikolu 24 u l-Artikolu 5(2)(b).
BILLI:
Skont l-Artikolu 24 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-ESA għandha ddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE li jikkonċernaw l-għajnuna mill-Istat.
Skont l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-ESA għandha toħroġ avviżi jew linji gwida dwar kwistjonijiet indirizzati fil-Ftehim ŻEE, jekk dan il-Ftehim jew il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jipprevedi dan b’mod speċifiku jew jekk l-ESA tqis li jkun meħtieġ.
Fis-27 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) adottat Komunikazzjoni dwar il-Ħames Emenda tal-Qafas Temporanju għall-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex jingħata sostenn lill-ekonomija matul it-tifqigħa preżenti tal-COVID-19 u emendi għall-Anness tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu għal żmien qasir (“il-Komunikazzjoni”) (1).
Sabiex tassisti lill-ekonomija tal-UE fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19, il-Kummissjoni adottat Qafas Temporanju, (2) li jippermetti lill-Istati Membri jipprovdu miżuri ta’ sostenn addizzjonali bl-użu tal-flessibbiltà sħiħa tar-regoli attwali dwar l-għajnuna mill-Istat. Fil-qasam tal-assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu għal żmien qasir, il-Qafas Temporanju introduċa aktar flessibilità fil-konferma tan-nuqqas ta’ kummerċjabbiltà temporanja ta’ ċerti riskji minħabba nuqqas ta’ assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu skont il-punt 18(d) tal-Komunikazzjoni. Dik il-flessibbiltà tista’ ma tkunx biżżejjed biex tindirizza malajr id-diffikultajiet li qed jiltaqgħu magħhom l-impriżi bħalissa u li x’aktarx se jiltaqgħu magħhom fil-futur qrib ħafna. Minflok, hemm bżonn ta’ rispons aktar rapidu biex jittaffew il-konsegwenzi negattivi kollha wara l-irtirar f’salt tal-assiguraturi privati mis-suq tal-esportazzjoni bi kreditu għal żmien qasir. Meta jitqies l-eżitu tal-konsultazzjoni pubblika kif ukoll is-sinjali ġenerali tal-impatt tat-tfixkil tal-COVID-19 fuq l-ekonomija tal-Unjoni kollha, il-Kummissjoni tqis li hemm nuqqas ġenerali ta’ kapaċità privata suffiċjenti biex tkopri r-riskji kollha ekonomikament ġustifikabbli għall-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi li bħalissa huma kklassifikati bħala pajjiżi ta’ riskju kummerċjabbli. Fl-istess ħin, fid-dawl tal-informazzjoni attwali disponibbli dwar l-iżviluppi futuri tat-tifqigħa tal-COVID-19, jista’ jiġri li l-assiguraturi privati jerġgħu jibdew iżidu l-iskopertura tagħhom għall-assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu għal żmien qasir qabel il-perjodu ta’ sena stipulat fil-punt 36 tal-Komunikazzjoni.
F’dawk iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tqis r-riskji kummerċjali u politiċi kollha assoċjati mal-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi elenkati fl-Anness tal-Komunikazzjoni bħala temporanjament mhux kummerċjabbli sal-31 ta’ Diċembru 2021, f’konformità mat-tul ta’ żmien estiż tal-Qafas Temporanju.
Din l-emenda tal-Komunikazzjoni hija wkoll ta’ rilevanza għaż-Żona Ekonomika Ewropea.
Għandha tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat fiż-Żona Ekonomika Ewropea f’konformità mal-objettiv tal-omoġeneità stabbilit fl-Artikolu 1 tal-Ftehim ŻEE.
Skont il-punt II taħt l-intestatura “ĠENERALI” tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE, l-ESA, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għandha tadotta atti li jikkorrispondu ma’ dawk adottati mill-Kummissjoni Ewropea.
WARA li kkonsultat mal-Kummissjoni Ewropea,
WARA li kkonsultat mal-Istati tal-EFTA,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat għandhom jiġu emendati billi jiġi sostitwit l-Anness tal-Linji gwida dwar l-assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu għal żmien qasir. L-Anness il-ġdid se jkollu effett mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021. L-Anness il-ġdid huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni u jagħmel parti integrali minnha.
Artikolu 2
L-unika verżjoni awtentika ta’ din id-Deċiżjoni hija dik bil-lingwa Ingliża.
Deċiżjoni meħuda fi Brussell, fl-24 ta’ Frar 2021.
Għall-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA,
Bente ANGELL-HANSEN
President
Membru tal-Kulleġġ Responsabbli
Frank J. BÜCHEL
Membru tal-Kulleġġ
Högni KRISTJÁNSSON
Membru tal-Kulleġġ
Għal Carsten ZATSCHLER
Kontrofirmatarju bħala Direttur,
Affarijiet Legali u Eżekuttivi
(1) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Il-Ħames Emenda tal-Qafas Temporanju għall-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex jingħata sostenn lill-ekonomija matul it-tifqigħa preżenti tal-COVID-19 u emendi għall-Anness tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu għal żmien qasir (ĠU C 34, 1.2.2021, p. 6).
(2) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Qafas Temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex jingħata sostenn lill-ekonomija matul it-tifqigħa preżenti tal-COVID-19 tad-19 ta’ Marzu 2020, (ĠU C 91I, 20.3.2020, p. 1).