Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22021D0229

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 168/2018 tas-6 ta’ Lulju 2018 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/229]

ĠU L 67, 25.2.2021, p. 64–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/229/oj

25.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/64


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 168/2018

tas-6 ta’ Lulju 2018

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/229]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 2017/1515 tal-31 ta’ Awwissu 2017 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni għas-sena ta' referenza 2018 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XXI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 28l (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2015) tal-Anness XXI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“28m.

32017 R 1515: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1515 tal-31 ta' Awwissu 2017 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni għas-sena ta' referenza 2018 (ĠU L 226, 1.9.2017, p. 6).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2017/1515 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Lulju 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)   ĠU L 226, 1.9.2017, p. 6.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top