This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22021D0202
Decision of the EEA Joint Committee No 140/2018 of 6 July 2018 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement [2021/202]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 140/2018 tas-6 ta’ Lulju 2018 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/202]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 140/2018 tas-6 ta’ Lulju 2018 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/202]
ĠU L 67, 25.2.2021, pp. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67/30 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 140/2018
tas-6 ta’ Lulju 2018
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/202]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/460 tal-20 ta’ Marzu 2018 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-florotannini Ecklonia cava bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/461 tal-20 ta’ Marzu 2018 li jawtorizza estensjoni tal-użu ta’ estratt rikk fit-tassifolina bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/462 tal-20 ta’ Marzu 2018 li jawtorizza estensjoni għall-użu tal-L-ergotijoneina bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.) |
(4) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/469 tal-21 ta’ Marzu 2018 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ estratt ta’ tliet għeruq erbali (Cynanchum wilfordii Hemsley, Phlomis umbrosa Turcz. u Angelica gigas Nakai) bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(5) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
Dan li ġej jiżdied fil-punt 124b (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470): “, kif emendata bi:
|
2. |
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 130 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2018/213):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/460, (UE) 2018/461, (UE) 2018/462 u (UE) 2018/469 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Lulju 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 138/2019 tas-6 ta’ Lulju 2018, skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(3) ĠU L 78, 21.3.2018, p. 11.
(4) ĠU L 79, 22.3.2018, p. 11.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.