Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22021D0197

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 135/2018 tas-6 ta’ Lulju 2018 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/197]

ĠU L 67, 25.2.2021, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/197/oj

25.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 135/2018

tas-6 ta’ Lulju 2018

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/197]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/290 tas-26 ta' Frar 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi ta' esteri gliċidiliċi tal-aċidi grassi fiż-żjut veġetali u x-xaħmijiet, fil-formula tat-trabi, fil-formula tat-trabi li għandhom iktar minn sitt xhur u f'ikel għal raġunijiet mediċi speċjali maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 54zzzz (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“—

32018 R 0290: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2018/290 tas-26 ta’ Frar 2018 (ĠU L 55, 27.2.2018, p. 27).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2018/290 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Lulju 2018, bil-kundizzjoni li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)   ĠU L 55, 27.2.2018, p. 27.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top