Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D0164

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2021/164 tal-21 ta’ Jannar 2021 li tadotta s-sitt aġġornament tal-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed (notifikata bid-dokument C(2021) 24)

C/2021/24

ĠU L 51, 15.2.2021, p. 698–701 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/02/2023; Imħassar b' 32023D0242 Id-data tat-tmiem tal-validità hija bbażata fuq id-data tal-pubblikazzjoni tal-att li jħassar li jidħol fis-seħħ fid-data tan-notifika tiegħu. L-att li jħassar kien innotifikat iżda d-data tan-notifika mhix disponibbli fil-EUR-Lex – minflok hija użata d-data tal-pubblikazzjoni.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/164/oj

15.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 51/698


ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/164

tal-21 ta’ Jannar 2021

li tadotta s-sitt aġġornament tal-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed

(notifikata bid-dokument C(2021) 24)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed imsemmi fl-Artikolu 1(c)(iii) tad-Direttiva 92/43/KEE huwa magħmul minn partijiet mit-territorju tal-Unjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, kif speċifikat fil-mappa bijoġeografika approvata fl-20 ta’ April 2005 mill-kumitat stabbilit bl-Artikolu 20 ta’ dik id-Direttiva, (il-“Kumitat dwar il-Ħabitats”).

(2)

Il-lista inizjali tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed, skont it-tifsira tad-Direttiva 92/43/KEE, ġiet adottata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/92/KE (2). Dik il-lista ġiet aġġornata l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/39 (3).

(3)

Is-siti inklużi fil-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed jiffurmaw parti min-netwerk Natura 2000, li huwa element essenzjali tal-ħarsien tal-bijodiversità fl-Unjoni. Biex in-netwerk Natura 2000 ikompli jiġi stabbilit dejjem iktar u fil-kuntest tal-adattament dinamiku ta’ dan in-netwerk, il-listi tas-siti ta’ importanza Komunitarja huma rieżaminati regolarment.

(4)

Bejn il-21 ta’ Mejju 2019 u t-22 ta’ Jannar 2020 l-Istati Membri pproponew siti addizzjonali ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed fit-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE. L-Istati Membri ressqu wkoll bidliet fl-informazzjoni li għandha x’taqsam mas-siti li jkunu jinsabu fil-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed.

(5)

Abbażi tal-abbozz tal-lista mfassla mill-Kummissjoni bi qbil ma’ kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati, li tidentifika wkoll is-siti li għandhom tipi ta’ ħabitats naturali ta’ prijorità jew speċijiet ta’ prijorità, għandha tiġi adottata lista aġġornata tas-siti magħżulin bħala siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed. L-Artikoli 4(4) u 6 tad-Direttiva 92/43/KEE japplikaw għas-siti inklużi reċentement.

(6)

L-għarfien dwar l-eżistenza u t-tqassim tat-tipi ta’ ħabitats naturali u tal-ispeċijiet qiegħed jevolvi kontinwament minħabba s-sorveljanza mwettqa skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/43/KEE. Għalhekk, l-evalwazzjoni u l-għażla tas-siti fil-livell tal-Unjoni saru bl-użu tal-aqwa informazzjoni disponibbli f’dak iż-żmien.

(7)

Fir-rigward tar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed, mhux l-Istati Membri kollha pproponew biżżejjed siti biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tad-Direttiva 92/43/KEE għal ċerti tipi ta’ ħabitats u speċijiet. Barra minn hekk, l-għarfien dwar l-eżistenza u t-tqassim ta’ wħud mit-tipi ta’ ħabitats naturali fl-Anness I u ta’ wħud mill-ispeċijiet elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 92/43/KEE baqa’ mhux komplut. Għaldaqstant, għal dawk it-tipi ta’ ħabitats u speċijiet, ma jistax jiġi konkluż li n-network Natura 2000 huwa komplut.

(8)

Fl-interess taċ-ċarezza u tat-trasparenza, jenħtieġ li titħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/39.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Ħabitats,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-sitt aġġornament tal-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed, kif stabbilit fl-Anness, huwa adottat.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/39 titħassar.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2021.

Għall-Kummissjoni

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/92/KE tat-12 ta’ Diċembru 2008 li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, il-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed (ĠU L 43, 13.2.2009, p. 59).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/39 tat-12 ta’ Diċembru 2017 li tadotta l-ħames aġġornament tal-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed (ĠU L 15, 19.1.2018, p. 121).


ANNESS

Is-sitt aġġornament tal-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Baħar l-Iswed

Kull sit ta’ importanza Komunitarja (SIK) huwa identifikat bit-tagħrif mogħti fil-format tan-Natura 2000, inkluża l-mappa korrispondenti. Dan it-tagħrif intbagħat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 92/43/KEE.

It-tabella ta’ hawn taħt tagħti t-tagħrif li ġej:

A

:

il-kodiċi SIK b’disa’ karattri, l-ewwel tnejn il-kodiċi ISO tal-Istat membru;

B

:

isem is-SIK;

C

:

* = il-preżenza tas-SIK f’mill-inqas tip ta’ ħabitat naturali u/jew speċi ta’ prijorità wieħed/waħda fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE;

D

:

l-erja tas-SIK f’ettari jew it-tul tas-SIK f’km;

E

:

il-koordinati ġeografiċi tas-SIK (il-latitudni u l-lonġitudni) fi gradi deċimali.

It-tagħrif kollu mogħti fil-lista tal-Unjoni ta’ hawn taħt huwa msejjes fuq id-data proposta, mibgħuta u vvalidata mill-Bulgarija u r-Rumanija.

A

B

C

D

E

Kodiċi SIK

Isem is-SIK

*

Erja tas-SIK (ettari)

Tul tas-SIK (km)

Koordinati ġeografiċi tas-SIK

 

 

 

 

 

Lonġitudni

Latitudni

BG0000100

Plazh Shkorpilovtsi

*

5 125,6526

 

27,865278

42,945278

BG0000102

Dolinata na reka Batova

*

18 459,2388

 

27,926111

43,376389

BG0000103

Galata

 

1 842,97

 

27,9239

43,0641

BG0000116

Kamchia

*

12 919,9374

 

27,7536

43,0217

BG0000118

Zlatni pyasatsi

*

1 374,44

 

28,036389

43,304444

BG0000119

Trite bratya

*

1 021,99

 

27,288333

42,711667

BG0000130

Kraymorska Dobrudzha

*

6 657,4945

 

28,2845

43,6587

BG0000132

Pobitite kamani

*

231,35

 

27,6971

43,2506

BG0000133

Kamchiyska i Emenska planina

*

63 678,468

 

27,5081

42,9231

BG0000141

Reka Kamchia

 

158,84

 

27,480654

43,039602

BG0000143

Karaagach

*

64,16

 

27,7725

42,2233

BG0000146

Plazh Gradina - Zlatna ribka

*

1 245,85

 

27,6704

42,4237

BG0000151

Aytoska planina

*

29 379,4

 

27,441389

42,689167

BG0000154

Ezero Durankulak

*

5 050,7948

 

28,5775

43,682778

BG0000198

Sredetska reka

*

707,78

 

27,047

42,3156

BG0000208

Bosna

*

16 225,8881

 

27,6447

42,1869

BG0000219

Derventski vazvishenia 2

*

55 036,13

 

27,0536

42,1297

BG0000230

Fakiyska reka

*

4 104,72

 

27,2388

42,2678

BG0000242

Zaliv Chengene skele

*

190,0154

 

27,511944

42,429167

BG0000270

Atanasovsko ezero

*

7 210,0163

 

27,454722

42,583611

BG0000271

Mandra - Poda

*

6 139,1738

 

27,4042

42,415

BG0000273

Burgasko ezero

 

3 066,8992

 

27,3922

42,4975

BG0000573

Kompleks Kaliakra

*

48 340,1127

 

28,354

43,3888

BG0000574

Aheloy - Ravda - Nesebar

*

3 928,38

 

27,722

42,6497

BG0000620

Pomorie

*

2 085,15

 

27,636389

42,598889

BG0000621

Ezero Shabla - Ezerets

*

2 623,53

 

28,5875

43,575278

BG0001001

Ropotamo

*

98 099,76

 

27,9343

42,3019

BG0001004

Emine - Irakli

*

16 794,59

 

27,8579

42,7244

BG0001007

Strandzha

*

153 541,2

 

27,7364

42,0695

BG0001500

Aladzha banka

 

669,64

 

28,0567

43,2781

BG0001501

Emona

 

55 345,28

 

28,1554

42,8522

BG0001502

Otmanli

 

8,83

 

27,5287

42,4418

ROSCI0066

Delta Dunării - zona marină

 

336 200,2

 

29,394461

44,717314

ROSCI0073

Dunele marine de la Agigea

*

11,8

 

28,642683

44,088406

ROSCI0094

Izvoarele sulfuroase submarine de la Mangalia

 

5 784,9

 

28,702811

43,814342

ROSCI0114

Mlaștina Hergheliei - Obanul Mare și Peștera Movilei

*

231,7

 

28,583339

43,83785

ROSCI0157

Pădurea Hagieni - Cotul Văii

*

3 680,1

 

28,427772

43,742622

ROSCI0197

Plaja submersă Eforie Nord - Eforie Sud

 

5 716,7

 

28,736339

44,042339

ROSCI0269

Vama Veche - 2 Mai

 

12 311

 

28,701978

43,7564

ROSCI0273

Zona marină de la Capul Tuzla

 

4 946,8

 

28,739289

43,989125

ROSCI0281

Cap Aurora

 

13 592,2

 

28,710383

43,863744

ROSCI0293

Costinesti - 23 August

 

4 883,6

 

28,725022

43,925283

ROSCI0311

Canionul Viteaz

 

35 376,7

 

30,337625

43,946631

ROSCI0413

Lobul sudic al Câmpului de Phyllophora al lui Zernov

 

186 815,3

 

30,178833

44,842194

ROSCI0065

Delta Dunării

*

453 645,5

 

29,198361

45,052417


Top