Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1559

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1559 tas-26 ta’ Ottubru 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/7205

    ĠU L 357, 27.10.2020, p. 7–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1559/oj

    27.10.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 357/7


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1559

    tas-26 ta’ Ottubru 2020

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, sal-1 ta’ Jannar 2018 il-Kummissjoni kellha tistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid awtorizzat jew notifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

    (2)

    Il-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid awtorizzat jew notifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 ġiet stabbilita bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (3).

    (3)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1023 (4) ikkoreġa l-lista inizjali tal-Unjoni ta’ ikel ġdid stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 billi ssostitwixxa dak l-Anness. Sadanittant ġew adottati tmien Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta’ ikel ġdid jew li jestendu l-użu ta’ ikel ġdid rispettivament: ir-Regolamenti (UE) 2018/460 (5), (UE) 2018/461 (6), (UE) 2018/462 (7), (UE) 2018/469 (8), (UE) 2018/991 (9), (UE) 2018/1011 (10), (UE) 2018/1018 (11), (UE) 2018/1032 (12). Dawk ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni aġġornaw ukoll il-lista tal-Unjoni. Madankollu, dak l-ikel ġdid u l-estensjonijiet tal-użu ta’ ikel ġdid ma għadhomx jidhru fil-lista, kif sostitwita bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1023.

    (4)

    Għaldaqstant, għal raġunijiet ta’ ċarezza u ta’ ċertezza legali, jenħtieġ li l-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 tiġi emendata biex tinkludi mill-ġdid dak l-ikel ġdid u dawk l-estensjonijiet tal-użu ta’ ikel ġdid fil-lista tal-Unjoni. Billi dak l-ikel ġdid u dawk l-estensjonijiet tal-użu ta’ ikel ġdid ġew inklużi fil-lista tal-Unjoni sad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1023 fit-13 ta’ Awwissu 2018, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika minn dik id-data.

    (5)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mit-13 ta’ Awwissu 2018.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

    (4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1023 tat-23 ta’ Lulju 2018 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid (ĠU L 187, 24.7.2018, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/460 tal-20 ta’ Marzu 2018 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-florotannini Ecklonia cava bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 78, 21.3.2018, p. 2).

    (6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/461 tal-20 ta’ Marzu 2018 li jawtorizza estensjoni tal-użu ta’ estratt rikk fit-tassifolina bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 78, 21.3.2018, p. 7).

    (7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/462 tal-20 ta’ Marzu 2018 li jawtorizza estensjoni għall-użu tal-L-ergotijoneina bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 78, 21.3.2018, p. 11).

    (8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/469 tal-21 ta’ Marzu 2018 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ estratt ta’ tliet għeruq erbali (Cynanchum wilfordii Hemsley, Phlomis umbrosa Turcz. u Angelica gigas Nakai) bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 79, 22.3.2018, p. 11).

    (9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/991 tat-12 ta’ Lulju 2018 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-idroliżat tal-liżożoma tal-abjad tal-bajd tat-tiġieġ skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 177, 13.7.2018, p. 9).

    (10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1011 tas-17 ta’ Lulju 2018 li jawtorizza estensjoni tal-użu tal-faqqiegħ ittrattat bir-raġġi UV bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 181, 18.7.2018, p. 4).

    (11)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1018 tat-18 ta’ Lulju 2018 li jawtorizza estensjoni għall-użu tal-ħmira tal-furnara ttrattata bil-UV (Saccharomyces cerevisiae) bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 183, 19.7.2018, p. 9).

    (12)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1032 tal-20 ta’ Lulju 2018 li jawtorizza l-estensjoni tal-użu taż-żejt tal-mikroalga Schizochytrium sp. bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 185, 23.7.2018, p. 9).


    ANNESS

    L-Anness huwa emendat kif ġej.

    (1)

    It-Tabella 1 (Ikel ġdid awtorizzat) hija emendata kif ġej:

    (a)

    l-entrata li ġejja qed tiddaħħal bejn l-entrata għaż-“Żejt tal-Echium plantagineum” u l-entrata għall-“Idroliżat tal-membrana tal-bajd”:

    Ikel ġdid awtorizzat

    Il-kundizzjonijiet li fihom jista’ jintuża l-ikel ġdid

    Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi oħrajn

    Rekwiżiti oħrajn

    “Florotannini tal-Ecklonia cava

    Kategorija tal-ikel speċifikat

    Livelli massimi

    Id-deżinjazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom minnu għandha tkun “Florotannini tal-Ecklonia cava”.

    Is-supplimenti tal-ikel li jkun fihom il-Florotannini tal-Ecklonia cava għandu jkollhom id-dikjarazzjoni li ġejja:

    (a)

    Dan is-suppliment tal-ikel ma għandux jiġi kkunsmat mit-tfal/mill-adolexxenti ta’ taħt it-tnax/l-erbatax/it-tmintax(*)-il sena.

    (b)

    Dan is-suppliment tal-ikel ma għandux jiġi kkunsmat minn persuni li jbatu bil-marda tat-tirojde jew minn persuni li huma konxji jew li ġew identifikati li huma fir-riskju li jiżviluppaw il-marda tat-tirojde.

    (c)

    Dan is-suppliment tal-ikel ma għandux jiġi kkunsmat jekk jiġu kkunsmati wkoll supplimenti tal-ikel oħrajn li fihom il-jodju.

    (*)

    Skont il-grupp tal-età li jkun maħsub għalih is-suppliment tal-ikel.”

     

    Is-supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE maħsuba għall-popolazzjoni ġenerali, ħlief it-tfal taħt l-età ta’ 12-il sena

    163 mg kuljum għall-adoloxxenti ta’ bejn it-12 u l-14-il sena

    230 mg kuljum għall-adoloxxenti ta’ aktar minn 14-il sena

    263 mg kuljum għall-adulti

    (b)

    l-entrata għall-“Estratt li fih ħafna tassifolina” hi sostitwita b’dan li ġej:

    “Estratt li fih ħafna tassifolina

    Kategorija tal-ikel speċifikat

    Livelli massimi

    Id-deżinjazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom minnu għandha tkun ‘Estratt li fih ħafna tassifolina’”

     

    Jogurt abjad/Jogurt bil-frott(*)

    0,020 g/kg

    Kefir(*)

    0,008 g/kg

    Xorrox tal-butir(*)

    0,005 g/kg

    Trab tal-ħalib(*)

    0,052 g/kg

    Krema(*)

    0,070 g/kg

    Krema qarsa(*)

    0,050 g/kg

    Ġobon(*)

    0,090 g/kg

    Butir(*)

    0,164 g/kg

    Ħelu biċ-ċikkulata

    0,070 g/kg

    Xarbiet mhux alkoħoliċi

    0,020 g/L

    Is-supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE maħsuba għall-popolazzjoni ġenerali, ħlief it-trabi, it-tfal żgħar u l-adoloxxenti taħt l-età ta’ 14-il sena

    100 mg kuljum

    (*)

    Meta jintuża fil-prodotti tal-ħalib, l-estratt li fih ħafna tassifolina ma jista’ jissostitwixxi l-ebda kostitwent tal-ħalib, kompletament jew parzjalment

    (c)

    l-entrata għal-“L-ergotijoneina” hi sostitwita b’dan li ġej:

    “L-ergotijoneina

    Kategorija tal-ikel speċifikat

    Livelli massimi

    Id-deżinjazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom minnu għandha tkun ‘L-ergotijoneina’”

     

    Xarbiet mhux alkoħoliċi

    0,025 g/kg

    Xarbiet magħmulin mill-ħalib

    0,025 g/kg

    “Prodotti tal-ħalib friski(*)

    0,040 g/kg

    Bars taċ-ċereali

    0,2 g/kg

    Ħelu biċ-ċikkulata

    0,25 g/kg

    Is-supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE

    30 mg kuljum għall-popolazzjoni ġenerali (ħlief in-nisa tqal u li qegħdin ireddgħu)

    20 mg kuljum għat-tfal li għandhom aktar minn 3 snin

    (*)

    Meta tintuża fil-prodotti tal-ħalib, l-L-ergotijoneina ma tista’ tissostitwixxi l-ebda kostitwent tal-ħalib, kompletament jew parzjalment

    (d)

    l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrata għal-“L-ergotijoneina” u l-entrata għall-“EDTA tas-sodju ferriku”:

    “Estratt tat-tliet għeruq erbali (Cynanchum wilfordii Hemsley, Phlomis umbrosa Turcz. u Angelica gigas Nakai)

    Kategorija tal-ikel speċifikat

    Livelli massimi

    Id-deżinjazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom minnu għandha tkun ‘estratt tat-tliet għeruq erbali (Cynanchum wilfordii Hemsley, Phlomis umbrosa Turcz. u Angelica gigas Nakai)’.

    It-tikkettar tas-supplimenti tal-ikel li fihom l-estratt tat-taħlita tat-tliet għeruq erbali għandu jkollu dikjarazzjoni qrib il-lista tal-ingredjenti li tindika li ma għandhomx jiġu kkunsmati minn individwi li jafu li huma allerġiċi għall-karfus.”

     

    Is-supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE għall-popolazzjoni adulta

    175 mg kuljum

    (e)

    l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrata għall-Oleoraża tal-likopen mit-tadam” u l-entrata għaċ-“Ċitrat malat tal-manjeżju”:

    “Liżożima idrolizzata tal-abjad tal-bajd tat-tiġieġ

    Kategorija tal-ikel speċifikat

    Livelli massimi

    Id-deżinjazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tas-supplimenti tal-ikel li fihom minnu għandha tkun “Liżożima idrolizzata tal-abjad tal-bajd tat-tiġieġ”.”

     

    Is-supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE maħsuba għall-popolazzjoni adulta

    1000 mg kuljum

    (f)

    l-entrata għall-“Faqqiegħ ittrattat bil-UV (Agaricus bisporus)” hi sostitwita b’dan li ġej:

    “Faqqiegħ ittrattat bil-UV (Agaricus bisporus)

    Kategorija tal-ikel speċifikat

    Livelli massimi ta’ vitamina D2

    1.

    Id-deżinjazzjoni fuq it-tikketta tal-ikel ġdid bħala tali jew tal-oġġetti tal-ikel li fihom minnu għandha tkun ‘Faqqiegħ ittrattat bil-UV (Agaricus bisporus)’.

    2.

    Id-deżinjazzjoni fuq it-tikketta tal-ikel ġdid bħala tali jew tal-oġġetti tal-ikel li fihom minnu għandha tkun akkumpanjata minn indikazzjoni ‘intuża trattament b’dawl ikkontrollat biex jiżdiedu l-livelli ta’ vitamina D’ jew ‘intuża trattament b’dawl UV biex jiżdiedu l-livelli ta’ vitamina D2’.”

     

    Faqqiegħ (Agaricus bisporus)

    20 μg ta’ vitamina D2/100 g piż frisk

    (g)

    L-entrata għall-“Ħmira tal-furnara ttrattata bil-UV (Saccharomyces cerevisiae)” hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Ħmira tal-furnara ttrattata bil-UV (Saccharomyces cerevisiae)

    Kategorija tal-ikel speċifikat

    Livelli massimi ta’ vitamina D2

    Id-deżinjazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom minnu għandha tkun ‘Ħmira tal-vitamina D’ jew ‘Ħmira tal-vitamina D2

     

    Ħobż u bziezen imħemmra bil-ħmira

    5 μg ta’ vitamina D2/100 g

    Prodotti fini tal-forn li jkunu mħemmra bil-ħmira

    5 μg ta’ vitamina D2/100 g

    Is-supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE

     

    Ħmira friska jew niexfa ppakkjata bil-lest biex tinħema d-dar

    45 μg/100 g għall-ħmira friska

    200 μg/100 g għall-ħmira mnixxfa

    1.

    Id-deżinjazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel għandha tkun “Ħmira tal-vitamina D” jew “Ħmira tal-vitamina D2”.

    2.

    It-tikkettar tal-ikel ġdid għandu jkollu fuqu dikjarazzjoni li l-oġġett tal-ikel hu maħsub biss għall-ħami u li ma jridx jittiekel nej.

    3.

    It-tikkettar tal-ikel ġdid għandu jkollu fuqu struzzjonijiet għall-użu għall-konsumaturi finali sabiex ma tinqabiżx il-konċentrazzjoni massima ta’ 5 μg/100 g ta’ vitamina D2 fil-prodotti finali li jinħmew id-dar.”

    (h)

    l-entrata għaż-“Żejt tas-Schizochytrium sp. (T18)” hi sostitwita b’dan li ġej:

    “Żejt tas-Schizochytrium sp. (T18)

    Kategorija tal-ikel speċifikat

    Livelli massimi

    Id-deżinjazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom minnu għandha tkun ‘Żejt tal-mikroalgi Schizochytrium sp’”

     

    Prodotti magħmulin mill-ħalib ħlief xarbiet magħmulin mill-ħalib

    200 mg/100 g jew għall-prodotti tal-ġobon 600 mg/100 g

    Analogi ta’ prodotti tal-ħalib ħlief xarbiet

    200 mg/100 g jew għall-analogi għall-prodotti tal-ġobon 600 mg/100 g

    Xaħam li jiddellek u taħwir tal-ikel

    600 mg/100 g

    Ċereali għall-kolazzjon

    500 mg/100 g

    Is-supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE

    250 mg DHA kuljum għall-popolazzjoni ġenerali

    450 mg DHA kuljum għan-nisa tqal u li qegħdin ireddgħu

    Sostituti tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013 u sostituti ta’ ikliet għall-kontroll tal-piż

    250 mg/ikla

    Xarbiet magħmulin mill-ħalib u prodotti simili maħsuba għat-tfal żgħar

    200 mg/100 g

    Ikel maħsub biex jagħmel tajjeb għall-użu ta’ sforz muskolari qawwi, speċjalment għall-isportivi

    Oġġetti tal-ikel li fuqhom ikollhom dikjarazzjonijet tan-nuqqas jew tal-preżenza mnaqqsa tal-glutina f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 828/2014

    Ikel għal skopijiet mediċi speċjali kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013

    Skont il-bżonnijiet nutrittivi partikolari tal-persuni li għalihom huma maħsubin il-prodotti

    Prodotti tal-furnara, (ħobżiet, bziezen u gallettini ħelwin)

    200 mg/100 g

    Bars taċ-ċereali

    500 mg/100 g

    Xaħam għat-tisjir

    360 mg/100 g

    Xarbiet mhux alkoħoliċi (inklużi analogi ta’ prodotti tal-ħalib u xarbiet magħmulin mill-ħalib)

    80 mg/100 ml

    Formula tat-trabi u formula tal-prosegwiment kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013

    F’konformità mar-Regolament (UE) Nru 609/2013

    Ikel ipproċessat biċ-ċereali u ikel tat-trabi maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013

    200 mg/100 g

    Puree tal-frott/ħxejjex

    100 mg/100 g”

    (2)

    It-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) hija emendata kif ġej:

    (a)

    l-entrata li ġejja qed tiddaħħal bejn l-entrata għaż-“Żejt tal-Echium plantagineum” u l-entrata għall-“Idroliżat tal-membrana tal-bajd”:

    Ikel Ġdid Awtorizzat

    Speċifikazzjoni

    “Florotannini tal-Ecklonia cava

    Deskrizzjoni/Definizzjoni

    Il-Florotannini tal-Ecklonia cava jinkisbu permezz ta’ estrazzjoni tal-alkoħol mill-alga tal-baħar li tittiekel Ecklonia cava. L-estratt huwa trab kannella skur, li fih ħafna florotannini, b’kontenut għoli ta’ komposti polifenoliċi preżenti bħala metaboliti sekondarji f’ċerti speċi tal-alga kannella.

    Karatteristiki/Kompożizzjoni

    Kontenut ta’ Florotannini: 90 ± 5 %

    Attività tal-antiossidanti: > 85 %

    Ndewwa: > 5 %

    Irmied: > 5 %

    Kriterji mikrobijoloġiċi

    Għadd totali ta’ ċelloli vijabbli: < 3 000 CFU/g

    Moffa/ħmira: < 300 CFU/g

    Koliformi: Negattiv fit-test

    Salmonella spp.: Negattiv fit-test

    Staphylococcus aureus: Negattiv fit-test

    Metalli tqal u Aloġeni

    Ċomb: < 3,0 mg/kg

    Merkurju: < 0,1 mg/kg

    Kadmju: < 3,0 mg/kg

    Arseniku: < 25,0 mg/kg

    Arseniku inorganiku: < 0,5 mg/kg

    Jodju: 150,0 – 650,0 mg/kg

    CFU: Unitajiet li Jiffurmaw Kolonji”

    (b)

    l-entrata għad-“Definizzjoni” għall-“Estratt li fih ħafna tassifolina” hi sostitwita b’dan li ġej:

    “Estratt li fih ħafna tassifolina

    Definizzjoni

    Isem kimiku: [(2R,3R)-2-(3,4 diidrossifenil)-3,5,7-triidrossi-2,3-diidrokromen-4-on, imsejjaħ ukoll (+) trans (2R,3R)- diidrokwerċetin] u b’mhux aktar minn 2 % tal-forma ċis-”

    (c)

    l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrata għal-“L-ergotijoneina” u l-entrata għall-“EDTA tas-sodju ferriku”:

    “Estratt tat-tliet għeruq erbali (Cynanchum wilfordii Hemsley, Phlomis umbrosa Turcz. u Angelica gigas Nakai)

    Deskrizzjoni/Definizzjoni

    It-taħlita tat-tliet għeruq erbali hija trab fin kannella fl-isfar prodott permezz tal-ilma sħun, konċentrazzjoni permezz tal-evaporazzjoni, u tnixxif bl-isprej

    Kompożizzjoni tal-estratt ta’ taħlita tat-tliet għeruq erbali

    Għerq tal-Cynanchum wilfordii: 32,5 % (w/w)

    Għqer tal-Phlomis umbrosa: 32,5 % (w/w)

    Għerq tal-Angelica gigas: 35,0 % (w/w)

    Speċifikazzjonijiet

    Telf mit-tnixxif: NMT 100 mg/g

    Assaġġ

    Aċidu ċinnamiku: 0,012 – 0,039 mg/g

    Esteri metiliċi tax-shanzhiside: 0,20 – 1,55 mg/g

    Nodakenina: 3,35 – 10,61 mg/g

    Metossalin: < 3 mg/g

    Fenoli: 13,0 – 40,0 mg/g

    Kumarini: 13,0 – 40,0 mg/g

    Iridojdi: 13,0 – 39,0 mg/g

    Saponini: 5,0 – 15,5 mg/g

    Komponenti nutrittivi

    Karboidrati: 600 – 880 mg/g

    Proteini: 70 – 170 mg/g

    Xaħmijiet: < 4 mg/g

    Parametri mikrobijoloġiċi

    Għadd totali ta’ kolonji vijabbli: < 5000 CFU/g

    Ħmira u moffa totali: < 100 CFU/g

    Batterji koliformi: < 10 CFU/g

    Salmonella: Negattiv/25 g

    Escherichia coli: Negattiv/25 g

    Staphylococcus aureus: Negattiv/25 g

    Metalli tqal

    Ċomb: < 0,65 mg/kg

    Arseniku: < 3,0 mg/kg

    Merkurju: < 0,1 mg/kg

    Kadmju: < 1,0 mg/kg

    CFU: Unitajiet li Jiffurmaw Kolonji”

    (d)

    l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-entrata għall-“Oleoraża tal-likopen mit-tadam” u l-entrata għaċ-“Ċitrat malat tal-manjeżju”:

    “Liżożima idrolizzata tal-abjad tal-bajd tat-tiġieġ

    Deskrizzjoni/Definizzjoni

    Il-liżożima idrolizzata tal-abjad tal-bajd tat-tiġieġ tinkiseb mil-liżożima tal-abjad tal-bajd tat-tiġieġ permezz ta’ proċess enżimatiku, bl-użu tas-subtiliżina mill-Bacillus licheniformis.

    Il-prodott huwa trab abjad għal isfar ċar.

    Speċifikazzjoni

    Proteina (TN(*) x 5,30): 80-90 %

    Triptofan: 5-7 %

    Proporzjon ta’ Triptofan/LNAA(**): 0,18-0,25

    Grad ta’ idroliżi: 19-25 %

    Ndewwa: > 5 %

    Irmied: > 10 %

    Sodju: > 6 %

    Metalli tqal

    Arseniku: < 1 ppm

    Ċomb: < 1 ppm

    Kadmju: < 0,5 ppm

    Merkurju: < 0,1 ppm

    Kriterji mikrobijoloġiċi

    Għadd totali tal-kolonji aerobiċi: < 103 CFU/g

    Għadd totali tal-ħmira u l-moffa kkombinati: < 102 CFU/g

    Enterobatterji: < 10 CFU/g

    Salmonella spp: Assenti f’25 g

    Escherichia coli: Assenti f’10 g

    Staphylococcus aureus: Assenti f’10 g

    Pseudomonas aeruginosa: Assenti f’10 g

    (*)

    TN: nitroġenu totali

    (**)

    LNAA: aċidi amminiċi newtrali kbar”

    (e)

    l-entrata għall-“Faqqiegħ ittrattat bil-UV (Agaricus bisporus)” hi sostitwita b’dan li ġej:

    “Faqqiegħ ittrattat bil-UV (Agaricus bisporus)

    Deskrizzjoni/Definizzjoni

    Faqqiegħ Agaricus bisporus imkabbar kummerċjalment li jiġi ttrattat b’dawl UV meta jinħasad.

    Radjazzjoni UV: proċess ta’ radjazzjoni bid-dawl ultravjola fil-frekwenza ta’ 200-800 nm.

    Vitamina D2

    Isem kimiku: (3β,5Z,7E,22E)-9,10-sekoergosta-5,7,10(19),22-tetraen-3-ol

    Sinonimu: Ergokalċiferol

    Nru CAS: 50-14-6

    Piż molekulari: 396,65 g/mol

    Kontenut

    Vitamina D2 fil-prodott finali: 5-20 μg/100 g piż frisk mal-iskadenza tal-ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa.”

    (f)

    L-entrata għall-“Ħmira tal-furnara ttrattata bil-UV (Saccharomyces cerevisiae)” hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Ħmira tal-furnara ttrattata bil-UV (Saccharomyces cerevisiae)

    Deskrizzjoni/Definizzjoni

    Il-ħmira tal-furnara (Saccharomyces cerevisiae) tiġi ttrattata b’dawl ultravjola biex l-ergosterol jiġi kkonvertit f’vitamina D2 (ergokalċiferol). Il-kontenut tal-vitamina D2 fil-konċentrat tal-ħmira jvarja bejn 800 000 -3 500 000 IU vitamina D/100 g (200-875 μg/g). Il-ħmira tista’ tkun diżattivata.

    Il-konċentrat tal-ħmira hija mħallta mal-ħmira regolari tal-furnara sabiex ma taqbiżx il-livell massimu tal-ħmira ppakkjata minn qabel friska jew imnixxfa biex tinħema d-dar.

    Granuli ġierja lewn il-kannella ċar.

    Vitamina D2

    Isem kimiku: (5Z,7E,22E)-(3S)-9,10-sekoergosta-5,7,10(19),22-tetraen-3-ol

    Sinonimu: Ergokalċiferol

    Nru CAS: 50-14-6

    Piż molekulari: 396,65 g/mol

    Kriterji mikrobijoloġiċi tal-konċentrat tal-ħmira

    Koliformi: ≤ 103/g

    Escherichia coli: ≤ 10/g

    Salmonella: Assenti f’25 g”


    Top