This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D1525
Commission Implementing Decision (EU) 2020/1525 of 16 October 2020 amending the Annex to Implementing Decision 2013/764/EU concerning animal health control measures relating to classical swine fever in certain Member States (notified under document C(2020) 7008) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1525 tas-16 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/764/UE dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin ma’ deni klassiku tal-ħnieżer f’ċertu Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2020) 7008) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1525 tas-16 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/764/UE dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin ma’ deni klassiku tal-ħnieżer f’ċertu Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2020) 7008) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/7008
ĠU L 346, 20.10.2020, p. 31–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 21/04/2021
20.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 346/31 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1525
tas-16 ta’ Ottubru 2020
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/764/UE dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin ma’ deni klassiku tal-ħnieżer f’ċertu Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2020) 7008)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/764/UE (3) tistabbilixxi l-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni klassiku tal-ħnieżer applikati f’ċertu Stati Membri jew fiż-żoni tagħhom li huma stipulati fl-Anness tagħha. Dawk il-miżuri jinkludu projbizzjonijiet fuq id-dispaċċ ta’ ħnieżer ħajjin, majjal frisk, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-majjal minn ċerti żoni elenkati f’dak l-Anness. Il-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali stabbiliti f’dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni japplikaw b’mod parallel għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE (4), u huma maħsuba biex jiġġieldu t-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer b’mod partikolari fil-livell tal-Unjoni. |
(2) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/764/UE tipprevedi wkoll derogi mill-projbizzjoni fuq id-dispaċċ ta’ ħnieżer ħajjin minn ċerti żoni, soġġett għall-konformità ma’ għadd ta’ kundizzjonijiet, inkluż sorveljanza. |
(3) |
Filwaqt li titqies l-effettività tal-miżuri ta’ sorveljanza u kontroll applikati fil-Latvja skont id-Direttiva 2001/89/KE u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/764/UE, kif ippreżentati lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, u fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika favorevoli tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’dak l-Istat Membru, jenħtieġ li ż-żoni kollha fil-Latvja li bħalissa huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/764/UE jenħtieġ jitħassru minn dak l-Anness. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2013/764/UE għandha tiġi emendata skont dan. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt 3 tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/764/UE jitħassar.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2020.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/764/UE tat-13 ta’ Diċembru 2013 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (ĠU L 338, 17.12.2013, p. 102).
(4) Id-Direttiva 2001/89/KE tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tal-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5).