EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019L0878R(03)

Rettifika tad-Direttiva (UE) 2019/878 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward ta’ entitajiet eżentati, kumpanniji azzjonarji finanzjarji, kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta, remunerazzjoni, miżuri u setgħat superviżorji u miżuri ta’ konservazzjoni ta’ kapital (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 150 tas-7 ta’ Ġunju 2019)

ST/6124/2020/REV/2

ĠU L 212, 3.7.2020, p. 20–21 (BG, ES, DA, DE, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 212, 3.7.2020, p. 20–22 (CS, ET, HR)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/878/corrigendum/2020-07-03/oj

3.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 212/20


Rettifika tad-Direttiva (UE) 2019/878 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward ta’ entitajiet eżentati, kumpanniji azzjonarji finanzjarji, kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta, remunerazzjoni, miżuri u setgħat superviżorji u miżuri ta’ konservazzjoni ta’ kapital

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 150 tas-7 ta’ Ġunju 2019 )

1.

Fil-paġna 261, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu l-ġdid 21a(2)

minflok:

“... F’dak il-każ, il-perijodu ta’ valutazzjoni msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(3) għandu jkun sospiż għal perijodu li jaqbeż l-20 jum tax-xogħol sakemm titlesta l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu.”,

aqra:

“... F’dak il-każ, il-perijodu ta’ valutazzjoni msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(2) għandu jkun sospiż għal perijodu li jaqbeż l-20 jum tax-xogħol sakemm titlesta l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu.”.

2.

Fil-paġna 264, l-Artikolu l-ġdid 21b(8)

minflok:

“8.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, il-gruppi minn pajjiż terzi li joperaw permezz ta’ aktar minn istituzzjoni waħda fl-Unjoni u b’valur totali tal-assi ugwali għal jew aktar minn EUR 40 biljun fis-27 ta’ Ġunju 2019 ...”,

aqra:

“8.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, il-gruppi minn pajjiżi terzi li joperaw permezz ta’ aktar minn istituzzjoni waħda fl-Unjoni u b’valur totali tal-assi fl-Unjoni ugwali għal jew aktar minn EUR 40 biljun fis-27 ta’ Ġunju 2019 ...”.

3.

Fil-paġna 276, l-Artikolu l-ġdid 104a(4)

minflok:

“4.   L-istituzzjoni għandha tagħmel tajjeb għar-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali imposti mill-awtorità kompetenti taħt il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) mal-fondi proprji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tal-anqas tliet kwarti mir-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali għandhom jissodisfaw il-kapital tal-Grad 1;

(b)

tal-anqas tliet kwarti mill-kapital tal-Grad 1 imsemmi fil-punt (a) għandhom ikunu komposti mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.

Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti tista’ teħtieġ li l-istituzzjoni tissodisfa r-rekwiżit tagħha ta’ fondi proprji addizzjonali b’sehem akbar ta’ kapital tal-Grad 1 jew ta’ kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, fejn ikun meħtieġ, u b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-istituzzjoni.

...”,

aqra:

“4.   L-istituzzjoni għandha tagħmel tajjeb għar-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali impost mill-awtorità kompetenti taħt il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) biex tindirizza r-riskji apparti mir-riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva mal-fondi proprji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tal-anqas tliet kwarti mir-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali għandhom jissodisfaw il-kapital tal-Grad 1;

(b)

tal-anqas tliet kwarti mill-kapital tal-Grad 1 imsemmi fil-punt (a) għandhom ikunu komposti mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.

L-istituzzjoni għandha tagħmel tajjeb għar-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali impost mill-awtorità kompetenti taħt il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) biex tindirizza r-riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva mal-Kapital tal-Grad 1.

Permezz ta’ deroga mill-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-awtorità kompetenti tista’ teħtieġ li l-istituzzjoni tissodisfa r-rekwiżit tagħha ta’ fondi proprji addizzjonali b’sehem akbar ta’ kapital tal-Grad 1 jew ta’ kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, fejn ikun meħtieġ, u b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-istituzzjoni.

…”.

4.

Fil-paġna 291, il-punt (d) tal-ewwel subparagrafi tal-Artikolu 141(6) emendat

minflok:

“(d)

fejn il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar ta’ kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti ta’ fondi proprji stipulati fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u ...”,

aqra:

“(d)

fejn il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar ta’ kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti ta’ fondi proprji stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u ...”.

5.

Fil-paġna 292, il-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu l-ġdid 141b(2)

minflok:

“(b)

toħloq obbligu li titħallas rimunerazzjoni varjabbli jew benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni jew li titħallas rimunerazzjoni varjabbli jekk l-obbligu ta’ pagament ikun inħoloq fi żmien meta l-istituzzjoni tkun naqset milli tissodisfa r-rekwiżit ta’ riżerva kombinata; jew”,

aqra:

“(b)

toħloq obbligu li titħallas rimunerazzjoni varjabbli jew benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni jew li titħallas rimunerazzjoni varjabbli jekk l-obbligu ta’ pagament ikun inħoloq fi żmien meta l-istituzzjoni tkun naqset milli tissodisfa r-rekwiżit ta’ riżerva għall-proporzjon ta’ lieva finanzjarja; jew”.


Top